2004D0416 — MT — 22.05.2007 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-29 ta' April 2004 dwar il-miżuri temporanji ta' l-emerġenza fir-rigward ta' ċertu frott taċ-ċitru li joriġina mill- ►M1 ————— ◄ mill-Brażil (notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 1584) (ĠU L 151, 30.4.2004, p.76) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
L 130 |
46 |
22.5.2007 |
||
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' April 2004
dwar il-miżuri temporanji ta' l-emerġenza fir-rigward ta' ċertu frott taċ-ċitru li joriġina mill- ►M1 ————— ◄ mill-Brażil
(notifikata permezz ta' dokument numru K(2003) 1584)
(2004/416/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introdużżjoni fil-Komunità ta' organiżmi li huma ta' ħsara għall-pjanti jew tal-prodotti tal-pjanti u kontra it-tixrid tagħhom fil-Komunità ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 16(3) tagħha,
Billi:|
(1) |
Spanja informat lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni li l-verifiki tas-saħħa tal-pjanti imwetta matul il-2003, li kienu nstabu infestazzjonijiet numerużi tal-frott taċ-ċitru li joriġina mill-Arġentina jew mill-Brażil b'organiżmi ta' ħsara, u partikolarment bil-Guignardia citricarpa Kiely (is-siltiet patoġeniċi kollha taċ-ċitru), u il-Xanthomonas campestris (is-siltiet patoġeniċi kollha taċ-ċitru). Aktar minn hekk, infestazzjonijiet tal-frott tċ-ċitru li joriġinaw mill-Brażil bil-Guignardia citricarpa Kiely (is-siltiet patoġeniċi kollha taċ-ċitru), kienu wkoll irraportati fil-2003 mill-Olanda u mir-Renju Unit. |
|
(2) |
Spanja ħadet il-miżuri uffiċjali ta' l-emerġenza li jipprojbixxu l-importazzjoni tal-frott taċ-ċitru, li joriġina mill-Arġentina jew mill-Brażil, fit-territorju tagħha sa mit-12 ta' Novembru 2003. |
|
(3) |
Id-direttiva 2000/29/KE teħtieġ li sabiex tkun imħarsa l-Komunità mill-introduzzjoni ta' l-organiżmi ta' ħsara ikkonċernati, il-frott taċ-ċitru li joriġina minn pajjiżi terzi għandu jkun konformi ma ċerti ħtiġiet tekniċi, partikolarment dawk stabbiliti fil-punti 16.2 u 16.4 tas-Sezzjoni I tal-Parti A ta' l-Anness IV ta' dik id-Direttiva. L-informazzjoni akkwistata minn Spanja, l-Olanda u r-Renju Unit turi li dawk il-ħtiġiet ma kienx hemm komformità magħhom f'dak li jirrigwardja l-frott taċ-ċitru importat mill-Arġentina u l-Brażil. |
|
(4) |
Għalhekk, miżuri temporanji ta' l-emerġenza għandhom jittieħdu li jkunu japplikaw għall-importazzjoni tal-frott taċ-ċitru, li joriġinaw mill-Arġentina jew mill-Brażil, fil-Komunità. |
|
(5) |
Jidher ċar li dawk il-miżuri ta' l-emerġenza ma humiex suffiċjenti sabiex jipprevjenu d-dħul ta' l-organiżmi ta' ħsara ikkonċernati, jew li ma kienx hemm konformità magħhom, miżuri aktar iebsa jew alternattivi għandhom ikunu ntiżi. |
|
(6) |
L-effett tal-miżuri ta' emerġenza għandhom ikunu studjati kontinwament sat-30 ta' Novembru 2004, partikolarment fuq il-bażi ta' l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta mill-Istati Membri. Miżuri possibbli sussegwenti għandhom ikunu meqjusa fid-dawl tar-riżultati ta' dak l-istudju. |
|
(7) |
il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Bħala deroga mill-punti 16.2 u 16.4 tas-Sezzjoni I tal-Parti A ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, mill-1 ta' Mejju 2004, il-frott taċ-ċitru L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom (minn hawn il-quddiem referuti bħala l-frott taċ-ċitru), li joriġinaw mill- ►M1 ————— ◄ mill-Brażil, jistgħu ikunu ntrodotti biss fit-territorju tal-Komunità jekk dawn ikunu konformi mal-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 94/3/KE ( 2 ), kull Stat Membru li jimporta l-frott taċ-ċitru li joriġina mill-Brażil għandu jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2007, rapport tekniku dettaljat dwar ir-riżultati ta’ kontrolli fuq is-saħħa tal-pjanti mwettqa fuq dak il-frott skond l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2000/29/KE bejn l-1 ta’ Mejju u t-30 ta’ Novembru 2007.
Artikolu 3
Bejn l-1 ta' Mejju u t-30 ta' Novembru ►M1 2007 ◄ , il-Kummissjoni għandha kontinwament issegwi l-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Jekk ikun jidher ċar li dawk il-miżuri ta' l-emerġenza ma jkunux suffiċjenti sabiex jipprevjenu d-dħul ta' Guignardia citricarpa Kiely (is-siltiet patoġeniċi kollha taċ-ċitru), jew Xanthomonas campestris (is-siltiet patoġeniċi kollha taċ-ċitru), li li ma kienx hemm konformità magħhom, il-Kummissjoni għandha timponi miżuri aktar strinġenti jew alternattivi, permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2000/29/KE.
▼M1 —————
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tkun riveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar ►M1 2008. ◄
Artikolu 6
Dan id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
L-ANNESS
Mingħajr preġudizju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-frott fil-punti 16.1, 16.3 u 16.5 tas-Sezzjoni I tal-Parti A ta' l-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE, il-ħtiġiet li ġejjin għandhom ikunu applikabbli:
1. Il-frott taċ-ċitru li joriġina mill- ►M1 ————— ◄ mill-Brażil għandu jkun akkumpanjat biċ-ċertifikat referut fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/29/KE, li uffiċjalment jistqarr li:
(a) il-frott li joriġina minn żona rikonoxxuta bħala li tkun ħielsa mill-Xanthomonas campestris (is-siltiet patoġenċi kollha taċ-ċitru), bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2000/29/KE, u msemmi fuq iċ-ċertifikat;
jew
— bi qbil mal-kontroll uffiċjali u l-impenn ta' l-eżami, l-ebda sintomi ta' Xanthomonas campestris (is-siltiet patoġenċi kollha taċ-ċitru), ma jkunu ġew osservati fil-lokalità tal-produzzjoni sa mil-bidu ta' l-aħħar ċiklu tal-veġitazzjoni,
— u
— bi qbil mal-kontroll uffiċjali u l-impenn ta' l-eżami, inkluż l-impenn xieraq tat-testijiet, il-frott miġbur fil-lokalità tal-ħsad fil-post tal-produzzjoni ikun ħieles mill-Xanthomonas campestris (is-siltiet patoġenċi kollha taċ-ċitru),
— u
— il-frott ikun ġie suġġett għat-trattament bħal ma hu is-sodju orthophenylphenate u li jkun imsemmi fiċ-ċertifikat,
— u
— il-lokalità tal-produzzjoni, il-faċilitajiet tal-ippakkjar, l-esportaturi u xi operatur ieħor involut fit-tqandil tal-frott huma uffiċjalment irreġistrati għal dak l-iskop.
2. Il-frott taċ-ċitru, apparti milli Citrus aurantium L., li joriġina mill- ►M1 ————— ◄ mill-Brażil għandu jkun akkumpanjat biċ-ċertifikat referut fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/29/KE, li uffiċjalment jistqarr li:
(a) il-frott li joriġina minn żona rikonoxxuta bħala li tkun ħielsa mill-Guignardia citricarpa Kiely (is-siltiet patoġenċi kollha taċ-ċitru), bi qbil mal-proċedura referuta fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2000/29/KE, u msemmi fuq iċ-ċertifikat;
jew
— l-beda sintomi ta' Guignardia citricarpa Kiely (is-siltiet patoġenċi kollha taċ-ċitru), ma jkunu ġew osservati fil-lokalità tal-prodizzjoni sa mill-bidu ta' l-aħħar ċiklu tal-vċġitazzjoni, u li l-ebda mill-frott ma kien ġie miġbur fil-lokalità tal-prodizzjoni ma jkun wera, wat l-eżaminazzjoni uffiċjali, sintomi ta' dan l-organiżmu,
— u
— il-lokalità tal-produzzjoni, il-faċilitajiet tal-ippakkjar, l-esportaturi u xi operatur ieħor involut fit-tqandil tal-frott huma uffiċjalment irreġistrati għal dak l-iskop.
3. Il-frott kopert b'din id-Deċiżjoni jista biss jidħol fil-Komunità jekk il-moviment tiegħu, mil-lokalità tal-produzzjoni sal-punt ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità, jkun akkumpanjat bid-dokumenti kollha maħruġa permezz ta' l-awtorità ta', u taħt is-superviżjoni ta', l-Organizzazzjoni Nazzjonali tal-Protezzjoni tal-Pjanti ta' ►M1 il-Brażil ◄ , bħala parti mis-sistema li permezz tagħha l-informazzjoni issir disponibbli għall-Kummissjoni.
( 1 ) ĠU L 169, ta’ l-10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/31/KE (ĠU L 85, tat-23.3.2004, p. 18)
( 2 ) ĠU L 32, 5.2.1994, p. 37.