<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑36/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CO0036</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:273">EU:C:2017:273</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>dncjeDIGRIET TAL-<DATE ISO="20170405">5.4.2017</DATE> – KAWŻA C‑36/17</P><P>AHMED</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It‑Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 604/2013</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għall-ażil ippreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà tal-proċedura ta’ teħid lura</KEYWORD></INDEX><ORDER.INIT><P>Fil‑Kawża C‑36/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Minden (qorti amministrattiva ta’ Minden, il‑Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20170125">25 ta’ Jannar 2017</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Daher Muse Ahmed</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesrepublik Deutschland,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It‑Tielet Awla),</P><P>komposta minn L. Bay Larsen (Relatur), President tal-Awla, M. Vilaras, J. Malenovský, M. Safjan u D. Šváby, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 17(1) u tal-Artikoli 20 sa 33 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="31" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 31</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kunest ta’ tilwima bejn Daher Muse Ahmed u l-Bundesrepublik Deutschland (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja), irrappreżentata mill-Bundesamt für Migration und Flüchtlinge (uffiċċju federali tal-migrazzjoni u tar-refuġjati, il-Ġermanja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>uffiċċju<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), rigward id-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li ċaħdet l-applikazzjoni għall-ażil tiegħu, li kkonstatat l-assenza ta’ motivi li jipprojbixxu t-tneħħija tiegħu lejn l-Italja, li avżatu li huwa seta’ jitneħħa lejn dan l-Istat Membru jekk huwa ma kienx ser jitlaq mill-Ġermanja u li fil-konfront tiegħu stipulat projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residenza ta’ tul ta’ 30 xahar li jiddekkorru mill-jum tat-tneħħija.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 604/2013</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 4 u 5 tar-Regolament Nru 604/2013 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>(4)</NO.P><TXT>Il-konklużjonijiet ta’ Tampere ddikjaraw […] li s-[sistema Ewropea Komuni tal-Asil] għandha tinkludi, fit-terminu qasir, metodu ċar u li jiffunzjona biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-asil.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Metodu tali għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi u ġusti kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-persuni kkonċernati. B’mod partikolari, dan il-metodu għandu jiddetermina minnufih l-Istat Membru responsabbli, biex ikun iggarantit aċċess effettiv għall-proċeduri għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali u ma jkunx kompromess l-għan tal-ipproċessar bil-ħeffa ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida […]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(b) u (c) ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali kif definit fl-Artikolu 2(h) tad-Direttiva 2011/95/UE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE>, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 337, p. 9</REF.DOC.OJ>)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>applikant’ tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jkun għamel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li dwarha deċiżjoni finali tkun għadha ma tteħditx<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 18(1) tal-istess regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Istat Membru responsabbli taħt dan ir-Regolament għandu jkun obbligat:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jieħu lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 23, 24, 25 u 29, applikant li l-applikazzjoni tiegħu tkun taħt eżami u li għamel applikazzjoni fi Stat Membru ieħor jew li jkun fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor mingħajr document ta’ residenza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jieħu lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 23, 24, 25 u 29, ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jkun irtira l-applikazzjoni taħt eżami u jkun għamel applikazzjoni fi Stat Membru ieħor jew li jkun fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor mingħajr dokument ta’ residenza;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jieħu lura, taħt il-kondizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 23, 24, 25 u 29, ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li l-applikazzjoni tiegħu kienet rifjutata u li għamel applikazzjoni fi Stat Membru ieħor jew li jkun fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor mingħajr dokument ta’ residenza.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 20(1) tar-Regolament Nru 604/2013 jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-proċess biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli għandu jibda hekk kif applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali tkun iddepożitata għall-ewwel darba għand Stat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(1) sa (3) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta Stat Membru fejn persuna kif imsemmi ja fl-Artikolu 18(1)(b), (c) jew (d) iddepożitat applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali jikkunsidra li Stat Membu ieħor huwa responsabbli skont l-Artikolu 20(5) u l-Artikolu 18(1)(b), (c) jew (d), dan jista’ jitlob lill-Istat Membru l-ieħor biex jieħu lura dik il-persuna.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Talba biex persuna tittieħed lura għandha ssir kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien xahrejn minn meta rċieva l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>hit<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> mill-Eurodac […]</ALINEA><ALINEA>Jekk it-talba biex tittieħed lura persuna tkun ibbażata fuq evidenza li mhix data meħuda mis-sistema tal-Eurodac, din għandha tkun mibgħuta lill-Istat Membru li saritlu t-talba fi żmien tliet xhur mid-data li fiha kienet iddepożitata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fit-tifsira tal-Artikolu 20(2).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta t-talba biex tittieħed lura persuna ma ssirx fil-perijodi stipulati fil-paragrafu 2, ir-responsabbiltà għall-eżami tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali suċċessiva għandha tkun tal-Istat Membru li fih tkun ġiet iddepożitata l-applikazzjoni l-ġdida.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 24(1), (2) u (4) tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta Stat Membru li fuq it-territorju tiegħu persuna msemmija fl-Artikolu 18(1)(b), (c) jew (d), tkun preżenti mingħajr dokument ta’ residenza u li quddiemu ma tkunx ġiet iddepożitata applikazzjoni ġdida għal protezzjoni internazzjonali, iqis li Stat Membru ieħor huwa responsabbli skont l-Artikolu 20(5) u l-Artikolu 18(1)(b), (c) jew (d), huwa jista’ jitlob lil dak l-Istat Membru l-ieħor biex jieħu lura dik il-persuna.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>B’deroga mill-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment [(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="98" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 348, p. 98</REF.DOC.OJ>)], fejn Stat Membru li fuq it-territorju tiegħu persuna tkun preżenti mingħajr dokument ta’ residenza jiddeċiedi li jfittex fis-sistema tal-Eurodac […], it-talba biex tittieħed lura persuna kif imsemmija fl-Artikolu 18(1)(b) jew (c) ta’ dan ir-Regolament, jew persuna kif imsemmija fl-Artikolu 18(1)(d) tiegħu li l-applikazzjoni tagħha għal protezzjoni internazzjonali ma tkunx ġiet rifjutata permezz ta’ deċiżjoni finali, għandha ssir kemm jista’ jkun malajr u fi kwalunkwe każ fi żmien xahrejn minn meta rċieva il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>hit<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> mill-Eurodac […]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="024.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fejn persuna kif imsemmija fl-Artikolu 18(1)(d) ta’ dan ir-Regolament li l-applikazzjoni tagħha għal protezzjoni internazzjonali tkun ġiet rifjutata permezz ta’ deċiżjoni finali fi Stat Membru wieħed tkun fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor mingħajr dokument ta’ residenza, l-Istat Membru tal-aħħar jista’ jew jitlob lill-ewwel Stat Membru biex jieħu lura l-persuna kkonċernata jew inkella jwettaq proċedura skont id-Direttiva 2008/115/KE.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 26(1) tal-istess regolament huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Meta l-Istat Membru mitlub jaċċetta li […] jieħu lura […] persuna oħra kif imsemmi fl-Artikolu 18(1)(c) jew (d), l-Istat Membru rikjedenti għandu jinnotifika lill-persuna kkonċernata bid-deċiżjoni li hija tiġi trasferita lejn l-Istat Membru responsabbli u, fejn xieraq, bid-deċiżjoni li ma jeżaminax l-applikazjoni tagħha għal protezzjoni internazzjonali. […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2013/32/UE</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L‑Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="180" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 180, p. 60</REF.DOC.OJ>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Meta teżamina l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtorità determinanti għandha l-ewwel tiddeċiedi jekk l-applikanti jikkwalifikawx bħala rifuġjati u, jekk le, jiddeċiedu jekk l-applikanti humiex eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Applikazzjonijet inammissibbli<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="033.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Addizzjonalment għal każijiet fejn l-applikazzjoni ma’ tiġix eżaminata skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013, l-Istati Membri mhumiex obbligati jeżaminaw jekk l-applikant jikkwalifikax għal protezzjoni internazzjonali taħt id-Direttiva 2011/95/UE fejn applikazzjoni tkun kunsidrata inammissibbli taħt dan l-Artikolu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="033.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli biss jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-protezzjoni internazzjonali tkun ġiet mogħtija minn Stat Membru ieħor;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20151207">7 ta’ Diċembru 2015</DATE>, Daher Muse Ahmed talab l-ażil fil-Ġermanja. Sussegwentement huwa ppreżenta applikazzjoni uffiċjali għall-ażil mal-uffiċċju fit-<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Billi tfittxija fis-sistema <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Eurdac<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> uriet b’mod partikolari li l-persuna kkonċernata kienet diġà talbet il-protezzjoni internazzjonali fl-Italja, fis-<DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, l-uffiċċju talab, fil-<DATE ISO="20160825">25 ta’ Awwissu 2016</DATE>, lill-awtoritajiet Taljani li jieħdu lura lil Daher Muse Ahmed, abbażi tar-Regolament Nru 604/2013.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>B’ittra tad-<DATE ISO="20160909">9 ta’ Settembru 2016</DATE>, l-awtoritajiet Taljani ċaħdu din it-talba għall-finijiet ta’ teħid lura, minħabba li Daher Muse Ahmed ibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja fl-Italja u li l-eventwali trasferiment tiegħu għandu għalhekk iseħħ fil-kuntest tal-ftehimiet ta’ riammissjoni fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20161125">25 ta’ Novembru 2016</DATE>, l-uffiċċju ċaħad bħala inammissibbli l-applikazzjoni għall-ażil li Daher Muse Ahmed kien introduċa, ikkonstata l- assenza ta’ motivi li jipprojbixxu t-tneħħija tiegħu lejn l-Italja, u avżah li huwa jista’ jitneħħa lejn dan l-Istat Membru jekk huwa ma kienx ser jitlaq mill-Ġermanja u fil-konfront tiegħu stipulat projbizzjoni ta’ dħul u ta’ residena ta’ tul ta’ 30 xahar li jiddekorri mill-jum tat-tneħħija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Daher Muse Ahmed ikkontesta din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din il-qorti tiddubita l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 604/2013 dwar il-proċedura ta’ teħid lura fir-rigward ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Madankollu, fl-ipoteżi fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma tassew applikabbli għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, din il-qorti tistaqsi jekk, f’tali sitwazzjoni, applikant għall-ażil jistax jinvoka l-iskadenza tat-termini ta’ tressiq tat-talba għall-finijiet ta’ teħid lura previsti fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 604/2013. Hija tistaqsi wkoll dwar il-modalitajiet ta’ kalkolu ta’ dawn it-termini u fuq l-effetti eventwali tad-dewmien sostnut fit-tressiq ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid lura fuq id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għall-ażil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Minden (qorti amministrattiva ta’ Minden, il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1)</NO.P><TXT>L‑Artikoli 20 sa 33 tar-Regolament Nru 604/2013 għandhom jiġu applikati għall-applikanti għall-ażil li diġa jibbenefikaw mill-protezzjoni sussidjarja fi Stat Membru?</TXT><P>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda:</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Applikant għall-ażil jista’ jinvoka trasferiment tar-responsabbiltà tal-Istat Membru rikorrent minħabba l-iskadenza tat-terminu ta’ tressiq tat-talba għall-finijiet ta’ teħid lura (Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 604/2013)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, applikant għall-ażil jista’ wkoll jinvoka trasferiment ta’ responsabbiltà meta l-Istat Membru li tkun saritlu t-talba jibqa’ dispost sabiex jieħu inkarigu tiegħu?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>F’każ ta’ risposta negattiva għat-tielet domanda, huwa possibbli li jiġi dedott mill-kunsens espliċitu jew impliċitu (Artikolu 25(2) tar-Regolament Nru 604/2013) tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba li dan jibqa’ dispost li jieħu inkarigu tal-applikant għall-ażil?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>It-terminu ta’ xahrejn previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 604/2013 jista’ jintemm wara l-iskadenza tat-terminu ta’ tliet xhur previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tar-Reglament Nru 604/2013 meta l-Istat Membru rikorrent iħalli jiddekorri iktar minn xahar wara l-bidu tat-terminu ta’ tliet xhur qabel ma jibgħat talba għal konsultazzjoni tad-databse Eurodac?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija meqjusa ppreżentata fis-sens tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 604/2013 b’effett mill-ewwel ħruġ ta’ ċertifikat ta’ dikjarazzjoni inkwantu applikant għall-ażil jew unikament meta l-uffiċċju jirċievi dan iċ-ċertifikat jew l-informazzjoni essenzjali li din tinkludi jew unikament wara r-reġistrazzjoni ta’ applikazzjoni formali għall-ażil? B’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Iċ-ċertifikat ta’ dikjarazzjoni inkwantu applikant għall-ażil huwa formola jew rapport fis-sens tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 604/2013?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-awtorità kompetenti fis-sens tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 604/2013 hija l-awtorità kompetenti sabiex tirċievi l-formola jew tistabbilixxi r-rapport, jew l-awtorità kompetenti sabiex tagħti deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-ażil?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Formola jew rapport huma meqjusa wkoll bħala li waslu għand l-awtorità kompetenti meta l-elementi essenzjali tagħhom ġew ikkomunikati lilha jew huwa meħtieġ għal dan li l-oriġinal jew kopja tar-rapport ikun ġie trażmess lilha?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT>Id-dewmien bejn l-ewwel applikazzjoni għall-ażil jew l-ewwel ħruġ ta’ ċertifikat ta’ dikjarazzjoni bħala applikant għall-ażil u t-tressiq ta’ talba għal teħid lura jista’ jwassal għal trasferiment tar-responsabbiltà lill-Istat Membru rikorrent permezz ta’ applikazzjoni b’analoġija tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament Nru 604/2013 jew jirrappreżenta obbligu għall-Istat Membru rikorrent li jagħmel użu mid-dritt ta’ evokazzjoni tiegħu skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 604/2013?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>8)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva għal waħda mill-alternattivi tas-seba’ domanda, minn liema terminu jista’ jitqies li talba sabiex jittieħed lura tressqet b’mod eċċessivament tardiv?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>9)</NO.P><TXT>Talba għall-finijiet ta’ teħid lura li fiha l-Istat Membru rikorrent jindika unikament id-data ta’ dħul fit-territorju tiegħu u d-data ta’ preżentazzjoni tal-applikazzjoni uffiċjali għall-ażil, u mhux id-data tal-ewwel applikazzjoni għall-ażil jew dik tal-ewwel ħruġ ta’ ċertifikat ta’ dikjarazzjoni inkwantu applikant għall-ażil, titqies li tressqet fit-terminu tal-ewwel u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 604/2013 jew tali applikazzjoni hija <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ineffettiva<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta r-risposta għal tali domanda għal deċiżjoni preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata fil-kuntest ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fid-dawl tat-trattament tal-kawża minn dan id-digriet adottat skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal proċedura mħaffa.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tar-Regolament Nru 604/2013 li jirregolaw, b’mod dirett jew indirett, it-termini ta’ tressiq ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid lura humiex applikabbli f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin ta’ pajjiż terz introduċa applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru wara li ngħata l-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja minn Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li dawn ir-regoli, li għandhom bħala għan li jfasslu l-iżvolġiment tal-proċedura ta’ teħid lura prevista minn dan ir-regolament billi jiġi żgurat li talba għall-finijiet ta’ teħid lura tiġi fformulata f’terminu raġonevoli, ma humiex, min-natura tagħhom, applikabbli għas-sitwazzjonijiet li fihom tali proċedura tista’, bħala prinċipju, validament tiġi applikata skont dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proċedura ta’ teħid lura huwa ddefinit fl-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament Nru 604/2013. Filwaqt li l-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament jirrigwarda l-każijiet li fihom ebda applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ġdida ma ġiet ippreżentata fl-Istat Membru rikorrent, l-Artikolu 23 tiegħu jirregola s-sitwazzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fihom tali applikazzjoni ġiet ippreżentata f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 23(1) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li, f’tali sitwazzjonijiet, il-proċedura ta’ teħid lura tirreferi biss għal trasferiment ta’ persuna msemmija fl-Artikolu 18(1)(b), (c) jew (d) tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Dawn it-tliet l-aħħar dispożizzjonijiet huma intiżi, rispettivament, għal applikant li l-applikazzjoni tiegħu qed tiġi eżaminata, ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li rtiraw l-applikazzjoni tagħhom li kienet qed tiġi eżaminata u ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li l-applikazzjoni tagħhom ġiet miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Peress li ċ-ċirkustanza li ċittadin ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja mogħtija minn Stat Membru li ma jkunx dak li wettaq id-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli ma tistax tiġi analizzata bħala li timplika li applikazzjoni ppreżentata minn dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz qed tiġi eżaminata jew ġiet irtirata fi Stat Membru ieħor, hemm lok li jiġi ddeterminat jekk tali persuna tistax titqies bħala ċittadin ta’ pajjiż terz li l-applikazzjoni tiegħu ġiet miċħuda fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu ċertament jiġi rrilevat li l-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament Nru 604/2013 ma jippreċiżax jekk l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> miċħuda li għaliha qed isir riferiment hijiex applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jew applikazzjoni għall-ażil <HT TYPE="ITALIC">stricto sensu</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, għalkemm din id-dipożizzjoni kellha tiġi interpretata bħala li tirreferi għaċ-ċaħda ta’ applikazzjoni għall-ażil, hija tista’ eventwalment tiġi applikata għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jibbenefika mill-istatus mogħti mill-protezzjoni sussidjarja, peress li, skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2013/32, dan l-istatus għandu jingħata biss wara li jiġi ddeterminat li l-applikant ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Madankollu, din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament Nru 604/2013 ma tistax tiġi aċċettata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, din l-interpretazzjoni timplika li jiġi ammess li l-leġiżlatur tal-Unjoni uża, f’din id-dispożizzjoni, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> f’diversi sensi differenti, peress li r-riferiment, li jidher f’din id-dispożizzjoni, għall-fatt li l-persuna kkonċernata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[għamlet] applikazzjoni fi Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jirreferi neċessarjament, fid-dawl b’mod partikolari tal-Artikolu 1 u tal-Artikolu 20(1) ta’ dan ir-regolament, għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Minbarra dan, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li hemm lok, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li jiġu kkunsidrati mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Koushkaki</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑84/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:862">EU:C:2013:862</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 2(c) tar-Regolament Nru 604/2013 jiddefinixxi t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>applikant<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> bħala li jirreferi għal ċittadin ta’ pajjiż terz jew għal persuna apolida <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>li jkun għamel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li dwarha deċiżjoni finali tkun għadha ma tteħditx<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Bl-istess mod, għalkemm dan ir-regolament ma jinkludix direttament id-definizzjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, l-Artikolu 2(b) tiegħu jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament jużaw, b’mod ġenerali, it-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> b’mod indissoċjabbli, mingħajr qatt ma jirreferu, għall-kuntrarju tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003, tat-<DATE ISO="20030218">18 ta’ Frar 2003</DATE>, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil iddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 109), għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>applikazzjoni għall-ażil<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minbarra dan, sabiex tiġi ddefinita s-sistema applikabbli għal persuna intiża fl-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament Nru 604/2013 meta din ma tkunx ippreżentat applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ġdida, l-Artikolu 24(2) u (4) ta’ dan ir-regolament jirreferi espressament għan-natura definittiva jew le tad-deċiżjoni li tiċħad l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> ippreżentata minn din il-persuna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 33 tad-Direttiva 2013/32 jiddistingwi b’mod ċar il-każijiet li fihom applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ma hijiex eżaminata skont ir-Regolament Nru 604/2013, minn dawk li fihom tali applikazzjoni tista’ tiġi miċħuda bħala inammissibbli peress li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>protezzjoni internazzjonali tkun ġiet mogħtija minn Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk il-leġiżlatur tal-Unjoni kkunsidra li ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali kellha tiġi żgurata minn deċiżjoni ta’ inammissibbiltà, skont l-Artikolu 33 ta’ din id-direttiva, pjuttost milli permezz ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment u ta’ nuqqas ta’ eżami, skont l-Artikolu 26 ta’ dan ir-regolament, li jwassal għal ċertu numru ta’ konsegwenzi, b’mod partikolari dwar ir-rimedji ġudizzjarji miftuħa kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex ta’ natura li tostakola t-twettiq tal-għanijiet, imsemmija fil-premessa 5 ta’ dan ir-regolament, intiżi, minn naħa, li jiġi żgurat aċċess effettiv għall-proċeduri għall-għoti ta’ protezzjoni internazzjonali u, min-naħa l-oħra, li ma tiġix kompromessa l-ħeffa tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali, peress li ċittadin ta’ pajjiż terz bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jibbenefika diġà minn protezzjoni internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Konsegwentement, mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 604/2013, moqri flimkien mal-Artikolu 18(1)(d) tiegħu, jirriżulta li Stat Membru ma jistax validament jirrikjedi Stat Membru ieħor għall-finijiet li jieħu lura, fil-kuntest tal-proċeduri ddefiniti minn dan ir-regolament, ċittadin ta’ pajjiż terz, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jkun ippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f’dan l-ewwel Stat Membru wara li jkun ingħata l-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja minn dan it-tieni Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel domanda għandha tiġi risposta li d-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tar-Regolament Nru 604/2013 li jirregolaw, b’mod dirett jew indirett, it-termini ta’ tressiq ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid lura ma humiex applikabbli f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin ta’ pajjiż terz ikun ippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru wara li jkun ingħata l-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja minn Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni sad-disa</HT></HT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> domandi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni sad-disa’ domandi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il‑Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-dispożizzjonijiet u l-prinċipji tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, li jirregolaw, b’mod dirett jew indirett, it-termini ta’ tressiq ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid lura ma humiex applikabbli f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ċittadin ta’ pajjiż terz ikun ippreżenta applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru wara li jkun ingħata l-benefiċċju tal-protezzjoni sussidjarja minn Stat Membru ieħor.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>