|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1118 |
3.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/1118
tas-26 ta’ Mejju 2025
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 (il-“Konvenzjoni”) ġiet konkluża mill-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE (1) u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1995. Il-Konvenzjoni ġiet konkluża għal perjodu ta’ 3 snin u ġiet estiża regolarment. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni, il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali, li ġie stabbilit bl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni, jista’ jestendi l-Konvenzjoni għal perjodi suċċessivi ta’ mhux aktar minn sentejn kull darba. Mill-konklużjoni tagħha, il-Konvenzjoni ġiet estiża regolarment għal perjodi oħra ta’ sentejn. Il-Konvenzjoni ġiet estiża l-aħħar permezz tad-deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali fl-14 ta’ Ġunju 2023 u ser tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2025. |
|
(3) |
Fit-62 sessjoni tiegħu li ser issir fit-12 ta’ Ġunju 2025, il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali għandu jadotta deċiżjoni dwar l-estensjoni tal-Konvenzjoni għal perjodu ieħor ta’ sentejn, mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2027. |
|
(4) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-62 sessjoni tal-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni. |
|
(5) |
L-Unjoni hija produttur ewlieni taċ-ċereali, esportatur ewlieni tal-qamħ u tax-xgħir u waħda mill-akbar importaturi tal-qamħirrum. L-Unjoni minn dejjem kienet membru attiv tal-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali, li għandu rwol importanti fl-istabbilizzazzjoni tas-swieq dinjija taċ-ċereali u fit-titjib tas-sigurtà tal-ikel. Għalhekk, l-estensjoni tal-Konvenzjoni hija fl-interess tal-Unjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fit-62 sessjoni tal-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali għandha tkun li tivvota favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995, għal perjodu ieħor ta’ sentejn mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
C. SIEKIERSKI
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE tad-19 ta’ Diċembru 1995 rigward l-approvazzjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali u l-Konvenzjoni tal-Għajnuna Alimentari, li tikkostitwixxi l-Ftehim taċ-Ċereali Internazzjonali tal-1995 (ĠU L 21, 27.1.1996, p. 47, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/88/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1118/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)