Official Journal L 257 , 09/10/2003 P. 0029 - 0030
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 79/2003 ta' l-20 ta' Ġunju 2003 li temenda l-Anness XI (Servizzi tat-Telekomunikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, kif ġie ammendata bil-Protokoll li jirranġa l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XI tal-Ftehim kien ammendat b'Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 168/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 [1]. (2) Deċiżjoni Nru 676/2002/EC of the Parlament Ewropew and of the Kunsill of 7 Marzu 2002 on a regulatory framework for radio spectrum politika in il-Komunitajiet Ewropej (Radio Spectrum Decision) [2] is to be incorporated into the Agreement, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiġi nkluż wara l-punt 5ce (Regolament (KE) Nru 2887/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XI tal-Ftehim: "5ċf. 32002 D 0676: Deċiżjoni Nru 676/2002/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar il-qafas legali regolatorju għall-politika ta' l-ispectrum tar-radju fil-Komunità Ewropea (Id-Deċiżjoni ta' l-Ispectrum tar-Radju) (ĠU L 108, ta' l-24.4.2002, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni għandhom, għal-iskop tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin.: Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu ma' l-Artikolu 6: "4. mingħajr preġudizzju għal paragrafu 5 u 6, l-paragrafi mill-1 sa l-4 m'għandhomx japplikaw għal-Istati ta' l-EFTA. 5. Għal dak li jirrigwarda l-Istati ta' l-EFTA, dawn l-Istati għandhom jgħamlu l-kompiti tal-Kummissjoni kif msemmija fil-paragrafu 1 u jinfurmaw l-Kumitat Permanenti dwar xi diffikultajiet li jinħolqu, de jure jew de facto, mill-pajjiżi terzi jew mill-organizzazzjonijiet internazzjonali għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, li għandha tiġbor rapport. 6. Dan l-Artikolu għandu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta' l-Istati ta' l-EFTA u l-obligazzjonijiet taħt ftehim internazzjonali relevanti."" Artikolu 2 Il-kontenut tad-deċiżjoni Nru 676/2002/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li ghandu jiġi ppublikat fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Ġunju 2003, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikun saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni ghandha tiġi pubblikata fit-taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Ġunju 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 38, tat-13.2.2003, p. 30. [2] ĠU L 108, ta' l-24.4.2002, p. 1. [3] Rekwisiti kostituzzjonali meħtieġa. --------------------------------------------------