|
26.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 108/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/731
tal-25 ta' April 2017
li jemenda l-mudell taċ-ċertifikati veterinarji BOV-X, BOV-Y, BOV u OVI stabbiliti fl-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, il-mudelli taċ-ċertifikati GEL, COL, RCG u TCG stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 u ċ-ċertifikat mudell għal prodotti komposti stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda ta' ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2)(b) u 9(4)(b) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (3), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4) li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti kunsinni ta' annimali ħajjin inklużi annimali bovini domestiċi u kunsinni ta' laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem, inkluż laħam frisk ta' annimali bovini, ovini u kaprini domestiċi. |
|
(2) |
Il-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 tistabbilixxi mudell ta' ċertifikat veterinarju għall-annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċijiet Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsubin għat-tgħammir u/jew għall-produzzjoni wara l-importazzjoni (BOV-X) u mudell ta' ċertifikat veterinarju għal annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċijiet Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) maħsubin sabiex jitbiċċru immedjatament wara l-importazzjoni tagħhom (BOV-Y). Il-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament tistabbilixxi mudell ta' ċertifikat veterinarju għal-laħam frisk, inkluż laħam ikkapuljat, ta' annimali bovini domestiċi (inklużi l-ispeċijiet Bubalus u Bison u r-razez imħalltin tagħhom) (BOV) u mudell ta' ċertifikat veterinarju għal laħam frisk, inkluż il-laħam kapuljat, ta' annimali ovini domestiċi (Ovis aries) u annimali kaprini domestiċi (Capra hircus) (OVI). Dawn il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji jinkludu garanziji għall-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE, bovine spongiform encephalopathy). |
|
(3) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 (5) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsubin għall-konsum mill-bniedem. |
|
(4) |
L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikat għal importazzjonijiet tal-ġelatina maħsuba għall-konsum uman (GEL) fil-Parti III tiegħu, mudell taċ-ċertifikat għal importazzjonijiet tal-kollaġen maħsub għall-konsum uman (COL) fil-Parti IV tiegħu, mudell għal importazzjonijiet ta' materja prima għall-produzzjoni ta' ġelatina u l-kollaġen maħsuba għall-konsum uman (RCG) fil-Parti V tiegħu, u mudell taċ-ċertifikat għal importazzjonijiet ta' materja prima trattata għall-produzzjoni ta' ġelatina u kollaġen maħsuba għall-konsum uman (TCG) fil-Parti VI. Dawk il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji jinkludu garanziji għall-BSE għal prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 (6) jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni jew li jgħaddu minn ġol-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem. |
|
(6) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Dak il-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa jinkludi garanziji għall-BSE għal prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (TSEs) f'annimali bovini, ovini u kaprini. Il-Kapitolu B tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' annimali bovini fir-rigward tal-BSE u l-Kapitolu C ta' dak l-Anness jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem minn annimali bovini, ovini u kaprini fir-rigward tal-BSE. |
|
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 (8). Dawk l-emendi jipprovdi, fost l-oħrajn, għal kjarifika tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu B u l-Kapitolu Ċ tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001. Dawn jipprovdu wkoll għall-emenda tar-rekwiżit li tiġi indikata strixxa blu fuq it-tikketta tal-karkassi jew tal-qatgħat li jkunu ser jinbiegħu bl-ingrossa tal-karkassi tal-annimali bovini, meta t-tneħħija tal-kolonna vertebrali ma tkunx meħtieġa kif stabbilit fil-Kapitolu Ċ tal-Anness IX ta' dak ir-Regolament. Din l-emenda tirrikjedi li minflok, jenħtieġ tiġi indikata strixxa ħamra fuq it-tikketta meta t-tali tneħħija tkun meħtieġa għal prodotti li joriġinaw minn annimali bovini importati lejn l-Unjoni. |
|
(9) |
B'mod partikolari, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat mir-Regolament (UE) 2016/1396, jippermetti l-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali għall-konsum mill-bniedem li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini minn pajjiżi terzi b'riskju negliġibbli ta' BSE kif stabbilit fit-Taqsima B tal-Kapitolu Ċ tal-Anness IX, anke meta dawk il-prodotti jkunu miksubin minn materja prima li tkun ġejja minn pajjiżi b'riskju ta' BSE kkontrollat jew mhux determinat, diment li dak il-materjal ta' riskju speċifikat ikun tneħħa mit-tali materja prima. |
|
(10) |
Il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji BOV-X u BOV-Y stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness I u BOV u OVI stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, il-mudelli ta' ċertifikati veterinarji GEL, COL, RCG u TCG stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2016/759 u l-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' prodotti komposti stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati biex jirriflettu r-rekwiżiti relatati mal-importazzjonijiet ta' annimali bovini u ta' laħam frisk tal-annimali bovini, ovini u kaprini u ta' prodotti mill-annimali għall-konsum mill-bniedem li joriġina minn annimali bovini, ovini u kaprini, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 999/2001, kif emendat bir-Regolament (UE) 2016/1396. |
|
(11) |
Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 u r-Regolament (UE) Nru 28/2012 għalhekk jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq. |
|
(12) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1396 jipprevedi li l-emendi li għamel fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2017. |
|
(13) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil tal-importazzjonijiet fl-Unjoni tal-kunsinni ta' annimali bovini, ovini u kaprini ħajjin, ta' laħam frisk ta' annimali bovini, ovini u kaprini domestiċi, ta' ġelatina, kolleġen, materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen u materja prima trattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen maħsuba għall-konsum mill-bniedem u ta' ċertu prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, l-użu ta' ċertifikati maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 206/2010, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 u r-Regolament (UE) Nru 28/2012 kif applikabbli qabel ma ġew introdotti l-emendi permezz ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jkompli jiġi awtorizzat matul il-perjodu tranżizzjonali soġġett għal ċertu kundizzjonijiet. |
|
(14) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012 huwa emendat b'konformità mal-Anness III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
1. Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kunsinni ta' annimali bovini, ovini u kaprini ħajjin akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat maħruġ skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u l-kunsinni ta' laħam frisk ta' annimali bovini, ovini u kaprini domestiċi, akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat maħruġ skont il-mudell stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati għall-importazzjoni lejn l-Unjoni sakemm iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ aktar tard mit-30 ta' Novembru 2017.
2. Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kunsinni ta' ġelatina maħsuba għall-konsum mill-bniedem, il-kollaġen maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-materja prima għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen maħsubin għall-konsum mill-bniedem u l-materja prima trattata għall-produzzjoni tal-ġelatina u l-kollaġen maħsubin għall-konsum mill-bniedem, akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat maħruġ skont il-mudell stabbilit rispettivament fil-Partijiet III, IV, V u VI tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni sakemm iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ aktar tard mit-30 ta' Novembru 2017.
3. Għal perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Diċembru 2017, il-kunsinni ta' ċerti prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, akkumpanjati minn mudell ta' ċertifikat maħruġ skont il-mudell stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012, kif applikabbli qabel l-emendi magħmula minn dan ir-Regolament, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni sakemm iċ-ċertifikat ma jkunx inħareġ aktar tard mit-30 ta' Novembru 2017.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 320.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/759 tat-28 ta' April 2016 li jfassal listi tal-pajjiżi terzi, il-partijiet ta' pajjiżi terzi u t-territorji li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum uman, li jistabbilixxi ċertifikati, rekwiżiti u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2074/2005 u li jħassar id-Deċiżjoni 2003/812/KE (ĠU L 126, 14.5.2016, p. 13).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 28/2012 tal-11 ta' Jannar 2012, li jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-importazzjoni għall-Unjoni u tat-tranżitu minn ġol-Unjoni ta' ċerti prodotti komposti u li jemenda d-Deċiżjoni 2007/275/KE u r-Regolament (KE) Nru 1162/2009 (ĠU L 12, 14.1.2012, p. 1).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1396 tat-18 ta' Awwissu 2016 li jemenda ċerti Annessi tar-Regolament Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 225, 19.8.2016, p. 76).
ANNESS I
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness II, il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/759 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Parti III, il-mudell ta' ċertifikat għall-importazzjonijiet tal-ġelatina maħsuba għall-konsum uman, il-Mudell GEL, huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fil-Parti IV, il-mudell ta' ċertifikat għall-importazzjonijiet tal-kollaġen maħsub għall-konsum uman, il-Mudell COL, huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fil-Parti V, il-mudell ta' ċertifikat għall-importazzjonijiet ta' materja prima għall-produzzjoni ta' ġelatina/kollaġen maħsub għall-konsum uman, il-Mudell RCG, huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fil-Parti VI, il-mudell ta' ċertifikat għall-importazzjonijiet tal-materja prima trattata għall-produzzjoni ta' ġelatina/kollaġen maħsub għall-konsum uman, il-Mudell TCG, huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS III
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 28/2012, il-mudell ta' ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti komposti maħsuba għall-konsum mill-bniedem huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-Punt II.2. A tal-Parti II Informazzjoni tas-Saħħa, il-punt (E) huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fil-Parti II tan-Noti, tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna (11) li ġejja:
|