|
22.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/34 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10131 — Partners Group/Warburg Pincus/Ecom Express Private)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 24/16)
1.
Fit-12 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Partners Group AG (“Partners Group”, l-Isvizzera), |
|
— |
Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Ecom Express Private Limited (“Ecom Express Private”, l-Indja) ikkontrollata minn Warburg Pincus. |
Partners Group u Warburg Pincus jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ecom Express Private.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Partners Group: kumpanija globali tal-ġestjoni tal-investiment fis-swieq privati attiva f’firxa ta’ industriji, |
|
— |
Warburg Pincus: ditta ta’ ekwità privata globali b’kumpaniji ta’ portafoll attivi f’diversi setturi (pereż. servizzi tal-konsumatur, industrijali u tan-negozju, enerġija, servizzi finanzjarji, kura tas-saħħa, proprjetà immobbli, u teknoloġija), |
|
— |
Ecom Express Private: fornitur ta’ servizzi ta’ loġistika ta’ terzi persuni fl-Indja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10131 — Partners Group/Warburg Pincus/Ecom Express Private
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).