29.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 365/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9976 – Silver Lake Partners/Engie/Hall Des Lumieres JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 365/09)

1.   

Fit-23 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Endeavor Operating Company, LLC (“Endeavor”, l-Istati Uniti) taħt il-kontroll aħħari ta’ Silver Lake Partners (“Silver Lake”, l-Istati Uniti)

—

Culturespaces USA, Inc (l-Istati Uniti), taħt il-kontroll aħħari ta’ ENGIE SA (“ENGIE”, Franza)

—

L-IK, impriża konġunta li għadha kif inħolqot (“IK”, l-Istati Uniti)

Endeavour u Culturspaces jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-IK.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal Endeavour: ir-rappreżentanza tat-talent, il-kummerċjalizzazzjoni u l-approvazzjonijiet kummerċjali, l-istrateġija tal-marka kummerċjali, l-attivazzjoni u l-liċenzjar, il-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-midja, u l-ġestjoni tal-avvenimenti;

—

għal Culturespaces: il-ġestjoni ta’ stabbilimenti kulturali, inklużi ċentri tal-mużewijiet u l-arti, monumenti storiċi, ġonna u ċentri ta’ kollezzjoni u arti diġitali;

—

għall-IK: L-IK se toħloq u tamministra ċentru tal-arti diġitali fil-Belt ta’ New York, l-Istati Uniti tal-Amerika. L-attivitajiet ewlenin tal-IK se jinkludu l-wiri ta’ esebizzjonijiet kulturali immersivi diġitali bbażati fuq l-arti u/jew il-mużika. L-attivitajiet sekondarji tal-IK se jinkludu l-privatizzazzjoni tas-sit għal avvenimenti ta’ filgħaxija, esperjenzi diġitali bil-vidjo u l-mużika, esibizzjonijiet tematiċi diġitali, u l-bejgħ ta’ prodotti derivattivi, ikliet ħfief u xorb.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9976 – Silver Lake Partners/Engie/Hall Des Lumieres JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.