<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑16/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0016</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:68">EU:T:2017:68</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20170209">9.2.2017</DATE> – KAWŻA T-16/16</P><P>MAST-JÄGERMEISTER vs EUIPO (TAZZI)</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Disinn Komunitarju</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għal disinni Komunitarji li jirrappreżentaw tazzi</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>rappreżentazzjoni xierqa għar-riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ preċiżjoni tar-rappreżentazzjoni rigward il-portata tal-protezzjoni mitluba</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut li jiġu rrimedjati l-irregolaritajiet</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut li tingħata data ta’ ffajljar</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 36 u 46 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1)(e) u Artikolu 10(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 2245/2002</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑16/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Mast-Jägermeister SE</HT>, stabbilita f’Wolfenbüttel (il-Ġermanja), irrappreżentata minn H.-P. Schrammek, C. Drzymalla, S. Risthaus u J. Engberding, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn S. Hanne, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-<DATE ISO="20151117">17 ta’ Novembru 2015</DATE> (Każ R 1842/2015‑3), rigward applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ tazzi bħala disinni Komunitarji,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn A. M. Collins, President, R. Barents (Relatur) u J. Passer, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat ir-rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20160119">19 ta’ Jannar 2016</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat ir-risposta ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20160404">4 ta’ April 2016</DATE>,</VISA><VISA>wara li rat li l-partijiet fil-kawża prinċipali ma ressqu l-ebda talba għal seduta fi żmien tliet ġimgħat min-notifika tal-għeluq tal-proċedura bil-miktub u wara li ddeċidiet, skont l-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>L-Artikolu 36 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-<DATE ISO="20011212">12 ta’ Diċembru 2001</DATE>, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142), kif emendat, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Kundizzjonijiet li għandhom iħarsu l-applikanti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="036.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Applikazzjoni għal disinn Komunitarju rreġistrat għandu jkun fiha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>talba għar-reġistrazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tagħrif li jidentifika l-applikant;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>rappreżentazzjoni tad-disinn xieraq [xierqa] għar-riproduzzjoni [; m]adankollu, jekk l-oġġett ta’ l-applikazzjoni jkun disinn ta’ żewġ dimensjonijiet u l-applikazzjoni tkun fiha talba għad-differiment tal-pubblikazzjoni skond l-Artikolu 50, ir-rappreżentazzjoni tad-disinn tista’ tinbidel b’mudell.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għandu barra minn hekk ikun fiha indikazzjoni dwar il-prodotti li fihom id-disinn ikun maħsub li jiġi inkorporat jew li miegħu jkun maħsub li jiġi applikat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’żieda ma’ dan, l-applikazzjoni jista’ jkun fiha:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>deskrizzjoni li tispjega r-rappreżentazzjoni jew il-mudell;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>talba għad-differiment tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 50;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>tagħrif li jidentifika r-rappreżentant jekk l-applikant ikun ħatar wieħed;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-klassifika tal-prodotti li fihom id-disinn ikun maħsub li jiġi inkorporat jew li magħhom jkun maħsub li jiġi applikat skont il-klassi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>iċ-ċitazzjoni tad-disinjatur jew tat-tim tad-disinjaturi jew dikjarazzjoni dwar ir-responsabbiltà ta’ l-applikant illi d-disinjatur jew it-tim tad-disinjaturi jkunu rrinunzjaw għad-dritt li jiġu ċitati.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għandha tkun bla ħsara għall-ħlas ta’ dritt tar-reġistrazzjoni u ta’ dritt tal-pubblikazzjoni. Meta talba għad-differiment skont paragrafu 3(b) tiġi infilzata, id-dritt tal-pubblikazzjoni jinbidel fi dritt għad-differiment tal-pubblikazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għandha tħares il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament ta’ implimentazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="036.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>It-tagħrif li jkun jinsab fl-elementi msemmija fil-paragrafu 2 u fil-paragrafu 3(a) sa (d) ma għandux jaffettwa l-iskop [l-portata] tal-protezzjoni tad-disinn bħala ta’ hekk.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>It-Titolu V tar-Regolament Nru 6/2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Proċedura tar-reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jinkludi l-Artikoli 45 sa 50.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Eżami rigward il-ħtiġiet formali għall-infilzar<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="045.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-[EUIPO] għandu jeżamina jekk l-applikazzjoni tħarisx il-ħtiġiet stabbiliti fl-Artikolu 36(1) għall-qbil ma’ data ta’ l-infilzar.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="045.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-[EUIPO] għandu jeżamina jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-applikazzjoni tikkonformax mal-ħtiġiet l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 36(2), (3), (4) u (5) u, fil-każ ta’ applikazzjoni multipla, l-Artikolu 37(1) u (2);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-applikazzjoni tissodisfax il-ħtiġiet formali stabbiliti fir-Regolament li jimplimenta l-Artikoli 36 u 37;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jiġux issodisfati l-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 77(2);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>jiġux sodisfatti l-ħtiġiet li jirrigwardaw il-talba għall-prijorità, jekk issir it-talba għall-prijorità.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="045.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kondizzjoni għall-eżami dwar il-ħtiġiet formali ta’ l-infilzar għandhom jiġu stabbiliti fir-Regolament ta’ implimentazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 46 tar-Regolament Nru 6/2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Defiċjenzi [Irregolaritajiet] li jistgħu jiġu rrimedjati<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="046.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta, fit-twettiq ta’ l-eżami fl-Artikolu 45, l-[EUIPO] jinnota illi jeżistu defiċjenzi li jistgħu jiġu kkorreġuti, [huwa] għandu jitlob lill-applikant li jirrimedjahom fil-perjodu taż-żmien stabbilit.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-defiċjenzi jirrigwardaw il-ħtiġiet riferiti fl-Artikolu 36(1) u l-applikant jikkonforma mat-talba ta[l-EUIPO] fil-perjodu taż-żmien stabbilit, l-[EUIPO] għandu jagħti bħala d-data ta’ l-infilzar id-data li fiha jiġu rrimedjati d-defiċjenzi. Jekk id-defiċjenzi ma jiġux irrimedjati fil-perjodu taż-żmien stabbilit, l-applikazzjoni ma għandhiex tiġi ttrattata bħala applikazzjoni għal disinn Komunitarju rreġistrat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-defiċjenzi jirrigwardaw il-ħtiġiet, inkluż il-ħlas tad-drittijiet, kif riferit fl-Artikolu 45(2)(a), (b) u (ċ) u l-applikant jikkonforma mat-talba ta[l-EUIPO] fil-perjodu taż-żmien stabbilit, l-[EUIPO] għandu jagħti bħala d-data ta’ l-infilzar id-data li fiha kienet oriġinarjament infilzata. Jekk id-defiċjenzi jew in-nuqqas fil-ħlas ma jiġux irrimedjati fil-perjodu taż-żmien stabbilit, l-[EUIPO] għandu jirrifjuta l-applikazzjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk id-defiċjenzi jirrigwardaw il-ħtiġiet riferiti fl-Artikolu 45(2)(d), in-nuqqas li jiġu rrimedjati fil-perjodu taż-żmien stabbilit għandu jirriżulta fit-telfa tad-dritt għall-prijorità ta’ l-applikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 47 tar-Regolament Nru 6/2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Raġunijiet għan-nuqqas tal-kapaċità tar-reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="047.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk l-[EUIPO], fit-twettiq tal-eżami skont l-Artikolu 45, jinnota illi d-disinn li għalih tkun qiegħda titfittex il-protezzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ma jikkorrispondix mad-definizzjoni fl-Artikolu 3(a); jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>imur kontra l-politika pubblika jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[l-EUIPO għandu jiċħad l-applikazzjoni].</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="047.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni m’għandhiex tiġi miċħuda qabel ma l-applikant ikun ingħata l-opportunità li jirtira jew jemenda l-applikazzjoni jew biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2002, tal-<DATE ISO="20021021">21 ta’ Ottubru 2002</DATE>, li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 31, p. 14), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Rappreżentazzjoni tad-disinn<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1(e) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-rappreżentazzjoni tad-disinn irid jikkonsisti f’riproduzzjoni grafika jew riproduzzjoni fotografika tad-disinn, jew black and white jew bil-kulur. Hija trid tissudisfa s-segwenti ħtiġijiet:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>id-disinn irid ikun riprodott fuq sfond newtrali li ma tergax tintmiss bl-inka jew likwidu li jikkoregi[; t]kun ta’ kwalità li tipermetti li d-detallji kollha tal-materja li għaliha tiġi mfixxija l-protezzjoni sabiex tkun distinta b’mod ċar u li tipermeti li tiċċekken jew titkabbar għal daqs mhux akbar minn 8 cm b’16 cm għal kull vista għal dħul fir-Reġistru tad-Disinnji Komunitarji […]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 2245/2002, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Eżami tal-ħtiġiet għal data ta’ iffajljar u ta’ ħtiġiet formali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jispeċifika, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-[EUIPO] jrid jinnotifika lill-applikant li d-data ta’ l-iffajljar ma tistax tiġi konċessa jekk l-applikazzjoni ma jkolliex:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>rikjesta għal reġistrazzjoni tad-disinn bħala disinn Komunitarju reġistrat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>informazzjoni li tidentifika lill-applikant;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>rappreżentazzjoni tad-disinn in segwitu ta’ l-Artikolu 4(1)(d) u (e), jew fejn applikabbli, kampjun.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk in-nuqqasijiet [irregolaritajiet] imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu rimedjati fi żmien xahrejn minn meta jasal l-avviż, id-data li fiha n-nuqqasijiet kollha jiġu rimedjati għandha tkun id-data tal-preżentazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Jekk in-nuqqasijiet ma humiex rimedjati qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ skadenza, l-applikazzjoni ma tkunx trattata bħala applikazzjoni ta’ disinn Komunitarju. Kwalunkwe miżati mħallsa jkunu mħallsa lura.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE>, ir-rikorrenti, Mast-Jägermeister SE, ippreżentat applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ disinni Komunitarji fl-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), skont ir-Regolament Nru 6/2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Id-disinni li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni huma dawn li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>disinn Komunitarju Nru 2683615-0001: [kunfidenzjali]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Data kunfidenzjali eskluża.</P></NOTE>;</P></ITEM><ITEM><P>disinn Komunitarju Nru 2683615‑0002: [kunfidenzjali].</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-prodotti li għalihom ġew ippreżentati applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni huma t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>tazzi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li jaqgħu taħt il-klassi 07.01 fis-sens tal-Ftehim ta’ Locarno tat-<DATE ISO="19681008">8 ta’ Ottubru 1968</DATE>, li jistabbilixxi klassifikazzjoni internazzjonali għad-disinni industrijali, kif emendat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel rapport ta’ eżami stabbilit fis-<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE>, l-eżaminatur informa lir-rikorrenti li, għad-disinni li jinsabu fil-punt 9 hawn fuq, l-indikazzjoni tal-prodott, jiġifieri t-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>tazzi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li għalihom ġiet mitluba l-protezzjoni, ma kinitx tikkorrispondi għar-rappreżentazzjonijiet iffajljati, peress li dawn tal-aħħar kienu juru wkoll fliexken. Għaldaqstant huwa ssuġġerixxa lir-rikorrenti sabiex iżżid maż-żewġ disinni l-indikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Fliexken<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> li jaqgħu taħt il-klassi 09.01 fis-sens tal-Ftehim ta’ Locarno. L-eżaminatur żied li, sa fejn il-prodotti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Tazzi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Fliexken<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> kienu jagħmlu parti minn klassijiet differenti, l-applikazzjoni multipla kellha tiġi diviża. Huwa speċifika li, jekk in-nuqqas ma jiġix irrimedjat fit-terminu stabbilit, l-applikazzjoni tiġi rrifjutata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20150421">21 ta’ April 2015</DATE>, ir-rikorrenti rrispondiet li ma ġiet mitluba l-ebda protezzjoni għall-fliexken riprodotti fir-rappreżentazzjonijiet, b’tali mod li hija kienet qed tissuġġerixxi li tiġi speċifikata l-indikazzjoni tal-prodotti b’dan il-mod: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Tazzi għax-xorb inkwantu reċipenti għal flixkun li jagħmel parti minnhom<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>. Hija żiedet li l-klassi 07.01 tal-Ftehim ta’ Locarno kien jidher ukoll xieraq għal din l-indikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni rapport ta’ eżami tal-<DATE ISO="20150625">25 ta’ Ġunju 2015</DATE>, l-eżaminatur irrisponda li, wara l-ittra tal-<DATE ISO="20150421">21 ta’ April 2015</DATE> u l-konversazzjoni telefonika li huwa kellu mar-rikorrenti, kien ċar li din tal-aħħar ma kienet qed titlob l-ebda protezzjoni għall-fliexken. Madankollu, skont l-eżaminatur, dawn il-fliexken kienu jidhru biċ-ċar fuq ir-rappreżentazzjonijiet u eżami ġdid kien juri li l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ma kinux jinkludu rappreżentazzjonijiet konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002. Għaldaqstant huwa qies li, minħabba l-preżenza tal-fliexken, il-karatteristiċi li għalihom ġiet mitluba l-protezzjoni ma kinux viżibbli b’mod ċar. Huwa żied li dan seta’ jiġi rrimedjat billi jiġu ppreżentati perspettivi ġodda li fihom il-karatteristiċi mitluba jkunu ddelimitati b’linji tikek jew b’linji kkuluriti. Huwa speċifika li l-ebda data ta’ ffajljar ma setgħet tingħata għall-applikazzjonijiet sakemm id-difetti ma jiġux irrimedjati. Huwa kkonkluda billi indika li, jekk id-difetti jiġu rrimedjati fit-termini stabbiliti, id-data tal-preżentata tal-perspettivi ġodda tiġi rrikonoxxuta bħala data tal-iffajljar, iżda li, fin-nuqqas ta’ dan, l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni jitqiesu bħala mhux iffajljati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20150714">14 ta’ Lulju 2015</DATE>, ir-rikorrenti rrispondiet li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ data tal-iffajljar kienu ssodisfatti, għaliex ir-rappreżentazzjonijiet iffajljati kienu juru d-disinni fuq sfond newtrali. Hija speċifikat li l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002 kien jirrigwarda l-kwalità tar-rappreżentazzjonijiet u mhux il-kontenut tagħhom. Għaldaqstant hija ma ffajljatx perspettivi ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Bit-tielet rapport ta’ eżami tas-<DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, l-eżaminatur indika li kien qed iżomm mar-rapport ta’ eżami tiegħu tal-<DATE ISO="20150625">25 ta’ Ġunju 2015</DATE>, ladarba r-rappreżentazzjonijiet kienu juru tazza u flixkun.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>B’ittra tal-<DATE ISO="20150821">21 ta’ Awwissu 2015</DATE>, ir-rikorrenti, filwaqt li rreferiet għal konversazzjoni telefonika li hija kellha mal-eżaminatur, irrispondiet li hija ma kinitx tifhem għalfejn id-data ta’ ffajljar setgħet tinżamm fil-każ ta’ żieda ta’ indikazzjoni ta’ prodott jew fil-każ ta’ diviżjoni tal-applikazzjoni multipla, iżda mhux għall-perspettivi ffajljati inizjalment. Ir-rikorrenti talbet l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors fil-każ li d-deċiżjoni ta’ eżami ma tiġix annullata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ rapport ta’ eżami tal-<DATE ISO="20150824">24 ta’ Awwissu 2015</DATE>, l-eżaminatur informa lir-rikorrenti li d-difetti fl-applikazzjonijiet setgħu jiġu rrimedjati bl-iffajljar ta’ perspettivi ġodda, jew biż-żieda tal-indikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Fliexken<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u d-diviżjoni tal-applikazzjoni multipla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>B’ittra tat-<DATE ISO="20150828">28 ta’ Awwissu 2015</DATE>, ir-rikorrenti talbet l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150831">31 ta’ Awwissu 2015</DATE>, l-eżaminatur innota li r-rikorrenti ma kinitx irrimedjat id-difetti fl-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni, peress li ma kinitx approvat ir-rapport ta’ eżami. L-eżaminatur qies, skont l-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 6/2002 u l-Artikolu 10(2) tar-Regolament<?PAGE NO="6"?> Nru 2245/2002, li l-applikazzjonijiet ta’ disinni msemmija fil-punt 9 hawn fuq ma kinux meqjusa bħala applikazzjonijiet għal disinni Komunitarji, b’tali mod li l-ebda data ta’ ffajljar ma setgħet tingħata. Minbarra dan, huwa ordna r-rimbors tal-ammont tad-dritt imħallas.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150915">15 ta’ Settembru 2015</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat appell quddiem l-EUIPO, skont l-Artikoli 55 sa 60 tar-Regolament Nru 6/2002, kontra d-deċiżjoni tal-eżaminatur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tas-<DATE ISO="20151117">17 ta’ Novembru 2015</DATE> (iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), it-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO kkonferma, fil-punt 15 tad-deċiżjoni kkontestata, li ż-żewġ disinni msemmija fil-punt 9 hawn fuq ma kinux jippermettu li jiġi stabbilit jekk il-protezzjoni kinitx mitluba għat-tazza, għall-flixkun jew għal kombinazzjoni tat-tnejn. Hija speċifikat, fil-punt 16 tad-deċiżjoni kkontestata, li r-rappreżentazzjoni li kellha tiġi ffajljata mal-applikazzjoni skont l-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002 kienet isservi sabiex jiġi identifikat id-disinn li għalih hija mitluba l-protezzjoni u kienet il-kundizzjoni għall-għoti ta’ data ta’ ffajljar, skont l-Artikolu 38(1) tal-imsemmi regolament. Id-data ta’ ffajljar tiddetermina kemm għandu żmien id-disinn irreġistrat: in-natura ġdida u l-karatteristika huma ddeterminati billi jintużaw mudelli preċedenti żvelati qabel id-data ta’ ffajljar. Il-Bord tal-Appell żied li, skont l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002, ir-rappreżentazzjoni kelli tippermetti li jiġu distinti b’mod ċar id-dettalji kollha li għalihom intalbet il-protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell żied, fil-punti 17 u 18 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-allegazzjoni skont liema s-suġġett tal-protezzjoni tal-applikazzjonijiet iffajljati jirriżulta b’mod ċar mir-rappreżentazzjonijiet kienet f’kontradizzjoni mal-espożizzjoni tar-rikorrenti nnifisha u li l-proposta ta’ din tal-aħħar li jiġu indikati l-prodotti kkonċernati ma kinitx xierqa sabiex tirrimedja d-difetti fir-rappreżentazzjoni tad-disinni, għaliex ma setgħetx tintuża sabiex tiddetermina l-portata tal-protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Bord tal-Appell qies, fil-punt 22 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-eżaminatur kien kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni, li huwa stabbilit fl-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002. Fil-fehma tiegħu, fil-fatt, il-motivi tal-konstatazzjoni skont liema l-applikazzjonijiet ma kinux ikkunsidrati bħala applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju kienu d-difetti fir-rappreżentazzjonijiet iffajljati, skont l-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 6/2002, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1)(ċ) ta’ dan ir-regolament u mal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002, u mhux in-nuqqas ta’ ftehim tar-rikorrenti mar-rapporti ta’ eżami tal-eżaminatur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tiffissa d-data ta’ ffajljar għad-disinni Nri 2683615‑0001 u 2683615-0002 għas-<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-EUIPO jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà tat-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrenti</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-EUIPO jsostni l-inammissibbiltà tat-tieni kap tat-talbiet tar-rikorrenti, jiġifieri dak intiż għall-iffissar tad-data ta’ ffajljar tad-disinni kkontestati fis-<DATE ISO="20150417">17 ta’ April 2015</DATE>, għaliex huwa ordni u l-Qorti Ġenerali ma tistax toħroġ ordnijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward huwa suffiċjenti li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea kontra d-deċiżjoni ta’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, dan tal-aħħar huwa obbligat, skont l-Artikolu 61(6) tar-Regolament Nru 6/2002, li jieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-imsemmija qorti. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma tistax tindirizza ordni lill-EUIPO [ara, b’mod analogu, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100120">20 ta’ Jannar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Nokia vs UASI – Medion (LIFE BLOG)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑460/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:18">EU:T:2010:18</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li t-tieni kap tat-talbiet huwa inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 45 u 46 tar-Regolament Nru°6/2002, moqrija flimkien mal-Artikolu 36 tal-imsemmi regolament, u t-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 45 u 46 tar-Regolament Nru 6/2002, moqrija flimkien mal-Artikolu 36 tal-imsemmi regolament</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li r-rappreżentazzjonijiet tad-disinni kienu ta’ kwalità li tippermetti li ssir riproduzzjoni. Fil-fatt, huma kienu, b’mod konformi mal-Artikolu 4(1)(d) u (e) tar-Regolament Nru 2245/2002, fuq sfond newtrali, ma reġgħux intmessu bl-inka jew b’likwidu li jikkoreġi u kienu ta’ kwalità suffiċjenti sabiex tippermetti li d-dettalji kollha tal-oġġett li għalih hija mitluba l-protezzjoni jkunu distinti b’mod ċar u sabiex tippermetti li huwa jiċċekken jew jitkabbar. Huma biss dawn ir-rekwiżiti li huma previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Ir-rifjut tal-Bord tal-Appell li jiffissa data ta’ ffajljar minħabba li r-rappreżentazzjonijiet ma jippermettux li jiġi stabbilit jekk il-protezzjoni kinitx mitluba għat-tazza, għall-flixkun jew għal kombinazzjoni tat-tnejn huwa żbaljat, sa fejn din il-kwistjoni tqum eventwalment biss fil-kuntest ta’ proċess għal vjolazzjoni, iżda ma tipprekludix l-iffissar ta’ data ta’ ffajljar. Barra minn hekk, ir-raġunament tal-Bord tal-Appell jista’ eventwalment jittieħed inkunsiderazzjoni rigward in-natura reġistrabbli ta’ disinn. Skont ir-rikorrenti, l-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002 u l-Artikolu 10(1)(ċ) tar-Regolament Nru 2245/2002, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(1)(e) ta’ dan ir-regolament, jiffissaw rekwiżiti biss f’dak li jirrigwarda l-kwalità tar-rappreżentazzjoni tad-disinn, u mhux fir-rigward tal-kontenut tiegħu. L-istruttura ġenerali tal-Artikoli 45 u 46 tar-Regolament Nru 6/2002 tissuġġerixxi li data ta’ ffajljar kellha tingħata għall-applikazzjonijiet tagħha għal reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont ġurisprudenza stabbilita, fl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll l-għanijiet segwiti permezz tal-leġiżlazzjoni li hija tagħmel parti minnha (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090129">29 ta’ Jannar 2009</DATE>, <NAME.CASE>Petrosian</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑19/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:41">EU:C:2009:41</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131003">3 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Lundberg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑317/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:631">EU:C:2013:631</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 36(1) tar-Regolament Nru 6/2002, li għalih jirreferu l-Artikolu 45(1), u l-Artikolu 46(2), ta’ dan ir-regolament, jipprevedi li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha tinkludi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>rappreżentazzjoni tad-disinn xieraq [xierqa] għar-riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Din id-dispożizzjoni ma tispeċifikax, madankollu, il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex tali rappreżentazzjoni titqies bħala<?PAGE NO="8"?> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[xierqa] għar-riproduzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>. L-Artikolu 36(5) tar-Regolament Nru 6/2002 iżid, madankollu, li l-applikazzjoni għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mir-regolament ta’ implementazzjoni, f’dan il-każ ir-Regolament Nru 2245/2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 2245/2002 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-iffissar ta’ data ta’ ffajljar billi jipprevedi li l-EUIPO għandu jinforma lill-applikant li data ta’ ffajljar ma tistax tingħata jekk l-applikazzjoni ma tkunx tinkludi, b’mod partikolari, rappreżentazzjoni tad-disinn b’mod konformi mal-Artikolu 4(1)(e) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni msemmija l-aħħar tispeċifika li r-rappreżentazzjoni tad-disinn tikkonsisti f’riproduzzjoni grafika jew fotografika ta’ dan tal-aħħar bl-iswed u l-abjad jew bil-kulur. L-imsemmi disinn għandu jiġi riprodott fuq sfond newtrali u mhux mimsus mill-ġdid bl-inka jew bil-likwidu li jikkoreġi. Dan l-istess disinn għandu jkun ta’ kwalità suffiċjenti sabiex tippermetti li d-dettalji kollha tal-oġġett li għalih hija mitluba l-protezzjoni jkunu distinti b’mod ċar. L-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 2245/2002 jistabbilixxi t-termini li fihom l-irregolaritajiet għandhom jiġu rrimedjati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Mill-istruttura tar-Regolament Nru 6/2002 jirriżulta li l-proċedura ta’ eżami tad-disinni għandha żewġ komponenti: l-ewwel nett, l-EUIPO għandu jistabbilixxi, minn naħa, jekk is-suġġett tal-applikazzjoni jikkorrispondix jew le mad-definizzjoni ta’ disinn [Artikolu 3(a), u Artikolu 47(1)(a) tar-Regolament Nru 6/2002] u, min-naħa l-oħra, jekk id-disinn imurx kontra l-ordni pubbliku jew il-moralità [Artikolu 47(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002]. Tali applikazzjoni, jekk ma tiġix irtirata jew emendata, tista’ biss tiġi rrifjutata wara li jkunu nstemgħu l-osservazzjonijiet tal-applikant [Artikolu 47(2) tar-Regolament Nru 6/2002].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni nett, wara li l-EUIPO jkun ikkonstata li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni kienet disinn u li ma jmurx kontra l-ordni pubbliku u lanqas kontra l-moralità, huwa għandu jivverifika, b’mod konformi mal-Artikolu 45 tar-Regolament Nru 6/2002, b’mod partikolari, li l-imsemmija applikazzjoni għal reġistrazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet obbligatorji stabbiliti permezz tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament Nru 6/2002 (talba għal reġistrazzjoni, indikazzjonijiet li jippermettu li jiġi identifikat l-applikant, rappreżentazzjoni tad-disinn xierqa għar-riproduzzjoni) u permezz tal-Artikolu 36(2) tal-imsemmi regolament (indikazzjoni tal-prodotti), kif ukoll, fejn xieraq, il-kundizzjonijiet fakultattivi stabbiliti permezz tal-Artikolu 36(3) [deskrizzjoni li tispjega r-rappreżentazzjoni jew il-mudell; talba għad-differiment tal-pubblikazzjoni tar-reġistrazzjoni; indikazzjonijiet li jippermettu l-identifikazzjoni tar-rappreżentant jekk l-applikant ikun ħatar wieħed; klassifikazzjoni tal-prodotti skont il-klassi; ċitazzjoni tad-diżinjatur jew tat-tim tad-diżinjaturi].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 36 hawn fuq, skont l-Artikolu 46 tar-Regolament Nru 6/2002, l-irregolaritajiet jistgħu jiġu rrimedjati, filwaqt li jiġi nnotat li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 36(1) tar-Regolament Nru 6/2002, id-data ta’ ffajljar tal-applikazzjoni hija ffissata fid-data li fiha l-applikant irrimedja l-irregolaritajiet, filwaqt li, fir-rigward tal-kundizzjonijiet l-oħra, id-data inizjali ta’ ffajljar tal-applikazzjoni tinżamm wara li l-irregolaritajiet jiġu rrimedjati. Jekk l-irregolaritajiet ma jiġux irrimedjati, fl-ewwel każ, l-applikazzjoni ma tiġix ittrattata bħala applikazzjoni għal reġistrazzjoni, filwaqt li, fit-tieni każ, l-applikazzjoni tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, rappreżentazzjoni tad-disinn li ma hijiex xierqa għar-riproduzzjoni taqa’ biss taħt l-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 6/2002, fis-sens li l-applikant jista’ jirrimedja l-irregolaritajiet, iżda d-data ta’ ffajljar għandha tiġi posposta sad-data li fiha l-irregolaritajiet jiġu rrimedjati. Jekk l-imsemmija irregolaritajiet ma jiġux irrimedjati fit-terminu stabbilit, l-applikazzjoni ma tiġix ittrattata bħala applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-konstatazzjonijiet li għandu, għaldaqstant, jiġi stabbilit jekk, fid-dawl tal-kliem tiegħu u tal-kuntest tiegħu, l-Artikolu 36(1) tar-Regolament Nru 6/2002 japplikax, kif tallega r-rikorrenti, biss għas-sitwazzjonijiet li fihom ir-rappreżentazzjoni tad-disinn ikkontestat tkun <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>fiżikament<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> konfuża jew vaga, minħabba b’mod partikolari kwalità ħażina ta’ stampa, jew jekk<?PAGE NO="9"?> l-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni hijiex estiża, kif isostni l-EUIPO, għan-nuqqasijiet ta’ preċiżjoni jew għall-assenza ta’ ċertezza jew ta’ ċarezza rigward is-suġġett li għandu jiġi protett mid-disinn li għalih hija mitluba r-reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li l-interpretazzjoni magħmula mir-rikorrenti tal-Artikolu 36(1)(ċ) tar-Regolament Nru 6/2002 kif ukoll tal-Artikolu 10(1)(ċ) tar-Regolament Nru 2245/2002, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(1)(e) ta’ dan ir-regolament imsemmi l-aħħar, skont liema din id-dispożizzjoni tapplika biss fir-rigward tad-disinni li l-kwalità ta’ rappreżentazzjoni tagħhom hija medjokri, tmur manifestament kontra s-sistema li fiha r-reġistrazzjoni tad-disinni ġiet maħsuba u li tfakkret hawn fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 36 tar-Regolament Nru 6/2002, li jipprevedi, fil-paragrafu 1(ċ) tiegħu, li l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju għandha tinkludi rappreżentazzjoni ta’ dan tal-aħħar li tkun xierqa għar-riproduzzjoni, jispeċifika, fil-paragrafu 5 tiegħu, li din l-applikazzjoni għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti mir-Regolament Nru 2245/2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Dan ir-regolament imsemmi l-aħħar jipprevedi fl-Artikolu 4(1)(e) tiegħu, li għalih jirreferi l-Artikolu 10(1)(ċ) tal-imsemmi regolament, li d-disinn għandu, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>[i]kun ta’ kwalità li tipermetti li d-detallji kollha tal-materja li għaliha tiġi mfixxija l-protezzjoni sabiex [ikunu distinti] b’ mod ċar<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Billi tallega li hija biss il-kwalità tar-rappreżentazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>fiżika<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>materjali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> li hija prevista minn din id-dispożizzjoni, ir-rikorrenti twettaq qari parzjali, u għaldaqstant żbaljat, ta’ din id-dispożizzjoni billi żżomm biss mal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>kwalità [suffiċjenti]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Madankollu, din id-dispożizzjoni tispeċifika li r-rappreżentazzjoni għandha tippermetti li jiġu distinti b’mod ċar id-dettalji kollha <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>tal-materja li għaliha tiġi mfixxija l-protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Din il-frażi tirreferi għar-rekwiżit inerenti għal kwalunkwe reġistrazzjoni, jiġifieri li t-terzi jkollhom il-possibbiltà li jiddeterminaw b’ċarezza u bi preċiżjoni d-dettalji kollha tad-disinn li għalihom tintalab il-protezzjoni (ara, f’dan is-sens u b’mod analogu, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021212">12 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Sieckmann</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑273/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:748">EU:C:2002:748</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120619">19 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Chartered Institute of Patent Attorneys</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑307/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:361">EU:C:2012:361</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, rappreżentazzjonijiet li ma jkunux preċiżi ma jippermettux lit-terzi jiddeterminaw b’mod inekwivoku s-suġġett tal-protezzjoni tad-disinn inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’din il-perspettiva, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk ir-rappreżentazzjonijiet jirrigwardaw iktar minn disinn wieħed, kjarifika hija neċessarja mhux biss għall-finijiet li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali lit-terzi, li għandhom ikunu jafu b’mod preċiż is-suġġett tal-protezzjoni mogħtija lid-disinn, iżda wkoll għal raġunijiet ta’ kontabbiltà, sa fejn l-ammont tad-drittijiet miġbura mill-EUIPO jvarja skont in-numru tal-klassijiet ta’ prodotti li d-disinn ikkonċernat jirrigwarda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tallega wkoll li l-eventwali irregolarità li tikkonsisti fil-fatt li r-rappreżentazzjonijiet ma jurux id-dehra ta’ disinn wieħed, iżda ta’ tnejn, kellha tiġi ttrattata fil-kuntest tal-Artikolu 47(1)(a) tar-Regolament Nru 6/2002, moqri flimkien mal-Artikolu 3(a) tal-imsemmi regolament, u ma setgħetx tikkostitwixxi raġuni għal rifjut li tiġi ffissata data ta’ ffajljar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li dan l-argument jista’ biss jiġi miċħud sa fejn l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 6/2002, li għalih jirreferi l-Artikolu 47(1)(a) ta’ dan ir-regolament, jirrigwarda s-sitwazzjoni fejn ir-rappreżentazzjoni li tagħha hija mitluba r-reġistrazzjoni ma tistax titqies bħala disinn fis-sens tal-imsemmi regolament, meta hija ma għandhiex id-dehra ta’ prodott jew ta’ parti ta’ prodott, li manifestament ma huwiex il-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, ma huwiex ikkontestat li r-rappreżentazzjoni inkwistjoni tikkorrispondi mad-definizzjoni ta’ disinn, b’tali mod li din is-sitwazzjoni ma taqax taħt l-Artikolu 47(1)(a) tar-Regolament Nru 6/2002, iżda ma hijiex xierqa għar-riproduzzjoni fis-sens tal-Artikolu 36(1) tal-imsemmi regolament, fid-dawl tal-irregolaritajiet li hija tinkludi, li jaqgħu taħt l-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 6/2002. Din id-dispożizzjoni msemmija l-aħħar tipprevedi b’mod ċar li, jekk l-irregolaritajiet ma jiġux irrimedjati fit-terminu stabbilit, l-applikazzjoni ma tiġix ittrattata bħala applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ disinn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Kif josserva ġustament l-EUIPO, l-Artikolu 45(2)(a) tar-Regolament Nru 6/2002, moqri flimkien mal-Artikolu 36(5) ta’ dan ir-regolament, għandu neċessarjament jiġi interpretat b’mod strett sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet inkoerenti u kontradittorji tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, b’tali mod li dawn id-dispożizzjonijiet ma jirreferux għar-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002, kif tallega r-rikorrenti. Ir-referenza għall-Artikolu 45(2)(a) tar-Regolament Nru 6/2002, prevista fl-Artikolu 46(3) ta’ dan ir-regolament, ma tfissirx li l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002 huwa applikabbli esklużivament fil-kuntest tal-Artikolu 46(3) tar-Regolament Nru 6/2002. Bil-kontra, huwa fil-kuntest tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 6/2002, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1)(ċ) ta’ dan ir-regolament u l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002, li din is-sitwazzjoni kellha tiġi eżaminata, kif għamel ġustament il-Bord tal-Appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>L-Artikolu 36(5) tar-Regolament Nru 6/2002 jikkostitwixxi għaldaqstant dispożizzjoni li awtorizzat, fil-kuntest ta’ regolament ta’ implementazzjoni, lill-awtoritajiet kompetenti jispeċifikaw, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 36(1)(ċ) tal-imsemmi regolament fir-rigward tar-rappreżentazzjoni ta’ disinn, li jinsabu preċiżament fl-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-aħħar nett, tal-argument tar-rikorrenti bbażat fuq l-approċċ differenti li huwa adottat mill-ġurisprudenza Ġermaniża, dan lanqas ma jista’ jikkontesta l-evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell. Fil-fatt, għandu jiġi osservat li s-sistema tal-Unjoni tad-disinni hija sistema awtonoma, ikkostitwita minn sett ta’ regoli u li ssegwi għanijiet li huma speċifiċi għaliha, u l-applikazzjoni tagħha hija indipendenti minn kwalunkwe sistema nazzjonali [ara, b’mod analogu, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Message Management vs UASI – Absacker (ABSACKER of Germany)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑304/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:5">EU:T:2014:5</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tallega li l-Bord tal-Appell kiser id-drittijiet tad-difiża tagħha, għaliex issostitwixxa l-motivazzjoni proprja tiegħu flok dik tal-eżaminatur mingħajr ma taha l-possibbiltà li tippreżenta l-pożizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li l-Bord tal-Appell qies, fil-punt 22 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-eżaminatur kien kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni, għaliex kien irrefera, sabiex iqis li l-applikazzjonijiet ma kinux applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ disinni, mhux għall-Artikolu 46(2) tar-Regolament Nru 6/2002, moqri flimkien mal-Artikolu 36(1)(ċ) tal-imsemmi regolament, u l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002, iżda għall-assenza ta’ qbil tar-rikorrenti mar-rapport ta’ eżami li huwa kien stabbilixxa. Barra minn hekk, il-Bord tal-Appell qies li d-deċiżjoni tal-eżaminatur ma kinitx tinkludi analiżi tal-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002, id-deċiżjonijiet tal-EUIPO għandhom ikunu bbażati biss fuq motivi jew provi li fuqhom il-partijiet kellhom il-possibbiltà li jieħdu pożizzjoni. Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi, fil-kuntest tad-dritt tad-disinni tal-Unjoni, il-prinċipju ġenerali ta’ protezzjoni tad-drittijiet tad-difiża. Skont dan il-prinċipju ġenerali<?PAGE NO="11"?> tad-dritt tal-Unjoni, id-destinatarji tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet pubbliċi li jaffettwaw b’mod kunsiderevoli l-interessi tagħhom għandhom ikollhom l-opportunità li jressqu l-opinjoni tagħhom b’mod effettiv. Id-dritt għal smigħ huwa estiż għall-punti kollha ta’ fatt jew ta’ liġi li jikkostitwixxu l-bażi tal-att deċiżjonali, iżda mhux għall-pożizzjoni finali li l-amministrazzjoni beħsiebha tadotta [ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130627">27 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Beifa Group vs UASI – Schwan‑Stabilo Schwanhäußer (Strumenti għall-kitba)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑608/11</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:334">EU:T:2013:334</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata)].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002, id-deċiżjonijiet tal-EUIPO għandhom ikunu mmotivati. Dan l-obbligu għandu l-istess portata bħal dak stabbilit mill-Artikolu 296 TFUE. F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-obbligu li jiġu mmotivati d-deċiżjonijiet individwali għandu bħala għan doppju li jippermetti, minn naħa, li l-persuni kkonċernati jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda sabiex jiddefendu d-drittijiet tagħhom u, min-naħa l-oħra, li l-qorti tal-Unjoni teżerċita l-istħarriġ tagħha fuq il-legalità tad-deċiżjoni. Il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tissodisfax ir-rekwiżiti għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tal-formulazzjoni tagħha, iżda wkoll fid-dawl tal-kuntest tagħha kif ukoll tas-sett ta’ regoli legali li jirregolaw il-materja kkonċernata [ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130425">25 ta’ April 2013</DATE>, <NAME.CASE>Bell &amp; Ross vs UASI – KIN (Kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑80/10</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:214">EU:T:2013:214</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi osservat li huwa stabbilit li l-eżaminatur fassal erba’ rapporti ta’ eżami fis-17 ta’ April, fil-25 ta’ Ġunju, fis-16 ta’ Lulju u fl-<DATE ISO="20150824">24 ta’ Awwissu 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Minn dawn id-diversi rapporti, b’mod partikolari mit-tieni u mir-raba’ rapport, jirriżulta b’mod suffiċjenti u b’mod ċar li l-eżaminatur qies li l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ma kinux konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 36(1) tar-Regolament Nru 6/2002 u mal-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament Nru 2245/2002, minħabba l-preżenza ta’ fliexken fir-rappreżentazzjonijiet, li kellha bħala konsegwenza li l-karatteristiċi li għalihom intalbet il-protezzjoni ma kinux viżibbli b’mod ċar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-diversi rapporti tiegħu, l-eżaminatur stabbilixxa b’mod preċiż u ddettaljat ir-raġunijiet għalfejn huwa ma setax jaċċetta l-applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni tar-rikorrenti, jiġifieri l-preżenza simultanja ta’ flixkun u ta’ tazza, u b’hekk irrisponda konkretament għall-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bil-kontra ta’ dak li qies il-Bord tal-Appell, id-deċiżjoni kkontestata tal-eżaminatur, meta tinqara fid-dawl tad-diversi rapporti tal-eżaminatur, li r-rikorrenti kienet konxja tagħhom, kienet immotivata suffiċjentement (ara, b’mod analogu, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051124">24 ta’ Novembru 2005</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Ġermanja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑506/03</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:715">EU:C:2005:715</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Il-Bord tal-Appell għaldaqstant żbalja meta kkonkluda li kien hemm nuqqas ta’ twettiq tal-obbligu ta’ motivazzjoni u meta indika li qed jissostitwixxi l-motivazzjoni proprja tiegħu flok dik tal-eżaminatur, minkejja li ma kinitx sostituzzjoni ta’ motivi, iżda riproduzzjoni b’mod sħiħ tal-istess motivazzjoni li kienet ingħatat mill-eżaminatur fir-raba’ rapporti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’kull każ, ir-rikorrenti ma tistax tallega li d-drittijiet tad-difiża tagħha ġew miksura mill-Bord tal-Appell sa fejn, bil-kontra ta’ dak li hija tallega, il-motivazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni kkontestata tirriproduċi b’mod sħiħ dik li kienet ġiet ikkomunikata mill-eżaminatur fil-kuntest tal-proċedura quddiemu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li kemm it-tieni motiv, kif ukoll ir-rikors fl-intier tiegħu, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-EUIPO.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Mast-Jägermeister SE hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Collins</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Barents</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Passer</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid-<DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>