<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-722/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0722</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:577">EU:C:2019:577</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20190710">10.7.2019</DATE> – Kawża C‑722/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni esklużiva</KEYWORD><KEYWORD>Punti 1 u 5 tal-Artikolu 24</KEYWORD><KEYWORD>Tilwim fil-qasam tad‑drittijiet tal-proprjetà immobbli <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> u fil-qasam tal-eżekuzzjoni tad‑deċiżjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ bejgħ ġudizzjarju b’subbasta ta’ proprjetà immobbli</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni għal oppożizzjoni tar-rikavat ta’ dan il-bejgħ b’subbasta</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑722/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bezirksgericht Villach (il-Qorti Distrettwali ta’ Villach, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20171219">19 ta’ Diċembru 2017</DATE>, li waslet fil‑Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20171227">27 ta’ Diċembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Norbert Reitbauer,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Dolinschek GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">B.T.S. Trendfloor Raumausstattungs-GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Elektrounternehmen K. Maschke GmbH,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Klaus Egger,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Architekt DI Klaus Egger Ziviltechniker GmbH</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Enrico Casamassima,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, C. Toader (Relatur), A. Rosas, L. Bay Larsen u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: D. Dittert, Kap ta’ Diviżjoni,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas‑<DATE ISO="20190116">16 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal N. Reitbauer, Dolinschek GmbH, B.T.S. Trendfloor Raumausstattungs-GmbH, Elektrounternehmen K. Maschke GmbH, K. Egger u Architekt DI Klaus Egger Ziviltechniker GmbH, minn G. Götz, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal E. Casamassima, minn H. Walder, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u P. Lacerda, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Svizzeru, minn M. Schöll, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Heller u M. Wilderspin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20190403">3 ta’ April 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punti 1 u 5 tal‑Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Norbert Reitbauer, Dolinschek GmbH, B.T.S. Trendfloor Raumausstattungs‑GmbH, Elektrounternehmen K. Maschke GmbH, Klaus Egger u Architekt DI Klaus Egger Ziviltechniker GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), minn naħa, u Enrico Casamassima, iddomiċiljat fl-Italja, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ azzjoni għal oppożizzjoni tar-rikavat ta’ bejgħ ġudizzjarju b’subbasta ta’ proprjetà immobbli li tinsab fl-Awstrija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 15, 21 u 34 tar-Regolament Nru 1215/2012 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(15)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom ikunu prevedibbli ħafna u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut. Il-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq il-bażi ta’ din ir-raġuni ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tat-tilwima jew ta’ awtonomija tal-partijiet ikunu jeħtieġu fattur ta’ konnessjoni differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(21)</NO.P><TXT>Fl-interessi tal-amministrazzjoni armonjuża tal-ġustizzja huwa meħtieġ li titnaqqas il-possibbiltà ta’ proċedimenti simultanji u jkun assigurat li ma jiġux mogħtija deċiżjonijiet irrikonċiljabbli fi Stati Membri differenti. Għandu jkun hemm mekkaniżmu ċar u effettiv sabiex jiġu riżolti każijiet ta’ lis pendens u azzjonijiet relatati, u biex jiġu eliminati problemi li jirriżultaw minn differenzi nazzjonali dwar id-determinazzjoni taż-żmien meta jiġi rreġistrat każ bħala pendenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dak iż-żmien għandu jiġi definit b’mod awtonomu.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(34)</NO.P><TXT>Għandha tiġi żgurata l-kontinwità bejn il-Konvenzjoni [tas‑<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>)], ir-Regolament [tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat‑<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42),] u dan ir-Regolament, u għal dan il-għan għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet tranżitorji. L-istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall-interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968 u r-Regolamenti li jissostitwixxieha.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jinkludi b’mod partikolari t-Taqsima 1, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Dispożizzjonijiet Ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, u t-Taqsima 2, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Ġurisdizzjoni Speċjali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>. L-Artikolu 4(1), li jinsab taħt din it-Taqsima 1, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Soġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fi kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettiq tal-obbligazzjoni in kwistjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni u sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-post tat-twettiq tal-obbligi f’dak il-każ għandu jkun:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti, il-post fl-Istat Membru fejn, skont il-kuntratt, l-oġġetti ġew ikkonsenjati jew suppost li kienu kkonsenjati,</P></ITEM><ITEM><P>fil-każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti, il-post fl-Istat Membru fejn, skont il-kuntratt, l-oġġetti ġew ikkonsenjati jew suppost li kienu kkonsenjati;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-punti 1 u 5 tal-Artikolu 24 tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Dawn il-qrati li ġejjin ta’ Stat Membru għandu jkollhom ġurisdizzjoni esklużiva, independentement mid-domiċilju tal-partijiet:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>fi proċedimenti li l-objettiv tagħhom ikunu drittijiet in rem fi proprjetà immobbli jew kirjiet ta’ proprjetà immobbli, il-qrati tal-Istat Membru li fih tkun tinstab il-proprjetà.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>fi proċedimenti li għandhom x’jaqsmu mal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi, il-qrati tal-Istat Membru li fih is-sentenza kienet jew għandha tiġi eżegwita.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-EO</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Mill-Artikoli 209 sa 212 tal-Exekutionsordnung (il-Kodiċi dwar il-Proċeduri ta’ Eżekuzzjoni, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>EO<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), jirriżulta li għandu jkun hemm trattazzjoni orali dwar it-tqassim tar-rikavat tal-prodott tal-bejgħ forzat ta’ oġġett. F’dan is-sens, il-kredituri jiġu mistiedna jiddikjaraw il-pretensjonijiet tagħhom fuq ir-rikavat li għandu jitqassam li għandhom jiġu ssostanzjati permezz ta’ provi dokumentarji. L-eżattezza u l-ordni ta’ prijorità tal-pretensjonijiet jiġu eżaminati waqt is-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura ta’ tqassim tar-rikavat tal-bejgħ forzat, il-kredituri u d-debitur jistgħu jopponu, bis-saħħa tal-Artikolu 213 tal-EO, it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċerti pretensjonijiet. L-oppożizzjoni tista’ tirrigwarda l-eżistenza, il-klassifikazzjoni jew l-ammont ta’ pretensjoni ddikjarata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 231(1) tal-EO, il-qorti tiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet ta’ liġi mqajma mill-oppożizzjoni permezz ta’ ordni ta’ tqassim. Jekk id-deċiżjoni dwar l-oppożiżizzjoni tkun tiddependi mill-konstatazzjoni ta’ elementi ta’ fatt kontenzjużi, l-ordni ta’ tqassim tistieden lill-parti rikorrenti tippreżenta azzjoni għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 232 tal-EO, il-qorti ta’ eżekuzzjoni għandha ġurisdizzjoni tiddeċiedi dwar l-azzjoni għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-AnfO</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tal-Anfechtungsordnung (il-Kodiċi Awstrijak dwar l-<HT TYPE="ITALIC">Actio Pauliana</HT>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>AnfO<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> hija intiża sabiex jiġi ddikjarat li l-atti ta’ natura ġuridika frawdolenti li jirrigwardaw il-patrimonju tad-debitur ma jkunux jistgħu jiġu invokati esklużivament fil-konfront tal-kreditur li jressaq il-pretensjoni. Din l-azzjoni hija disponibbli meta l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni kontra l-assi tad-debitur ma jkunux ikopru jew ma jkoprux kompletament il-pretensjonijiet tal-kreditur u jekk din l-azzjoni toffri l-possibbiltà li dawn il-pretensjonijiet jiġu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Mill-Artikoli 2 u 3 tal-AnfO jirriżulta li l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> ma tistax titressaq fil-każ ta’ intenzjoni frawdolenti jew ta’ tħarbit tal-assi, kif ukoll trasferimenti li jsiru b’mod gratuwitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 6 tal-AnfO, il-fatt li l-att kontenzjuż ikun twettaq bis-saħħa ta’ titolu eżekuttiv jew permezz tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ma jipprekludix l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-Artikolu 10 tal-AnfO, l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> tista’ tiġi ppreżentata fil-kuntest tal-proċedura ta’ tqassim tar-rikavat tal-bejgħ forzat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>E. Casamassima u s-Sinjura C., iddomiċiljati f’Ruma, kienu f’relazzjoni ta’ konvivenza <HT TYPE="ITALIC">more uxorio</HT> sa mill-inqas ir-rebbiegħa tal‑2014. Matul is-sena 2010, huma kienu xtraw dar f’Villach (l-Awstrija). Fir-reġistru tal-artijiet, C. kienet imniżżla bħala proprjetarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Sussegwentement ġew ordnati xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni tal-proprjetà immobbli mingħand Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>. Peress li l-ħlasijiet għal dawn ix-xogħlijiet ma kinux ġew onorati għalkollox, Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ippreżentaw azzjoni ta’ kumpens għad-danni kontra C. Sensiela ta’ deċiżjonijiet, fosthom l-ewwel waħda, mhux definittiva, mogħtija fil-bidu tas-sena 2014, laqgħu din it-talba għal kumpens.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20140507">7 ta’ Mejju 2014</DATE>, C. irrikonoxxiet, quddiem qorti ta’ Ruma, li kellha dejn fil-konfront ta’ E. Casamassima relatat ma’ self ta’ ammont ta’ EUR 349 772.95 li l-modalitajiet għall-ħlas lura tiegħu fuq ħames snin kienu ġew miftiehma fil-kuntest ta’ tranżazzjoni ġudizzjarja. Barra minn hekk, C. impenjat ruħha li tirreġistra ipoteka fuq il-proprjetà li tinsab f’Villach sabiex tiggarantixxi dan id-dejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ att notarili tat‑<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE>, stabbilit fi Vjenna (l-Awstrija), C. ipproċediet sabiex tirrikonoxxi mill-ġdid l-imsemmi dejn. Fit‑<DATE ISO="20140618">18 ta’ Ġunju 2014</DATE>, sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> favur E. Casamassima ġiet irreġistrata għall-proprjetà kkonċernata fir-reġistru tal-artijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-ewwel deċiżjoni mogħtija favur Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> fil-bidu tas-sena 2014 wara l-azzjoni ta’ kumpens għad-danni saret eżekuttiva biss wara r-reġistrazzjoni tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> favur E. Casamassima, b’tali mod li s-sigurtajiet ta’ Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> fuq il-proprjetà ta’ C. li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni kienu ta’ klassifikazzjoni inferjuri għal dik ta’ E. Casamassima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, il-qorti ta’ Ruma ċċertifikat it-tranżazzjoni ġudizzjarja konkluża bejn C. u E. Casamassima bħala Titolu Eżekuttiv Ewropew, konformement mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE> li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Frar 2016, E. Casamassima talab quddiem il-Bezirksgericht Villach (il-Qorti Distrettwali ta’ Villach, l-Awstrija), il-qorti tar-rinviju, il-bejgħ forzat tal-proprjetà immobbli kkonċernata. Mill-ordni ta’ klassifikazzjoni tal-kredituri li jinsab fir-reġistru tal-artijiet jirriżulta li l-prezz ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">280000</FT>, li huwa l-ammont li bih ġiet mibjugħa l-proprjetà matul il-ħarifa tas-sena 2016, kien imur kważi kollu kemm hu lil E. Casamassima fuq il-bażi tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> irreġistrata favurih f’dan ir-reġistru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evitat tali tqassim tar-rikavat tal-bejgħ ġudizzjarju b’subbasta, Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> wettqu ċertu numru ta’ inizjattivi ġudizzjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>B’hekk, minn naħa, fix-xahar ta’ Ġunju 2016, Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ippreżentaw quddiem il-Landesgericht Klagenfurt (il-Qorti Reġjonali ta’ Klagenfurt, l-Awstrija) <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> kontra E. Casamassima u kontra C. Permezz ta’ digriet li sar definittiv fix-xahar ta’ Lulju 2017, din il-qorti, li eskludiet il-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha fid-dawl tad-domiċilju ta’ E. Casamassima u ta’ C. barra mill-Awstrija, ċaħdet din l-azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, waqt is-seduta organizzata fl‑<DATE ISO="20170510">10 ta’ Mejju 2017</DATE> quddiem il-qorti tar-rinviju konformement mal-Artikoli 209 sa 212 tal-EO għall-finijiet tat-tqassim tar-rikavat tal-bejgħ ġudizzjarju b’subbasta bejn il-kredituri differenti, Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ressqu oppożizzjoni taħt l-Artikolu 213 tal-EO fir-rigward tal-ammont imqassam lil E. Casamassima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Wara li ressqu din l-oppożizzjoni Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> adixxew lill-qorti tar-rinviju b’azzjoni għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat bis-saħħa tal-Artikolu 232 tal-EO, li fil-kuntest tagħha qajmu żewġ motivi ta’ oppożizzjoni. L-ewwel motiv huwa intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-attribuzzjoni tar-rikavat mill-bejgħ ġudizzjarju b’subbasta lil E. Casamassima kien ġie deċiż b’mod żbaljat, inkwantu l-pretensjoni ta’ dan tal-aħħar kienet ġiet paċuta mad-danni dovuti minnu lil C. talli kien ordna x-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni mingħand Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> mingħajr ma kienet tat il-kunsens tagħha. It-tieni motiv, li l-qorti tar-rinviju pparagunat għal <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>, tirrigwarda r-rikonoxximent tad-dejn tat‑<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE> li, skont Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, ġie stabbilit permezz ta’ att notarili bl-uniku għan li jkollhom prijorità fuq il-proprjetà immobbli kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Sabiex jiġġustifikaw il-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-Bezirksgericht Villach (il-Qorti Distrettwali ta’ Villach) sabiex tieħu konjizzjoni minn tali azzjoni, Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> invokaw il-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012. Min-naħa l-oħra E. Casamassima qajjem eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’<?PAGE NO="6"?> ġurisdizzjoni internazzjonali ta’ din il-qorti fejn allega li l-azzjoni prinċipali għandha, essenzjalment, natura analoga għal dik ta’ <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> li fir-rigward tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja diġà kienet iddeċidiet, permezz tas-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920326">26 ta’ Marzu 1992</DATE>, <NAME.CASE>Reichert u Kockler</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑261/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:149">EU:C:1992:149</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li din ma taqax taħt din ir-regola ta’ ġurisdizzjoni esklużiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li, skont id-dritt Awstrijak, fl-okkażjoni tas-seduta organizzata sabiex jiġi diskuss it-tqassim tar-rikavat tal-bejgħ ġudizzjarju b’subbasta, fil-każ ta’ oppożizzjoni mressqa bis-saħħa tal-Artikolu 213 tal-EO tista’ ssir il-verifika tal-eżistenza tal-ordni ta’ prijorità tal-pretensjonijiet. Jekk id-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni tkun tiddependi mill-konstatazzjoni ta’ fatti kontenzjużi, il-partijiet huma mistiedna jippreżentaw azzjoni distinta f’terminu ta’ xahar, jiġifieri l-azzjoni għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Din l-azzjoni tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tqassim fir-rigward tal-parti kontenzjuża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, l-azzjoni għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat tippermetti, b’mod partikolari, li ssir il-verifika tal-infurzabbiltà ta’ sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>, hekk kif Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> għandhom l-għan li jiksbu minn din il-qorti permezz tat-tieni motiv ta’ oppożizzjoni tagħhom. L-imsemmija qorti tqis li din il-possibbiltà tagħti lill-azzjoni għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat in-natura ta’ <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni internazzjonali biex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhomx jiġu eżaminati fir-rigward ta’ tali azzjoni b’mod globali u astratt, jew fir-rigward ta’ kull motiv ta’ oppożizzjoni mqajjem f’każ konkret.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, il-karatteristiċi ta’ din il-proċedura, ikkunsidrata fl-intier tagħha, jixhdu rabta qawwija mal-qorti tal-post tal-eżekuzzjoni forzata jew tal-bażi tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għalhekk, fir-rigward tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva favur qrati tal-Istat Membru tal-post ta’ eżekuzzjoni, previsti fil-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012, il-qorti tar-rinviju ssostni li, skont l-EO, l-azzjoni għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat tirriżulta mill-ġurisdizzjoni obbligatorja tal-qorti ta’ eżekuzzjoni. Għalkemm huwa minnu li l-azzjoni taħt l-Artikolu 232 tal-EO ma hijiex prinċipalment intiża sabiex tikkontesta l-eżekuzzjoni, ġaladarba d-debitur ikun diġà tilef il-proprjetà immobbli waqt il-bejgħ ġudizzjarju b’subbasta, il-proprjetà immobbli kkonċernata tiġi ssostitwita, f’dan l-istadju, bir-rikavat tal-bejgħ, b’tali mod li t-tqassim tiegħu mill-qorti jkun jirriżulta wkoll mill-attivitajiet tal-awtorità ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva favur qrati tal-Istat Membru tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli, previsti fil-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012, il-qorti tar-rinviju ssostni li l-azzjoni għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat ukoll taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, inkwantu tali azzjoni tikkostitwixxi stadju tal-eżekuzzjoni ta’ sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> iffinalizzat bit-tqassim tar-rikavat tal-bejgħ tal-bażi ta’ din is-sigurtà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bezirksgericht Villach (il-Qorti Distrettwali ta’ Villach) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1)</NO.P><TXT>[Il-punt 5 tal-Artikolu 24] tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal oppożizzjoni prevista fl-Artikolu 232 tal-[EO] fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil fuq it-tqassim tad-dħul mill-irkant ġudizzjarju [bejgħ b’subbasta], taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni,</TXT><P>u dan ukoll meta l-azzjoni ta’ kreditur li għandu dritt għal sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> kontra kreditur ieħor li għandu dritt għal sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT></P><?PAGE NO="7"?><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija bbażata fuq l-oġġezzjoni li dan il-dritt għal sigurtà in rem relatat ma’ self permezz ta’ sigurtà in rem stabbilita ma jibqax jeżisti minħabba kontrotalba tad-debitur għal danni, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>barra minn hekk hija bbażata – bħal fil-każ ta’ <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> [(<HT TYPE="ITALIC">Anfechtungsklage</HT>)] – fuq l-oġġezzjoni li l-bażi tad-dritt għal sigurtà in rem għal dan is-self, minħabba li tagħti trattament favorevoli lil kredituri, hija invalida?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>[Il-punt 1 tal-Artikolu 24] tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni għal oppożizzjoni prevista fl-Artikolu 232 tal-[EO] f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil fuq it-tqassim tad-dħul mill-irkant ġudizzjarju, jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni,</TXT><P>u dan ukoll meta, fil-każ li l-azzjoni ta’ kreditur li għandu dritt għal sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> kontra kreditur ieħor li għandu dritt għal sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT></P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija bbażata fuq l-oġġezzjoni li dan il-dritt għal sigurtà in rem relatat ma’ self permezz ta’ sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> stabbilita ma jibqax jeżisti minħabba kontrotalba tad-debitur għal danni, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>barra minn hekk hija bbażata – bħal fil-każ ta’ <HT TYPE="ITALIC">actio Pauliana</HT> – fuq l-oġġezzjoni li l-bażi tad-dritt għal sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> għal dan is-self, minħabba li tagħti trattament favorevoli lil kredituri, hija invalida?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li jeħtieġ li jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punti 1 u 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni ta’ kreditur għall-oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat minn bejgħ ġudizzjarju b’subbasta ta’ proprjetà immobbli intiża, minn naħa, għall-konstatazzjoni tal-estinzjoni permezz ta’ tpaċija ta’ pretensjoni kompetitriċi, u, min-naħa l-oħra, għan-nuqqas ta’ infurzar tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li tiggarantixxi l-eżekuzzjoni ta’ din l-aħħar pretensjoni, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli jew tal-qrati tal-post ta’ eżekuzzjoni forzata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jitfakkar li hija ġurisprudenza stabbilita li, sa fejn ir-Regolament Nru 1215/2012 iħassar u jissostitwixxi r-Regolament Nru 44/2001 li, min-naħa tiegħu, jissostitwixxi l-Konvenzjoni tas‑<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, kif emendata bil-konvenzjonijiet suċċessivi relatati mal-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda għal din il-konvenzjoni, l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-aħħar strumenti legali hija wkoll valida għar-Regolament Nru 1215/2012 f’sitwazzjonijiet fejn dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġu kkwalifikati bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Nothartová</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:360">EU:C:2018:360</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Kuhn</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑308/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:911">EU:C:2018:911</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190228">28 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Gradbeništvo Korana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑579/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:162">EU:C:2019:162</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Is-sistema ta’ attribuzzjonijiet ta’ ġurisdizzjonijiet komuni prevista fil-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1215/2012 hija bbażata fuq ir-regola ġenerali, iddikjarata fl-Artikolu 4(1) tiegħu li l-persuni ddomiċiljati fit-territorju ta’ Stat Membru jitressqu quddiem il-qrati ta’ dan l-Istat, indipendentement min-nazzjonalità tal-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Huwa biss b’eċċezzjoni għal din ir-regola ġenerali tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tad-domiċilju tal-konvenut li l-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012 jipprevedi regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva, b’mod partikolari fil-qasam tad-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet. Dawn ir-regoli speċifiċi ta’ ġurisdizzjoni għandhom, konsegwentement, ikunu suġġetti għal interpretazzjoni stretta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li skont ir-regoli rilevanti tal-EO wara proċedura ta’ bejgħ ġudizzjarju b’subbasta ta’ proprjetà immobbli, it-tqassim tar-rikavat tal-eżekuzzjoni forzata huwa deċiż waqt seduta organizzata quddiem il-qorti ta’ eżekuzzjoni. F’din l-okkażjoni, jekk id-dritt ta’ parteċipazzjoni ta’ kreditur jiġi kkontestat, il-qorti jkollha twettaq verifiki li jirrigwardaw, b’mod partikolari, l-eżistenza ta’ ordni ta’ prijorità tal-pretensjonijiet. Fil-każ fejn id-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni tiddependi fuq il-konstatazzjoni ta’ fatti kontenzjużi, il-partijiet jiġu mistiedna jippreżentaw azzjoni għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, insostenn tal-azzjoni għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat inkwistjoni fil-kawża prinċipali, Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> invokaw, minn naħa, l-estinzjoni permezz ta’ tpaċija tal-pretensjoni ta’ E. Casamassima u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ infurzabbiltà tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li tiggarantixxi l-eżekuzzjoni ta’ din il-pretensjoni, fejn din l-aħħar oġġezzjoni, skont il-qorti tar-rinviju, għandha n-natura ta’ <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għalkemm ma jistax jiġi miċħud li, analizzata fl-intier tagħha, l-azzjoni għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat għandha rabta mal-proċedura ta’ eżekuzzjoni relatata mal-bejgħ forzat tal-proprjetà immobbli, xorta jibqa’ l-fatt, hekk kif jirriżulta mill-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja, li l-motivi ta’ oppożizzjoni mqajma fil-kuntest ta’ tali azzjoni jistgħu jkunu differenti ħafna fir-rigward tal-kontenut tagħhom u b’hekk jista’ jkollhom natura ġuridika differenti, b’tali mod li l-qrubija tagħhom mal-eżekuzzjoni forzata jew mad-drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jistgħu jvarjaw kunsiderevolment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, kif ġie essenzjalment irrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punti 35, 38 u 48 tal-konklużjonijiet tiegħu, analiżi globali tal-azzjoni għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali applikabbli għal din l-azzjoni tmur kontra l-interpretazzjoni stretta imposta min-natura eċċezzjonali tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni esklużiva previsti fil-punti 1 u 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk, minn naħa, il-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012, u, min-naħa l-oħra, il-punt 5 tal-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, jippermettux li jiġi ddeterminat il-<HT TYPE="ITALIC">forum</HT> li għandu ġurisdizzjoni sabiex jieħu konjizzjoni rispettivament ta’ kull wieħed mill-motivi ta’ oppożizzjoni mqajma minn Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat li fih tinsab il-proprjetà immobbli, prevista fil-punt 1 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li din il-ġurisdizzjoni esklużiva ma tinkludix l-azzjonijiet kollha li jirrigwardaw drittijiet <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli, iżda biss dawk fosthom li, fl-istess waqt, jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012 kif ukoll ikunu fost dawk li, minn naħa, jiddeterminaw il-portata, il-konsistenza, il-proprjetà, il-pussess ta’ proprjetà immobbli jew l-eżistenza ta’ drittijiet oħra <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq dawn il-proprjetajiet u, min-naħa l-oħra, jiżguraw lil min għandu dawn id-drittijiet il-protezzjoni tal-prerogattivi marbuta mat-titolu tagħhom (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140403">3 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>Weber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑438/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:212">EU:C:2014:212</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Komu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:833">EU:C:2015:833</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; kif ukoll tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schmidt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑417/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:881">EU:C:2016:881</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni ta’ qorti tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-proprjetà immobbli ma huwiex biżżejjed li l-azzjoni tkun tikkonċerna dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> fuq proprjetà immobbli jew li l-azzjoni jkollha rabta ma’ proprjetà immobbli. Għall-kuntrarju jeħtieġ li l-azzjoni tkun ibbażata fuq dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> u mhux fuq dritt personali (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schmidt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑417/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:881">EU:C:2016:881</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-motiv ta’ oppożizzjoni intiż għall-konstatazzjoni tal-estinzjoni permezz ta’ tpaċija tal-pretensjoni ta’ E. Casamassima, jeħtieġ li jiġi osservat li, permezz ta’ tali talba, Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, essenzjalment, għandhom l-intenzjoni li jikkontestaw l-eżistenza tal-pretensjoni invokata kontrihom fil-kuntest tat-tqassim tar-rikavat tal-bejgħ ġudizzjarju b’subbasta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, għalkemm huwa minnu li l-eżistenza ta’ pretensjoni serviet bħala bażi għall-kostituzzjoni tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> u għall-eżekuzzjoni sussegwenti, din it-talba għal tpaċija ma hijiex ibbażata fuq dritt <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT>. Il-fatt dwar jekk il-pretensjoni ta’ E. Casamassima fir-rigward tad-debitriċi tiegħu hijiex estinta permezz ta’ tpaċija ma huwiex, għalhekk, marbut mar-raġunijiet li jippermettu l-attribuzzjoni tal-ġurisdizzjoni esklużiva lill-qrati tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli, jiġifieri l-ħtieġa li jsiru verifiki, investigazzjonijiet u perizji fuq il-post (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Komu <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:833">EU:C:2015:833</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-motiv li permezz tiegħu Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> jikkontestaw il-fondatezza taċ-ċertifikat notarili ta’ dejn bejn E. Casamassima u C. fit‑<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE> li serva bħala bażi għall-eżekuzzjoni forzata u jitolbu l-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ infurzabbiltà ta’ dan l-att fil-konfront tagħhom, jeħtieġ li jiġi osservat li l-eżami ta’ tali argument ma jirrikjedi la l-evalwazzjoni ta’ fatti u lanqas l-applikazzjoni tar-regoli u tal-konswetudnijiet tal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli li jistgħu jiġġustifikaw il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru li fih tinsab il-proprjetà immobbli (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900110">10 ta’ Jannar 1990</DATE>, <NAME.CASE>Reichert u Kockler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑115/88</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:3">EU:C:1990:3</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fil-fatt, tali motiv ta’ kontestazzjoni pparagunat mill-qorti tar-rinviju għal <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> jsib il-bażi tiegħu fid-dritt dwar il-pretensjonijiet, dritt personali tal-kreditur fil-konfront tad-debitur, u għandu l-għan li jipproteġi l-garanzija patrimonjali li tal-ewwel ikollu fil-konfront tal-patrimonju tat-tieni (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Feniks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:805">EU:C:2018:805</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Konsegwentement, hekk kif ġie osservat ukoll mill-Avukat Ġenerali fil-punt 58 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-eżami tal-kwistjoni dwar jekk il-kundizzjonijiet ta’ tali azzjoni humiex issodisfati ma jirrikjedix verifiki strettament marbuta mal-post fejn tinsab il-proprjetà immobbli, li jkunu tali li jiġġustifikaw ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru tal-post fejn tkun tinsab din il-proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jitfakkar li, skont din id-dispożizzjoni, fil-qasam tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet, huma kompetenti biss, mingħajr teħid inkunsiderazzjoni tad-domiċilju tal-partijiet, il-qrati tal-Istat Membru tal-post tal-eżekuzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-azzjonijiet intiżi sabiex tiġi deċiża oppożizzjoni dwar l-użu ta’ forza, limitazzjoni jew qbid ta’ proprjetà mobbli jew immobbli sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tad-deċiżjonijiet u tal-atti jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920326">26 ta’ Marzu 1992</DATE>, <NAME.CASE>Reichert u Kockler</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑261/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:149">EU:C:1992:149</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-motiv ta’ oppożizzjoni mqajjem minn Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, intiż għall-konstatazzjoni tal-estinzjoni permezz ta’ tpaċija tal-pretensjoni ta’ E. Casamassima, jeħtieġ li jiġi osservat li l-eżami tal-fondatezza ta’ tali talba ma huwiex bħall-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-implimentazzjoni tal-eżekuzzjoni forzata bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, in-natura speċifika tar-rabta rikjesta fil-punt 5 tal-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni tas-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, kif emendata bil-konvenzjonijiet sussegwenti relatati mal-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda għal din il-konvenzjoni, li d-dispożizzjonijiet tiegħu ġew<?PAGE NO="10"?> riprodotti fil-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012, timplika li parti tista’ tinvoka l-ġurisdizzjoni li din id-dispożizzjoni tagħti lill-qrati tal-post tal-eżekuzzjoni sabiex tadixxi lil dawn il-qrati, b’mod eċċezzjonali, b’tilwima li taqa’ taħt il-qrati ta’ Stat Membru ieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850704">4 ta’ Lulju 1985</DATE>, <NAME.CASE>AS‑Autoteile Service</NAME.CASE>, <NO.CASE>220/84</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:302">EU:C:1985:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-motiv ta’ oppożizzjoni pparagunat mill-qorti tar-rinviju ma’ <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>, jeħtieġ li jiġi osservat li, permezz tiegħu, Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ma jikkontestawx l-atti tal-awtoritajiet inkarigati mill-eżekuzzjoni forzata, fihom innifishom, fejn għalhekk tali azzjoni ma tippreżentax il-livell ta’ qrubija meħtieġa b’din l-eżekuzzjoni sabiex tiġġustifika l-applikazzjoni tar-regola esklużiva ta’ ġurisdizzjoni prevista fil-punt 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, u sabiex il-qorti tar-rinviju tingħata l-indikazzjonijiet utli kollha sabiex tiddeċiedi t-tilwima li biha ġiet adita, jeħtieġ li jiġi eżaminat, bħalma għamel l-Avukat Ġenerali, jekk il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 jipprovdix bażi legali għall-ġurisdizzjoni internazzjonali ta’ din il-qorti fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, fil-qasam kuntrattwali, persuna ddomiċiljata fit-territorju ta’ Stat Membru tista’ titressaq fi Stat Membru ieħor, quddiem il-qorti tal-post ta’ eżekuzzjoni tal-obbligu li jservi bħala bażi għat-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-<HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT>, meta tiġi ppreżentata fuq il-bażi ta’ drittijiet fuq dejn derivanti minn obbligi derivanti mill-konklużjoni ta’ kuntratt, taqa’ taħt il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> fis-sens tal-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Feniks</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑337/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:805">EU:C:2018:805</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif essenzjalment sostnew Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u l-Kummissjoni Ewropea waqt is-seduta, peress li t-tieni motiv ta’ oppożizzjoni pparagunat mill-qorti tar-rinviju għal <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> ġie fformulat bil-għan li jiġi kkonstatat in-nuqqas ta’ infurzabbiltà min-naħa ta’ Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> ikkostitwita favur E. Casamassima minn C., debitriċi komuni li magħha kull wieħed minn dawn il-kredituri kien marbut kuntrattwalment, il-<HT TYPE="ITALIC">forum</HT> tad-domiċilju tal-konvenut jista’ jiġi kkompletat b’dak awtorizzat fil-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Tali <HT TYPE="ITALIC">forum</HT> jissodisfa, fir-rigward tal-oriġini kuntrattwali tar-relazzjonijiet bejn il-kredituri u C., kemm ir-rekwiżit ta’ ċertezza legali u ta’ prevedibbiltà kif ukoll l-għan tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Konsegwentement, min għandu pretensjonijiet li jirriżultaw minn kuntratt jista’ jippreżenta <HT TYPE="ITALIC">actio pauliana</HT> quddiem il-qorti tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>post tat-twettiq tal-obbligazzjoni in kwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, inkwantu dan il-<HT TYPE="ITALIC">forum</HT> huwa dak li huwa awtorizzat bis-saħħa tal-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012. F’dan il-każ, permezz tat-tieni motiv, Reitbauer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> għandhom l-intenzjoni li jippreżervaw l-interessi tagħhom fl-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni konklużi ma’ C. Għaldaqstant il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>post tat-twettiq tal-obbligazzjoni in kwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> huwa, konformement mal-punt 1(b) tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, dak fejn, bis-saħħa ta’ dawn il-kuntratti, dawn ix-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni ġew ipprovduti, jiġifieri fl-Awstrija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, jeħtieġ li r-risposta għad-domandi magħmula tkun li l-punti 1 u 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-azzjoni ta’ kreditur għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat ta’ bejgħ ġudizzjarju b’subbasta ta’ proprjetà immobbli intiża, minn naħa, għall-konstatazzjoni tal-estinzjoni permezz ta’ tpaċija ta’ pretensjoni kompetitriċi u, min-naħa l-oħra, għall-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ infurzabbiltà tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li tiggarantixxi l-eżekuzzjoni ta’ din l-aħħar pretensjoni ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli jew tal-qrati tal-post ta’ eżekuzzjoni forzata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punti 1 u 5 tal-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-azzjoni ta’ kreditur għal oppożizzjoni għat-tqassim tar-rikavat ta’ bejgħ ġudizzjarju b’subbasta ta’ proprjetà immobbli intiża, minn naħa, għall-konstatazzjoni tal-estinzjoni permezz ta’ tpaċija ta’ pretensjoni kompetitriċi u, min-naħa l-oħra, għall-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ infurzabbiltà tas-sigurtà <HT TYPE="ITALIC">in rem</HT> li tiggarantixxi l-eżekuzzjoni ta’ din l-aħħar pretensjoni ma taqax taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-Istat Membru fejn tinsab il-proprjetà immobbli jew tal-qrati tal-post ta’ eżekuzzjoni forzata.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>