<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-688/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CO0688</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:897">EU:C:2021:897</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tad-<DATE ISO="20211029">29.10.2021</DATE> – Kawża C‑688/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20211029">29 ta’ Ottubru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/103/KE</KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ ffirmar ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Portata</KEYWORD><KEYWORD>Vettura mhux adatta sabiex tiċċirkula, mhux irreġistrata u regolarment irtirata miċ-ċirkulazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑688/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Qorti Distrettwali ta’ Opatów, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20201014">14 ta’ Ottubru 2020</DATE>, li waslet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">HG,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">TC</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Prokuratura Okręgowa w Kielcach,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn C. Lycourgos, President tar-Raba’ Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tal-Għaxar Awla, I. Jarukaitis (Relatur) u M. Ilešič, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tinqata’ l-kawża permezz ta’ digriet motivat, konformement mal-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 263, p. 11</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn HG u TV kontra l-Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny (il-Fond ta’ Garanzija tal-Assigurazzjoni, il-Polonja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Fond ta’ Garanzija<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) dwar l-eventwali obbligu għar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li jikkonkludu kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vettura bil-mutur għal vettura li ma tkunx adatta sabiex tiċċirkula, ma tkunx irreġistrata u tkun ġiet temporanjament irtirata miċ-ċirkulazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fil-punt 1 tal-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2009/103 tinkludi d-definizzjoni li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/> tfisser kull vettura bil-mutur intiża għal vjaġġi fuq l-art u mmexxija minn qawwa mekkanika, imma li ma timxix fuq il-linji, u kull karru, kemm jekk agganċjat u kemm jekk le […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Assigurazzjoni obbligatorja għall-vetturi<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jistabbilixxi, fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Kull Stat Membru għandu, soġġett għall-Artikolu 5, jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu tkun koperta minn assigurazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Deroga mill-obbligazzjonijiet fir-rigward ta’ assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jispeċifika l-kundizzjonijiet li taħthom kull Stat Membru jista’ jidderoga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tagħha fir-rigward ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, pubbliċi jew privati, jew fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ vetturi jew ċerti vetturi li għandhom pjanċa speċjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-ustawa o ubezpieczeniach obowiązkowych, Ubezpieczeniowym Funduszu Gwarancyjnym i Polskim Biurze Ubezpieczycieli Komunikacyjnych (il-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja, il-Fond ta’ Garanzija tal-Assigurazzjoni u l-Uffiċċju Pollakk tal-Assiguraturi tar-Riskji ta’ Vetturi bil-Mutur), tat-<DATE ISO="20030522">22 ta’ Mejju 2003</DATE>, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali (Dz. U. tal-2018, intestatura 473) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>), fl-Artikolu 3(1) tagħha, tiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>assigurazzjoni obbligatorja<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> bħala li jkopri<?PAGE NO="3"?> <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili ta’ persuna jew l-assigurazzjoni ta’ beni jekk il-liġi jew trattat internazzjonali rratifikati mir-Repubblika tal-Polonja jipprevedu obbligu ta’ ffirmar ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja jippreċiża, fil-punt 1 tiegħu, li hija obbligatorja l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tad-detentur ta’ vettura bil-mutur għad-danni li jirriżultaw miċ-ċirkulazzjoni ta’ dawn il-vetturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(1) ta’ din il-liġi jistabbilixxi li d-detentur ta’ vettura bil-mutur huwa obbligat jikkonkludi kuntratt ta’ assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili tad-detenturi ta’ vettura bil-mutur għad-danni li jirriżultaw miċ-ċirkulazzjoni tal-vettura li huwa jżomm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 88 tal-imsemmija liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="088.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-persuna li ma tkunx osservat l-obbligu li tiffirma kuntratt ta’ assigurazzjoni obbligatorja konformement mal-kundizzjonijiet ta’ din l-assigurazzjoni deskritti f’[din] il-liġi hija marbuta li tħallas dazju.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="088.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ammont tad-dazju msemmi fil-paragrafu 1, dovut kull sena, għandu jikkorrispondi għal:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>għal kuntratt ta’ assigurazzjoni [għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur]</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ trakkijiet, trakters u karozzi tal-linja – il-korrispettiv tat-triplu tas-salarju minimu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="088.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ detenturi ta’ vetturi bil-mutur li ma jkunux osservaw l-obbligu li jiffirmaw kuntratt ta’ assigurazzjoni [għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur] konformement mal-kundizzjonijiet ta’ din l-assigurazzjoni, l-ammont tad-dazju jiddependi mill-perjodu li matulu dan id-detentur baqa’ mingħajr kopertura ta’ assigurazzjoni kull sena u jitla’:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>għal 100 % tad-dazju stabbilit fil-punt 1 tal-paragrafu 2 – fil-każ li dan il-perijodu jeċċedi 14-il ġurnata.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20140901">1 ta’ Settembru 2014</DATE>, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali xtraw trakk (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>vettura inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>). Dan ġie rtirat temporanjament miċ-ċirkulazzjoni matul il-perijodu bejn id‑<DATE ISO="20151029">29 ta’ Ottubru 2015</DATE> u d‑<DATE ISO="20191029">29 ta’ Ottubru 2019</DATE>, abbażi ta’ deċiżjonijiet suċċessivi tal-iStarosta Ostrowiecki (President tad-distrett ta’ Ostrowiec, il-Polonja), peress li ċ-ċertifikat ta’<?PAGE NO="4"?> reġistrazzjoni u l-pjanċi tan-numru tiegħu kienu għalhekk iddepożitati ma’ dan tal-aħħar. Il-vettura inkwistjoni ġiet irreġistrata mill-ġdid, b’mod temporanju, abbażi ta’ deċiżjoni tal-istess awtorità tal‑<DATE ISO="20190320">20 ta’ Marzu 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Matul il-perijodu ta’ rtirar temporanju miċ-ċirkulazzjoni, din il-vettura ma kinitx adatta sabiex tiċċirkula minħabba l-istat tekniku tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Peress li l-imsemmija vettura ma kinitx koperta minn kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni tagħha matul il-perijodu mill‑<DATE ISO="20170915">15 ta’ Settembru 2017</DATE> sal‑<DATE ISO="20190320">20 ta’ Marzu 2019</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>perijodu inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), il-Fond ta’ Garanzija informa lir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20190520">20 ta’ Mejju 2019</DATE>, bin-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ assigurazzjoni u stedinhom jipproduċu d-dokumenti li jistabbilixxu l-osservanza jew l-assenza ta’ dan l-obbligu. Permezz ta’ din l-istess ittra, ġiet imposta fuqhom penali ta’ <FT TYPE="NUMBER">6750</FT> zlote Pollakki (PLN) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1500</FT>), minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Dawn ir-rikorrenti adixxew is-Sąd Rejonowy w Opatowie (il-Qorti Distrettwali ta’ Opatów, il-Polonja), il-qorti tar-rinviju, b’rikors intiż sabiex tiġi kkonstatata l-assenza ta’ obbligu li tiġi żgurata l-vettura inkwistjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni tagħha, matul il-perijodu inkwistjoni. Insostenn ta’ dan ir-rikors, huma jsostnu li l-fatt li jiġi impost obbligu ta’ ffirmar ta’ tali kuntratt ta’ assigurazzjoni għal perijodu li matulu vettura tiġi rtirata temporanjament miċ-ċirkulazzjoni u li tiġi imposta penali f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>huwa illegali u jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet taċ-ċittadini<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-Fond ta’ Garanzija jitlob li dan ir-rikors jiġi miċħud. Huwa jenfasizza li l-obbligu li jiġi ffirmat kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili, previst fl-Artikolu 23(1) tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obligatorja, huwa impost fuq kull detentur ta’ vettura bil-mutur, unikament minħabba ż-żamma tagħha u matul din iż-żamma, sal-jum meta ma tibqax irreġistrata, u dan indipendentement mill-modalitajiet ta’ akkwist ta’ din il-vettura, tal-istat tekniku tagħha jew tal-portata tal-użu tagħha. L-irtirar temporanju tal-vettura miċ-ċirkulazzjoni għalhekk ma jeżentax lid-detentur tagħha mill-obbligu li jiffirma kuntratt bħal dan. Konsegwentement, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu legali jiġġustifika l-impożizzjoni tal-penali prevista fl-Artikolu 88 tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li l-obbligu, previst fl-Artikolu 23(1) tal-Liġi dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja, għad-detentur ta’ vettura bil-mutur li jiffirma kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili għad-danni li jirriżultaw miċ-ċirkulazzjoni tagħha huwa ta’ natura assoluta, huwa marbut mal-fatt stess taż-żamma ta’ vettura u huwa indipendenti mill-istat tekniku tagħha, mill-kapaċità tagħha jew le għaċ-ċirkulazzjoni, mill-modalitajiet tal-użu tagħha jew ukoll mill-fatt li kienet ġiet irtirata miċ-ċirkulazzjoni abbażi ta’ deċiżjoni ta’ awtorità kompetenti. Barra minn hekk, hija tirrileva li s-sanzjonijiet previsti mid-dritt Pollakk f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu huma identiċi, irrispettivament miċ-ċirkustanzi ta’ dan in-nuqqas ta’ osservanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, tali kunċett tal-obbligu ta’ ffirmar ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili għad-danni li jirriżultaw miċ-ċirkulazzjoni ta’ vettura bil-mutur huwa wiesa’ wisq u jmur lil hinn minn dak li jimponi l-iskop tad-Direttiva 2009/103, jiġifieri l-protezzjoni tal-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>ċirkulazzjoni ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, kif mifhum fil-kuntest ta’ din id-direttiva, l-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ ffirmar ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili wkoll għad-detenturi ta’ vetturi li ma jkunux adatti għaċ-ċirkulazzjoni u li jkunu ġew irtirati miċ-ċirkulazzjoni abbażi ta’ deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti ma hijiex iġġustifikata, peress li dannu possibbli marbut ma’ tali vettura ma jistax jikkostitwixxi dannu li jirriżulta miċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>ċirkulazzjoni ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens ta’ din il-ġurisprudenza. Għalhekk, peress li r-riskju kopert minn tali assigurazzjoni ma jistax iseħħ, la d-detentur ta’ vettura mhux adatta għaċ-ċirkulazzjoni u lanqas eventwali persuna leża ma huma koperti minnha, minkejja l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni u tal-ħlas tal-primjum relatat miegħu. Għalhekk, dan huwa piż inutli. Barra minn hekk, is-sanzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ ffirmar ta’ tali kuntratt hija ħarxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim (il-Qorti Distrettwali ta’ Ostrów) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>L-Artikolu 3 tad-[Direttiva 2009/103] għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa obbligatorju li jiġi ffirmat kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili għad-danni li jirriżultaw miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur anki meta l-vettura ma tkunx adatta sabiex tiċċirkula u tkun ġiet temporanjament irtirata miċ-ċirkulazzjoni b’mod konformi mad-dritt u abbażi ta’ deċiżjoni adottata minn awtorità kompetenti?<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta r-risposta għal domanda preliminari tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward taċ-ċirkulazzjoni ta’ vettura bil-mutur hija obbligatorja matul il-perijodu li fih il-vettura kkonċernata ma hijiex adattata sabiex tiċċirkola minħabba l-istat tekniku tagħha, ma hijiex irreġistrata u tkun ġiet temporanjament irtirata miċ-ċirkulazzjoni konformement mad-dritt nazzjonali applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Hekk kif diġà kkonstatat repetutament il-Qorti tal-Ġustizzja, dan l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3, ifformulat f’termini ġenerali ħafna, jimponi fuq l-Istati Membri li jistabbilixxu, fl-ordinament ġuridiku nazzjonali tagħhom, obbligu ġenerali ta’ assigurazzjoni tal-vetturi (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:337">EU:C:2021:337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Għalhekk, kull Stat Membru għandu jiżgura li, bla ħsara għad-derogi previsti fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, kull vettura abitwalment stazzjonata fit-territorju tiegħu tkun koperta b’kuntratt konkluż ma’ kumpannija tal-assigurazzjoni sabiex tiġi ggarantita, fil-limiti ddefiniti mid-dritt tal-Unjoni, ir-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-imsemmija vettura (sentenzi tal‑<?PAGE NO="6"?><REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:337">EU:C:2021:337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> huwa ddefinit fil-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/103 bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>kull vettura bil-mutur intiża għal vjaġġi fuq l-art u mmexxija minn qawwa mekkanika, imma li ma timxix fuq il-linji, u kull karru, kemm jekk agganċjat u kemm jekk le<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Din id-definizzjoni hija indipendenti mill-użu li jsir jew li jista’ jsir mill-vettura kkonċernata (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:337">EU:C:2021:337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minbarra dan, tali definizzjoni timmilita favur perspettiva oġġettiva tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, li ma tiddependix mill-intenzjoni tal-proprjetarju tal-vettura jew ta’ persuna oħra li effettivament tużaha (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:337">EU:C:2021:337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà enfasizzat li l-kwistjoni tal-portata tal-obbligu li tinħareġ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi bil-mutur għandha, għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, tiġi ddeterminata minn qabel, jiġifieri qabel eventwali involviment tal-vettura kkonċernata f’inċident (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:337">EU:C:2021:337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet minn dan li l-fatt li hija essenzjalment iddeċidiet, fis-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Núñez Torreiro</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑334/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1007">EU:C:2017:1007</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li huma biss il-każijiet ta’ użu tal-vettura assigurata li jaqgħu taħt l-użu tagħha bħala mezz ta’ trasport u, għaldaqstant, taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>ċirkulazzjoni tal-vetturi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103, li jistgħu jagħtu lok għat-teħid ta’ responsabbiltà mill-assiguratur, skont il-kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta miċ-ċirkulazzjoni ta’ din il-vettura, għad-dannu kkawżat minnha bl-ebda mod ma jfisser li l-eżistenza tal-obbligu li tinħareġ tali assigurazzjoni għandha tiġi ddeterminata skont l-użu effettiv tal-vettura kkonċernata bħala mezz ta’ trasport f’mument partikolari (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li vettura li hija rreġistrata u għalhekk ma ġietx irtirata regolarment miċ-ċirkulazzjoni, u li hija adatta għaċ-ċirkulazzjoni, tissodisfa l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/103 u li, sussegwentement, il-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward taċ-ċirkulazzjoni ta’ vettura bil-mutur hija obbligatorja, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, meta l-vettura kkonċernata tkun dejjem irreġistrata fi Stat Membru u tkun adatta sabiex tiċċirkula, iżda tkun tinsab, unikament minħabbba l-għażla tal-proprjetarju tagħha li ma jkollux iktar l-intenzjoni li jsuqha, stazzjonata f’art privata (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180904">4 ta’ Settembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Juliana</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑80/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:661">EU:C:2018:661</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-istess elementi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li dan għandu jkun il-każ, bħala prinċipju, għal vettura li hija rreġistrata fi Stat Membru, li tinsab f’art privata u li hija intiża li tinqered minħabba l-għażla tal-proprjetarju tagħha, anki meta din il-vettura ma tkunx, f’mument partikolari, adatta sabiex tiċċirkula minħabba l-istat tekniku tagħha (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:337">EU:C:2021:337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li, għalkemm, ċertament, ir-reġistrazzjoni ta’ vettura turi, bħala prinċipju, il-kapaċità tagħha li tiċċirkula u, għalhekk, li tintuża bħala mezz ta’ trasport, madankollu ma jistax jiġi eskluż li vettura rreġistrata tkun, b’mod oġġettiv, definittivament mhux adatta sabiex tiċċirkula minħabba l-istat tekniku ħażin tagħha. Hija għalhekk ippreċiżat li, sabiex tali vettura tiġi eskluża mill-obbligu ta’ assigurazzjoni previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103, huwa neċessarju li hija kienet is-suġġett ta’ rtirar uffiċjali miċ-ċirkulazzjoni, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:337">EU:C:2021:337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li vettura li tkun irreġistrata fi Stat Membru tibqa’ suġġetta għall-obbligu ta’ assigurazzjoni previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 sakemm ma tkunx ġiet regolarment irtirata miċ-ċirkulazzjoni konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:337">EU:C:2021:337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jista’ jiġi dedott b’mod ċar li, meta vettura bil-mutur ma tkunx adattata sabiex tiċċirkula minħabba l-istat tekniku tagħha, ma tkunx irreġistrata u, barra minn hekk, tkun ġiet regolarment irtirata miċ-ċirkulazzjoni konformement mad-dritt nazzjonali applikabbli, hija ma hijiex suġġetta għall-obbligu ta’ assigurazzjoni previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103. Fil-fatt, tali rtirar regolari miċ-ċirkulazzjoni jistabbilixxi, b’mod oġġettiv, li l-vettura kkonċernata ma tistax tiċċirkula u, għalhekk, ma tistax tintuża bħala mezz ta’ trasport u għalhekk ma għandhiex il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/103 (ara, b’analoġija, is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE>, <NAME.CASE>Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑383/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:337">EU:C:2021:337</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-fatt li dan l-irtirar huwa temporanju huwa irrilevanti f’dan ir-rigward, peress li xejn ma jindika li tali ċirkustanza tippreġudika n-natura effettiva tal-irtirar tal-vettura kkonċernata miċ-ċirkulazzjoni, matul it-tul tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, id-domanda magħmula għandha tiġi risposta li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward taċ-ċirkulazzjoni ta’ vettura bil-mutur ma hijiex obbligatorja matul il-perijodu li fih il-vettura kkonċernata ma tkunx adatta sabiex tiċċirkula minħabba l-istat tekniku tagħha, ma tkunx irreġistrata u tkun ġiet temporanjament irtirata miċ-ċirkulazzjoni konformement mad-dritt nazzjonali applikabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tordna:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward taċ-ċirkulazzjoni ta’ vettura bil-mutur ma hijiex obbligatorja matul il-perijodu li fih il-vettura kkonċernata ma tkunx adatta sabiex tiċċirkula minħabba l-istat tekniku tagħha, ma tkunx irreġistrata u tkun ġiet temporanjament irtirata miċ-ċirkulazzjoni konformement mad-dritt nazzjonali applikabbli.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>