10.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 92/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/554

tad-9 ta' April 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) 2016/1036 tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 (2) tat-13 ta' Mejju 2013, dazju antidumping definittiv ġie impost fuq l-importazzjonijiet ta' oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

(2)

Fl-10 ta' Ġunju 2017, produttur esportatur Ċiniż talab lill-Kummissjoni biex temenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 412/2013 biex jirrifletti l-isem sħiħ tal-kumpanija bl-Ingliż kif imsemmi fuq il-liċenzja tan-negozju tagħha. Fid-dawl tal-evidenza sottostanti il-Kummissjoni aċċettat din it-talba.

(3)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 412/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(4)

Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 412/2013 huwa sostitwit kif ġej:

“2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

Il-kumpanija

Dazju (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Hunan Hualian China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Ebillion China Industry Co., Ltd; Hunan Liling Hongguanyao China Industry Co., Ltd; Hunan Hualian Yuxiang China Industry Co., Ltd.

18,3

B349

Guangxi Sanhuan Enterprise Group Holding Co., Ltd

13,1

B350

CHL Porcelain Industries Ltd

23,4

B351

Shandong Zibo Niceton-Marck Huaguang Ceramics Limited; Zibo Huatong Ceramics Co., Ltd; Shandong Silver Phoenix Co., Ltd; Niceton Ceramics (Linyi) Co., Ltd; Linyi Jingshi Ceramics Co., Ltd; Linyi Silver Phoenix Ceramics Co., Ltd; Linyi Chunguang Ceramics Co., Ltd; Linyi Zefeng Ceramics Co., Ltd.

17,6

B352

Guangxi Province Beiliu City Laotian Ceramics Co., Ltd

22,9

B353

Kumpaniji elenkati fl-Anness I

17,9

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

36,1

B999 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 412/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq oġġetti taċ-ċeramika li jintużaw fuq il-mejda u fil-kċina, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 131, 15.5.2013, p. 1).