European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1295

13.3.2025

P9_TA(2024)0187

L-istabbiliment ta' regoli proċedurali addizzjonali relatati mal-infurzar tar-Regolament (UE) 2016/679

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fl-10 ta' April 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli proċedurali addizzjonali relatati mal-infurzar tar-Regolament (UE) 2016/679 (COM(2023)0348 – C9-0231/2023 – 2023/0202(COD))  (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(C/2025/1295)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Sabiex jiġi previst il-funzjonament bla xkiel u effettiv tal- kooperazzjoni u tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim kif previst fl-Artikoli 60 u 65 tar-Regolament (UE) 2016/679, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar it-twettiq ta’ proċedimenti mill-awtoritajiet superviżorji f’każijiet transfruntieri, u mill-Bord matul is-soluzzjoni tat-tilwim, inkluż it-trattament ta’ lmenti transfruntieri. Huwa meħtieġ ukoll li din ir-raġuni tistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ smigħ mill-partijiet investigati qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji u, skont il-każ, mill-Bord.

(2)

Sabiex jiġi previst il-funzjonament bla xkiel u effettiv tal- kooperazzjoni u tal-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim kif previst fl-Artikoli 60 u 65 tar-Regolament (UE) 2016/679, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar it-twettiq ta’ proċedimenti mill-awtoritajiet superviżorji f’każijiet transfruntieri, u mill-Bord matul is-soluzzjoni tat-tilwim, inkluż it-trattament ta’ lmenti transfruntieri. Huwa meħtieġ ukoll li din ir-raġuni tistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt ta’ smigħ mill-partijiet qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji u, skont il-każ, mill-Bord. B’hekk dan ir-Regolament għandu l-għan li jipproteġi d-dritt għal amministrazzjoni tajba kif imnaqqax fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”). Biex jilħqu dan l-għan, meta japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kollha tal-protezzjoni tad-data jenħtieġ li jaġixxu b’mod imparzjali u indipendenti u f’konformità mal-istat tad-dritt, kif minqux fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

Dan ir-Regolament u l-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2016/679 jirregolaw biss ċerti elementi tal-proċedura ta’ kooperazzjoni, meta jipparteċipaw fil-proċedura l-awtoritajiet superviżorji ta’ aktar minn Stat Membru wieħed. Dan ir-Regolament ma japplikax meta parti tressaq ilment direttament quddiem awtorità superviżorja ewlenija fi Stat Membru ieħor.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)

Il-liġi proċedurali ta’ kull Stat Membru jenħtieġ li tapplika għall-awtoritajiet superviżorji sakemm dan ir-Regolament ma jarmonizzax kwistjoni. Xi elementi proċedurali, bħall-piż orizzontali tal-prova tal-kontrollur fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, diġà huma rregolati mid-dritt tal-Unjoni. F’konformità mal-primazija tad-dritt tal-Unjoni, l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li ma japplikawx il-liġi proċedurali nazzjonali meta din tkun f’kunflitt ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolament (UE) 2016/679. Il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li ma tkunx limitata minħabba differenzi fil-liġi proċedurali nazzjonali. L-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jagħmlu użu mill-għażliet kollha skont il-liġi nazzjonali applikabbli biex jippermettu lill-partijiet fi Stat Membru ieħor jipparteċipaw fi proċeduri. Dan jista’ jinkludi parteċipazzjoni bil-vidjo remota, interpreti jew mezzi ta’ komunikazzjoni ġeneralment disponibbli.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

L-ilmenti huma sors essenzjali ta’ informazzjoni għall-identifikazzjoni ta’ ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Id-definizzjoni ta’ proċeduri ċari u effiċjenti għat-trattament tal-ilmenti f’każijiet transfruntieri hija meħtieġa peress li l-ilment jista’ jiġi ttrattat minn awtorità superviżorja minbarra dik li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment.

(3)

L-ilmenti huma sors essenzjali ta’ informazzjoni għall-identifikazzjoni ta’ ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data. Id-definizzjoni ta’ proċeduri ċari u effiċjenti għat-trattament tal-ilmenti f’każijiet transfruntieri hija meħtieġa peress li l-ilment jista’ jiġi ttrattat minn awtorità superviżorja minbarra dik li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment. Għal dan l-għan, huwa rrakkomandat li jenħtieġ li jinħoloq mekkaniżmu effiċjenti għall-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji sabiex tiġi ffaċilitata l-kondiviżjoni rapida u sigura tal-informazzjoni meħtieġa biex jiġu solvuti l-ilmenti f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Sabiex ikun ammissibbli, ilment jenħtieġ li jkun fih ċerta informazzjoni speċifikata . Għalhekk, sabiex l-ilmentaturi jiġu megħjuna jissottomettu l-fatti meħtieġa lill-awtoritajiet superviżorji, jenħtieġ li tiġi pprovduta formola tal-ilmenti. Jenħtieġ li l-informazzjoni speċifikata fil-formola tkun meħtieġa biss f’każijiet ta’ pproċessar transfruntier fis-sens tar-Regolament (UE) 2016/679, għalkemm il-formola tista’ tintuża mill-awtoritajiet superviżorji għal każijiet li ma jirrigwardawx l-ipproċessar transfruntier. Il-formola tista’ tiġi sottomessa b’mod elettroniku jew bil-posta. Is-sottomissjoni tal-informazzjoni elenkata f’dik il-formola jenħtieġ li tkun kundizzjoni biex ilment relatat mal-ipproċessar transfruntier jiġi ttrattat bħala lment kif imsemmi fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2016/679. Jenħtieġ li l-ebda informazzjoni addizzjonali ma tkun meħtieġa biex ilment jitqies ammissibbli. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet superviżorji li jiffaċilitaw is-sottomissjoni ta’ lmenti f’format elettroniku faċli għall-utent filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità , sakemm l-informazzjoni meħtieġa mill-ilmentatur tikkorrispondi mal-informazzjoni meħtieġa mill-formola u ma tkun meħtieġa l-ebda informazzjoni addizzjonali sabiex l-ilment jinstab ammissibbli .

(4)

Sabiex ikun ammissibbli, ilment jenħtieġ li jkun fih ċerta informazzjoni minima dwar l-allegat ksur, kemm jekk għadu għaddej kif ukoll jekk seħħ fil-passat. Il-waqfien ta’ ksur jenħtieġ li ma jkunx raġuni suffiċjenti għar-rifjut ta’ lment . Għalhekk, sabiex l-ilmentaturi jiġu megħjuna jissottomettu l-fatti meħtieġa lill-awtoritajiet superviżorji, jenħtieġ li jiġi pprovdut mudell tal-ilmenti. Jenħtieġ li l-informazzjoni speċifikata fil-mudell tkun meħtieġa biss f’każijiet ta’ pproċessar transfruntier fis-sens tar-Regolament (UE) 2016/679, għalkemm il-mudell jista’ jintuża mill-awtoritajiet superviżorji għal każijiet li ma jirrigwardawx l-ipproċessar transfruntier. L-informazzjoni tista’ tiġi sottomessa b’mod elettroniku jew bil-posta. Jenħtieġ li l-ebda informazzjoni addizzjonali ma tkun meħtieġa biex ilment jitqies ammissibbli. Meta lment ma jkunx jissodisfa r-rekwiżiti minimi, l-awtorità superviżorja jenħtieġ li tirrifjutah u tinforma lill-ilmentatur dwar l-informazzjoni nieqsa. L-ilmentatur mbagħad jista’ jerġa’ jressaq ilment komplut. Filwaqt li jenħtieġ li l-ilmentatur ma jkunx meħtieġ jikkuntattja lill-parti li tkun qed tiġi investigata qabel ma jressaq ilment, jekk l-ilmentatur kien f’kuntatt mal-parti li tkun qed tiġi investigata qabel ma jressaq l-ilment relatat mal-istess kwistjoni, jenħtieġ li huwa jissottometti l-komunikazzjoni relatata ma’ dak il-kuntatt. Jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtoritajiet superviżorji li jiffaċilitaw is-sottomissjoni ta’ lmenti f’format elettroniku faċli għall-utent filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità.

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

L-awtoritajiet superviżorji huma obbligati jiddeċiedu dwar l-ilmenti f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. X’inhu perjodu ta’ żmien raġonevoli jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ u, b’mod partikolari, il-kuntest tiegħu, id-diversi passi proċedurali segwiti mill-awtorità superviżorja ewlenija, l-imġiba tal-partijiet matul il-proċedura u l-kumplessità tal-każ.

(5)

L-awtoritajiet superviżorji huma obbligati jiddeċiedu dwar l-ilmenti f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. X’inhu perjodu ta’ żmien raġonevoli jiddependi fuq iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ u, b’mod partikolari, il-kuntest tiegħu, id-diversi passi proċedurali segwiti mill-awtorità superviżorja ewlenija, l-imġiba tal-partijiet matul il-proċedura u l-kumplessità tal-każ. L-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) u l-Artikoli 41 u 47 tal-Karta jirrikjedu durata totali raġonevoli tal-proċeduri. Peress li dan jinkludi rimedji ġudizzjarji skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-proċeduri quddiem l-awtoritajiet superviżorji tipikament jenħtieġ li ma jdumux aktar minn disa’ xhur, sakemm ma jirriżultawx ċirkostanzi eċċezzjonali. Dan ir-Regolament jipprevedi estensjonijiet għal dewmien jew tfixkil li ma humiex fil-kontroll tal-awtorità superviżorja ewlenija. Għal dak l-għan, jenħtieġ li jiġu żgurati finanzjament u persunal suffiċjenti sabiex jiġi ggarantit trattament f’waqtu u effiċjenti tal-każijiet li ma jaffettwax id-dritt għal amministrazzjoni tajba.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

L-interazzjoni diretta bejn l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri u l-partijiet hija rregolata mil-liġi proċedurali nazzjonali, sakemm ir-Regolament (UE) 2016/679, dan ir-Regolament jew id-dritt tal-Unjoni ma jiħdux il-primazija. F’każ ta’ interazzjoni indiretta ta’ awtorità superviżorja ewlenija ma’ parti permezz ta’ awtorità superviżorja oħra, jenħtieġ li tapplika l-liġi proċedurali ta’ din l-awtorità għal kwalunkwe interazzjoni diretta mal-parti. F’konformità mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) 2016/679, ilmentatur għandu d-dritt li jikkomunika biss mal-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq l-ilment. Dan ma jwaqqafx lill-ilmentatur milli jikkomunika direttament ma’ awtorità superviżorja oħra, inkluża l-awtorità superviżorja ewlenija, li tista’ tkun aktar effiċjenti.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)

Biex jiżgura li r-rekwiżiti minimi ta’ proċeduri ġusti u effiċjenti jiġu ssodisfati fil-każijiet transfruntieri kollha, inkluż fl-Istati Membri fejn ma hemmx liġi proċedurali nazzjonali kodifikata, ir-Regolament jistabbilixxi regoli direttament applikabbli abbażi tal-Artikolu 41 tal-Karta.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)

Jenħtieġ li jkun possibbli li, f’konformità mal-liġi proċedurali nazzjonali applikabbli għall-awtorità superviżorja li l-parti tkun qed tinteraġixxi magħha direttament, jiġu applikati limitazzjonijiet strettament meħtieġa u proporzjonati b’rabta mad-divulgazzjoni jew mal-użu ulterjuri ta’ informazzjoni protetta legalment, bħal data personali jew sigrieti kummerċjali protetti skont id-Direttiva (UE) 2016/943  (1a). Dan jista’ jinkludi d-deliberazzjonijiet interni u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-awtorità. Jenħtieġ li jiġu applikati l-miżuri l-anqas intrużivi, bħal-limitazzjoni tal-użu ta’ informazzjoni jew l-ingassar ta’ informazzjoni. Il-partijiet jenħtieġ li dejjem ikunu infurmati li ma tħallewx jaraw xi informazzjoni, u għalxiex.

 

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 5d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5d)

L-awtorità superviżorja ewlenija timmaniġġja l-każ f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2016/679 u l-liġi proċedurali nazzjonali, filwaqt li tikkoopera bis-sħiħ ma’ awtoritajiet superviżorji oħrajn fi spirtu ta’ fehim komuni u fiduċja. L-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn jenħtieġ li jipprovdu kwalunkwe informazzjoni rilevanti u l-opinjonijiet tagħhom lill-awtorità superviżorja ewlenija. L-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li torganizza l-każ b’mod effiċjenti u veloċi filwaqt li tqis il-fehmiet tal-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn. Fl-istess waqt, jenħtieġ li l-proċedura tkun konformi mar-Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari l-arkitettura ta’ soluzzjoni tat-tilwim ta’ punt uniku tas-servizz u l-kompetenzi tal-awtorità superviżorja ewlenija.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 5e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5e)

L-awtoritajiet superviżorji jistgħu wkoll jibdew proċeduri addizzjonali, pereżempju fil-każ ta’ ksur sistematiku jew ripetut. Madankollu, dan jenħtieġ li ma jwassal għal ebda interferenza mad-drittijiet tal-partijiet.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 5f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5f)

Il-ksur jista’ jikkonċerna d-drittijiet ta’ diversi suġġetti tad-data, u għalhekk, l-evidenza mill-proċeduri jaf tkun meħtieġa tintuża fi proċeduri oħra biex jiġu ffaċilitati proċedura effiċjenti u teħid ta’ deċiżjonijiet konsistenti. Sabiex jiġi vvalutat b’mod oġġettiv l-ammont ta’ danni mhux materjali abbażi tas-suġġett tad-data medju, il-qrati ċivili jistgħu jibbenefikaw milli jibbażaw fuq fatti u evidenza stabbiliti biex jiddeterminaw talba skont l-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 5g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5g)

Kull awtorità superviżorja jenħtieġ li tiddefinixxi lingwa waħda jew aktar li taċċetta li tirċievi l-informazzjoni biha mingħand awtoritajiet superviżorji oħrajn. Jenħtieġ li tiġi ddefinita “lingwa ta’ kooperazzjoni” konġunta addizzjonali li l-awtoritajiet superviżorji kollha jeħtiġilhom jaċċettaw li jibagħtu jew jirċievu l-informazzjoni biha. F’każ ta’ rimedji ġudizzjarji, l-awtorità superviżorja li jitressaq rimedju ġudizzjarju kontriha jenħtieġ li jkollha d-dmir li tittraduċi d-dokumenti rilevanti kollha għal-lingwi aċċettati.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Kull ilment ittrattat minn awtorità superviżorja skont l-Artikolu 57(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2016/679 għandu jiġi investigat bid-diliġenza dovuta kollha sa fejn ikun xieraq filwaqt li jitqies li kull użu tas-setgħat mill-awtorità superviżorja jrid ikun xieraq, meħtieġ u proporzjonat bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. Huwa fid-diskrezzjoni ta’ kull awtorità kompetenti li tiddeċiedi sa liema punt jenħtieġ li jiġi investigat ilment. Filwaqt li jivvalutaw il-punt xieraq ta’ investigazzjoni, l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jkollhom l-għan li jipprovdu riżoluzzjoni sodisfaċenti lill-ilmentatur, li mhux neċessarjament tkun tirrikjedi investigazzjoni eżawrjenti tal-elementi legali u fattwali kollha possibbli li jirriżultaw mill-ilment, iżda li tipprovdi rimedju effettiv u rapidu lill-ilmentatur. Il-valutazzjoni tal-firxa tal-miżuri investigattivi meħtieġa tista’ ssir abbażi tal-gravità tal-allegat ksur, tan-natura sistemika jew ripetittiva tiegħu, jew tal-fatt, skont il-każ, li l-ilmentatur ħa vantaġġ ukoll mid-drittijiet tiegħu skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(6)

Kull ilment ittrattat minn awtorità superviżorja skont l-Artikolu 57(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) 2016/679 għandu jiġi investigat bid-diliġenza dovuta kollha sa fejn ikun xieraq filwaqt li jitqies li kull użu tas-setgħat mill-awtorità superviżorja jrid ikun effettiv, proporzjonat u dissważiv bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament (UE) 2016/679. Filwaqt li jivvalutaw il-punt xieraq ta’ investigazzjoni, l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jkollhom l-għan li jipprovdu riżoluzzjoni sodisfaċenti lill-ilmentatur, li tkun tirrikjedi l-elementi legali u fattwali kollha rilevanti li jirriżultaw mill-ilment, biex jiġi żgurat li deċiżjoni tkun tista’ tittieħed b’mod konġunt u jkun jista’ jingħata malajr rimedju effettiv lill-ilmentatur. Mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi pprovduta riżoluzzjoni sodisfaċenti lill-ilmentatur fi żmien qasir, l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jinvestigaw sa punt li jippermettilhom li jkunu ssodisfati dwar jekk ilment jindikax ksur aktar serju jew sistematiku. L-ippjanar tal-proċedura huwa importanti biex jiġi żgurat riżultat rapidu. L-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li ma jirreferux għad-drittijiet skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2016/679 bħala raġuni biex jillimitaw l-investigazzjoni ta’ lment . Biex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta, it-trattament ta’ lment jenħtieġ li dejjem iwassal għal deċiżjoni li tista’ tiġi appellata. Sakemm ilment ma jiġix irtirat, jenħtieġ li ma jkunx possibbli li l-ilmenti jingħalqu jew jiġu tterminati mod ieħor mingħajr deċiżjoni li tista’ tiġi sottomessa għal rieżami ġudizzjarju.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)

L-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tipprovdi lill-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment bl-informazzjoni meħtieġa dwar il-progress tal-investigazzjoni bil-għan li tipprovdi aġġornamenti lill-ilmentatur .

(7)

L-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tipprovdi lill-awtoritajiet superviżorji aċċess immedjat mill-bogħod għal fajl tal-każ konġunt li jkun fih id-dokumenti rilevanti kollha tal-każ, inkluża l-informazzjoni interna jew kunfidenzjali kollha kif ukoll traduzzjoni tad-dokumenti kollha għal-lingwa ta’ kooperazzjoni . Barra minn hekk, l-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tinforma b’mod attiv lill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn dwar bidliet kbar li jistgħu jirrikjedu azzjoni imminenti jew attenzjoni aktar mill-qrib. Id-definizzjoni ta’ proċeduri ċari u effiċjenti għat-trattament tal-ilmenti f’każijiet transfruntieri hija meħtieġa wkoll peress li l-ilment jista’ jiġi ttrattat minn awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

L-awtorità superviżorja kompetenti jenħtieġ li tipprovdi lill-ilmentatur b’aċċess għad-dokumenti li abbażi tagħhom l-awtorità superviżorja tkun waslet għal konklużjoni preliminari biex tirrifjuta kompletament jew parzjalment l-ilment .

(8)

L-awtorità superviżorja kompetenti jenħtieġ li tipprovdi lill-partijiet aċċess mill-bogħod għall-fajl tal-każ konġunt, iżda tista’ tirrestrinġi dan id-dritt tal-aċċess f’ċerti ċirkostanzi. Tali aċċess jenħtieġ li jippermetti l-użu ta’ rimedju ġudizzjarju effettiv f’konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta .

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Sabiex l-awtoritajiet superviżorji jtemmu malajr il-ksur tar-Regolament (UE) 2016/679 u jwasslu riżoluzzjoni rapida għall-ilmentaturi, jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jagħmlu ħilithom, fejn xieraq, biex isolvu l-ilmenti permezz ta’ soluzzjoni bonarja. Il-fatt li lment individwali ġie solvut permezz ta’ soluzzjoni bonarja ma jipprevjenix lill-awtorità superviżorja kompetenti milli ssegwi każ ex officio, pereżempju fil-każ ta’ ksur sistemiku jew ripetittiv tar-Regolament (UE) 2016/679.

(9)

Sabiex l-awtoritajiet superviżorji jtemmu malajr il-ksur tar-Regolament (UE) 2016/679 u jwasslu riżoluzzjoni rapida għall-ilmentaturi, jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jkunu jistgħu jagħmlu ħilithom, fejn xieraq, biex isolvu l-ilmenti permezz ta’ soluzzjoni bonarja bejn il-partijiet. L-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li ma jagħmlux it-trattament ta’ lment jiddependi mill-parteċipazzjoni fi proċess ta’ soluzzjoni bonarja. Is-soluzzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jieħdu l-għamla ta’ kuntratt bejn il-partijiet skont il-liġi applikabbli, iżda jenħtieġ li jorbtu lill-awtoritajiet . Il-fatt li lment individwali ġie solvut permezz ta’ soluzzjoni bonarja ma jipprevjenix lill-awtorità superviżorja kompetenti milli ssegwi każ ex officio, pereżempju fil-każ ta’ ksur sistemiku jew ripetittiv tar-Regolament (UE) 2016/679. Madankollu, jenħtieġ li tali possibbiltà ex officio ma tintużax biex jiġu differiti deċiżjonijiet dwar l-ilmenti.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Sabiex jiġi ggarantit il-funzjonament effettiv tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u konsistenza fil-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2016/679, huwa importanti li l-każijiet transfruntieri jiġu solvuti fil-ħin u f’konformità mal-ispirtu ta’ kooperazzjoni sinċiera u effettiva li huwa l-bażi tal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2016/679. L-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li teżerċita l-kompetenza tagħha fil-qafas ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn ikkonċernati. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jinvolvu ruħhom b’mod attiv fl-investigazzjoni fi stadju bikri fi sforz biex jintlaħaq kunsens, billi jagħmlu użu sħiħ mill-għodod ipprovduti mir-Regolament (UE) 2016/679.

(10)

Sabiex jiġi ggarantit il-funzjonament effettiv tal-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni u konsistenza fil-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2016/679, huwa importanti li l-każijiet transfruntieri jiġu solvuti fil-ħin u f’konformità mal-ispirtu ta’ kooperazzjoni sinċiera u effettiva li huwa l-bażi tal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2016/679. L-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li teżerċita l-kompetenza tagħha fil-qafas ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn ikkonċernati. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jinvolvu ruħhom b’mod attiv fl-investigazzjoni fi stadju bikri fi sforz biex jintlaħaq kunsens, billi jagħmlu użu sħiħ mill-għodod ipprovduti mir-Regolament (UE) 2016/679. Dan jenħtieġ li jkun f’konformità mal-mekkaniżmu ta’ “punt uniku ta’ servizz” tar-Regolament (UE) 2016/679 u jiggarantixxi, meta applikabbli, trattament mhux diskriminatorju tal-partijiet, ċertezza legali u indipendenza tal-ħruġ ta’ deċiżjonijiet mill-awtoritajiet superviżorji.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

Huwa partikolarment importanti li l-awtoritajiet superviżorji jilħqu kunsens dwar aspetti ewlenin tal-investigazzjoni kmieni kemm jista’ jkun u qabel il-komunikazzjoni ta’ allegazzjonijiet lill-partijiet investigati u l-adozzjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni msemmi fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2016/679, biex b’hekk jitnaqqas l-għadd ta’ każijiet sottomessi għall-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-aħħar mill-aħħar tiġi żgurata s-soluzzjoni rapida ta’ każijiet transfruntieri.

(11)

Huwa partikolarment importanti li l-awtoritajiet superviżorji jilħqu kunsens dwar aspetti ewlenin tal-każ permezz tas-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin u kummenti dwar dak is-sommarju kmieni kemm jista’ jkun u qabel l-adozzjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni msemmi fl-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2016/679, biex b’hekk jitnaqqas l-għadd ta’ każijiet sottomessi għall-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-aħħar mill-aħħar tiġi żgurata s-soluzzjoni rapida ta’ każijiet transfruntieri.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li tkun ibbażata fuq djalogu miftuħ li jippermetti lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jħallu impatt sinifikanti fuq il-perkors tal-investigazzjoni billi jaqsmu l-esperjenzi u l-fehmiet tagħhom mal-awtorità superviżorja ewlenija , b’kunsiderazzjoni xierqa għall-marġni ta’ diskrezzjoni li tgawdi kull awtorità superviżorja, inkluż fil-valutazzjoni tal-punt xieraq biex jiġi investigat każ, u għat-tradizzjonijiet differenti tal-Istati Membri. Għal dan il-għan, l-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tipprovdi lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati b’sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin li jistabbilixxi l-fehma preliminari tagħha dwar il-kwistjonijiet ewlenin f’investigazzjoni. Dan għandu jiġi pprovdut fi stadju bikri biżżejjed biex jippermetti l-inklużjoni effettiva tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati iżda fl-istess ħin fi stadju fejn il-fehmiet tal-awtorità superviżorja ewlenija dwar il-każ ikunu maturi biżżejjed . L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jenħtieġ li jkollhom l-opportunità li jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar firxa wiesgħa ta’ mistoqsijiet, bħall-ambitu tal-investigazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ valutazzjonijiet fattwali u legali kumplessi. Minħabba li l-ambitu tal-investigazzjoni jiddetermina l-kwistjonijiet li jirrikjedu investigazzjoni mill-awtorità superviżorja ewlenija, jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jagħmlu ħilithom biex jiksbu kunsens kmieni kemm jista’ jkun dwar l-ambitu tal-investigazzjoni.

(12)

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li tkun ibbażata fuq djalogu miftuħ li jippermetti lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jħallu impatt sinifikanti fuq il-perkors tal-investigazzjoni billi jaqsmu l-esperjenzi u l-fehmiet tagħhom mal-awtorità superviżorja ewlenija. L-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq ilment jew li titlob azzjoni ex officio jenħtieġ li tipprovdi lill-awtorità superviżorja ewlenija sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin li jistabbilixxi l-fehma preliminari tagħha dwar il-kwistjonijiet ewlenin f’investigazzjoni. L-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tabbozza s-sommarju finali tal-kwistjonijiet ewlenin. Is-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin jenħtieġ li jkun parti mill-fajl tal-każ konġunt, u jenħtieġ li jkun dokument ħaj li jiġi aġġornat mill-awtorità superviżorja ewlenija matul il-proċedura . Dan għandu jiġi pprovdut fi stadju bikri biżżejjed biex jippermetti l-inklużjoni effettiva tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati. L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jenħtieġ li jkollhom l-opportunità li jipprovdu l-kummenti tagħhom dwar kwalunkwe aġġornament tas-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin. L-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jkunu jistgħu jqajmu kwalunkwe tilwima mal-Bord. Jenħtieġ li l-awtoritajiet superviżorji jagħmlu ħilithom biex jiksbu kunsens kmieni kemm jista’ jkun dwar l-ambitu tal-investigazzjoni.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Fl-interess ta’ kooperazzjoni inklużiva effettiva bejn l-awtoritajiet superviżorji kollha kkonċernati u l-awtorità superviżorja ewlenija, il-kummenti tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jenħtieġ li jkunu konċiżi u fformulati f’termini ċari u preċiżi biżżejjed biex jinftiehmu faċilment mill-awtoritajiet superviżorji kollha. L-argumenti legali jenħtieġ li jinġabru flimkien b’referenza għall-parti tas-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin li huma relatati magħhom. Il-kummenti tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu jiġu ssupplimentati b’dokumenti addizzjonali. Madankollu, sempliċi referenza fil-kummenti ta’ awtorità superviżorja kkonċernata għal dokumenti supplimentari ma tistax tpatti għan-nuqqas tal-argumenti essenzjali fil-liġi jew fil-fatt li jenħtieġ li jidhru fil-kummenti. Id-dettalji legali u fattwali bażiċi li wieħed jibbaża fuqhom f’dawn id-dokumenti jenħtieġ li jiġu indikati, tal-anqas f’forma fil-qosor, b’mod koerenti u li jinftiehem fil-kumment innifsu.

(13)

Fl-interess ta’ kooperazzjoni inklużiva effettiva bejn l-awtoritajiet superviżorji kollha kkonċernati u l-awtorità superviżorja ewlenija, kwalunkwe dokument li jitressaq mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u l-partijiet jenħtieġ li jkun konċiż u fformulat f’termini ċari u preċiżi biżżejjed biex jinftiehem faċilment mill-awtoritajiet superviżorji kollha. Għaldaqstant, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jillimitaw it-tul tas-sottomissjonijiet mill-partijiet. L-argumenti legali jenħtieġ li jinġabru flimkien b’referenza għall-parti tas-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin li huma relatati magħhom.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Każijiet li ma jqajmu l-ebda kwistjoni kontenzjuża ma jirrikjedux diskussjoni estensiva bejn l-awtoritajiet superviżorji sabiex jintlaħaq kunsens u, għalhekk, jistgħu jiġu ttrattati aktar malajr. Meta l-ebda waħda mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati ma tqajjem kummenti dwar is-sommarju ta’ kwistjonijiet ewlenin, l-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tikkomunika s-sejbiet preliminari previsti fl-Artikolu 14 fi żmien 9 xhur .

(14)

Każijiet li ma jqajmu l-ebda kwistjoni kontenzjuża (każijiet mhux kontenzjużi) ma jirrikjedux diskussjoni estensiva bejn l-awtoritajiet superviżorji sabiex jintlaħaq kunsens u, għalhekk, jistgħu jiġu ttrattati aktar malajr. Meta l-ebda waħda mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati ma tqajjem kummenti dwar is-sommarju ta’ kwistjonijiet ewlenin, l-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tikkomunika l-abbozz ta’ deċiżjoni fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-ilment .

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

L-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jagħmlu użu mill-mezzi kollha meħtieġa biex jiksbu kunsens fi spirtu ta’ kooperazzjoni sinċiera u effettiva. Għalhekk, jekk ikun hemm diverġenza fl-opinjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u l-awtorità superviżorja ewlenija rigward l-ambitu ta’ investigazzjoni bbażata fuq l-ilmenti, inklużi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 li l-ksur tagħhom se jiġi investigat, jew meta l-kummenti tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jkunu relatati ma’ bidla importanti fil-valutazzjoni legali jew teknoloġika kumplessa, l-awtorità kkonċernata jenħtieġ li tuża l-għodod previsti skont l-Artikoli 61 u 62 tar-Regolament (UE) 2016/679 .

(15)

L-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jagħmlu użu huma stess mill-mezzi kollha meħtieġa biex jiksbu kunsens fi spirtu ta’ kooperazzjoni sinċiera u effettiva. Għalhekk, jekk ikun hemm diverġenza fl-opinjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u l-awtorità superviżorja ewlenija rigward l-ambitu jew il-kwistjonijiet proċedurali ta’ każ, l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jqajmu l-kwistjoni malajr quddiem il-Bord . Il-Bord jenħtieġ li jkun jista’ jagħmel id-determinazzjonijiet proċedurali meħtieġa. Il-Bord u l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex ilestu l-proċedimenti li għaddejjin bħalissa malajr kemm jista’ jkun. L-awtorità superviżorja ewlenija jew waħda mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jenħtieġ li tkun tista’ titlob ukoll deċiżjoni vinkolanti urġenti tal-Bord mingħajr ma tkun saret talba skont l-Artikoli 61 jew 62.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Jekk l-użu ta’ dawk l-għodod ma jippermettix lill-awtoritajiet superviżorji jilħqu kunsens dwar l-ambitu ta’ investigazzjoni bbażata fuq l-ilmenti, l-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li titlob deċiżjoni vinkolanti urġenti tal-Bord skont l-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġi preżunt ir-rekwiżit ta’ urġenza. L-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tasal għal konklużjonijiet xierqa mid-deċiżjoni vinkolanti urġenti tal-Bord għall-finijiet ta’ sejbiet preliminari. Id-deċiżjoni vinkolanti urġenti tal-Bord ma tistax tantiċipa l-eżitu tal-investigazzjoni tal-awtorità superviżorja ewlenija jew l-effettività tad-drittijiet tal-partijiet investigati li jinstemgħu. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Bord ma jestendix l-ambitu tal-investigazzjoni fuq l-inizjattiva tiegħu stess.

imħassar

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Sabiex l-ilmentatur ikun jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu għal rimedju ġudizzjarju effettiv skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-awtorità superviżorja li tirrifjuta kompletament jew parzjalment ilment jenħtieġ li tagħmel dan permezz ta’ deċiżjoni li tista’ tiġi kkontestata quddiem qorti nazzjonali.

(17)

Sabiex l-ilmentatur ikun jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu jew tagħha għal rimedju ġudizzjarju effettiv skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2016/679, it-trattament ta’ kwalunkwe lment jenħtieġ li dejjem iwassal għal deċiżjoni li tista’ tiġi kkontestata quddiem qorti nazzjonali.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

L-ilmentaturi jenħtieġ li jkollhom l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom qabel ma tittieħed deċiżjoni li tolqothom b’mod negattiv. Għalhekk, fil-każ ta’ rifjut sħiħ jew parzjali ta’ lment f’każ transfruntier, l-ilmentatur jenħtieġ li jkollu l-opportunità li jagħmel il-fehmiet tiegħu magħrufa qabel is-sottomissjoni ta’ abbozz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, abbozz rivedut ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew deċiżjoni vinkolanti tal-Bord skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/679. L-ilmentatur jista’ jitlob aċċess għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dokumenti li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni li tirrifjuta kompletament jew parzjalment l-ilment.

imħassar

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata d-diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-awtorità superviżorja ewlenija u l-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment fil-każ ta’ rifjut ta’ lment f’każ transfruntier. Bħala l-punt ta’ kuntatt għall-ilmentatur matul l-investigazzjoni, l-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment jenħtieġ li tikseb il-fehmiet tal-ilmentatur dwar ir-rifjut propost tal-ilment u jenħtieġ li tkun responsabbli għall-komunikazzjonijiet kollha mal-ilmentatur. Jenħtieġ li dawn il-komunikazzjonijiet kollha jiġu kondiviżi mal-awtorità superviżorja ewlenija. Billi skont l-Artikolu 60(8) u (9) tar-Regolament (UE) 2016/679 l-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha r-responsabbiltà li tadotta d-deċiżjoni finali li tirrifjuta l-ilment, dik l-awtorità superviżorja jenħtieġ li jkollha wkoll ir-responsabbiltà li tħejji l-abbozz tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2016/679.

(19)

Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata d-diviżjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-awtorità superviżorja ewlenija u l-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment fil-każ ta’ rifjut ta’ lment f’każ transfruntier. Bħala l-punt ta’ kuntatt għall-ilmentatur matul l-investigazzjoni, l-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment jenħtieġ li tkun responsabbli għall-komunikazzjonijiet kollha mal-ilmentatur. Jenħtieġ li dawn il-komunikazzjonijiet kollha jiġu kondiviżi mal-awtorità superviżorja ewlenija. Billi skont l-Artikolu 60(8) u (9) tar-Regolament (UE) 2016/679 l-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha r-responsabbiltà li tadotta d-deċiżjoni finali li jeħtieġ li tikkonforma mal-liġi proċedurali nazzjonali tagħha, u li tirrifjuta l-ilment, dik l-awtorità superviżorja jenħtieġ li tkun involuta mill-awtorità superviżorja ewlenija fit-tħejjija tal-abbozz tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 60(3) u kwalunkwe deċiżjoni finali skont l-Artikolu 60(7) sa (9) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Sabiex jiġi ssalvagwardjat b’mod effettiv id-dritt għal amministrazzjoni tajba u d-drittijiet għad-difiża kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”) , inkluż id-dritt ta’ kull persuna li tinstema’ qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tolqotha b’mod negattiv, huwa importanti li jiġu previsti regoli ċari dwar l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt.

(21)

Sabiex jiġi ssalvagwardjat b’mod effettiv id-dritt għal amministrazzjoni tajba u d-drittijiet għad-difiża kif stabbiliti fil-Karta, inkluż id-dritt ta’ kull persuna li tinstema’ qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tolqotha b’mod negattiv, huwa importanti li jiġu previsti regoli ċari dwar l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt għall-partijiet kollha involuti fil-każ . Kull parti jenħtieġ li jkollha d-dritt li tirrifjuta d-dritt li tinstema’.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)

Ir-regoli dwar il-proċedura amministrattiva applikata mill-awtoritajiet superviżorji meta jinfurzaw ir-Regolament (UE) 2016/679 jenħtieġ li jiżguraw li l-partijiet investigati jkollhom b’mod effettiv l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-verità u r-rilevanza tal-fatti, l-oġġezzjonijiet u ċ-ċirkostanzi mressqa mill-awtorità superviżorja matul il-proċedura kollha, u b’hekk ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom. Is-sejbiet preliminari stabbilixxew il-pożizzjoni preliminari dwar l-allegat ksur tar-Regolament (UE) 2016/679 wara investigazzjoni. B’hekk dawn jikkostitwixxu salvagwardja proċedurali essenzjali li tiżgura li jiġi osservat id-dritt għas-smigħ. Il-partijiet investigati jenħtieġ li jiġu pprovduti bid-dokumenti meħtieġa biex jiddefendu lilhom infushom b’mod effettiv u biex jikkummentaw dwar l-allegazzjonijiet magħmula kontrihom , billi jirċievu aċċess għall-fajl amministrattiv .

(22)

Ir-regoli dwar il-proċedura amministrattiva applikata mill-awtoritajiet superviżorji meta jinfurzaw ir-Regolament (UE) 2016/679 jenħtieġ li jiżguraw li l-partijiet ikollhom b’mod effettiv id-dritt li jinstemgħu u l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-verità u r-rilevanza tal-fatti, l-oġġezzjonijiet u ċ-ċirkostanzi mressqa mill-awtorità superviżorja matul il-proċedura kollha, u b’hekk ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom. Is-sejbiet preliminari stabbilew il-pożizzjoni preliminari dwar l-allegat ksur tar-Regolament (UE) 2016/679 wara investigazzjoni. B’hekk dawn jikkostitwixxu salvagwardja proċedurali essenzjali li tiżgura li jiġi osservat id-dritt għas-smigħ. Il-partijiet jenħtieġ li jiġu pprovduti d-dokumenti neċessarji kollha meħtieġa biex jikkummentaw b’mod effettiv dwar kwistjonijiet rilevanti għall-investigazzjoni , billi jirċievu aċċess għall-fajl tal-każ konġunt .

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)

Is-sejbiet preliminari jiddefinixxu l-ambitu tal-investigazzjoni u għalhekk l-ambitu ta’ kwalunkwe deċiżjoni finali futura (skont il-każ, jista’ jittieħed abbażi ta’ deċiżjoni vinkolanti maħruġa mill-Bord skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2016/679) li tista’ tiġi indirizzata lill-kontrolluri jew lill-proċessuri. Is-sejbiet preliminari jenħtieġ li jiġu komposti f’termini li, anke jekk ikunu konċiżi, ikunu ċari biżżejjed biex jippermettu lill-partijiet investigati jidentifikaw kif xieraq in-natura tal-ksur allegat tar-Regolament (UE) 2016/679. L-obbligu li l-partijiet investigati jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jiddefendu lilhom infushom b’mod xieraq huwa ssodisfat jekk id-deċiżjoni finali ma tallegax li l-partijiet investigati wettqu ksur għajr dak imsemmi fis-sejbiet preliminari u tqis biss il-fatti li dwarhom il-partijiet investigati kellhom l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Madankollu, id-deċiżjoni finali tal-awtorità superviżorja ewlenija ma hijiex neċessarjament meħtieġa li tkun replika tas-sejbiet preliminari. L-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tkun permessa fid-deċiżjoni finali li tqis it-tweġibiet tal-partijiet investigati għas-sejbiet preliminari, u, fejn applikabbli, l-abbozz rivedut ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE) 2016/679, u l-Artikolu 65(1), il-punt (a), id-deċiżjoni li ssolvi t-tilwima bejn l-awtoritajiet superviżorji. L-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tkun tista’ twettaq il-valutazzjoni tagħha stess tal-fatti u tal-kwalifiki legali mressqa mill-partijiet investigati sabiex jew tirrinunzja l-oġġezzjonijiet meta l-awtorità superviżorja ssib li dawn huma bla bażi jew tissupplimenta u tabbozza mill-ġdid l-argumenti tagħha, kemm fil-fatt kif ukoll fil-liġi, b’appoġġ għall-oġġezzjonijiet li hija ssostni. Pereżempju, il-kunsiderazzjoni ta’ argument imressaq minn parti investigata matul il-proċedura amministrattiva, mingħajr ma tkun ingħatat l-opportunità li tesprimi opinjoni f’dak ir-rigward qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni finali, ma tistax fiha innifisha tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża.

(23)

Is-sejbiet preliminari jenħtieġ li jiġu komposti f’termini li, anke jekk ikunu konċiżi, ikunu ċari biżżejjed biex jippermettu lill-partijiet jidentifikaw kif xieraq in-natura tal-ksur allegat tar-Regolament (UE) 2016/679. L-obbligu li l-partijiet jingħataw l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jinstemgħu huwa ssodisfat jekk id-deċiżjoni finali tqis biss il-fatti li dwarhom il-partijiet kellhom l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. Madankollu, id-deċiżjoni finali tal-awtorità superviżorja ewlenija ma hijiex neċessarjament meħtieġa li tkun replika tas-sejbiet preliminari. L-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tkun permessa fid-deċiżjoni finali li tqis it-tweġibiet tal-partijiet għas-sejbiet preliminari, u, fejn applikabbli, l-abbozz rivedut ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE) 2016/679, u d-deċiżjoni mill-Bord li ssolvi t-tilwima bejn l-awtoritajiet superviżorji skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a), ta’ dak ir-Regolament . L-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tkun tista’ twettaq il-valutazzjoni tagħha stess tal-fatti u tal-kwalifiki legali mressqa mill-partijiet sabiex jew tirrinunzja l-oġġezzjonijiet meta l-awtorità superviżorja ssib li dawn huma bla bażi jew tissupplimenta u tabbozza mill-ġdid l-argumenti tagħha, kemm fil-fatt kif ukoll fil-liġi, b’appoġġ għall-oġġezzjonijiet li hija ssostni.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Il-partijiet investigati jenħtieġ li jingħataw id-dritt li jinstemgħu qabel is-sottomissjoni ta’ abbozz rivedut ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-adozzjoni ta’ deċiżjoni vinkolanti mill-Bord skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/679.

(24)

Il-partijiet jenħtieġ li jingħataw id-dritt li jinstemgħu fi stadji xierqa tal-proċedura, b’mod partikolari qabel is-sottomissjoni ta’ abbozz rivedut ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-adozzjoni ta’ deċiżjoni vinkolanti mill-Bord skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

L-ilmentaturi jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jkunu assoċjati mal-proċedimenti mibdija minn awtorità superviżorja bil-għan li jidentifikaw jew jiċċaraw kwistjonijiet relatati ma’ ksur potenzjali tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-fatt li awtorità superviżorja tkun diġà bdiet investigazzjoni dwar is-suġġett tal-ilment jew se tittratta l-ilment f’investigazzjoni ex officio wara li tirċievi l-ilment ma jipprekludix il-kwalifika ta’ suġġett tad-data bħala ilmentatur. Madankollu, investigazzjoni minn awtorità superviżorja ta’ ksur possibbli tar-Regolament (UE) 2016/679 minn kontrollur jew proċessur ma tikkostitwixxix proċedura kontenzjuża bejn l-ilmentatur u l-partijiet investigati. Hija proċedura mibdija minn awtorità superviżorja, fuq inizjattiva tagħha stess jew abbażi ta’ lment, fit-twettiq tal-kompiti tagħha skont l-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-partijiet investigati u l-ilmentatur, għalhekk, ma humiex fl-istess sitwazzjoni proċedurali u dan tal-aħħar ma jistax jinvoka d-dritt għal smigħ ġust meta d-deċiżjoni ma taffettwax b’mod negattiv il-pożizzjoni legali tiegħu. L-involviment tal-ilmentatur fil-proċedura kontra l-partijiet investigati ma jistax jikkomprometti d-dritt ta’ dawn il-partijiet li jinstemgħu.

(25)

L-ilmentaturi jenħtieġ li jingħataw il-possibbiltà li jkunu assoċjati mal-proċedimenti mibdija minn awtorità superviżorja bil-għan li jidentifikaw jew jiċċaraw kwistjonijiet relatati ma’ ksur potenzjali tar-Regolament (UE) 2016/679. Il-fatt li awtorità superviżorja tkun diġà bdiet investigazzjoni dwar is-suġġett tal-ilment jew se tittratta l-ilment f’investigazzjoni ex officio wara li tirċievi l-ilment ma jipprekludix il-kwalifika ta’ suġġett tad-data bħala ilmentatur.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)

Minkejja l-fatt li l-partijiet investigati u l-ilmentatur ma jkunux fl-istess sitwazzjoni proċedurali, hemm ċirkostanzi li fihom l-ilmentaturi jistgħu jkunu f’pożizzjoni biex jirreferu għal argumenti u xhieda waqt investigazzjoni li jistgħu jgħinu l-progress tal-investigazzjoni. Dan huwa b’mod partikolari l-każ f’ċirkostanzi li fihom korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ ikunu ressqu lment f’isem suġġett tad-data jew fuq inizjattiva tagħhom stess skont l-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2016/679. L-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jiffaċilitaw is-smigħ ta’ tali lmentaturi fl-istadji kollha tal-investigazzjoni, inklużi investigazzjonijiet ex officio, filwaqt li jżommu wkoll l-indipendenza tagħhom.

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Jenħtieġ li l-ilmentaturi jingħataw il-possibbiltà li jippreżentaw bil-miktub fehmiet dwar is-sejbiet preliminari. Madankollu, jenħtieġ li ma jkollhomx aċċess għas-sigrieti kummerċjali jew għal informazzjoni kunfidenzjali oħra li tappartjeni għal partijiet oħrajn involuti fil-proċedimenti. L-ilmentaturi jenħtieġ li ma jkunux intitolati li jkollhom aċċess ġeneralizzat għall-fajl amministrattiv.

imħassar

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Meta jistabbilixxu skadenzi għall-partijiet investigati u għall-ilmentaturi biex jipprovdu l-fehmiet tagħhom dwar sejbiet preliminari, l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jqisu l-kumplessità tal-kwistjonijiet imqajma fis-sejbiet preliminari , sabiex jiġi żgurat li l-partijiet investigati u l-ilmentaturi jkollhom opportunità suffiċjenti biex jipprovdu l-fehmiet tagħhom b’mod sinifikanti dwar il-kwistjonijiet imqajma.

(27)

Meta jistabbilixxu skadenzi u jillimitaw it-tul tas-sottomissjonijiet għall-partijiet biex jipprovdu l-fehmiet tagħhom dwar sejbiet preliminari, l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jqisu l-kumplessità tal-kwistjonijiet imqajma fis-sejbiet preliminari kif ukoll il-kapaċità tal-partijiet investigati u l-ilmentaturi li jwieġbu, sabiex jiġi żgurat li l-partijiet ikollhom opportunità suffiċjenti biex jipprovdu l-fehmiet tagħhom b’mod sinifikanti dwar il-kwistjonijiet imqajma. Madankollu, dan jenħtieġ li ma jwassalx għal proċeduri twal iżżejjed.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

L-iskambju ta’ fehmiet qabel l-adozzjoni ta’ abbozz ta’ deċiżjoni jinvolvi djalogu miftuħ u skambju estensiv ta’ fehmiet fejn l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jagħmlu ħilithom kollha biex isibu kunsens dwar it-triq ’il quddiem f’investigazzjoni. Min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ qbil espress f’oġġezzjonijiet rilevanti u motivati skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, li jżidu l-potenzjal ta’ soluzzjoni tat-tilwim bejn l-awtoritajiet superviżorji skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/679 u jittradjaw l-adozzjoni ta’ deċiżjoni finali mill-awtorità superviżorja kompetenti, jenħtieġ li jseħħ fil-każ eċċezzjonali ta’ nuqqas tal-awtoritajiet superviżorji li jilħqu kunsens u fejn meħtieġ biex tkun żgurata l-interpretazzjoni konsistenti tar-Regolament (UE) 2016/679. Dawn l-oġġezzjonijiet jenħtieġ li jintużaw meta vera hemm bżonnhom, meta jkunu involuti kwistjonijiet ta’ infurzar konsistenti tar-Regolament (UE) 2016/679, peress li kull użu ta’ oġġezzjonijiet rilevanti u motivati jipposponi r-rimedju għas-suġġett tad-data. Peress li l-ambitu tal-investigazzjoni u l-fatti rilevanti jenħtieġ li jiġu deċiżi qabel il-komunikazzjoni tas-sejbiet preliminari, dawn il-kwistjonijiet jenħtieġ li ma jitqajmux mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati f’oġġezzjonijiet rilevanti u motivati. Madankollu, dawn jistgħu jitqajmu mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati fil-kummenti tagħhom dwar is-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin skont l-Artikolu 9(3), qabel ma jiġu kkomunikati s-sejbiet preliminari lill-partijiet investigati.

imħassar

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Fl-interess tal-konklużjoni effiċjenti u inklużiva tal-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim, fejn l-awtoritajiet superviżorji kollha jenħtieġ li jkunu f’pożizzjoni li jikkontribwixxu l-fehmiet tagħhom u filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet ta’ żmien matul is-soluzzjoni tat-tilwim, il-forma u l-istruttura tal-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati jenħtieġ li jissodisfaw ċerti rekwiżiti. Għalhekk, l-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati jenħtieġ li jkunu limitati għal tul preskritt, jenħtieġ li jidentifikaw b’mod ċar in-nuqqas ta’ qbil mal-abbozz tad-deċiżjoni u jenħtieġ li jiġu fformulati f’termini ċari, koerenti u preċiżi biżżejjed.

(29)

Fl-interess tal-konklużjoni effiċjenti u inklużiva tal-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim, fejn l-awtoritajiet superviżorji kollha jenħtieġ li jkunu f’pożizzjoni li jikkontribwixxu l-fehmiet tagħhom u filwaqt li jitqiesu r-restrizzjonijiet ta’ żmien matul is-soluzzjoni tat-tilwim, il-forma u l-istruttura tal-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati jenħtieġ li jissodisfaw ċerti rekwiżiti. Għalhekk, l-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati jenħtieġ li jidentifikaw b’mod ċar in-nuqqas ta’ qbil mal-abbozz tad-deċiżjoni u jenħtieġ li jiġu fformulati f’termini ċari, koerenti u preċiżi biżżejjed.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

L-aċċess għall-fajl amministrattiv huwa previst bħala parti mid-drittijiet għad-difiża u d-dritt għal amministrazzjoni tajba mnaqqxa fil-Karta. Jenħtieġ li jiġi pprovdut aċċess għall-fajl amministrattiv lill-partijiet investigati meta jiġu nnotifikati bis-sejbiet preliminari u jenħtieġ li tiġi stabbilita l-iskadenza biex jissottomettu t-tweġiba bil-miktub tagħhom għas-sejbiet preliminari .

(30)

L-aċċess għall-fajl tal-każ konġunt jista’ jkun previst fl-ispirtu tad-dritt għal amministrazzjoni tajba mnaqqxa fil-Karta. Jenħtieġ li jiġi pprovdut aċċess għall-fajl tal-każ konġunt lill-partijiet. L-aċċess tal-partijiet għall-fajl tal-każ konġunt jista’ jkun limitat fuq it-talba ta’ parti biex tipproteġi d-drittijiet tagħha rikonoxxuti legalment jew id-drittijiet ta’ oħrajn, jew fl-interess pubbliku. Tali limitazzjoni trid tkun proporzjonata fid-dawl tad-drittijiet rikonoxxuti rispettivi tal-oħrajn jew tal-interess pubbliku segwit.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)

Meta jagħtu aċċess għall-fajl amministrattiv , l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jiżguraw il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra. Il-kategorija ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra tinkludi informazzjoni għajr sigrieti kummerċjali, li tista’ titqies bħala kunfidenzjali, sa fejn id-divulgazzjoni tagħha tkun ta’ dannu sinifikanti għal kontrollur, proċessur jew persuna fiżika. L-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu li l-partijiet investigati li jissottomettu jew li ssottomettew dokumenti jew dikjarazzjonijiet, jidentifikaw informazzjoni kunfidenzjali.

(31)

Meta jagħtu aċċess għall-fajl tal-każ konġunt , l-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jiżguraw il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra protetta legalment u l-protezzjoni ta’ informazzjoni fl-interess pubbliku f’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli . Il-kategorija ta’ informazzjoni kunfidenzjali oħra tinkludi informazzjoni għajr sigrieti kummerċjali, li tista’ titqies bħala kunfidenzjali, sa fejn id-divulgazzjoni tagħha tkun ta’ dannu sinifikanti għal kontrollur, proċessur jew persuna fiżika jew ġuridika . L-awtoritajiet superviżorji jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu li l-partijiet investigati li jissottomettu jew li ssottomettew dokumenti jew dikjarazzjonijiet, jidentifikaw informazzjoni kunfidenzjali u jipprovdu verżjoni mhux kunfidenzjali .

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)

Meta tirreferi kwistjoni għas-soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tipprovdi lill-Bord bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun jista’ jivvaluta l-ammissibbiltà tal-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati u jieħu d-deċiżjoni skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/679. Ladarba l-Bord jirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa elenkati fl-Artikolu 23, il-President tal-Bord jenħtieġ li jirreġistra r-riferiment tas-suġġett fis-sens tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2016/679.

(33)

Meta tirreferi kwistjoni għas-soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-awtorità superviżorja ewlenija jenħtieġ li tipprovdi lill-Bord bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun jista’ jivvaluta l-ammissibbiltà tal-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati u jieħu d-deċiżjoni skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/679. Ladarba l-Bord jirċievi d-dokumenti kollha meħtieġa , il-Bord jenħtieġ li jirreġistra r-riferiment tas-suġġett f’konformità mal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)

Id-deċiżjoni vinkolanti tal-Bord skont l-Artikolu 65(1)(a), tar-Regolament (UE) 2016/679 jenħtieġ li tikkonċerna esklużivament kwistjonijiet li wasslu għall-iskattar tas-soluzzjoni tat-tilwim u tkun abbozzata b’mod li jippermetti lill-awtorità superviżorja ewlenija tadotta d-deċiżjoni finali tagħha abbażi tad-deċiżjoni tal-Bord filwaqt li żżomm id-diskrezzjoni tagħha .

(34)

Id-deċiżjoni vinkolanti tal-Bord skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/679 jenħtieġ li tikkonċerna esklużivament kwistjonijiet li wasslu għall-iskattar tas-soluzzjoni tat-tilwim u tkun abbozzata f’lingwaġġ ċar u preċiż, li jippermetti lill-awtorità superviżorja ewlenija tadotta d-deċiżjoni finali tagħha abbażi tad-deċiżjoni tal-Bord.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)

Sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura għall-adozzjoni ta’ opinjonijiet urġenti u deċiżjonijiet vinkolanti urġenti tal-Bord skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati regoli proċedurali rigward iż-żmien tat-talba għal opinjoni urġenti jew għal deċiżjoni vinkolanti urġenti, id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati lill-Bord u li fuqhom il-Bord jenħtieġ li jibbaża d-deċiżjoni tiegħu, lil min jenħtieġ li tiġi indirizzata l-opinjoni jew id-deċiżjoni tal-Bord, u l-konsegwenzi tal-opinjoni jew tad-deċiżjoni tal-Bord.

(36)

Sabiex tiġi ssimplifikata l-proċedura għall-adozzjoni ta’ opinjonijiet urġenti u deċiżjonijiet vinkolanti urġenti tal-Bord skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati regoli proċedurali rigward iż-żmien tat-talba għal opinjoni urġenti jew għal deċiżjoni vinkolanti urġenti, id-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati lill-Bord u li fuqhom il-Bord jenħtieġ li jibbaża d-deċiżjoni tiegħu, lil min jenħtieġ li tiġi indirizzata l-opinjoni jew id-deċiżjoni tal-Bord, u l-konsegwenzi tal-opinjoni jew tad-deċiżjoni tal-Bord. Il-miżuri proviżorji skont l-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 jenħtieġ li jinkludu l-miżuri kollha possibbli li jaqgħu fis-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji, skont l-Artikolu 58 ta’ dak ir-Regolament.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Premessa 36a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a)

Il-Bord jenħtieġ li jkun jista’ jitlob kwalunkwe informazzjoni ulterjuri mill-awtoritajiet superviżorji li jkollu bżonn biex jieħu deċiżjoni vinkolanti.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Premessa 36b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36b)

Jenħtieġ li l-ilmentatur ikollu dritt għal rimedju ġudizzjarju f’każ li awtorità superviżorja ma tużax is-setgħat tagħha jew altrimenti ma tiħux azzjoni neċessarja kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2016/679. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-partijiet ikollhom dritt li jieħdu azzjoni kontra l-awtorità superviżorja ewlenija f’każ ta’ nuqqas ta’ azzjoni jew proċeduri twal wisq. Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm lakuni fl-infurzar, jenħtieġ li l-partijiet fil-każ u l-organizzazzjonijiet skont l-Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 ikollhom is-setgħa li jfittxu rimedju ġudizzjarju fl-interess pubbliku jekk awtorità superviżorja ma tikkonformax ma’ deċiżjoni tal-Bord u jekk iqisu li d-drittijiet ta’ suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679 ikunu nkisru b’riżultat tal-ipproċessar.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f’konformità mal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ppreżentaw opinjoni konġunta fil-[ ] ,

(38)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġew ikkonsultati f’konformità mal-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ppreżentaw opinjoni konġunta fid-19 ta’ Settembru 2023 ,

Emenda 46

Proposta għal regolament

Taqsima 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima 1a

 

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Suġġett

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli proċedurali għat-trattament tal-ilmenti u t-twettiq ta’ investigazzjonijiet f’każijiet ibbażati fuq l-ilmenti u ex officio mill-awtoritajiet superviżorji fl-infurzar transfruntier tar-Regolament (UE) 2016/679 .

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli proċedurali għat-trattament tal-ilmenti u t-twettiq ta’ investigazzjonijiet f’każijiet ibbażati fuq l-ilmenti u ex officio mill-awtoritajiet superviżorji kull meta l-awtoritajiet superviżorji ta’ aktar minn Stat Membru wieħed ikunu involuti fil-każ, kif ukoll regoli proċedurali dwar rimedji ġudizzjarji relatati .

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 26b ta’ dan ir-Regolament japplika wkoll għal każijiet quddiem awtorità superviżorja ta’ Stat Membru wieħed skont l-Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

“ partijiet investigati ” tfisser il-kontrollur(i) u/jew il-proċessur(i) investigati għall-ksur allegat tar-Regolament (UE) 2016/679 relatat mal-ipproċessar transfruntier;

(1)

“ parti investigata ” tfisser il-kontrollur(i) u/jew il-proċessur(i) li jkun sar ilment dwarhom, jew investigati għall-ksur allegat tar-Regolament (UE) 2016/679 , kif ukoll ir-rappreżentant(i) tagħhom ;

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

“ilmentatur” tfisser is-suġġett tad-data jew il-korp, l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li jkunu ressqu lment skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2016/679 u għalhekk jitqiesu bħala parti fil-proċedimenti;

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)

“parti” tfisser il-parti jew il-partijiet investigati, l-ilmentatur(i) u kwalunkwe parti terza involuta fil-proċedimenti kif definit fil-liġi nazzjonali;

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)

“liġi proċedurali nazzjonali” tfisser il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istat Membru li jirregolaw il-proċedura quddiem awtorità superviżorja;

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1d)

“proċedura ta’ lmenti” tfisser proċedura li tiddetermina l-eżitu ta’ lment skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2016/679;

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1e)

“proċedura ex officio” tfisser investigazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor mibdija fuq inizjattiva ta’ awtorità superviżorja skont l-Artikolu 57(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2016/679;

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1f)

“fajl tal-każ konġunt” tfisser fajl elettroniku apposta għal kwalunkwe każ li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li huwa ġestit mill-awtorità superviżorja ewlenija, u li fih l-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari dokumenti, sottomissjonijiet, memos u informazzjoni oħra dwar każ, jinħażnu u jsiru aċċessibbli b’mod remot għall-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u l-partijiet tal-każ;

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 1g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1g)

“awtorità li tirċievi l-ilment” tfisser l-awtorità superviżorja li quddiemha tressaq l-ilment skont l-Artikolu 4(22), il-punt (c) tar-Regolament (UE) 2016/679;

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

“sommarju ta’ kwistjonijiet ewlenin” tfisser is-sommarju li għandu jiġi pprovdut mill-awtorità superviżorja ewlenija lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati li jidentifika l-fatti rilevanti ewlenin u l-fehmiet tal-awtorità superviżorja ewlenija dwar il-każ;

(2)

“sommarju ta’ kwistjonijiet ewlenin” tfisser is-sommarju li għandu jiġi pprovdut mill-awtorità superviżorja ewlenija lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati li jidentifika l-kwistjonijiet fattwali u legali rilevanti ewlenin fl-ambitu preliminari tal-investigazzjoni, u l-fehmiet tal-awtorità superviżorja ewlenija dwar il-każ;

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

“sejbiet preliminari” tfisser id-dokument ipprovdut mill-awtorità superviżorja ewlenija lill-partijiet investigati li jistabbilixxi l-allegazzjonijiet, il-fatti rilevanti, l-evidenza ta’ sostenn, l-analiżi legali, u, fejn applikabbli, il-miżuri korrettivi proposti;

(3)

“sejbiet preliminari” tfisser id-dokument ipprovdut mill-awtorità superviżorja ewlenija lill-partijiet li jistabbilixxi l-allegazzjonijiet, il-fatti rilevanti, l-evidenza ta’ sostenn, l-analiżi legali, u, fejn applikabbli, il-miżuri korrettivi proposti;

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

“verżjoni kunfidenzjali ta’ dokument” tfisser dokument li jkun fih informazzjoni kunfidenzjali jew sensittiva li tista’ tkun soġġetta għal privileġġ legali skont il-liġi applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

“verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ dokument” tfisser verżjoni ta’ dokument li minnu tkun ġiet redatta informazzjoni kunfidenzjali jew sensittiva u li tista’ tiġi pprovduta lill-ilmentatur mingħajr ma tikser id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali jew ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Taqsima 1b (ġdid) – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Taqsima 1b

 

Regoli proċedurali

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Liġi Proċedurali Applikabbli

 

1.     Minbarra dan ir-Regolament, u dment li ma tkunx f’kunflitt ma’ dan ir-Regolament, il-liġi proċedurali applikabbli quddiem awtorità superviżorja għandha tirregola l-interazzjonijiet diretti kollha bejn l-awtorità superviżorja u l-partijiet quddiemha. Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi lill-Istati Membri milli jispeċifikaw kwistjonijiet proċedurali mhux irregolati minn dan ir-Regolament jew mir-Regolament (UE) 2016/679.

 

2.     Dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) 2016/679 jirregolaw l-interazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji ta’ Stati Membri differenti li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

 

3.     Ilmentatur għandu jkollu d-dritt li jikkomunika biss mal-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq l-ilment skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2b

 

Standards proċedurali komuni

 

1.     Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet addizzjonali skont il-liġi proċedurali nazzjonali, kull parti għandu jkollha mill-anqas id-drittijiet li ġejjin:

 

(a)

il-każ tagħha jiġi ttrattat b’mod imparzjali u ġust, u li tiġi ttrattata b’mod ugwali, anke jekk tkun quddiem awtoritajiet superviżorji differenti f’ġuriżdizzjonijiet differenti (“proċedura ġusta”);

 

(b)

tinstema’ qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura li taffettwaha ħażin, inkluż qabel tiġi adottata deċiżjoni li tilqa’, jew li tirrifjuta kompletament jew parzjalment l-ilment (“id-dritt li wieħed jinstema’”);

 

(c)

ikollha aċċess għall-fajl tal-każ konġunt, ħlief għal kwalunkwe deliberazzjoni interna tal-awtorità superviżorja jew deliberazzjonijiet bejn dawk l-awtoritajiet (“trasparenza proċedurali”).

 

2.     L-awtorità superviżorja ewlenija għandha tinforma u tisma’ lill-partijiet fi stadji xierqa tal-proċedura, sabiex dawn ikunu jistgħu jesprimu b’mod effettiv il-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet fattwali u l-konklużjonijiet legali kollha li jkunu saru mill-awtorità superviżorja ewlenija.

 

3.     Il-fajl tal-każ konġunt għandu jinkludi l-evidenza kollha, inkriminanti u li tiskaġuna, inklużi d-dokumenti u evidenza oħra pprovduti mill-partijiet investigati.

 

4.     Fuq it-talba ta’ parti biex tipproteġi d-drittijiet rikonoxxuti legalment tagħha jew biex tipproteġi d-drittijiet ta’ oħrajn, jew meta jkun fl-interess pubbliku jew sabiex jiġu protetti s-sigurtà operazzjonali u ċ-ċibersigurtà, awtorità superviżorja tista’ tillimita d-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 1(c). Kwalunkwe limitazzjoni bħal din għandha titwettaq f’konformità mal-liġi proċedurali nazzjonali applikabbli skont l-Artikolu 2a(1) għal kwalunkwe interazzjoni diretta bejn awtorità superviżorja u l-parti li tirċievi informazzjoni limitata, u trid tkun proporzjonata fid-dawl tad-drittijiet rikonoxxuti rispettivi ta’ oħrajn jew l-interess pubbliku segwit. Il-parti li titlob il-kunfidenzjalità għandha tipprovdi verżjoni kunfidenzjali ta’ kwalunkwe informazzjoni, kif ukoll verżjoni ssuġġerita mhux kunfidenzjali.

 

5.     Il-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dokumenti li jkunu ġew ipprovduti minn parti għandha tiġi ddeterminata mill-awtorità superviżorja li tagħmel determinazzjoni skont l-ewwel sentenza tal-paragrafu 4, filwaqt li jiġu applikati biss miżuri proporzjonati b’mod strett, bħat-tneħħija ta’ partijiet speċifiċi tad-dokumenti.

 

6.     L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati għandu dejjem ikollhom aċċess għall-verżjoni kunfidenzjali tad-dokumenti kollha, u jistgħu joġġezzjonaw għat-tneħħija li jqisu ma tkunx proporzjonata b’mod strett. L-awtoritajiet superviżorji skont l-ewwel sentenza tal-paragrafu 4 għandhom jinfurmaw immedjatament lill-partijiet bil-fatt li l-informazzjoni ġiet miżmuma. L-awtorità superviżorja ewlenija għandha żżomm reġistri ta’ kull aċċess għall-fajl tal-każ konġunt.

 

7.     Fl-interess tal-effiċjenza tal-proċeduri, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jillimitaw it-tul tas-sottomissjonijiet mill-partijiet għal mhux aktar minn 50 paġna. Dawk l-awtoritajiet għandhom jistabbilixxu limiti ta’ żmien raġonevoli u xierqa mhux iqsar minn tliet ġimgħat u mhux itwal minn sitt ġimgħat, sakemm ċirkostanzi eċċezzjonali ma jkunux jirrikjedu estensjoni raġonevoli. L-awtoritajiet superviżorji ma għandhomx ikunu obbligati jqisu l-fehmiet bil-miktub li jaslu wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.

 

8.     L-awtorità superviżorja ewlenija tista’ tgħaqqad u tissepara każijiet f’konformità mal-liġi proċedurali nazzjonali, sakemm dan ma jimminax id-drittijiet tal-partijiet.

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2c

 

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji

 

1.     L-awtorità superviżorja ewlenija għandha torganizza, tikkoordina u timmaniġġja l-każ b’mod effiċjenti u malajr, f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679, ma’ dan ir-Regolament u ma’ kwalunkwe liġi proċedurali nazzjonali applikabbli.

 

2.     Kwalunkwe awtorità superviżorja tista’ tiddikjara li hija kkonċernata, filwaqt li tistabbilixxi r-raġunijiet għaliex hija tissodisfa d-definizzjoni ta’ awtorità superviżorja kkonċernata skont l-Artikolu 4(22) tar-Regolament (UE) 2016/679. L-awtorità superviżorja ewlenija għandha żżomm lista ta’ awtoritajiet superviżorji kkonċernati għal kull każ fil-fajl tal-każ konġunt.

 

Meta l-awtorità superviżorja ewlenija tqis li awtorità superviżorja li għamlet dikjarazzjoni li hija kkonċernata skont dan il-paragrafu ma tissodisfax id-definizzjoni ta’ awtorità superviżorja kkonċernata, hija għandha tinforma lill-awtorità bil-valutazzjoni tagħha. L-awtorità superviżorja li tkun iddikjarat li hija kkonċernata għandha, fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi dik il-valutazzjoni, jew tfassal id-dikjarazzjoni tagħha, jew tippreżenta opinjoni motivata li tistabbilixxi r-raġunijiet għaliex hija tqis li l-valutazzjoni tal-awtorità superviżorja ewlenija hija inkorretta. Meta l-valutazzjonijiet diverġenti tal-awtorità superviżorja ewlenija u l-awtorità superviżorja li tkun iddikjarat li hija kkonċernata ma jkunu jistgħu jiġu riżolti b’mod differenti, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha titlob determinazzjoni tal-Bord skont l-Artikolu 26a.

 

3.     Kwalunkwe awtorità superviżorja kkonċernata li tirċievi informazzjoni rilevanti għal każ għandha tipprovdiha lill-awtorità superviżorja ewlenija mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn ġimgħa wara l-jum meta tkun irċeviet tali informazzjoni.

 

4.     Meta l-fehmiet diverġenti ma jkunux jistgħu jingħelbu jew fil-każ ta’ inattività ta’ awtorità superviżorja oħra, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jużaw is-setgħat maħsuba biex jiġu riżolti tali sitwazzjonijiet skont dan ir-Regolament u skont il-Kapitolu VII tar-Regolament (UE) 2016/679.

 

5.     Id-dokumenti kollha bil-miktub mill-awtoritajiet superviżorji għandhom jiġu pprovduti b’mezzi elettroniċi u f’għamla konċiża, trasparenti, intelliġibbli u faċilment aċċessibbli, permezz ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi.

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2d

 

L-Użu tal-Lingwi u t-Traduzzjonijiet

 

1.     Il-Bord għandu jiddetermina lingwa waħda li għandha tiġi aċċettata mill-awtoritajiet superviżorji kollha matul il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet (“lingwa ta’ kooperazzjoni”).

 

2.     Meta awtorità superviżorja taqsam informazzjoni rilevanti ma’ awtorità superviżorja oħra, hija għandha tipprovdi traduzzjoni għal-lingwa ta’ kooperazzjoni jew għal kwalunkwe lingwa oħra li taċċetta l-awtorità superviżorja riċeventi.

 

3.     L-awtorità superviżorja ewlenija għandha tipprovdi entrati fil-fajl tal-każ konġunt bil-lingwa oriġinali, u għandha tipprovdi traduzzjonijiet għal-lingwa ta’ kooperazzjoni.

 

4.     Fi kwalunkwe interazzjoni diretta mal-partijiet, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jipprovdu lill-partijiet informazzjoni bil-lingwa oriġinali u, jekk ikun meħtieġ, jew traduzzjoni għal-lingwa tal-liġi proċedurali nazzjonali, jew għal kwalunkwe lingwa oħra li l-parti tifhem jew tuża fil-komunikazzjoni esterna ta’ rutina tagħha.

 

5.     Awtorità superviżorja tista’ tipprovdi traduzzjonijiet awtomatizzati, jekk issib li t-traduzzjoni awtomatizzata ma hijiex sostanzjalment differenti mill-oriġinali.

 

6.     Meta jitressaq rimedju ġudizzjarju kontra awtorità superviżorja, l-awtorità superviżorja għandha tipprovdi l-fajl tal-każ konġunt u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra b’lingwa aċċettata mill-ġudikatura tal-Istat Membru.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Ilment abbażi tar-Regolament (UE) 2016/679 li jirrigwarda l-ipproċessar transfruntier għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa fil-Formola , kif stabbilit fl-Anness. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda informazzjoni addizzjonali sabiex l-ilment ikun ammissibbli.

1.   Ilment soġġett għal dan ir-Regolament għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa fil-mudell , kif stabbilit fl-Anness.

 

Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda informazzjoni addizzjonali sabiex l-ilment ikun ammissibbli. L-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta bi kwalunkwe mezz li l-awtorità taċċetta, inkluż billi ma jintużax il-mudell.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     L-ilmentatur ma għandux ikun meħtieġ jikkuntattja lill-parti investigata qabel ma jressaq ilment. Meta l-ilmentatur ikun għamel kuntatt mal-parti investigata qabel ma jressaq l-ilment relatat mal-istess kwistjoni, huwa għandu jissottometti l-komunikazzjoni relatata ma’ dak il-kuntatt skont l-Anness.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     L-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq ilment għandha, fi żmien ġimagħtejn, tirrikonoxxi l-wasla u l-ammissibbiltà tal-ilment, jew, meta lment ma jissodisfax ir-rekwiżiti skont il-paragrafu 1, tiddikjara l-ilment inammissibbli u tinforma lill-ilmentatur dwar l-informazzjoni nieqsa.

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     L-awtorità superviżorja għandha tattribwixxi numru tal-każ lill-ilment u tikkomunika din l-informazzjoni lill-ilmentatur. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-ammissibbiltà tal-ilment skont il-paragrafu 2(c)(i).

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-awtorità superviżorja li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tistabbilixxi jekk l-ilment huwiex relatat mal-ipproċessar transfruntier .

2.   L-awtorità superviżorja li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha , fi żmien tliet ġimgħat wara li tkun irrikonoxxiet l-ammissibbiltà tal-ilment skont il-paragrafu 1b:

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a)

tistabbilixxi, permezz ta’ konklużjoni preliminari, jekk l-ilment huwiex relatat mal-ipproċessar transfruntier tad-data personali tal-ilmentatur, filwaqt li jitqies mill-anqas dan li ġej:

 

(i)

il-kontrollur jew il-proċessur rilevanti għall-ipproċessar inkwistjoni;

 

(ii)

l-għadd ta’ stabbilimenti tal-kontrollur jew tal-proċessur fl-UE;

 

(iii)

il-post tal-istabbiliment ewlieni;

 

(iv)

l-attivitajiet ta’ stabbilimenti f’aktar minn Stat Membru wieħed;

 

(v)

l-effett sostanzjali jew l-effett sostanzjali probabbli fuq suġġetti tad-data f’aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b)

tistabbilixxi liema awtorità superviżorja hija l-awtorità superviżorja ewlenija preżunta skont l-Artikolu 56(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, u jekk il-każ huwiex lokali fin-natura skont l-Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2016/679,

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c)

tieħu waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

 

(i)

tibgħat l-ilment lill-awtorità superviżorja ewlenija preżunta skont l-Artikolu 56(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u tinforma lill-ilmentatur b’dan. Il-valutazzjoni tal-ammissibbiltà tal-ilment mill-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq l-ilment għandha tkun vinkolanti fuq l-awtorità superviżorja ewlenija; jew

 

(ii)

tittratta l-ilment skont l-Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     L-awtorità superviżorja ewlenija għandha tipprovdi l-ilment immedjatament lill-parti investigata u titlob risposta mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn tliet ġimgħat mill-jum li fih il-parti investigata tkun ġiet infurmata mill-awtorità superviżorja ewlenija. F’każijiet kumplessi, u meta jkun mitlub u ġġustifikat kif xieraq mill-parti investigata, iż-żmien biex tingħata risposta jista’ jiġi estiż mill-awtorità superviżorja ewlenija bi tliet ġimgħat oħra.

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Il-partijiet jew l-awtorità superviżorja ewlenija preżunta għandhom iqajmu kwalunkwe oġġezzjoni b’rabta mal-kompetenza tal-awtorità superviżorja ewlenija preżunta jew mat-trattament ta’ lment skont l-Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 fi żmien tliet ġimgħat minn meta tkun ġiet infurmata dwar l-azzjoni meħuda skont l-Artikolu 3(2), il-punt (c).

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.     Meta tkun tqajmet oġġezzjoni skont il-paragrafu 2b, l-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq l-ilment tista’ tirtira t-trażmissjoni tal-ilment u jew tassumi l-kompetenza tagħha stess skont l-Artikolu 55 jew 56 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew tittrasferiha lil awtorità superviżorja ewlenija preżunta fi żmien ġimagħtejn. Jekk ma tkun saret l-ebda waħda minn dawn l-azzjonijiet, jew meta valutazzjonijiet diverġenti tal-awtoritajiet superviżorji involuti ma jkunux jistgħu jiġu riżolti mod ieħor, l-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq l-ilment tista’ titlob determinazzjoni mill-Bord skont l-Artikolu 26a. Hija għandha tipprovdi lill-Bord deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ pproċessar rilevanti, tal-organizzazzjoni tal-kumpanija u deskrizzjoni ta’ fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.     L-awtorità superviżorja li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tiddetermina l-kompletezza tal-informazzjoni meħtieġa mill-Formola fi żmien xahar.

imħassar

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     Mal-valutazzjoni tal-kompletezza tal-informazzjoni meħtieġa mill-Formola, l-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tibgħat l-ilment lill-awtorità superviżorja ewlenija.

imħassar

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.     Meta l-ilmentatur jitlob il-kunfidenzjalità meta jippreżenta lment, l-ilmentatur għandu jippreżenta wkoll verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment.

imħassar

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.     L-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat ilment għandha tirrikonoxxi li tkun irċeviet l-ilment fi żmien ġimgħa. Dan ir-rikonoxximent għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-ammissibbiltà tal-ilment skont il-paragrafu 3.

imħassar

Emenda 82

Proposta għal regolament

Kapitolu II – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

II

Sottomissjoni u trattament tal-ilmenti

II

Ilmenti u proċeduri ex officio

(L-intestatura “Kapitolu II” titqiegħed wara l-Artikolu 3 u t-titolu tiegħu jinbidel).

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Investigazzjoni tal-ilmenti

Indirizzar tal-ilmenti

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Filwaqt li tivvaluta l-punt xieraq sa fejn għandu jiġi investigat ilment f’kull każ, l-awtorità superviżorja għandha tqis iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi dawn kollha li ġejjin :

1.   Filwaqt li tivvaluta sa liema punt huwa xieraq li jiġi investigat ilment f’kull każ, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura dan li ġej :

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-ħeffa fl-għoti ta’ rimedju effettiv u f’waqtu lill-ilmentatur;

(a)

l-għoti ta’ rimedju effettiv u f’waqtu lill-ilmentatur;

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-gravità tal-ksur allegat ;

(b)

l-investigazzjoni tal-elementi fattwali u legali rilevanti meħtieġa biex tittieħed deċiżjoni konġunta dwar l-ilment u tinħareġ deċiżjoni skont l-Artikolu 60(7), (8) sa (9) tar-Regolament (UE) 2016/679 ;

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

in-natura sistemika jew ripetittiva tal-ksur allegat .

(c)

l-investigazzjoni ta’ kwalunkwe element ieħor meħtieġ għall-infurzar effettiv tar-Regolament (UE) 2016/679, inkluż l-eżerċitar tas-setgħat ex officio skont l-Artikolu 58(2), l-Artikolu 83 jew l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2016/679, speċjalment fil-każ ta’ ksur sistemiku, gravi jew ripetittiv .

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     It-trattament ta’ lment għandu dejjem iwassal għal deċiżjoni legalment vinkolanti li hija soġġetta għal rimedju legali effettiv skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     L-awtorità superviżorja ewlenija għandha toħroġ abbozz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn disa’ xhur wara li tkun irċeviet l-ilment.

 

Din l-iskadenza tista’ tiġi estiża fuq bażi eċċezzjonali bi:

 

(a)

tmien ġimgħat meta jiġu ppreżentati kummenti skont l-Artikolu 9(3) fir-rigward ta’ sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin jew sommarju aġġornat tal-kwistjonijiet ewlenin;

 

(b)

tmien ġimgħat meta l-awtorità superviżorja ewlenija jkun beħsiebha toħroġ multi jew penali oħra;

 

(c)

il-perjodu ta’ żmien bejn referenza skont l-Artikolu 26a(1) jew (2) u d-deċiżjoni mill-Bord;

 

(d)

il-perjodu ta’ kwalunkwe estensjoni permessa mill-Bord skont l-Artikolu 26a(3).

 

Kull estensjoni skont il-punti (a) sa (d) tista’ ssir darba biss.

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     Il-paragrafu 1b ma għandux japplika ladarba każ ikun tressaq quddiem il-mekkaniżmu ta’ konsistenza f’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ilment jista’ jiġi solvut b’soluzzjoni bonarja bejn l-ilmentatur u l-partijiet investigati. Meta l-awtorità superviżorja tqis li tkun instabet soluzzjoni bonarja għall-ilment, hija għandha tikkomunika s-soluzzjoni proposta lill-ilmentatur . Jekk l-ilmentatur ma joġġezzjonax għas-soluzzjoni bonarja proposta mill-awtorità superviżorja fi żmien xahar, l-ilment għandu jitqies li ġie rtirat.

1.    Ilment jista’ jiġi solvut b’soluzzjoni bonarja bejn l-ilmentatur u l-parti investigata fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti. L-awtorità superviżorja li tirċievi l-ilment jew dik ewlenija tista’ tħeġġeġ u tiffaċilita dak il-proċess volontarju .

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Soluzzjoni bonarja bejn l-ilmentatur u l-parti investigata għandha titqies li tkun instabet meta jkun hemm qbil espliċitu. Meta tkun instabet soluzzjoni bonarja għall-ilment, il-partijiet għandhom, fi żmien xahar, jikkomunikaw is-soluzzjoni lill-awtorità superviżorja ewlenija u lill-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq l-ilment.

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tas-soluzzjoni bonarja skont il-paragrafu 1a, għandu jiġi ppreżentat l-abbozz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) 2016/679 li jindika:

 

(a)

jekk humiex issodisfati l-kundizzjonijiet ta’ soluzzjoni bonarja skont l-paragrafu 1a; u

 

(b)

jekk għandhiex tinfetaħ investigazzjoni ex officio skont il-paragrafu 1d.

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     Meta, fi żmien xahar, l-ebda waħda mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħra ma tkun oġġezzjonat għall-abbozz ta’ deċiżjoni skont il-paragrafu 1b jew il-Bord jikkonferma s-soluzzjoni bonarja fil-proċedura skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2016/679, l-ilment għandu jitqies bħala rtirat u s-soluzzjoni għandha ssir valida.

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.     Soluzzjoni bonarja ma tipprevjenix lill-awtorità superviżorja ewlenija milli twettaq investigazzjoni ex officio bl-istess mod. Minflok, għandha tiftaħ investigazzjoni ex officio b’mod partikolari meta:

 

(a)

il-parti investigata hija reċidiva;

 

(b)

il-parti investigata kienet soġġetta għal għadd kbir ta’ soluzzjonijiet bonarji oħra;

 

(c)

is-suġġett ġenerali tal-ilment jirrigwarda għadd kbir ta’ soġġetti tad-data differenti mill-ilmentatur, huwa fit-tul, jew ta’ natura serja; jew

 

(d)

ikun altrimenti meħtieġ l-eżerċitar tas-setgħat biex jiġi żgurat infurzar effettiv, proporzjonat u dissważiv tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Talba għal proċedura ex officio

 

1.     Meta tqis li jista’ jinkiser ir-Regolament (UE) 2016/679 u s-suġġetti tad-data fit-territorju tal-Istat Membru tagħha jiġu affettwati, kwalunkwe awtorità superviżorja kkonċernata tista’ titlob proċedura ex officio billi tippreżenta talba bil-miktub għal azzjoni diskrezzjonali skont il-paragrafu 2 lill-awtorità superviżorja ewlenija. Tali talba għandha tinkludi minn tal-anqas:

 

(a)

dikjarazzjoni li hija awtorità superviżorja kkonċernata, u

 

(b)

sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin skont l-Artikolu 9.

 

2.     Fi żmien tliet ġimgħat, l-awtorità superviżorja ewlenija preżunta għandha:

 

(a)

tinforma lill-awtorità superviżorja kkonċernata li fetħet proċedura ex officio;

 

(b)

tinforma lill-awtorità superviżorja kkonċernata li l-Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 japplika għall-każ u li f’konformità mal-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 l-awtorità superviżorja ewlenija ma għandhiex l-intenzjoni li tittratta l-każ hija stess; jew

 

(c)

tirrifjuta t-talba, jekk tkun tal-fehma li ma hijiex l-awtorità superviżorja ewlenija jew li ma hemm l-ebda ksur prima facie tar-Regolament (UE) 2016/679.

 

Fil-każ imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità superviżorja kkonċernata tista’ tressaq abbozz ta’ deċiżjoni lill-awtorità superviżorja ewlenija skont l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) 2016/679.

 

Fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu, l-awtorità superviżorja kkonċernata tista’ terġa’ tippreżenta talba emendata għal proċedura ex officio, jew titlob determinazzjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura mill-Bord f’konformità mal-Artikolu 26a(1).

 

3.     Meta l-awtorità superviżorja ewlenija tiftaħ proċedura ex officio, hija għandha toħroġ abbozz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 mingħajr dewmien, iżda mhux aktar tard minn disa’ xhur wara li tkun irċeviet it-talba skont il-paragrafu 1. Din l-iskadenza tista’ tiġi estiża b’mod eċċezzjonali bi:

 

(a)

tmien ġimgħat meta jiġu sottomessi kummenti skont l-Artikolu 9(3) kontra sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin jew sommarju aġġornat tal-kwistjonijiet ewlenin;

 

(b)

tmien ġimgħat meta l-awtorità superviżorja ewlenija jkun beħsiebha toħroġ multi jew penali oħra;

 

(c)

il-perjodu ta’ żmien bejn referenza skont l-Artikolu 26a u d-deċiżjoni mill-Bord;

 

(d)

il-perjodu ta’ kwalunkwe estensjoni permessa mill-Bord skont l-Artikolu 26a(3).

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

Traduzzjonijiet

 

1.     L-awtorità superviżorja li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tkun responsabbli għal:

 

(a)

traduzzjoni tal-ilmenti u l-fehmiet tal-ilmentaturi fil-lingwa użata mill-awtorità superviżorja ewlenija għall-finijiet tal-investigazzjoni;

 

(b)

traduzzjoni tad-dokumenti pprovduti mill-awtorità superviżorja ewlenija fil-lingwa użata għall-komunikazzjoni mal-ilmentatur, fejn ikun meħtieġ li jiġu pprovduti dawn id-dokumenti lill-ilmentatur skont dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) 2016/679.

 

2.     Fir-regoli ta’ proċedura tiegħu, il-Bord għandu jiddetermina l-proċedura għat-traduzzjoni ta’ kummenti jew oġġezzjonijiet rilevanti u motivati espressi mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati b’lingwa oħra għajr il-lingwa użata mill-awtorità superviżorja ewlenija għall-finijiet tal-investigazzjoni.

 

Emenda 98

Proposta għal regolament

Kapitolu III – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2016/679

Kooperazzjoni skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2016/679 u ma’ awtoritajiet rilevanti oħra

Emenda 99

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dispożizzjonijiet f’din it-taqsima jikkonċernaw ir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet superviżorji u ma humiex maħsuba biex jagħtu drittijiet lill-individwi jew lill-partijiet investigati.

imħassar

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-awtorità superviżorja ewlenija għandha taġġorna regolarment lill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn ikkonċernati dwar l-investigazzjoni u tipprovdi lill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn ikkonċernati , mill-aktar fis possibbli, bl-informazzjoni rilevanti kollha ladarba tkun disponibbli .

1.   L-awtorità superviżorja ewlenija għandha tipprovdi lill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn ikkonċernati aċċess instantanju, mingħajr restrizzjonijiet u kontinwu mill-bogħod għall-fajl sħiħ tal-każ konġunt, u għandha tinkludi fil-fajl tal-każ konġunt l-informazzjoni rilevanti kollha , b’mod partikolari dokumenti, sottomissjonijiet, memos, u informazzjoni oħra relatata mal-każ fi żmien ġimgħa minn meta tfassalhom jew tirċevihom.

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.    L-informazzjoni rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 60(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tinkludi , fejn applikabbli:

2.    L-awtorità superviżorja ewlenija għandha tipprovdi b’mod attiv u tinnotifika lill-awtoritajiet superviżorji l-oħrajn ikkonċernati u, meta meħtieġ għas-soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-Bord, b’informazzjoni rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 60(1) u (3) ta’ dak ir-Regolament (UE) 2016/679 , fi żmien ġimgħa minn meta tirċeviha jew tipproduċiha. Din l-informazzjoni għandha tkopri informazzjoni dwar il-passi ewlenin fil-proċedura , inkluż fejn applikabbli:

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

informazzjoni dwar il-ftuħ ta’ investigazzjoni ta’ ksur allegat tar-Regolament (UE) 2016/679 ;

(a)

informazzjoni dwar il-ftuħ ta’ investigazzjoni ex officio jew ta’ proċedura ta’ lmenti ;

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin f’investigazzjoni f’konformità mal-Artikolu 9;

(e)

il-ħruġ jew l-aġġornament tas-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin f’investigazzjoni f’konformità mal-Artikolu 9;

Emenda 104

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

kwalunkwe kumment għal sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin f’konformità mal-Artikolu 9(3);

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

informazzjoni dwar passi li għandhom l-għan li jistabbilixxu ksur tar-Regolament (UE) 2016/679 qabel it-tħejjija ta’ sejbiet preliminari;

(f)

informazzjoni dwar passi li għandhom l-għan li jistabbilixxu ksur tar-Regolament (UE) 2016/679 qabel it-tħejjija ta’ sejbiet preliminari u qabel it-tħejjija tal-abbozz ta’ deċiżjoni ;

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

il-fehmiet tal-ilmentatur dwar is-sejbiet preliminari;

(i)

il-fehmiet tal-ilmentatur dwar il-verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sejbiet preliminari u, jekk applikabbli, aspetti oħra tal-investigazzjoni li fuqha jkunu saru sottomissjonijiet formali bil-miktub mill-ilmentatur ;

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka)

kwalunkwe abbozz ta’ deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew abbozz ta’ deċiżjoni rivedut f’konformità mal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE) 2016/679;

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt kb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(kb)

kwalunkwe oġġezzjoni rilevanti u motivata f’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (UE) 2016/679;

Emenda 109

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt kc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(kc)

kwalunkwe rimedju ġudizzjarju mressaq matul proċedura skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew kontra deċiżjoni skont l-Artikolu 60(7) sa (9) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Ladarba l-awtorità superviżorja ewlenija tkun ifformat opinjoni preliminari dwar il-kwistjonijiet ewlenin f’investigazzjoni, din għandha tabbozza sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin għall-fini ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.

1.    Fi żmien erba’ ġimgħat minn meta tirċievi lment, jew talba biex tinfetaħ proċedura ex officio, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tabbozza sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin li jista’ jiġi preżunt li jeħtieġ li jiġu ddeterminati sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-każ, għall-fini ta’ kooperazzjoni skont l-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 , u tipprovdi dan is-sommarju lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati . Dan is-sommarju għandu jiġi abbozzat b’mod imparzjali, filwaqt li jitqies kwalunkwe fatt u argument diverġenti. Meta tittrasferixxi każ lill-awtorità superviżorja ewlenija skont l-Artikolu 3(2), il-punt (c), is-sottopunt (i), l-awtorità superviżorja kkonċernata tista’ tipprovdi abbozz ta’ sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin, li ma jkunx vinkolanti fuq l-awtorità superviżorja ewlenija.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

il-fatti rilevanti ewlenin ;

(a)

il-fatti rilevanti;

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-identifikazzjoni preliminari tal-ambitu tal-investigazzjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 ikkonċernati mill-allegat ksur li se jiġi investigat ;

(b)

l-identifikazzjoni preliminari tal-ambitu tal-investigazzjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679 ikkonċernati mill-allegat ksur , u, meta applikabbli, indikazzjoni dwar jekk jidhrux li nkisru ;

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-identifikazzjoni ta’ valutazzjonijiet legali u teknoloġiċi kumplessi li huma rilevanti għall-orjentazzjoni preliminari tal-valutazzjoni tagħhom ;

(c)

il-valutazzjonijiet preliminari fattwali jew legali, li jittrattaw il-fehmiet rilevanti kollha kif espressi mill-partijiet meta jiġi abbozzat is-sommarju, u inkluża l-ġurisprudenza Ewropea rilevanti, kif ukoll linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki maħruġa mill-Bord ;

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Is-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin għandu jiġi aġġornat mill-awtorità superviżorja ewlenija mingħajr dewmien żejjed biex jirrifletti kwalunkwe bidla materjali jew legali li tirriżulta matul il-proċedura.

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu jipprovdu kummenti dwar is-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin. Dawn il-kummenti jridu jiġu pprovduti fi żmien 4 ġimgħat minn meta jirċievu s-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin.

3.   L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu jipprovdu kummenti fattwali jew legali dwar is-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin. Dawn il-kummenti jridu jiġu pprovduti fi żmien 4 ġimgħat minn meta jirċievu s-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin jew kwalunkwe aġġornament ta’ dan, f’konformità mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2016/679 .

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     Il-kummenti pprovduti skont il-paragrafu 3 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

imħassar

(a)

il-lingwa użata tkun ċara biżżejjed u jkun fiha termini preċiżi li jippermettu lill-awtorità superviżorja ewlenija, u, skont il-każ, lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati, iħejju l-pożizzjonijiet tagħhom;

 

(b)

l-argumenti legali huma stabbiliti fil-qosor u miġbura flimkien b’referenza għall-parti tas-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin li huma relatati magħhom;

 

(c)

il-kummenti tal-awtorità superviżorja kkonċernata jistgħu jiġu appoġġati minn dokumenti, li jistgħu jissupplimentaw il-kummenti dwar punti speċifiċi.

 

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.     Il-Bord jista’ jispeċifika fir-regoli ta’ proċedura tiegħu restrizzjonijiet fuq it-tul massimu ta’ kummenti ppreżentati mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati dwar is-sommarju ta’ kwistjonijiet ewlenin.

imħassar

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-każijiet fejn l-ebda waħda mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati ma pprovdiet kummenti skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jitqiesu bħala każijiet mhux kontenzjużi. F’każijiet bħal dawn, is-sejbiet preliminari msemmija fl-Artikolu 14 għandhom jiġu kkomunikati lill-partijiet investigati fi żmien 9 xhur mill-iskadenza prevista fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu .

6.   Il-każijiet fejn l-ebda waħda mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati ma pprovdiet kummenti skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li jisfidaw is-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin jew iqajmu mistoqsijiet fattwali jew legali oħra importanti għandhom jitqiesu bħala każijiet mhux kontenzjużi. F’każijiet bħal dawn, l-iskadenza biex jinħareġ abbozz ta’ deċiżjoni msemmi fl-Artikolu 4(1b) għandha tkun ta’ 3 xhur .

Emenda 119

Proposta għal regolament

Kapitolu III – Taqsima 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rifjut sħiħ jew parzjali tal-ilmenti

Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet rilevanti oħrajn

(L-intestatura “Taqsima II” titqiegħed wara l-Artikolu 9 u jinbidel it-titolu tagħha)

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Awtorità superviżorja kkonċernata għandha tagħmel talba lill-awtorità superviżorja ewlenija skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2016/679, jew it-tnejn, fejn, wara l-kummenti tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati skont l-Artikolu 9(3), awtorità superviżorja kkonċernata ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-awtorità superviżorja ewlenija dwar:

1.   Awtorità superviżorja kkonċernata għandha tagħmel talba lill-awtorità superviżorja ewlenija skont l-Artikolu 61 jew l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2016/679, jew it-tnejn, fejn, wara l-kummenti tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati skont l-Artikolu 9(3), awtorità superviżorja kkonċernata ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-awtorità superviżorja ewlenija dwar:

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

orjentazzjoni preliminari fir-rigward ta’ valutazzjonijiet legali kumplessi identifikati mill-awtorità superviżorja ewlenija skont l-Artikolu 9(2), il-punt (c);

(b)

valutazzjonijiet preliminari fattwali jew legali identifikati mill-awtorità superviżorja ewlenija skont l-Artikolu 9(2), il-punt (c);

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

orjentazzjoni preliminari fir-rigward ta’ valutazzjonijiet teknoloġiċi kumplessi identifikati mill-awtorità superviżorja ewlenija skont l-Artikolu 9(2), il-punt (c).

imħassar

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

l-identifikazzjoni preliminari ta’ miżura/miżuri korrettiva/korrettivi potenzjali skont l-Artikolu 9(2), il-punt (d).

Emenda 124

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-awtorità superviżorja ewlenija għandha timpenja ruħha mal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati abbażi tal-kummenti tagħhom dwar is-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin, u, fejn applikabbli, bi tweġiba għal talbiet skont l-Artikoli 61 u 62 tar-Regolament (UE) 2016/679, fi sforz biex jintlaħaq kunsens. Il-kunsens għandu jintuża bħala bażi għall-awtorità superviżorja ewlenija biex tkompli l-investigazzjoni u tabbozza s-sejbiet preliminari jew, fejn applikabbli, tipprovdi lill-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment bir-raġunament tagħha għall-finijiet tal-Artikolu 11(2) .

3.    F’każijiet li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 9(6) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tinvestiga l-fatti rilevanti għall-fehmiet diverġenti u timpenja ruħha , filwaqt li tagħmel l-aħjar sforzi tagħha, mal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati abbażi tal-kummenti tagħhom dwar is-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin, u, fejn applikabbli, bi tweġiba għal talbiet skont l-Artikoli 61 u 62 tar-Regolament (UE) 2016/679, fi sforz biex jintlaħaq kunsens. Il-kunsens għandu jintuża bħala bażi għall-awtorità superviżorja ewlenija biex tkompli l-investigazzjoni u tabbozza s-sejbiet preliminari.

Emenda 125

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Meta, f’investigazzjoni bbażata fuq l-ilmenti, ma jkun hemm l-ebda kunsens bejn l-awtorità superviżorja ewlenija u awtorità superviżorja kkonċernata waħda jew aktar dwar il-kwistjoni msemmija fl-Artikolu 9(2) , il-punt (b), ta’ dan ir-Regolament , l-awtorità superviżorja ewlenija għandha titlob deċiżjoni vinkolanti urġenti tal-Bord skont l-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 . F’dak il-każ, il-kundizzjonijiet għat-talba ta’ deċiżjoni vinkolanti urġenti skont l-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom jiġu preżunti li ġew issodisfati.

4.   Meta, fi żmien erba’ ġimgħat wara li jiskadu l-iskadenzi għall-kummenti, il-proċedura prevista fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu tonqos milli tiġġenera kunsens bejn l-awtorità superviżorja ewlenija u awtorità superviżorja kkonċernata waħda jew aktar dwar il-kwistjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2), l-awtorità superviżorja ewlenija jew awtorità superviżorja kkonċernata għandha titlob determinazzjoni proċedurali tal-Bord skont l-Artikolu 26a ta’ dan ir-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 126

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Meta titlob deċiżjoni vinkolanti urġenti tal-Bord skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tipprovdi dan kollu li ġej:

5.   Meta titlob determinazzjoni proċedurali tal-Bord skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità superviżorja rikjedenti għandha tipprovdi dan kollu li ġej:

Emenda 127

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 9(2), il-punti (a) u (b) ;

(a)

l-informazzjoni rilevanti msemmija fl-Artikolu 9(2), inkluż kwalunkwe aġġornament meta jseħħ ;

Emenda 128

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-kummenti tal-awtorità superviżorja kkonċernata li ma taqbilx mal-identifikazzjoni preliminari tal-awtorità superviżorja ewlenija tal-ambitu tal-investigazzjoni.

(b)

il-kummenti tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati li ma jaqblux mal-identifikazzjoni preliminari tal-awtorità superviżorja ewlenija tal-ambitu tal-investigazzjoni jew tal-valutazzjoni fattwali jew legali tal-elementi tas-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin imsemmija fl-Artikolu 9(2);

Emenda 129

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

l-aċċess għall-fajl tal-każ konġunt.

Emenda 130

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Il-Bord jista’ jitlob lill-awtoritajiet superviżorji jipprovdu dokumenti jew informazzjoni oħra, hekk iqis xieraq fil-każ partikolari.

Emenda 131

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-Bord għandu jadotta deċiżjoni vinkolanti urġenti dwar l-ambitu tal-investigazzjoni abbażi tal-kummenti tal-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u l-pożizzjoni tal-awtorità superviżorja ewlenija dwar dawk il-kummenti .

6.   Il-Bord għandu jadotta deċiżjoni vinkolanti urġenti dwar is-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin, filwaqt li jestendi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 4, f’konformità mal-Artikolu 26a, abbażi tad-dokumenti kollha li jaslu .

Emenda 132

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Kooperazzjoni ma’ awtoritajiet rilevanti oħrajn

 

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkomunikaw l-informazzjoni mhux personali miksuba fil-kuntest tal-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u tal-Unjoni kompetenti fil-protezzjoni tad-data u f’oqsma oħra, inklużi l-awtoritajiet superviżorji tal-kompetizzjoni, tas-servizzi finanzjarji, tal-enerġija, tat-telekomunikazzjoni, tal-protezzjoni tal-konsumatur, tas-servizzi diġitali, jew tal-intelliġenza artifiċjali, meta l-informazzjoni titqies rilevanti għall-kompiti u d-dmirijiet ta’ dawk l-awtoritajiet, b’mod partikolari għall-ftuħ ta’ proċeduri amministrattivi u investigazzjonijiet dwar ksur possibbli tal-leġiżlazzjoni fl-ambitu tal-kompetenzi tagħhom. L-informazzjoni tista’ tintuża biss għall-finijiet li għalihom din tkun inġabret. Madankollu, dan ma jipprekludix lill-awtorità superviżorja milli tibda proċedimenti oħra abbażi ta’ dik l-informazzjoni jew li taqsamha ma’ awtoritajiet oħra għal dak l-għan.

Emenda 133

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

imħassar

Smigħ tal-ilmentatur qabel ir-rifjut sħiħ jew parzjali ta’ lment

 

1.     Wara l-proċedura prevista fl-Artikoli 9 u 10, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tipprovdi lill-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment bir-raġunijiet għall-fehma preliminari tagħha li l-ilment għandu jiġi rrifjutat kompletament jew parzjalment.

 

2.     L-awtorità superviżorja li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tinforma lill-ilmentatur bir-raġunijiet għar-rifjut sħiħ jew parzjali maħsub tal-ilment u tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-ilmentatur jista’ jagħmel il-fehmiet tiegħu magħrufa bil-miktub. Il-limitu ta’ żmien ma għandux ikun anqas minn 3 ġimgħat. L-awtorità superviżorja li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tinforma lill-ilmentatur dwar il-konsegwenzi tan-nuqqas li jagħmel il-fehmiet tiegħu magħrufa.

 

3.     Jekk l-ilmentatur jonqos milli jagħmel il-fehmiet tiegħu magħrufa fiż-żmien stabbilit mill-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment, l-ilment għandu jitqies li jkun ġie rtirat.

 

4.     L-ilmentatur jista’ jitlob aċċess għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tad-dokumenti li fuqhom ikun ibbażat ir-rifjut propost tal-ilment.

 

5.     Jekk l-ilmentatur jagħmel il-fehmiet tiegħu magħrufa fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment u l-fehmiet ma jwasslux għal bidla fil-fehma preliminari li l-ilment għandu jiġi irrifjutat kompletament jew parzjalment, l-awtorità superviżorja li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tħejji l-abbozz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 li għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħrajn mill-awtorità superviżorja ewlenija skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2016/679.

 

Emenda 134

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

imħassar

Abbozz rivedut ta’ deċiżjoni li tirrifjuta lment kompletament jew parzjalment

 

1.     Meta l-awtorità superviżorja ewlenija tikkunsidra li l-abbozz rivedut ta’ deċiżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE) 2016/679 iqajjem elementi li dwarhom l-ilmentatur għandu jkollu l-opportunità li jagħmel magħrufa l-fehmiet tiegħu, l-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha, qabel il-preżentazzjoni tal-abbozz rivedut ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE) 2016/679, tipprovdi lill-ilmentatur bil-possibbiltà li jagħmel magħrufa l-fehmiet tiegħu dwar dawn l-elementi ġodda.

 

2.     L-awtorità superviżorja li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-ilmentatur jista’ jagħmel magħrufa l-fehmiet tiegħu.

 

Emenda 135

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

imħassar

Deċiżjoni li tirrifjuta lment kompletament jew parzjalment

 

Meta tadotta deċiżjoni li tirrifjuta kompletament jew parzjalment ilment f’konformità mal-Artikolu 60(8) tar-Regolament (UE) 2016/679, l-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tinforma lill-ilmentatur dwar ir-rimedju ġudizzjarju disponibbli għalih f’konformità mal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2016/679.

 

Emenda 136

Proposta għal regolament

Kapitolu III – Taqsima 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Deċiżjonijiet indirizzati lill-kontrolluri u lill-proċessuri

Deċiżjonijiet indirizzati lill-partijiet investigati

Emenda 137

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sejbiet preliminari u tweġiba

Sejba preliminari u d-dritt li wieħed jinstema’

Emenda 138

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta l-awtorità superviżorja ewlenija jkollha l-intenzjoni li tippreżenta abbozz ta’ deċiżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħrajn li jsibu ksur tar-Regolament (UE) 2016/679, din għandha tabbozza sejbiet preliminari.

1.    Wara l-konsultazzjonijiet u l-proċeduri skont l-Artikoli 9 u 10 ta’ dan ir-Regolament, meta l-awtorità superviżorja ewlenija jkollha l-intenzjoni li tippreżenta abbozz ta’ deċiżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati l-oħrajn li jsibu ksur tar-Regolament (UE) 2016/679, din għandha tabbozza sejbiet preliminari.

Emenda 139

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sejbiet preliminari għandhom jippreżentaw allegazzjonijiet imqajma b’mod eżawrjenti u ċar biżżejjed li jippermettu lill-partijiet investigati jieħdu konjizzjoni tal-imġiba investigata mill-awtorità superviżorja ewlenija. B’mod partikolari, iridu jistabbilixxu b’mod ċar il-fatti kollha u l-valutazzjoni legali sħiħa mqajma kontra l-partijiet investigati, sabiex ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-fatti u l-konklużjonijiet legali li l-awtorità superviżorja ewlenija beħsiebha tfassal fl-abbozz tad-deċiżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, u telenka l-evidenza kollha li hija tibbaża fuqha.

Is-sejbiet preliminari għandhom jippreżentaw allegazzjonijiet imqajma b’mod eżawrjenti u ċar biżżejjed li jippermettu lill-partijiet investigati jieħdu konjizzjoni tal-imġiba investigata mill-awtorità superviżorja ewlenija. B’mod partikolari, għandhom jistabbilixxu b’mod ċar il-fatti kollha , inkluż li jelenkaw l-evidenza kollha li jkunu bbażaw ruħhom fuqha, u l-valutazzjoni legali sħiħa mqajma kontra l-partijiet investigati, sabiex jinstemgħu u jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-fatti u l-konklużjonijiet legali li l-awtorità superviżorja ewlenija beħsiebha tfassal fl-abbozz tad-deċiżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2016/679, u telenka l-evidenza kollha li hija tibbaża fuqha.

Emenda 140

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sejbiet preliminari għandhom jindikaw miżuri korrettivi li l-awtorità superviżorja ewlenija tkun beħsiebha tuża .

Is-sejbiet preliminari għandhom jindikaw il-miżuri korrettivi li jitqiesu mill-awtorità superviżorja ewlenija.

Emenda 141

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtorità superviżorja ewlenija tkun beħsiebha timponi multa, hija għandha telenka fis-sejbiet preliminari l-elementi rilevanti li fuqhom tibbaża filwaqt li tikkalkula l-multa. B’mod partikolari, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha telenka l-fatti u l-kwistjonijiet essenzjali tal-liġi li jistgħu jirriżultaw fl-impożizzjoni tal-multa u l-elementi elenkati fl-Artikolu 83(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, inkluż kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti li se tqis.

Meta l-awtorità superviżorja ewlenija tqis li timponi multa, hija għandha telenka fis-sejbiet preliminari l-elementi rilevanti li fuqhom hija jkun beħsiebha tibbaża ruħha meta tiddeċiedi jekk għandhiex timponi multa amministrattiva u waqt li tikkalkula l-multa. B’mod partikolari, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha telenka l-fatti u l-kwistjonijiet essenzjali tal-liġi li jistgħu jirriżultaw fl-impożizzjoni tal-multa u l-elementi elenkati fl-Artikolu 83(2) tar-Regolament (UE) 2016/679, inkluż kwalunkwe fattur aggravanti jew mitiganti li se tqis.

Emenda 142

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-awtorità superviżorja ewlenija għandha tinnotifika s-sejbiet preliminari lil kull waħda mill-partijiet investigati.

3.   L-awtorità superviżorja ewlenija għandha tinnotifika s-sejbiet preliminari lil kull waħda mill-partijiet investigati li tista’ tkun soġġetta għall-eżerċitar ta’ setgħa korrettiva, kif ukoll għall-awtorità superviżorja li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment u l-awtoritajiet superviżorji kkonċernati . L-awtorità superviżorja li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tinnotifika s-sejbiet preliminari lill-ilmentatur.

Emenda 143

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     L-awtorità superviżorja ewlenija għandha, meta tinnotifika s-sejbiet preliminari lill-partijiet investigati, tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih dawn il-partijiet jistgħu jipprovdu l-fehmiet tagħhom bil-miktub. L-awtorità superviżorja ewlenija ma għandhiex tkun obbligata tqis il-fehmiet bil-miktub riċevuti wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.

imħassar

Emenda 144

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.     Meta tinnotifika s-sejbiet preliminari lill-partijiet investigati, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tipprovdi lil dawk il-partijiet aċċess għall-fajl amministrattiv f’konformità mal-Artikolu 20.

imħassar

Emenda 145

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-partijiet investigati jistgħu, fit-tweġiba bil-miktub tagħhom għal sejbiet preliminari, jistabbilixxu l-fatti u l-argumenti legali kollha magħrufa minnhom li huma rilevanti għad-difiża tagħhom kontra l-allegazzjonijiet tal-awtorità superviżorja ewlenija. Huma għandhom jehmżu kwalunkwe dokument rilevanti bħala prova tal-fatti stabbiliti. L-awtorità superviżorja ewlenija għandha, fl-abbozz tad-deċiżjoni tagħha, tittratta biss allegazzjonijiet, inklużi l-fatti u l-valutazzjoni legali bbażati fuq dawk il-fatti, li fir-rigward tagħhom il-partijiet investigati jkunu ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

6.   Il-partijiet investigati jistgħu, fit-tweġiba bil-miktub tagħhom għal sejbiet preliminari, jistabbilixxu l-fatti u l-argumenti legali kollha magħrufa minnhom li huma rilevanti għad-difiża tagħhom kontra l-allegazzjonijiet tal-awtorità superviżorja ewlenija. Huma għandhom jehmżu kwalunkwe dokument rilevanti bħala prova tal-fatti stabbiliti. L-awtorità superviżorja ewlenija għandha, fl-abbozz tad-deċiżjoni tagħha, tittratta biss allegazzjonijiet, inklużi l-fatti u l-valutazzjoni legali bbażati fuq dawk il-fatti, li fir-rigward tagħhom il-partijiet ikunu ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

Emenda 146

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

imħassar

Trażmissjoni tas-sejbiet preliminari lill-ilmentaturi

 

1.     Meta l-awtorità superviżorja ewlenija toħroġ sejbiet preliminari relatati ma’ kwistjoni li fir-rigward tagħha tkun irċeviet ilment, l-awtorità superviżorja li lilha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tipprovdi lill-ilmentatur b’verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sejbiet preliminari u tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih l-ilmentatur jista’ jagħmel il-fehmiet tiegħu magħrufa bil-miktub.

 

2.     Il-paragrafu 1 għandu japplika wkoll meta awtorità superviżorja, fejn xieraq, tittratta diversi lmenti b’mod konġunt, taqsam l-ilmenti f’diversi partijiet jew bi kwalunkwe mod ieħor teżerċita d-diskrezzjoni tagħha dwar l-ambitu tal-investigazzjoni kif stabbilit f’sejbiet preliminari.

 

3.     Meta l-awtorità superviżorja ewlenija tikkunsidra li huwa neċessarju għall-ilmentatur li jiġi pprovdut bid-dokumenti inklużi fil-fajl amministrattiv sabiex l-ilmentatur ikun jista’ jagħmel magħrufa l-fehmiet tiegħu dwar is-sejbiet preliminari, l-awtorità superviżorja li magħha jkun ġie ppreżentat l-ilment għandha tipprovdi lill-ilmentatur b’verżjoni mhux kunfidenzjali ta’ dawk id-dokumenti meta tipprovdi s-sejbiet preliminari skont il-paragrafu 1.

 

4.     L-ilmentatur għandu jiġi pprovdut bil-verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sejbiet preliminari biss għall-fini tal-investigazzjoni konkreta li fiha jkunu nħarġu s-sejbiet preliminari.

 

5.     Qabel ma jirċievi l-verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sejbiet preliminari u kwalunkwe dokument ipprovdut skont il-paragrafu 3, l-ilmentatur għandu jibgħat lill-awtorità superviżorja ewlenija dikjarazzjoni ta’ kunfidenzjalità, fejn l-ilmentatur jimpenja ruħu li ma jiddivulga l-ebda informazzjoni jew valutazzjoni magħmula fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sejbiet preliminari jew li ma juża dawk is-sejbiet għal ebda skop għajr l-investigazzjoni konkreta li fiha nħarġu dawk is-sejbiet.

 

Emenda 147

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Adozzjoni tad-deċiżjoni finali

Sottomissjoni ta’ abbozzi ta’ deċiżjonijiet, abbozzi ta’ deċiżjonijiet riveduti u adozzjoni tad-deċiżjoni finali

Emenda 148

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara s-sottomissjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fejn l-ebda waħda mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati ma tkun oġġezzjonat għall-abbozz ta’ deċiżjoni fil-perjodi msemmija fl-Artikolu 60(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2016/679, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tadotta u tinnotifika d-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 60(7) tar-Regolament (UE) 2016/679 lill-istabbiliment ewlieni jew lill-istabbiliment uniku tal-kontrollur jew tal-proċessur, skont il-każ, u tinforma lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u lill-Bord bid-deċiżjoni inkwistjoni, inkluż sommarju tal-fatti u r-raġunijiet rilevanti.

Wara s-sottomissjoni tal-abbozz ta’ deċiżjoni lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati skont l-Artikolu 60(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fejn l-ebda waħda mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati ma tkun oġġezzjonat għall-abbozz ta’ deċiżjoni fil-perjodi msemmija fl-Artikolu 60(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2016/679, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha , fi żmien erba’ ġimgħat minn tmiem il-perjodi msemmija fl-Artikolu 60(4) u (5) tar-Regolament 2016/679, tadotta u tinnotifika d-deċiżjoni tagħha skont l-Artikolu 60(7) u l-Artikolu 60(9) tar-Regolament (UE) 2016/679 lill-istabbiliment ewlieni jew lill-istabbiliment uniku tal-kontrollur jew tal-proċessur, skont il-każ, u tinforma lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u lill-Bord bid-deċiżjoni inkwistjoni, inkluż sommarju tal-fatti u r-raġunijiet rilevanti.

Emenda 149

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Meta awtorità superviżorja kkonċernata tkun oġġezzjonat għall-abbozz ta’ deċiżjoni fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 60(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, u l-awtorità superviżorja ewlenija jkun beħsiebha ssegwi dik l-oġġezzjoni, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha, fi żmien erba’ ġimgħat, tissottometti abbozz ta’ deċiżjoni rivedut skont l-Artikolu 60(5) ta’ dak ir-Regolament.

Emenda 150

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Meta awtorità superviżorja kkonċernata tkun oġġezzjonat għall-abbozz ta’ deċiżjoni fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 60(4) tar-Regolament (UE) 2016/679, u l-awtorità superviżorja ewlenija ma ssegwix l-oġġezzjoni rilevanti u mmotivata jew tkun tal-fehma li l-oġġezzjoni ma hijiex rilevanti jew raġunata, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha, fi żmien erba’ ġimgħat, tissottometti l-kwistjoni għall-mekkaniżmu ta’ konsistenza msemmi fl-Artikolu 63, f’konformità mal-Artikolu 60(4) ta’ dak ir-Regolament.

Emenda 151

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti addizzjonali skont id-dritt nazzjonali, kwalunkwe abbozz ta’ deċiżjoni jew deċiżjoni finali skont l-Artikolu 60(3), (5) jew (7) sa (9) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tinħareġ f’forma qasira, konċiża, trasparenti u intelliġibbli u b’lingwaġġ ċar u sempliċi. Għandha tiġi abbozzata b’mod imparzjali, filwaqt li tqis kwalunkwe evidenza u fehma tal-partijiet, u għandha jkun fiha mill-anqas l-elementi li ġejjin:

 

(a)

l-isem tal-awtorità superviżorja li ħarġet id-deċiżjoni;

 

(b)

id-data tal-ħruġ tad-deċiżjoni;

 

(c)

sommarju imparzjali tal-fatti rilevanti tal-każ u s-sors tagħhom;

 

(d)

ir-raġunijiet legali tad-deċiżjoni;

 

(e)

is-setgħat korrettivi, il-penali jew miżuri oħrajn eżerċitati; u

 

(f)

informazzjoni dwar id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2016/679 u kwalunkwe liġi proċedurali nazzjonali applikabbli.

Emenda 152

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.     F’każ li d-deċiżjoni legalment vinkolanti tkun trid tinħareġ mill-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq ilment f’konformità mal-Artikolu 60(8) jew (9) tar-Regolament (UE) 2016/679, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tiżgura li d-deċiżjoni jkun fiha l-elementi kollha meħtieġa skont il-liġi proċedurali nazzjonali applikabbli tal-awtorità superviżorja kkonċernata. L-awtorità superviżorja kkonċernata li quddiemha jkun tressaq ilment għandha tassisti lill-awtorità superviżorja ewlenija fl-abbozzar tad-deċiżjoni b’dan il-mod.

Emenda 153

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1e.     Kwalunkwe abbozz ta’ deċiżjoni jew deċiżjoni finali għandhom jibbażaw biss fuq is-sejbiet fattwali li jsiru abbażi ta’ dokumenti jew evidenza oħra, li fuqhom il-partijiet investigati kellhom l-opportunità li jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa.

Emenda 154

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1f.

L-informazzjoni pprovduta lill-partijiet skont l-Artikolu 60(7) sa (9) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tinkludi kopja tad-deċiżjoni legalment vinkolanti, u informazzjoni dwar rimedju ġudizzjarju disponibbli f’konformità mal-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 155

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1g.

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jippubblikaw id-deċiżjonijiet legalment vinkolanti kollha li joħorġu mingħajr dewmien żejjed, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni tagħhom, sakemm id-deċiżjonijiet ġodda ma jitbiegħdux materjalment minn deċiżjonijiet ippubblikati qabel. F’konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, l-awtoritajiet superviżorji jistgħu jneħħu l-ismijiet tal-partijiet, kwalunkwe informazzjoni oħra li tista’ tippermetti l-identifikazzjoni tal-partijiet, u informazzjoni oħra li tkun protetta skont il-liġi applikabbli.

Emenda 156

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

imħassar

Dritt ta’ smigħ fir-rigward tal-abbozz rivedut ta’ deċiżjoni

 

1.     Meta l-abbozz rivedut ta’ deċiżjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE) 2016/679 iqajjem elementi li dwarhom il-partijiet investigati ma nstemgħux, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha, qabel il-preżentazzjoni tal-abbozz rivedut ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE) 2016/679, tipprovdi lill-partijiet investigati bil-possibbiltà li jagħmlu magħrufa l-fehmiet tagħhom dwar dawn l-elementi l-ġodda.

 

2.     L-awtorità superviżorja ewlenija għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih il-partijiet investigati jistgħu jagħmlu magħrufa l-fehmiet tagħhom.

 

Emenda 157

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

ikunu bbażati esklużivament fuq elementi fattwali inklużi fl-abbozz tad-deċiżjoni; u

(a)

ikunu bbażati fuq elementi fattwali inklużi fl-abbozz tad-deċiżjoni , jew fuq l-evidenza inkluża fil-fajl tal-każ konġunt jew fuq kwalunkwe evidenza addizzjonali mressqa flimkien mal-oġġezzjoni rilevanti u motivata ;

Emenda 158

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

ma jbiddlux l-ambitu tal-allegazzjonijiet billi jqajmu punti li jammontaw għall-identifikazzjoni ta’ allegazzjonijiet addizzjonali ta’ ksur tar-Regolament (UE) 2016/679 jew ibiddlu n-natura intrinsika tal-allegazzjonijiet imqajma.

(b)

ma jbiddlux l-ambitu tal-każ kif definit permezz tal-aħħar verżjoni tas-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin; u

Emenda 159

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

jidentifikaw biċ-ċar l-elementi tal-abbozz tad-deċiżjoni li għandhom jinbidlu, inkluż, meta jkun possibbli, il-formulazzjoni preċiża tal-bidla proposta jew deskrizzjoni preċiża biżżejjed tal-bidla proposta għall-abbozz tad-deċiżjoni.

Emenda 160

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

it-tul ta’ kull oġġezzjoni rilevanti u motivata u l-pożizzjoni tal-awtorità superviżorja ewlenija dwar kwalunkwe oġġezzjoni bħal din ma għandhomx jaqbżu t-tliet paġni u ma għandhomx jinkludu annessi. F’każijiet li jinvolvu kwistjonijiet legali partikolarment kumplessi, it-tul massimu jista’ jiżdied għal sitt paġni, ħlief jekk ċirkostanzi speċifiċi li jiġġustifikaw tul itwal jiġu aċċettati mill-Bord;

imħassar

Emenda 161

Proposta għal regolament

Kapitolu IV

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda 162

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riferiment għas-soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/679

Riferiment għas-soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2016/679

Emenda 163

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Jekk l-awtorità superviżorja ewlenija ma tikkonformax mal-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati jew tkun tal-fehma li l-oġġezzjonijiet ma humiex rilevanti jew motivati, hija għandha tippreżenta s-suġġett lill-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbilit fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/679.

1.   Jekk l-awtorità superviżorja ewlenija ma tikkonformax mal-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati jew tkun tal-fehma li l-oġġezzjonijiet ma humiex rilevanti jew motivati, hija għandha tippreżenta s-suġġett lill-mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim stabbilit fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/679 , fi żmien erba’ ġimgħat minn meta tirċievi l-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati kollha jew minn meta tkun għalqet l-iskadenza skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament (UE) 2016/679 . L-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati li jkunu waslu wara l-iskadenza ma għandhomx jitqiesu.

Emenda 164

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Meta tirreferi s-suġġett għas-soluzzjoni tat-tilwim, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tipprovdi lill-Bord id-dokumenti kollha li ġejjin :

2.   Meta tirreferi s-suġġett għas-soluzzjoni tat-tilwim, l-awtorità superviżorja ewlenija għandha tipprovdi lill-Bord dan kollu li ġej :

Emenda 165

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

is-sommarju tal-kwistjonijiet ewlenin;

Emenda 166

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

sommarju tal-fatti rilevanti;

(b)

sommarju tal-fatti rilevanti , inklużi d-deskrizzjoni tal-attivitajiet ta’ pproċessar, id-deskrizzjoni tal-organizzazzjoni tal-kontrollur u meta jittieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar tad-data personali ;

Emenda 167

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

sottomissjoni bil-miktub mill-partijiet investigati, skont il-każ , skont l-Artikoli 14 u 17 ;

(d)

sottomissjonijiet bil-miktub mill-partijiet, skont l-Artikolu 14 ;

Emenda 168

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

sottomissjonijiet bil-miktub mill-ilmentaturi, skont il-każ, skont l-Artikoli 11, 12, u 15;

imħassar

Emenda 169

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

l-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati li ma kinux segwiti mill-awtorità superviżorja ewlenija;

(f)

l-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati li ma kinux segwiti mill-awtorità superviżorja ewlenija , u l-oġġezzjonijiet li l-awtorità superviżorja ewlenija rrifjutat bħala li ma humiex rilevanti jew motivati ;

Emenda 170

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

ir-raġunijiet li abbażi tagħhom l-awtorità superviżorja ewlenija ma segwietx l-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati jew qieset li l-oġġezzjonijiet ma kinux rilevanti jew motivati.

(g)

ir-raġunijiet li abbażi tagħhom l-awtorità superviżorja ewlenija ma segwietx l-oġġezzjonijiet jew irrifjutat l-oġġezzjonijiet bħala mhux rilevanti jew motivati;

Emenda 171

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)

aċċess għall-fajl tal-każ konġunt.

Emenda 172

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-Bord għandu fi żmien 4 ġimgħat minn meta jirċievi d-dokumenti elenkati fil-paragrafu 2 jidentifika l-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati miżmuma .

3.   Il-Bord għandu jirreġistra s-sottomissjoni ta’ suġġett għall-mekkaniżmu ta’ soluzzjoni tat-tilwim fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievi d-dokumenti elenkati fil-paragrafu 2 jew għandu jitlob sottomissjoni mill-ġdid li tinkludi kwalunkwe informazzjoni nieqsa fi żmien ġimgħa oħra. Meta jirreġistra s-sottomissjoni, il-Bord għandu jelenka u jistruttura t-tilwim bejn l-awtoritajiet superviżorji li jiffurmaw l-ambitu tal-proċedura quddiem il-Bord, u jipprovdih immedjatament lill-awtoritajiet superviżorji .

Emenda 173

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Ladarba tkun waslet l-informazzjoni kollha speċifikata fil-paragrafu 2, il-President tal-Bord jingħata s-setgħa li jitlob mill-awtorità superviżorja ewlenija jew mill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati kwalunkwe informazzjoni, dokument jew kjarifika addizzjonali meħtieġa biex il-Bord jieħu deċiżjoni vinkolanti dwar il-kwistjonijiet kollha li huma s-soġġett tal-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati. L-awtoritajiet għandhom jipprovdu din l-informazzjoni addizzjonali mhux aktar tard minn ġimgħa wara li jkunu rċevew it-talba.

Emenda 174

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     L-awtoritajiet superviżorji kkonċernati jistgħu, fi żmien ġimagħtejn wara li jkunu ġew ipprovduti s-sottomissjoni skont il-paragrafu 3, jissottomettu kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li jista’ jkollhom dwar dak il-każ li ma kinitx inkluża fl-oġġezzjonijiet, inkluż iżda mhux limitata għal fatti u dokumentazzjoni relatati mal-oġġezzjoni tagħhom.

Emenda 175

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.     Ir-“riferiment tas-suġġett” skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tfisser il-mument meta d-dokumenti kollha msemmija fl-Artikolu 22(2) ikunu disponibbli u tradotti f’konformità mal-Artikolu 2d.

Emenda 176

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3d.     Il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 65(4) tar-Regolament (UE) 2016/679 għall-awtoritajiet superviżorji li jadottaw deċiżjoni dwar is-suġġett sottomess lill-Bord matul il-perjodi msemmija fl-Artikolu 65(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tapplika wkoll matul il-perjodi msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.

Emenda 177

Proposta għal regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 23

imħassar

Reġistrazzjoni fir-rigward ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/679

 

Il-President tal-Bord għandu jirreġistra r-riferiment ta’ suġġett għas-soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/679 mhux aktar tard minn ġimgħa wara li jkun irċieva d-dokumenti kollha li ġejjin:

 

(a)

l-abbozz ta’ deċiżjoni jew l-abbozz rivedut ta’ deċiżjoni soġġett għall-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati;

 

(b)

sommarju tal-fatti rilevanti;

 

(c)

sottomissjoni bil-miktub mill-partijiet investigati, skont il-każ, skont l-Artikoli 14 u 17;

 

(d)

sottomissjonijiet bil-miktub mill-ilmentaturi, skont il-każ, skont l-Artikoli 11, 12 u 15;

 

(e)

l-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati miżmuma;

 

(f)

ir-raġunijiet li abbażi tagħhom l-awtorità superviżorja ewlenija ma segwietx l-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati miżmuma.

 

Emenda 178

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 24

imħassar

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/679

 

1.     Qabel ma jadotta d-deċiżjoni vinkolanti skont l-Artikolu 65(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2016/679, il-President tal-Bord għandu, permezz tal-awtorità superviżorja ewlenija, jipprovdi lill-partijiet investigati u/jew, fil-każ ta’ rifjut sħiħ jew parzjali ta’ lment, lill-ilmentatur, dikjarazzjoni tar-raġunijiet li tispjega r-raġunament li l-Bord beħsiebu jadotta fid-deċiżjoni tiegħu. Meta l-Bord ikollu l-ħsieb li jadotta deċiżjoni vinkolanti li tirrikjedi li l-awtorità superviżorja ewlenija temenda l-abbozz ta’ deċiżjoni tagħha jew l-abbozz rivedut ta’ deċiżjoni, il-Bord għandu jiddeċiedi jekk din id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandhiex tkun akkumpanjata mill-oġġezzjonijiet rilevanti u motivati miżmuma li abbażi tagħhom il-Bord ikun beħsiebu jadotta d-deċiżjoni tiegħu.

 

2.     Il-partijiet investigati u/jew, fil-każ ta’ rifjut sħiħ jew parzjali ta’ lment, l-ilmentatur, għandu jkollhom ġimgħa minn meta jirċievu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1 biex jagħmlu l-fehmiet tagħhom magħrufa.

 

3.     L-iskadenza fil-paragrafu 2 għandha tiġi estiża b’ġimgħa meta l-Bord jestendi l-perjodu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni vinkolanti f’konformità mal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2016/679.

 

4.     Il-perjodu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni vinkolanti tal-Bord previst fl-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 ma għandux jibqa’ għaddej matul il-perjodi previsti fil-paragrafi 2 u 3.

 

Emenda 179

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 25

imħassar

Proċedura fir-rigward ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 65(1), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2016/679

 

1.     Meta tirreferi suġġett lill-Bord skont l-Artikolu 65(1), il-punt (b), tar-Regolament 2016/679, l-awtorità superviżorja li tirreferi s-suġġett rigward il-kompetenza għall-istabbiliment ewlieni għandha tipprovdi lill-Bord bid-dokumenti kollha li ġejjin:

 

(a)

sommarju tal-fatti rilevanti;

 

(b)

il-valutazzjoni ta’ dawn il-fatti f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 56(1) tar-Regolament (UE) 2016/679;

 

(c)

il-fehmiet magħmula mill-kontrollur jew mill-proċessur li l-istabbiliment ewlieni tiegħu huwa s-suġġett tar-riferiment;

 

(d)

il-fehmiet ta’ awtoritajiet superviżorji oħrajn ikkonċernati mir-riferiment;

 

(e)

kwalunkwe dokument jew informazzjoni oħra li l-awtorità superviżorja ta’ referenza tqis rilevanti u meħtieġa sabiex issib riżoluzzjoni dwar is-suġġett.

 

2.     Il-President tal-Bord għandu jirreġistra r-riferiment mhux aktar tard minn ġimgħa wara li jkun irċieva d-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1.

 

Emenda 180

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-fehmiet tal-awtorità superviżorja li jirreferu s-suġġett jew il-Kummissjoni dwar jekk, skont il-każ, kienx meħtieġ li awtorità superviżorja tikkomunika l-abbozz tad-deċiżjoni lill-Bord skont l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, jew awtorità superviżorja ma segwietx opinjoni tal-Bord maħruġa skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2016/679.

(c)

il-fehmiet tal-awtorità superviżorja li jirreferu s-suġġett jew il-Kummissjoni dwar jekk, skont il-każ, kienx meħtieġ li awtorità superviżorja tikkomunika l-abbozz tad-deċiżjoni lill-Bord skont l-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/679, jew awtorità superviżorja ma segwietx opinjoni tal-Bord maħruġa skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) 2016/679 , inkluża spjegazzjoni ta’ liema punti ma ġewx segwiti u referenza għall-parti rilevanti tad-deċiżjoni adottata .

Emenda 181

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Il-President tal-Bord għandu jinforma lill-awtoritajiet superviżorji kollha bir-riferiment li jkun sar lill-Bord fil-paragrafu 1, sabiex l-awtoritajiet superviżorji jkunu jistgħu jagħtu l-opinjonijiet tagħhom.

Emenda 182

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-President tal-Bord għandu jirreġistra r-riferiment mhux aktar tard minn ġimgħa wara li jkun irċieva d-dokumenti msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

3.   Il-President tal-Bord għandu jirreġistra r-riferiment mhux aktar tard minn ġimgħa wara li jkun irċieva d-dokumenti kollha msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

Emenda 183

Proposta għal regolament

Artikolu 26a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 26a

 

Determinazzjonijiet proċedurali mill-Bord

 

1.     Skont l-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) 2016/679, awtorità superviżorja tista’ titlob mill-Bord biex jieħu deċiżjoni vinkolanti urġenti fil-forma ta’ determinazzjoni proċedurali dwar kwalunkwe tilwim proċedurali li jirriżulta bejn l-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet previsti b’dan ir-Regolament.

 

2.     Meta l-awtorità superviżorja ewlenija tkun tal-fehma li ma tistax possibbilment tikkonforma mal-iskadenza mill-Artikolu 4(1b) jew l-Artikolu 5a(3), speċjalment minħabba l-ħtieġa ta’ investigazzjonijiet fattwali eċċezzjonalment kumplessi, hija għandha titlob mill-Bord deċiżjoni vinkolanti urġenti skont il-paragrafu 1, rigward estensjoni tal-iskadenza ta’ massimu ta’ disa’ xhur oħra. L-awtorità superviżorja għandha turi li minkejja l-konformità tagħha mal-Artikolu 2c(1), l-estensjoni mitluba hija inevitabbli.

 

3.     It-talbiet skont il-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fihom mill-anqas:

 

(a)

il-fatti invokati u kwalunkwe evidenza disponibbli għall-awtorità jew għall-parti;

 

(b)

ir-raġunijiet legali għat-talba;

 

(c)

id-determinazzjoni skont il-paragrafu 1 jew l-estensjoni tal-iskadenza skont il-paragrafu 2 li l-awtorità jew il-parti titlob mill-Bord;

 

4.     Fi żmien ġimagħtejn, il-Bord għandu jiddetermina l-kwistjoni abbażi tal-informazzjoni li jkollu jew għandu jirrifjuta l-applikazzjoni. Id-determinazzjonijiet huma vinkolanti fuq l-awtoritajiet superviżorji.

Emenda 184

Proposta għal regolament

Artikolu 26b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 26b

 

Dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv kontra awtorità superviżorja

 

1.     Mingħajr preġudizzju għal rimedji eżistenti skont l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) 2016/679 u kwalunkwe rimedju amministrattiv jew mhux ġudizzjarju ieħor, kull parti fil-proċedura għandu jkollha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv:

 

(a)

meta l-awtorità superviżorja li quddiemha jkun tressaq l-ilment ma tużax is-setgħat tagħha biex tiżgura li awtorità superviżorja oħra tmexxi ’l quddiem il-proċedura;

 

(b)

meta awtorità superviżorja ewlenija ma tikkonformax mal-iskadenza kif previsti mir-Regolament (UE) 2016/679 u dan ir-Regolament; jew

 

(c)

meta awtorità superviżorja ma tikkonformax ma’ deċiżjoni vinkolanti tal-Bord.

 

2.     Kwalunkwe parti għall-proċedura jew korp mingħajr skop ta’ qligħ skont l-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2016/679 jista’ jressaq azzjoni skont il-paragrafu 1, il-punt (c) jekk iqis li d-drittijiet ta’ suġġett tad-data skont ir-Regolament (UE) 2016/679 inkisru b’riżultat tal-ipproċessar.

 

3.     Meta qorti jew tribunal li jeżerċita r-rieżami skont il-paragrafu 1 isib li awtorità superviżorja ma ssodisfatx dmirijietha, huwa għandu jkollu s-setgħa li jordna lil dik l-awtorità superviżorja tieħu l-azzjoni meħtieġa.

Emenda 185

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

sommarju tal-fatti rilevanti;

(a)

sommarju tal-fatti rilevanti , inkluża evidenza ta’ ksur tar-Regolament (UE) 2016/679 ;

Emenda 186

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

deskrizzjoni tal-miżura provviżorja adottata fit-territorju tiegħu stess , id-durata tagħha u r-raġunijiet għall-adozzjoni tagħha, inkluża l-ġustifikazzjoni tal-ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data;

(b)

deskrizzjoni tal-miżura provviżorja adottata fit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità superviżorja li titlob l-opinjoni , id-durata tagħha u r-raġunijiet għall-adozzjoni tagħha, b’mod partikolari l-ġustifikazzjoni tal-ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data;

Emenda 187

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

ġustifikazzjoni tal-ħtieġa urġenti li jiġu adottati miżuri finali fit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità superviżorja rikjedenti , inkluża spjegazzjoni tan-natura eċċezzjonali taċ-ċirkostanzi li jirrikjedu l-adozzjoni tal-miżuri kkonċernati.

(c)

ġustifikazzjoni tal-ħtieġa urġenti ta’ miżuri finali, inkluża spjegazzjoni tan-natura eċċezzjonali taċ-ċirkostanzi li jirrikjedu l-adozzjoni tal-miżuri kkonċernati.

Emenda 188

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

meta l-awtorità rikjedenti ma tkunx l-awtorità superviżorja ewlenija, il-fehmiet tal-awtorità superviżorja ewlenija.

Emenda 189

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-opinjoni urġenti tal-Bord għandha tiġi indirizzata lill-awtorità superviżorja li ppreżentat it-talba . Din għandha tkun simili għal opinjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandha tabilita lill-awtorità rikjedenti żżomm jew temenda l-miżura provviżorja tagħha f’konformità mal-obbligi tal-Artikolu 64(7) tar-Regolament (UE) 2016/679.

2.   L-opinjoni urġenti tal-Bord għandha tiġi indirizzata lill-awtoritajiet superviżorji kollha . Din għandha tkun simili għal opinjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandha tabilita lill-awtoritajiet iżommu jew jemendaw il-miżura provviżorja tagħhom f’konformità mal-obbligi tal-Artikolu 64(7) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 190

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Deċiżjonijiet urġenti skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2016/679

Deċiżjonijiet vinkolanti urġenti skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2016/679

Emenda 191

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Talba għal deċiżjoni urġenti tal-Bord skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha ssir mhux aktar tard minn 3 ġimgħat qabel l-iskadenza tal-miżuri provviżorji adottati skont l-Artikoli 61(8), 62(7) jew 66(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. Dik it-talba għandu jkollha l-elementi kollha li ġejjin:

1.   Talba għal deċiżjoni vinkolanti urġenti tal-Bord skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha ssir mhux aktar tard minn tliet ġimgħat wara l-adozzjoni tal-miżuri provviżorji adottati skont l-Artikoli 61(8), 62(7) jew 66(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. Dik it-talba għandu jkollha l-elementi kollha li ġejjin:

Emenda 192

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

sommarju tal-fatti rilevanti;

(a)

sommarju tal-fatti rilevanti , inkluża evidenza ta’ ksur tar-Regolament (UE) 2016/679 ;

Emenda 193

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

il-miżura provviżorja adottata fit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità superviżorja li titlob id-deċiżjoni, id-durata tagħha u r-raġunijiet għall-adozzjoni tal-miżuri provviżorji , b’mod partikolari l-ġustifikazzjoni tal-ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data;

(b)

il-miżura provviżorja adottata fit-territorju tal-Istat Membru tal-awtorità superviżorja li titlob id-deċiżjoni, id-durata tagħha u r-raġunijiet għall-adozzjoni tagħha , b’mod partikolari l-ġustifikazzjoni tal-ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni sabiex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data;

Emenda 194

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

informazzjoni dwar kwalunkwe miżura investigattiva meħuda fit-territorju tiegħu stess u tweġibiet riċevuti mill-istabbiliment lokali tal-partijiet investigati jew kwalunkwe informazzjoni oħra fil-pussess tal-awtorità superviżorja rikjedenti;

(c)

informazzjoni dwar kwalunkwe miżura investigattiva meħuda fit-territorju tiegħu stess u tweġibiet riċevuti mill-partijiet investigati jew kwalunkwe informazzjoni oħra fil-pussess tal-awtorità superviżorja rikjedenti;

Emenda 195

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

ġustifikazzjoni tal-ħtieġa urġenti li jiġu adottati miżuri finali fit-territorju tal-awtorità superviżorja rikjedenti , filwaqt li titqies in-natura eċċezzjonali taċ-ċirkostanzi li jirrikjedu l-adozzjoni tal-miżura finali, jew prova li awtorità superviżorja naqset milli twieġeb għal talba skont l-Artikolu 61(3) jew 62(2) tar-Regolament (UE) 2016/679;

(d)

ġustifikazzjoni tal-ħtieġa urġenti li jiġu adottati miżuri finali, filwaqt li titqies in-natura eċċezzjonali taċ-ċirkostanzi li jirrikjedu l-adozzjoni tal-miżura finali, jew prova li awtorità superviżorja naqset milli tipprovdi l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 61(5) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew naqset milli twieġeb għal talba skont l-Artikolu 61(8) jew 62(2) tar-Regolament (UE) 2016/679;

Emenda 196

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

fejn applikabbli , il-fehmiet tal-istabbiliment lokali tal-partijiet investigati li kontrihom ittieħdu miżuri provviżorji skont l-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.

(f)

fejn disponibbli , il-fehmiet tal-partijiet . F’każ li l-awtorità rikjedenti ma tkunx l-awtorità superviżorja ewlenija, l-awtorità rikjedenti għandha tagħti d-dritt li jinstemgħu lill-partijiet investigati li kontrihom ittieħdu miżuri provviżorji skont l-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 197

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Id-deċiżjoni urġenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi indirizzata lill-awtorità superviżorja li tkun ippreżentat it-talba u għandha tippermetti lill-awtorità rikjedenti żżomm jew temenda l-miżura provviżorja tagħha .

2.   Id-deċiżjoni vinkolanti urġenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi indirizzata lill-awtorità superviżorja ewlenija u lill-awtoritajiet superviżorji kkonċernati u għandha tispeċifika l-awtoritajiet superviżorji li jkunu jeħtieġu li jadottaw miżuri finali, jekk applikabbli, fid-dawl tal-opinjoni jew tad-deċiżjoni urġenti tal-Bord skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 .

Emenda 198

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta l-Bord jadotta deċiżjoni vinkolanti urġenti li tindika li għandhom jiġu adottati miżuri finali, l-awtorità superviżorja li lilha tkun indirizzata d-deċiżjoni għandha tadotta dawn il-miżuri qabel l-iskadenza tal-miżuri provviżorji adottati skont l-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.

3.   Meta l-Bord jadotta deċiżjoni vinkolanti urġenti li tindika li għandhom jiġu adottati miżuri finali, l-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet superviżorji li lilhom ikunu indirizzati d-deċiżjonijiet għandhom jadottaw dawn il-miżuri qabel l-iskadenza tal-miżuri provviżorji adottati skont l-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 199

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.    L-awtorità superviżorja li tkun ippreżentat it-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha dwar il-miżuri finali għall-istabbiliment tal-kontrollur jew tal-proċessur fit-territorju tal-Istat Membru tagħha u tinforma lill-Bord. Meta l-awtorità superviżorja ewlenija ma tkunx l-awtorità rikjedenti, l-awtorità rikjedenti għandha tinforma lill-awtorità superviżorja ewlenija bil-miżura finali.

4.    Awtorità superviżorja li hija responsabbli biex tadotta miżuri finali għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha dwar il-miżuri finali lill-partijiet investigati u tinforma lill-Bord. Meta l-awtorità superviżorja ewlenija ma tkunx l-awtorità rikjedenti, l-awtorità rikjedenti għandha tinforma lill-partijiet investigati li fil-konfront tagħhom ġew adottati l-miżuri provviżorji, dwar id-deċiżjoni tal-Bord u l-miżuri finali adottati mill-awtorità superviżorja ewlenija . L-awtorità li tirċievi l-ilmenti għandha tinforma lill-ilmentatur dwar id-deċiżjoni tal-Bord u l-miżuri finali adottati mill-awtorità superviżorja ewlenija .

Emenda 200

Proposta għal regolament

Artikolu 28a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 28a

 

Rimedji kontra determinazzjonijiet proċedurali

 

Rimedji kontra determinazzjonijiet proċedurali minn awtorità superviżorja skont il-liġi nazzjonali jistgħu jitressqu biss flimkien mar-rimedju wara d-deċiżjoni materjali finali. L-iskadenzi għar-rimedji kontra determinazzjonijiet proċedurali fil-liġi nazzjonali applikabbli jittawlu għad-durata tal-proċedura quddiem l-awtorità superviżorja.

Emenda 201

Proposta għal regolament

Artikolu 28b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 28b

 

Statistika tal-Infurzar

 

L-awtoritajiet superviżorji għandhom jirrapportaw in-numri li ġejjin fir-rapport ta’ attività tagħhom fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2016/679:

 

(a)

l-għadd ta’ investigazzjonijiet ex officio mibdijin mill-awtorità superviżorja;

 

(b)

l-għadd ta’ investigazzjonijiet ex officio mibdijin minn awtoritajiet superviżorji oħra;

 

(c)

l-għadd ta’ lmenti li jaslu, inkluż l-għadd li ġew irrifjutati, imwaqqgħin, irtirati, aċċettati parzjalment, aċċettati kompletament jew inkella magħluqa;

 

(d)

l-għadd ta’ deċiżjonijiet legalment vinkolanti li bħalissa jinsabu fi stadju ta’ appell;

 

(e)

l-għadd u d-durata medja ta’ proċeduri miftuħa u deċiżi taħt (a) sa (d) s’issa;

 

(f)

l-għadd ta’ kull tip ta’ miżura meħuda f’konformità mal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew il-liġi nazzjonali applikabbli;

 

(g)

l-għadd u l-ammont ta’ multi maħruġa u miġbura skont l-Artikoli 83 u 84 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew il-liġi nazzjonali rilevanti; u

 

(h)

il-baġit annwali u l-għadd ta’ persunal, skont it-taħriġ, il-kompiti u l-unitajiet organizzattivi.

 

2.     L-awtoritajiet superviżorji għandhom jippubblikaw ir-rapport ta’ attività għas-sena li tkun għaddiet mingħajr dewmien żejjed, iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju.

 

3.     Il-Bord għandu jagħmel l-informazzjoni tal-awtoritajiet superviżorji kollha fil-paragrafu 1 disponibbli għall-pubbliku mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju ta’ kull sena għas-sena preċedenti.

(L-Artikolu 28b jitqiegħed fil-Kapitolu VII “Dispożizzjonijiet ġenerali u finali”).

Emenda 202

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 29

imħassar

Bidu tal-perjodi ta’ żmien u d-definizzjoni tal-jum tax-xogħol

 

1.     Il-limiti ta’ żmien previsti fl-awtoritajiet superviżorji jew stabbiliti minnhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679 għandhom jiġu kkalkolati f’konformità mar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill  (17).

 

2.     Il-perjodi ta’ żmien għandhom jibdew fil-jum tax-xogħol wara l-avveniment li għalih tirreferi d-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolament (UE) 2016/679 jew dan ir-Regolament.

 

 

Emenda 203

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kapitoli III u IV għandhom japplikaw għal investigazzjonijiet ex officio miftuħa wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għal investigazzjonijiet ibbażati fuq l-ilmenti fejn l-ilment ikun ġie ppreżentat wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kapitoli I, II u III għandhom japplikaw għal investigazzjonijiet ex officio miftuħa wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għal investigazzjonijiet ibbażati fuq l-ilmenti fejn l-ilment ikun ġie ppreżentat wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 204

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kapitolu V għandu japplika għall-każijiet kollha sottomessi għas-soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2016/679 wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Il-Kapitoli V u VI għandhom japplikaw għall-każijiet kollha sottomessi għas-soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikolu 65 u l-proċedura ta’ urġenza skont l-Artikolu 66(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2016/679 wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 205

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sa... [sitt xhur mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], l-awtorità superviżorja ewlenija għandha, fuq talba, tipprovdi d-dokumenti kollha fil-fajl tagħha stess lil awtoritajiet superviżorji oħra b’mezzi elettroniċi oħra.

Emenda 206

Proposta għal regolament

Artikolu 30a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 30a

 

Evalwazzjoni u rieżami

 

Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tirrieżamina dan ir-Regolament bħala parti mir-rapporti tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 97 tar-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda 207

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dħul fis-seħħ

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Emenda 208

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Huwa għandu japplika minn... [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

 

Madankollu, l-Artikolu 2b(1), il-punt (c), l-Artikolu 2b(3), l-aħħar sentenza, l-Artikolu 2c(2), l-aħħar sentenza, u (5), l-Artikolu 2d(3) u (6), l-Artikoli 8(1) u 18(1), il-punt (a) għandhom japplikaw minn... [sitt xhur mid-data tad-dħul tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Emenda 209

Proposta għal regolament

Anness I – Parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.

Identifikazzjoni tal-persuna jew tal-entità li tressaq l-ilment

1.

Identifikazzjoni tal-persuna jew tal-entità li tressaq l-ilment

Meta l-ilmentatur ikun persuna fiżika, ippreżenta formola ta’ identifikazzjoni.  (1a)

 

Meta l-ilment jiġi ppreżentat minn korp imsemmi fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2016/679, ippreżenta evidenza li l-korp ġie kostitwit kif suppost skont il-liġi ta’ Stat Membru.

Meta l-ilment jiġi ppreżentat minn korp , organizzazzjoni jew assoċjazzjoni imsemmija fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2016/679, ippreżenta evidenza li l-korp , l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni ġew kostitwiti kif suppost skont il-liġi ta’ Stat Membru.

Meta l-ilment jiġi ppreżentat abbażi tal-Artikolu 80(1) tar-Regolament 2016/679, ippreżenta evidenza li l-korp li jressaq l-ilment ikun qed jaġixxi abbażi tal-mandat tas-suġġett tad-data.

Meta l-ilment jiġi ppreżentat abbażi tal-Artikolu 80(1) tar-Regolament 2016/679, ippreżenta evidenza li l-korp , l-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni li jressqu l-ilment ikunu qed jaġixxu abbażi tal-mandat tas-suġġett tad-data.

-------

 

 

Emenda 210

Proposta għal regolament

Anness I – Parti A – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

Dettalji ta’ kuntatt (1a)

2.

Dettalji ta’ kuntatt (1a)

Meta l-ilment jiġi ppreżentat b’mod elettroniku, l-indirizz tal-posta elettronika.

L-isem, l-indirizz u kwalunkwe dettall ta’ kuntatt ieħor disponibbli tal-ilmentatur, inkluż, meta l-ilment jiġi ppreżentat b’mod elettroniku, l-indirizz tal-posta elettronika.

Meta l-ilment jiġi ppreżentat bil-posta, l-indirizz postali.

 

Numru tat-telefown.

 

------------

-----------

Emenda 211

Proposta għal regolament

Anness I – Parti A – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.

Entità li l-ipproċessar tad-data personali tiegħek minnha jikser ir-Regolament (UE) 2016/679

3.

Entità li l-ipproċessar tad-data personali tiegħek minnha jikser ir-Regolament (UE) 2016/679

Ipprovdi l-informazzjoni kollha fil-pussess tiegħek biex tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-entità li hija s-suġġett tal-ilment tiegħek.

Ipprovdi l-informazzjoni kollha fil-pussess tiegħek biex tiffaċilita l-identifikazzjoni tal-entità li hija s-suġġett tal-ilment tiegħek , inklużi l-isem, l-indirizz u kwalunkwe dettall ta’ kuntatt ieħor ta’ dik l-entità .


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0045/2024).

(1a)   Id-Direttiva (UE) 2016/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni ta’ konoxxenza u ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali (sigrieti kummerċjali) kontra l-ksib, l-użu u l-iżvelar illegali tagħhom (ĠU L 157, 15.6.2016, p. 1.)

(17)   Ir-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).

(1a)   Pereżempju, passaport, liċenzja tas-sewqan, ID nazzjonali.

(1a)  Fil-każ li jitressaq ilment minn korp imsemmi fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2016/679, jenħtieġ li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha fil-punt 2.

(1a)  Fil-każ li jitressaq ilment minn korp imsemmi fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2016/679, jenħtieġ li tiġi pprovduta l-informazzjoni kollha fil-punt 2.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1295/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)