|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2619 |
9.10.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2619
tat-8 ta’ Ottubru 2024
li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-fosetil, għall-fosfonati tal-potassju u għall-fosfonat tad-disodju f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) għall-fosetil, għall-fosfonati tal-potassju u għall-fosfonat tad-disodju, ġew stabbiliti fl-Anness III, il-Parti A tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) twettaq rieżami tal-MRLs eżistenti kollha għall-fosetil, għall-fosfonati tal-potassju u għall-fosfonat tad-disodju f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. Peress li dawn it-tliet sustanzi attivi jiddegradaw f’aċidu fosfoniku, kien xieraq li r-residwi tagħhom jiġu vvalutati b’mod konġunt. |
|
(3) |
Minbarra l-użu tagħhom bħala sustanzi attivi fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, il-fosfonati tal-potassju huma wkoll ingredjenti fi prodotti oħra ta’ rilevanza agrikola (eż. il-fertilizzanti, is-sustanzi li jsaħħu l-pjanti, id-demel, l-emendi tal-ħamrija). Għalhekk, it-trattament awtorizzat tal-pjanti b’dawn il-prodotti jista’ jwassal għad-detezzjoni tar-residwi tal-aċidu fosfoniku fil-prodotti agrikoli pertinenti, u huwa xieraq li jitqies il-kontribut ta’ dawn l-użi l-oħra għajr għall-protezzjoni tal-pjanti meta jiġu stabbiliti l-MRLs rilevanti. Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità biex, f’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, tibgħat opinjoni motivata dwar ir-rieżami konġunt tal-MRLs għall-fosetil, għall-fosfonati tal-potassju u għall-fosfonat tad-disodju, filwaqt li tqis ukoll ir-residwi minn sorsi għajr l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. |
|
(4) |
L-Awtorità ressqet opinjoni motivata dwar ir-rieżami konġunt tal-MRLs għall-fosetil, għall-fosfonat tad-disodju u għall-fosfonati tal-potassju f’konformità mal-Artikolu 12(1) u mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (2). Fl-opinjoni tagħha, ipproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwu għall-finijiet tal-infurzar għat-tliet sustanzi attivi minn “Fosetil-Al (is-somma tal-fosetil, tal-aċidu fosfoniku u tal-imluħ tagħhom, espress bħala fosetil)” għal “aċidu fosfoniku u l-imluħa tiegħu, espress bħala aċidu fosfoniku”, u pproponiet MRLs ġodda bbażati fuq dik id-definizzjoni tar-residwu. Il-Kummissjoni jidhrilha li huwa xieraq li tistabbilixxi din id-definizzjoni l-ġdida tar-residwi u li tistabbilixxi l-MRLs fil-livell identifikat mill-Awtorità kif xieraq. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni ntgħarrfet minn rappreżentanti ta’ laboratorji uffiċjali u minn operaturi tan-negozju tal-ikel li r-residwi tas-sustanza omm “fosetil” jistgħu jinstabu f’xi għelejjel f’ċerti ċirkostanzi u li jekk il-“fosetil” kellu jitħassar mid-definizzjoni tar-residwu għall-finijiet tal-infurzar għat-tliet sustanzi attivi, dan ikollu l-konsegwenza mhux intenzjonata li l-MRL prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg ikun japplika għal dawk ir-residwi. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li s-sejbiet tal-fosetil ma jitqisux u li l-valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg f’konformità mal-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ma japplikax. L-MRL għall-metabolita tal-aċidu fosfoniku tiegħu japplika. |
|
(7) |
Il-laboratorji ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea nnotaw li l-limiti ta’ detezzjoni (“LOD”) li ġejjin jistgħu jinkisbu teknikament: 0,1 mg/kg fil-matriċijiet ta’ oriġini mill-pjanti aċidużi u b’kontenut għoli tal-ilma u , 0,2 mg/kg fil-matriċijiet ta’ oriġini mill-pjanti b’kontenut għoli ta’ xaħam u b’kontenut għoli/xott tal-lamtu, 0,05 mg/kg fil-ħalib, 0,2 mg/kg fix-xaħam u 0,5 mg/kg fil-fwied, fil-kliewi u fil-muskoli. Madankollu, fid-dawl tal-persistenza tar-residwi ta’ dawn is-sustanzi, u tal-għadd kbir potenzjali tas-sorsi tar-residwi, tqies xieraq li l-MRL l-aktar baxx eżistenti jinżamm f’2 mg/kg, aġġustat għal livell ta’ 1,5 mg/kg sabiex titqies id-definizzjoni riveduta tar-residwu. Għat-tejiet, għall-kafè, għall-infużjonijiet erbali, għall-kawkaw u għall-ħarrub, huwa xieraq l-MRL l-aktar baxx ta’ 20 mg/kg biex titqies l-okkorrenza tal-aċidu fosfoniku minn dawn is-sorsi l-oħra. |
|
(8) |
L-awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għal-larinġ, għall-grapefruit, għat-tuffieħ, għal-lanġas, għall-ananas, għall-kukurbiti b’qoxra li ma tittikilx u għall-piżelli xotti, xi informazzjoni dwar il-provi tar-residwi ma kinitx disponibbli u li għalhekk kien meħtieġ li l-maniġers iqisu iżjed ir-riskju dwar jekk dawk l-MRLs setgħux jiġu stabbiliti jew le. Peress li ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, jenħtieġ li dawk l-MRLs jiġu stabbiliti. Għalhekk, l-MRLs għal dawk il-prodotti se jiġu rieżaminati; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għat-tamal, għat-tin, għal-larinġ tal-qsari, għall-karambola, għall-għanbaqar ta’ Ġava, għal-liċċi, għall-frott tal-passjoni, għall-bajtar tax-xewk, għat-tuffieħ stilla, għall-frott tal-kaki tal-Virġinja, għall-papaja, għaċ-ċerimoja, għall-gwava, għall-frott tas-siġra tal-ħobż, għad-durjan, għall-frott tal-annona, għall-għeruq tal-kassava, għall-jammijiet, għall-ararut, għall-artiċokks, għaz-zunnarija bajda, għat-tursin ta’ Hamburg, għall-leħjet il-bodbod, għas-swedes, għal-lift, għall-bamja, għall-weraq tad-dwieli u speċijiet simili, għall-krexxuni, għall-fażola friska (bla mżiewed), għall-għads frisk, għall-kardun, għall-karfus, għar-rimi tal-pjanta tal-bambù, għall-qlub tal-palm, għall-ħażiż u għal-likeni, għall-algi u l-organiżmi prokarjoti, għall-għads niexef, għall-piżelli nexfin, għal-lupini nexfin, għaż-żrieragħ taż-żejt, għall-qlub tal-palm taż-żejt, għall-frott tal-palm taż-żejt, għall-kapok, għax-xgħir, għall-qamħirrum, għall-millieġ komuni, għall-ħafur, għas-sorgu, għall-kafeni, għall-infużjonijiet erbali (mill-għeruq tal-fjuri), għaż-żerriegħa tal-kawkaw, għall-ħarrub, għall-ħwawar (tal-qoxra tas-siġar, tal-għeruq u tar-riżomi, tal-blanzuni, tal-qalb il-fjuri, tal-aril), għall-pitravi taz-zokkor u għall-kannamieli, xi informazzjoni dwar id-data tal-monitoraġġ ma kinitx disponibbli u li għalhekk kien meħtieġ li l-maniġers iqisu iżjed ir-riskju dwar jekk dawk l-MRLs setgħux jiġu stabbiliti jew le. Peress li ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, jenħtieġ li dawk l-MRLs jiġu stabbiliti. Għalhekk, l-MRLs għal dawk il-prodotti se jiġu rieżaminati; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien 5 snin mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(10) |
L-Awtorità kkonkludiet li fir-rigward tal-MRLs għall-patata, xi informazzjoni dwar l-istudji tal-ipproċessar dwar l-iskart tal-proċess u l-polpa mnixxfa ma kinitx disponibbli u li għalhekk kien meħtieġ li l-maniġers iqisu iżjed ir-riskju dwar jekk dan l-MRL seta’ jiġi stabbilit jew le. Peress li ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi, jenħtieġ li dan l-MRL jiġi stabbilit. L-MRL għall-patata se jiġi rieżaminat; ir-rieżami se jqis l-informazzjoni disponibbli fi żmien sentejn mill-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(11) |
Fl-opinjoni motivata tagħha, l-Awtorità ma rrakkomandatx MRLs speċifiċi għall-kategoriji “oħrajn” tad-diversi gruppi tal-prodotti tal-pjanti u tal-annimali. Għalhekk, fid-dawl tal-persistenza tar-residwi ta’ dawn is-sustanzi, u tal-għadd kbir potenzjali ta’ sorsi ta’ residwi, jixraq li dawk l-MRLs jiġu stabbiliti għall-aktar MRL baxx applikabbli għal wieħed mill-prodotti f’dak l-istess grupp ta’ prodotti. |
|
(12) |
Fir-rigward tal-MRL għal “Solanaceae u Malvaceae, oħrajn”, Stat Membru wieħed informa lill-Kummissjoni li fit-territorju nazzjonali tiegħu teżisti awtorizzazzjoni għall-fosetil għall-grupp ta’ ħxejjex tal-frott tas-Solanaceae. Għalhekk, jixraq li dak l-MRL jiġi stabbilit għal 70 mg/kg kif xieraq. |
|
(13) |
Fir-rigward tal-MRL għall-“ħass u ħxejjex oħrajn tal-insalata” Stat Membru wieħed informa lill-Kummissjoni li fit-territorju nazzjonali tiegħu teżisti awtorizzazzjoni għal dawk is-sustanzi għall-grupp tal-ħass u tal-ħxejjex tal-insalata. Għalhekk, jixraq li dak l-MRL jiġi stabbilit għal 150 mg/kg kif xieraq. |
|
(14) |
Fl-opinjoni motivata tagħha, l-Awtorità ma rrakkomandatx MRLs speċifiċi għall-kategoriji “ġewwieni li jittiekel (għajr il-fwied u l-kliewi)” tad-diversi gruppi tal-prodotti tal-annimali. Biex ikun żgurat li dawk l-MRLs jiġu stabbiliti f’livell realistiku, jixraq li dawn jiġu stabbiliti fl-ogħla MRL applikabbli għal wieħed mill-prodotti f’dak l-istess grupp ta’ prodotti. |
|
(15) |
Fl-opinjoni motivata tagħha, l-Awtorità ma rrakkomandatx MRLs speċifiċi għall-grupp “komoditajiet minn annimali oħrajn tar-razzett”. Billi dawk l-MRLs normalment jiġu stabbiliti bl-istess valuri bħal dawk għall-grupp “bovini”, huwa għalhekk xieraq li dawk l-MRLs jiġu stabbiliti kif xieraq. |
|
(16) |
Billi ma ġie identifikat l-ebda riskju għall-konsumaturi, jenħtieġ li l-MRLs għall-fosetil, għall-fosfonati tal-potassju u għall-fosfonat tad-disodju jiġu stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(17) |
Filwaqt li kienet għaddejja l-valutazzjoni tal-fosetil, tal-fosfonat tad-disodju u tal-fosfonati tal-potassju skont l-Artikolu 12(1) u l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, u qabel ma ġiet stabbilita legalment id-definizzjoni l-ġdida proposta tar-residwu tal-infurzar, tressqu diversi applikazzjonijiet skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 li jitolbu modifiki tal-MRLs eżistenti għall-fosetil, għall-fosfonati tal-potassju u għall-fosfonat tad-disodju għall-frott taċ-ċitru, għall-berquq, għaċ-ċirasa, għall-għanbaqar, għall-weraq tas-selq, għall-infużjonijiet erbali mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi, u għall-għasel. |
|
(18) |
F’konformità mal-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-Istati Membri kkonċernati evalwaw dawk l-applikazzjoni u għaddew ir-rapporti ta’ evalwazzjoni lill-Kummissjoni. |
|
(19) |
L-Awtorità vvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapporti ta’ evalwazzjoni. B’mod partikolari, eżaminat ir-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat opinjonijiet motivati dwar l-MRLs proposti (3). L-Awtorità għaddiet l-opinjonijiet motivati tagħha lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlitha disponibbli għall-pubbliku. |
|
(20) |
Fl-opinjonijiet motivati tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li d-data mressqa mill-applikant dwar dawk is-sustanzi attivi bil-berquq ma kinitx biżżejjed biex jiġi stabbilit MRL ġdid. Fir-rigward tal-prodotti l-oħra, l-Awtorità kkonkludiet li kienu meħtieġa kunsiderazzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju biex jiġu stabbiliti l-MRLs xierqa fid-dawl tad-definizzjoni tar-residwi għall-infurzar li ġiet stabbilita. Billi l-Awtorità pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwu għall-finijiet tal-infurzar għat-tliet sustanzi attivi minn “Fosetil-Al (is-somma tal-fosetil, tal-aċidu fosfoniku u tal-imluħ tagħhom, espress bħala fosetil)” għal “aċidu fosfoniku u l-imluħa tiegħu, espress bħala aċidu fosfoniku”, jixraq li jiġu stabbiliti l-MRLs il-ġodda abbażi ta’ dik id-definizzjoni tar-residwu. |
|
(21) |
Barra minn hekk, peress li l-valutazzjonijiet twettqu b’mod parallel u kienu bbażati fuq Prattiki Agrikoli Tajbin u settijiet tad-data differenti, f’xi wħud mill-opinjonijiet motivati tagħha, l-Awtorità pproponiet valuri tal-MRL diverġenti għall-istess prodott. Għalhekk, il-Kummissjoni talbet gwida addizzjonali mill-Awtorità dwar l-MRLs xierqa li jridu jitqiesu għall-fosetil, il-fosfonati tal-potassju u għall-fosfonat tad-disodju għall-każijiet fejn ġew derivati valuri differenti f’opinjonijiet motivati separati, u meta titqies id-definizzjoni l-ġdida tar-residwu għall-infurzar tal-“aċidu fosfoniku u l-imluħa tiegħu, espress bħala aċidu fosfoniku” proposta mill-Awtorità. L-Awtorità ntalbet ukoll tivvaluta mill-ġdid l-MRL għall-fosetil fil-frott tal-kiwi (aħdar, aħmar, isfar), li ġie stabbilit dan l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1324 (4) fid-dawl tad-definizzjoni l-ġdida tar-residwu proposta. |
|
(22) |
L-Awtorità ressqet dikjarazzjoni xjentifika (5) dwar l-MRLs għall-fosetil, għall-fosfonat tad-disodju u għall-fosfonati tal-potassju f’konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), għall-prodotti kollha li kienu koperti mill-opinjonijiet motivati rilevanti, bl-eċċezzjoni tal-berquq li għalih l-Awtorità qabel ikkonkludiet li d-data pprovduta ma kinitx biżżejjed biex jiġi stabbilit MRL ġdid. |
|
(23) |
Fid-dikjarazzjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li għall-modifiki kollha tal-MRLs għal dawk is-sustanzi, mitluba mill-applikanti għall-frott taċ-ċitru, għaċ-ċiras, għal-għanbaqar, għall-weraq tas-selq, għall-infużjonijiet erbali mill-weraq u mill-ħxejjex aromatiċi, u għall-għasel, ir-rekwiżiti kollha tad-data kienu ġew issodisfati u li dawn il-modifiki kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għal 27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumaturi. L-Awtorità qieset l-aktar informazzjoni reċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi mill-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista’ jkun fihom dawk is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba l-konsum għoli tal-prodotti rilevanti ma juri li hemm riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza. |
|
(24) |
Għaldaqstant, tressqet applikazzjoni oħra skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 li titlob l-modifiki tal-MRLs eżistenti għal dawk is-sustanzi attivi għall-kurrat u għall-basal tar-rebbiegħa/għall-basal aħdar/għall-basal ta’ Wales. |
|
(25) |
F’konformità mal-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-Istat Membru kkonċernat evalwa din l-applikazzjoni u għadda r-rapport ta’ evalwazzjoni lill-Kummissjoni. |
|
(26) |
L-Awtorità vvalutat l-applikazzjonijiet u r-rapport ta’ evalwazzjoni. L-Awtorità eżaminat b’mod partikolari r-riskji għall-konsumaturi u, fejn rilevanti, għall-annimali, u tat opinjoni motivata dwar l-MRLs proposti (7). L-Awtorità għaddiet l-opinjoni motivata tagħha lill-applikant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlitha disponibbli għall-pubbliku. |
|
(27) |
Fl-opinjoni motivata tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li kienu ġew issodisfati r-rekwiżiti kollha tad-data mitlub mill-applikant għal dawn is-sustanzi u li dawn il-modifiki kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur abbażi ta’ valutazzjoni tal-esponiment tal-konsumaturi għal 27 grupp speċifiku Ewropew tal-konsumaturi. L-Awtorità qieset l-aktar informazzjoni reċenti dwar il-karatteristiċi tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għal dawk is-sustanzi mill-konsum tal-prodotti tal-ikel kollha li jista’ jkun fihom dawk is-sustanzi, u lanqas l-esponiment għal perjodu qasir minħabba l-konsum għoli tal-prodotti rilevanti ma juri li hemm riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum jew id-doża akuta ta’ referenza. |
|
(28) |
Abbażi tal-opinjonijiet motivati tal-Awtorità, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti elenkati fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, ġie konkluż li l-modifiki proposti għall-MRL huma aċċettabbli. |
|
(29) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom ġew meqjusa. |
|
(30) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(31) |
Sabiex tiġi permessa l-kummerċjalizzazzjoni, l-ipproċessar u l-konsum normali tal-prodotti, għas-sustanzi attivi kollha koperti minn dan ir-Regolament, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistipula arranġament tranżizzjonali għall-prodotti li ġew introdotti fis-suq fl-Unjoni qabel il-modifika tal-MRLs u li għalihom inżamm livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi. |
|
(32) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs modifikati, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel ikunu jistgħu jħejju rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-emendi. |
|
(33) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat b’dan ir-Regolament għandu jibqa’ japplika għall-prodotti li ġew introdotti fis-suq tal-Unjoni qabel id-29 ta’ April 2025.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-29 ta’ April 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.
(2) Reasoned opinion on the joint review of maximum residue levels (MRLs) for fosetyl, disodium phosphonate and potassium phosphonates according to Articles 12 and 43 of Regulation (EC) No 396/2005 (EFSA Journal 2021;19(8):6782).
(3) Reasoned Opinion on the modification of the existing MRLs for potassium phosphonates in lemons, limes and mandarins and in herbal infusions from leaves and herbs (EFSA Journal 2021;19(6):6673).
Reasoned Opinion on the modification of the existing maximum residue levels for fosetyl/phosphonic acid in citrus fruits resulting from the use of potassium phosphonates (EFSA Journal 2021;19(11):6926).
Reasoned Opinion on the modification of the existing maximum residue levels for fosetyl/phosphonic acid in chards/beet leaves and honey resulting from the use of potassium phosphonates (EFSA Journal 2022;20(1):6992).
Reasoned Opinion on the modification of the existing maximum residue levels for fosetyl/phosphonic acid in apricots, cherries and plums resulting from the use of potassium phosphonates (EFSA Journal 2022;20(1):7106).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1324 tat-28 ta’ Lulju 2022 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-benżovindiflupir, għall-boskalid, għall-fenażakin, għall-fluważifop-P, għall-flupyradifurone, għall-fluksapiroksad, għall-fosetil-Al, għall-isofetammid, għall-metaflumiżon, għall-pyraclostrobin, għall-ispirotetramat, għat-thiabendazole u għat-tolklofos-metil f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 200, 29.7.2022, p. 68, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1324/oj).
(5) Scientific statement on the maximum residue levels for potassium phosphonates (EFSA Journal 2022;20(7):7400).
(6) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/178/oj).
(7) Reasoned Opinion on the modification of the existing maximum residue levels in leeks and spring onions/green onions/Welsh onions resulting from the use of potassium phosphonates (EFSA Journal 2023;21(5):8033).
ANNESS
L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, jiżdiedu l-kolonni li ġejjin għall-fosetil u għall-aċidu fosfoniku: "Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi ta’ residwi (mg/kg)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fil-Parti A tal-Anness III, titħassar il-kolonna għall-fosetil-AI. |
(*1) Jindika l-limitu minimu ta’ determinazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2619/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)