<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-28/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0028</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:301">EU:C:2020:301</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200423">23.4.2020</DATE> – Kawża C‑28/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Ryanair</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20200423">23 ta’ April 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport</KEYWORD><KEYWORD>Servizzi tal-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1008/2008</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 23(1)</KEYWORD><KEYWORD>Indikazzjoni tal-prezz finali li għandu jitħallas</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż għar-reġistrazzjoni online tal-passiġġieri</KEYWORD><KEYWORD>VAT</KEYWORD><KEYWORD>Spejjeż amministrattivi għax-xiri mwettaq b’karta ta’ kreditu differenti minn dik awtorizzata mit-trasportatur tal-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Elementi inevitabbli u prevedibbli tal-prezz finali li għandu jitħallas</KEYWORD><KEYWORD>Ħlasijiet addizzjonali tal-prezz fakultattivi</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑28/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20181218">18 ta’ Diċembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20190116">16 ta’ Jannar 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ryanair Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ryanair Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ryanair DAC,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn P. G. Xuereb (Relatur), President tal-Awla, T. von Danwitz u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Ryanair DAC, minn M. Castioni, G. Mazzei u A. Pecchia, avvocati, kif ukoll minn B. Kennelly, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn A. Collabolletta, avvocato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas kif ukoll minn A.‑L. Desjonquères u I. Cohen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn J. Schmoll u G. Hesse, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Malferrari u B. Sasinowska, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE> dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 293, p. 3</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, Ryanair Ltd u l-Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato – Antitrust (l-Awtorità li Tiżgura l-Osservanza tal-Kompetizzjoni u tar-Regoli tas-Suq, l-Italja – Antitrust, l-Italja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>AGCM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u, min-naħa l-oħra, din tal-aħħar kontra Ryanair Ltd u Ryanair DAC, rigward prattiki kummerċjali żleali li bihom ġiet ikkritikata l-kumpannija tal-ajru Ryanair (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ryanair<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 16 tar-Regolament Nru 1008/2008 tgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Il-klijenti għandhom ikunu jistgħu jqabblu b’mod effettiv il-prezzijiet għal servizzi ta’ l-ajru bejn linja ta’ l-ajru u oħra. Għalhekk, għandu dejjem ikun indikat il-prezz finali li jrid jitħallas mill-klijent għal servizzi ta’ l-ajru li joriġinaw fil-Komunità, inklużi t-taxxi, l-ħlasijiet u d-drittijiet kollha. It-trasportaturi ta’ l-ajru Komunitarji huma mħeġġin ukoll jindikaw il-prezz finali għas-servizzi ta’ l-ajru tagħhom minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-punt 18 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>18)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>nollijiet [tariffi] ta’ l-ajru<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser il-prezzijiet espressi f’euro jew f’muniti lokali li jkollhom jitħallsu lit-trasportaturi ta’ l-ajru jew lill-aġenti tagħhom jew lil bejjiegħa oħra tal-biljetti għat-trasport ta’ passiġġieri fuq servizzi ta’ l-ajru u kwalunkwe kondizzjonijiet li taħthom japplikaw dawk il-prezzijiet, inklużi r-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet offruti lill-aġenzija u lil servizzi awżiljarji oħra<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(1) tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>In-nollijiet [tariffi] ta’ l-ajru u r-rati ta’ l-ajru disponibbli għall-pubbliku in ġenerali għandhom jinkludu l-kondizzjonijiet applikabbli meta offruti jew pubblikati taħt kull forma, anke fuq l-Internet, għal servizzi bl-ajru minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru li għaliħ japplika t-Trattat.<?PAGE NO="3"?> Il-prezz finali li għandu jitħallas għandu jkun indikat dejjem u għandu jinkludi n-noll jew ir-rata ta’ l-ajru applikabbli kif ukoll it-taxxi kollha applikabbli, u l-ħlasijiet, il-ħlasijiet addizzjonali u l-drittijiet li ma jistgħux jiġu evitati [inevitabbli] u li jkunu prevedibbli fil-ħin tal-pubblikazzjoni. Minbarra l-indikazzjoni tal-prezz finali, għandu jkun speċifikat għall-inqas dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>in-noll ta’ l-ajru jew ir-rata ta’ l-ajru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-taxxi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-ħlasijiet ta’ l-ajruport; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>ħlasijiet, ħlasijiet addizzjonali jew drittijiet oħrajn, bħal dawk marbutin mas-sigurtà jew il-karburant;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>fejn il-punti elenkati taħt (b), (c) u (d) jkunu żdiedu man-noll ta’ l-ajru jew ir-rata ta’ l-ajru. Is-supplimenti tal-prezz fakultattivi għandhom jiġu komunikati b’mod ċar, trasparenti u mingħajr ambigwità fil-bidu ta’ kull proċess ta’ prenotazzjoni u l-aċċettazzjoni tagħhom mill-klijent għandha tkun fuq bażi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>opt-in<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/>.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 20 tad-decreto legislativo n. 206 – Codice del consumo (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 206 dwar il-Kodiċi tal-Konsum), tas-<DATE ISO="20050906">6 ta’ Settembru 2005</DATE> (suppliment ordinarju tal-GURI Nru 235, tat-<DATE ISO="20051008">8 ta’ Ottubru 2005</DATE>), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Kodiċi tal-Konsum<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), jipprojbixxi l-prattiki kummerċjali żleali bħalma huma, b’mod partikolari, il-prattiki kummerċjali qarrieqa, fis-sens tal-Artikoli 21 sa 23 ta’ dan il-kodiċi. B’mod partikolari, l-Artikolu 20(2) tal-imsemmi kodiċi jispeċifika li prattika kummerċjali titqies bħala żleali jekk hija tmur kontra d-diliġenza professjonali u jekk hija toħloq distorsjoni jew għandha mnejn toħloq distorsjoni, f’miżura kunsiderevoli, fl-aġir ekonomiku, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li hija taffettwa jew li hija indirizzata lilu jew tal-membru medju tal-grupp partikolari ta’ konsumaturi li għalih hija mmirata din il-prattika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 21(1)(d) tal-istess kodiċi, il-prattiki kummerċjali qarrieqa jistgħu jikkonċernaw, fost l-oħrajn, il-prezz jew il-metodu għall-kalkolu tal-prezz jew l-eżistenza ta’ vantaġġ speċifiku rigward il-prezz.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20110615">15 ta’ Ġunju 2011</DATE>, l-AGCM irrikonoxxiet lil Ryanair bħala ħatja ta’ diversi prattiki kummerċjali żleali fir-rigward tal-Kodiċi tal-Konsum u imponiet fuqha diversi multi. B’mod partikolari, l-AGCM ikklassifikat bħala prattika żleali, fis-sens tal-Artikolu 20(2) u tal-Artikolu 21(1)(d) tal-Kodiċi tal-Konsum, il-preżentazzjoni tal-prezzijiet applikati, fiż-żmien tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fis-sistema ta’ bbukkjar online ta’ Ryanair (http://ryanair.com/it).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-AGCM, il-prezzijiet ippubblikati fuq dan is-sit internet ma kinux jinkludu ċerti elementi kklassifikati minn Ryanair bħala spejjeż fakultattivi, jiġifieri l-ispejjeż għar-reġistrazzjoni online tal-passiġġieri, it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) applikata fuq it-tariffi u fuq il-ħlasijiet addizzjonali fakultattivi għat-titjiriet nazzjonali kif ukoll l-ispejjeż amministrattivi għax-xiri mwettaq b’karta ta’ kreditu differenti minn dik awtorizzata minn Ryanair (Mastercard imħallsa minn qabel), meta, dejjem skont l-AGCM, dawn l-elementi, li huma fir-realtà obbligatorji, kienu jitqiegħdu fuq il-konsumaturi matul il-proċedura ta’ bbukkjar online u kienu jikkontribwixxu, b’dan il-mod, sabiex iżidu t-tariffa ppreżentata inizjalment.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Ryanair ippreżentat rikors intiż għall-annullament ta’ din id-deċiżjoni quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-prattika kummerċjali rigward il-preżentazzjoni tal-prezzijiet, din il-qorti, permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20120412">12 ta’ April 2012</DATE>, ikkonfermat id-deċiżjoni tal-AGCM tal-<DATE ISO="20110615">15 ta’ Ġunju 2011</DATE>, billi ddeċidiet li l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni online tal-passiġġieri kif ukoll il-VAT applikata fuq it-tariffi u fuq il-ħlasijiet addizzjonali fakultattivi għat-titjiriet nazzjonali ma kinux jikkostitwixxu spejjeż fakultattivi, iżda kellhom jitqiesu, l-istess bħall-ispejjeż amministrattivi għax-xiri mwettaq b’karta ta’ kreditu differenti minn dik awtorizzata minn Ryanair, bħala spejjeż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>inevitabbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fis-sens tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, u l-fatt li dawn l-ispejjeż ma ntwerewx fil-bidu tal-proċedura ta’ bbukkjar ma kienx jippermetti li l-konsumatur jiġi informat b’mod korrett bil-prezz effettiv tas-servizz offrut minn Ryanair.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, l-ispejjeż amministrattivi għax-xiri mwettaq b’karta ta’ kreditu differenti minn dik awtorizzata minn Ryanair, it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio) iddeċidiet li n-natura inevitabbli ta’ dawn l-ispejjeż kienet iġġustifikata mill-fatt li xerrej normali li jixtieq jagħmel ibbukkjar online fuq is-sit ta’ Ryanair ma għandu konkretament l-ebda possibbiltà li jevita ż-żieda fil-prezz ikkawżata mill-imsemmija spejjeż, għaliex huwa ma jkollux karta ta’ kreditu awtorizzata minn Ryanair. F’dan ir-rigward, din il-qorti qieset li l-għan tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 huwa li tiġi żgurata t-trasparenza assoluta tal-prezz tal-biljetti tal-ajru mill-mument li fih il-persuna kkonċernata tkun iddeċidiet li tibda l-proċedura ta’ riżervazzjoni u mhux li l-pubbliku jiġi inkoraġġut jikseb, minn qabel, il-mezz ta’ pagament l-iktar vantaġġuż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ryanair appellat, quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), mill-partijiet tas-sentenza li permezz tagħhom it-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio) kienet ċaħdet ir-rikors tagħha u kkonfermat id-deċiżjoni tal-AGCM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Filwaqt li osservat li, fil-ġurisprudenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ma ddikjaratx ruħha b’mod speċifiku fuq l-elementi tal-prezz li huma kontenzjużi, il-qorti tar-rinviju tinnota li għandu jiġi stabbilit, għall-finijiet tas-soluzzjoni tat-tilwima, jekk dawn l-elementi jistgħux jitqiesu li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ ħlasijiet addizzjonali tal-prezz li huma inevitabbli u prevedibbli, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, jew taħt dik tal-ħlasijiet addizzjonali fakultattivi tal-prezz, fis-sens tar-raba’ sentenza ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-każ imsemmi l-aħħar, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk in-natura fakultattiva tal-ħlas addizzjonali tistax tindika spejjeż li jistgħu jiġu evitati mill-biċċa l-kbira tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1)</NO.P><TXT>It-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament [Nru 1008/2008] għandha tiġi interpretata fis-sens li l-elementi ta’ prezz kontenzjużi li huma l-ispejjeż ta’ reġistrazzjoni online u l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ispejjeż amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> għax-xiri mwettaq b’karta ta’ kreditu, li jiżdiedu mal-prezz tal-biljett innifsu, kif ukoll l-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-VAT għat-tariffi u għas-supplimenti fakultattivi għat-titjiriet nazzjonali jaqgħu taħt il-kategorija ta’ supplimenti tal-prezz inevitabbli u prevedibbli jew taħt dik ta’ supplimenti fakultattivi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-raba’ sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kelma <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>fakultattivi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tindika spejjeż li l-parti l-kbira tal-konsumaturi jistgħu jevitaw?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Biż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jingħataw risposta konġunta, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż għar-reġistrazzjoni online tal-passiġġieri, il-VAT applikata fuq it-tariffi u fuq il-ħlasijiet addizzjonali fakultattivi għat-titjiriet nazzjonali kif ukoll l-ispejjeż amministrattivi għax-xiri mwettaq b’karta ta’ kreditu differenti minn dik awtorizzata mit-trasportatur tal-ajru jaqgħu taħt il-kategorija tal-ħlasijiet addizzjonali tal-prezz li huma inevitabbli u prevedibbli, fis-sens tat-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, jew taħt dik tal-ħlasijiet addizzjonali fakultattivi tal-prezz, fis-sens tar-raba’ sentenza tal-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, il-prezz finali li għandu jitħallas għat-trasport tal-ajru ta’ passiġġier għandu jispeċifika f’kull mument u jinkludi, b’mod partikolari, it-tariffa tal-passiġġieri, kif iddefinita fil-punt 18 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, kif ukoll it-taxxi, il-ħlasijiet, il-ħlasijiet addizzjonali u d-drittijiet inevitabbli u prevedibbli applikabbli fid-data tal-pubblikazzjoni tal-offerta. It-tielet sentenza tal-Artikolu 23(1) tal-imsemmi regolament tispeċifika li l-offerta għandha mill-inqas turi l-ħlasijiet tal-ajruporti kif ukoll il-ħlasijiet, il-ħlasijiet addizzjonali u d-drittijiet marbuta mas-sigurtà jew mal-karburant, meta dawn l-elementi jkunu żdiedu mat-tariffa tal-passiġġieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat, f’dan ir-rigward, li t-taxxi, il-ħlasijiet, il-ħlasijiet addizzjonali u drittijiet imsemmija fit-tieni u fit-tielet sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 ma jistgħux jiġu inklużi fit-tariffa tal-passiġġieri, iżda għandhom jintwerew b’mod separat (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170706">6 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Air Berlin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑290/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:523">EU:C:2017:523</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Mill-punt 35 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150115">15 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Air Berlin</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑573/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:11">EU:C:2015:11</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta wkoll li d-diversi elementi li jikkomponu l-prezz finali li għandu jitħallas, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, għandhom jiġu speċifikati mill-ewwel indikazzjoni tal-prezz tas-servizzi tal-ajru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-raba’ sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 tipprevedi li l-ħlasijiet addizzjonali fakultattivi tal-prezz għandhom jiġu kkomunikati b’mod ċar, trasparenti u mhux ekwivoku fil-bidu ta’ kull proċedura ta’ riżervazzjoni u li l-aċċettazzjoni tagħhom mill-klijent għandha tkun ir-riżultat ta’ pass espliċitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-punt 14 tas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>ebookers.com Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑112/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:487">EU:C:2012:487</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>ħlasijiet addizzjonali fakultattivi tal-prezz<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> ikopri l-ħlasijiet addizzjonali tal-prezz li ma humiex inevitabbli, b’mod differenti mill-elementi tal-prezz finali li għandu jitħallas imsemmija fit-tieni u t-tielet sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, u li huma, għalhekk, marbuta ma’ servizzi li, peress li huma jikkompletaw is-servizz tal-ajru nnifsu, la huma obbligatorji u lanqas indispensabbli għat-trasport tal-passiġġieri, b’tali mod li l-klijent jagħżel li jaċċettahom jew li jirrifjutahom. Il-Qorti tal-Ġustizzja ħadet l-okkażjoni sabiex tiddeċiedi li l-ħlasijiet addizzjonali tal-prezz fir-rigward tal-assigurazzjoni tat-titjira jew tat-trasport tal-bagalji rreġistrati għandhom jitqiesu bħala fakultattivi, fis-sens tar-raba’ sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120719">19 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>ebookers.com Deutschland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑112/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:487">EU:C:2012:487</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140918">18 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vueling Airlines</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑487/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2232">EU:C:2014:2232</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B’dan il-mod, mill-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 u mill-ġurisprudenza ċċitata iktar ’il fuq jirriżulta li, fl-offerti tiegħu online intiżi għat-trasport tal-passiġġieri, trasportatur tal-ajru bħalma hija Ryanair għandu l-obbligu li juri, mill-ewwel indikazzjoni tal-prezz, it-tariffa tal-passiġġieri kif ukoll, b’mod separat, it-taxxi, il-ħlasijiet, il-ħlasijiet addizzjonali u d-drittijiet inevitabbli u prevedibbli, filwaqt li huwa għandu jikkomunika l-ħlasijiet addizzjonali fakultattivi tal-prezz b’mod ċar, trasparenti u mhux ekwivoku fil-bidu tal-proċedura ta’ bbukkjar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Huwa abbażi ta’ dawn l-elementi li għandha tiġi eżaminata l-klassifikazzjoni, fid-dawl tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, tad-diversi elementi tal-prezz inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-ispejjeż għar-reġistrazzjoni online tal-passiġġieri, għandu jitqies li, bil-kontra ta’ dak li jaffermaw il-Gvern Awstrijak u l-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, min-natura indispensabbli u obbligatorja tar-reġistrazzjoni ma jistax jiġi awtomatikament dedott li dawn l-ispejjeż huma inevitabbli, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008. Fil-fatt, it-trasportaturi tal-ajru għandhom jingħataw il-possibbiltà li jipproponu lill-passiġġieri diversi metodi għar-reġistrazzjoni bi ħlas jew mingħajr ħlas, bħar-reġistrazzjoni online jew ir-reġistrazzjoni fiżika fl-ajruport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, meta l-konsumatur jintalab jagħżel bejn, mill-inqas, żewġ metodi ta’ reġistrazzjoni, għandu jiġi kkonstatat, kif jindika l-Gvern Franċiż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, li l-metodu ta’ reġistrazzjoni li jiġi propost lilu waqt il-proċedura ta’ bbukkjar ma huwiex neċessarjament servizz obbligatorju u lanqas indispensabbli għat-trasport tiegħu. Fil-fatt, meta t-trasportatur tal-ajru jipproponi servizz bi ħlas ta’ reġistrazzjoni online filwaqt li joffri soluzzjonijiet alternattivi lill-passiġġieri li jirreġistraw ruħhom mingħajr ħlas, l-ispejjeż għar-reġistrazzjoni online tal-passiġġieri ma jistgħux jitqiesu bħala element inevitabbli tal-prezz finali li għandu jitħallas, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, iżda għandhom jiġu kklassifikati bħala ħlas addizzjonali fakultattiv tal-prezz, fis-sens tar-raba’ sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, li l-konsumatur jista’ jagħżel li jaċċetta jew li jirrifjuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Tali spejjeż jistgħu jitqiesu bħala inevitabbli biss fil-każ li l-metodi kollha ta’ reġistrazzjoni proposti mit-trasportatur tal-ajru jkunu bi ħlas jew inkella meta, bħalma jindika l-Gvern Taljan fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, l-ebda għażla bejn diversi metodi għar-reġistrazzjoni ma tiġi proposta lill-konsumatur. Fil-fatt, fl-ewwel każ, il-konsumatur ikollu, b’mod jew ieħor, iħallas l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni, peress li l-apparenti libertà tal-għażla li titħalla lilu tkun biss illużorja, filwaqt li, fit-tieni każ, il-konsumatur ma jkollu, fir-realtà, l-ebda għażla oħra għajr li jirreġistra ruħu online.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk Ryanair kinitx tipproponi lill-passiġġieri possibbiltà ta’ reġistrazzjoni mingħajr ħlas. Jekk din tal-aħħar kienet tipproponi biss il-possibbiltà ta’ reġistrazzjoni online, kif isemmi l-Gvern Taljan fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, jew jekk hija kienet tipproponi biss, inkwantu alternattiva għas-servizz ta’ reġistrazzjoni bi ħlas online, metodi għar-reġistrazzjoni bi ħlas, kif il-Kummissjoni tafferma fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, ikollu jiġi konkluż li l-klijent ma setax jevita li jħallas l-ispejjeż ta’ reġistrazzjoni u li dawn, li l-prevedibbiltà tagħhom tirriżulta mill-politika tariffarja tat-trasportatur tal-ajru, jaqgħu taħt l-elementi tal-prezz li huma inevitabbli u prevedibbli, fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk Ryanair kienet tipproponi, bħala alternattiva, possibbiltà jew diversi possibbiltajiet ta’ reġistrazzjoni mingħajr ħlas, l-ispejjeż li għandhom jitħallsu għar-reġistrazzjoni online għandhom jitqiesu bħala ħlasijiet addizzjonali fakultattivi tal-prezz, fis-sens tar-raba’ sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-VAT applikata fuq it-tariffi tat-titjiriet nazzjonali, għandu jiġi kkonstatat li din hija taxxa, fis-sens tat-tieni u tat-tielet sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, u li din it-taxxa, relatata mat-tariffa tal-passiġġieri, hija inevitabbli u prevedibbli, fis-sens tat-tielet sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, sa fejn hija prevista mil-liġi nazzjonali u tapplika awtomatikament għal kull ibbukkjar ta’ titjira nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-VAT applikata għall-ħlasijiet addizzjonali fakultattivi għat-titjiriet nazzjonali, għandu jitqies, kif il-Kummissjoni tosserva fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, li din hija ħlas addizzjonali fakultattiv tal-prezz, fis-sens tar-raba’ sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008. Fil-fatt, minkejja li hija tista’ tiġi kklassifikata bħala inevitabbli minħabba n-natura<?PAGE NO="7"?> obbligatorja tagħha, il-VAT applikata għall-ħlasijiet addizzjonali fakultattivi għat-titjiriet nazzjonali ma tistax titqies bħala prevedibbli, għaliex hija marbuta b’mod intrinsiku mal-ħlasijiet addizzjonali fakultattivi li l-għażla tagħhom hija esklużivament f’idejn il-passiġġier. Issa, it-trasportatur tal-ajru ma jistax ikun jaf, mill-bidu, bil-ħlasijiet addizzjonali fakultattivi li l-klijent ikun ser jagħżel, b’tali mod li l-ammont tal-VAT marbuta ma’ dawn il-ħlasijiet addizzjonali ma tistax tiġi inkluża fil-prezz finali prevedibbli li għandu jiġi indikat meta l-offerta tiġi ppubblikata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi osservat li l-indikazzjoni ta’ taxxa speċifika għandha dejjem issegwi l-element tal-prezz li miegħu hija marbuta din it-taxxa, kif jirriżulta, barra minn hekk, mill-aħħar parti tat-tielet sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, li tgħid li t-taxxi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>jkunu żdiedu man-noll ta’ l-ajru [mat-tariffa tal-passiġġieri]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> għandhom jiġu indikati fil-prezz finali li għandu jitħallas. Għalhekk, jekk taxxa tkun marbuta mat-tariffa tal-passiġġieri, hija għandha tintwera b’mod separat ma’ din it-tariffa mill-ewwel indikazzjoni tal-prezz finali li għandu jitħallas, filwaqt li, jekk hija tkun marbuta ma’ ħlas addizzjonali fakultattiv tal-prezz, hija għandha u tista’ tiġi indikata fil-prezz finali li għandu jitħallas, biss fil-mument tal-indikazzjoni tal-ħlas addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ imsemmi l-aħħar, għandu jiġi speċifikat li, kif il-Kummissjoni tosserva fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, l-ammont tat-taxxa għandu jidher b’mod ċar fil-prezz tas-servizzi fakultattivi minn meta jintwerew dawn tal-aħħar. Fil-fatt, ir-rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ trasparenza li t-trasportatur tal-ajru għandu josserva meta jikkomunika l-ħlasijiet addizzjonali tal-prezz fakultattivi, bis-saħħa tar-raba’ sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, jimplika li l-parti rrappreżentata mill-VAT fl-ammont tal-ħlas addizzjonali għandha tiġi kkomunikata lill-passiġġier minn meta dan ikun għażel servizz fakultattiv. Il-komunikazzjoni ta’ din il-parti tissodisfa wkoll l-għan ta’ tqabbil effettiv tas-servizzi tal-ajru li huwa segwit permezz tar-Regolament Nru 1008/2008 skont il-premessa 16 tiegħu, peress li l-konsumatur għandu jkun f’pożizzjoni li jqabbel il-ħlasijiet addizzjonali tal-prezz bil-VAT eskluża li huma proposti mit-trasportaturi tal-ajru fuq ir-rotta nazzjonali kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward, fir-raba’ u l-aħħar lok, tal-ispejjeż amministrattivi għax-xiri mwettaq b’karta ta’ kreditu differenti minn dik awtorizzata mit-trasportatur tal-ajru, għandu jiġi kkonstatat li ma hemmx dubju dwar in-natura prevedibbli ta’ dawn l-ispejjeż, sa fejn l-applikazzjoni tagħhom tirriżulta mill-politika nnifisha tat-trasportatur tal-ajru fil-qasam tal-mod ta’ pagament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Rigward in-natura inevitabbli fis-sens tat-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008, għandu jiġi osservat li, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, il-klijent jista’ jevita l-pagament billi jħallas il-prezz finali li għandu jitħallas permezz tal-karta ta’ kreditu awtorizzata mit-trasportatur tal-ajru. Madankollu, ħlas addizzjonali tal-prezz ma jistax jiġi rrikonoxxut bħala evitabbli u li huwa, għaldaqstant ta’ natura fakultattiva meta l-għażla offruta lill-konsumatur tkun suġġetta għal kundizzjoni imposta mit-trasportatur tal-ajru, billi s-servizz ikkonċernat mingħajr ħlas jiġi rriżervat għall-benefiċċju ta’ ċirku ristrett ta’ konsumaturi privileġġjati u billi jkun obbligatorju, <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, għall-konsumaturi li ma jagħmlux parti minn dan iċ-ċirku jew li jirrinunzjaw li jirċievu dan is-servizz mingħajr ħlas jew li jirrinunzjaw li jiffinalizzaw ix-xiri tagħhom fil-futur immedjat u li jagħmlu passi li potenzjalment jiswew il-flus sabiex jissodisfaw il-kundizzjoni mitluba, bir-riskju, ladarba jsiru dawn il-passi, li ma jkunux jibqgħu jistgħu jibbenefikaw mill-offerta jew li ma jkunux jistgħu jibqgħu jibbenefikaw mill-prezz indikat inizjalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, tali spejjeż għandhom jiġu kklassifikati mhux biss bħala prevedibbli, iżda wkoll inevitabbli u ma jistgħux, għalhekk, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ ħlas addizzjonali fakultattiv fis-sens tar-raba’ sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu, barra minn hekk, jiġi speċifikat li ma tantx huwa rilevanti li jiġi stabbilit, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ tali spejjeż, jekk il-parti l-kbira tal-konsumaturi għandhomx il-karta awtorizzata mit-trasportatur tal-ajru u huma għalhekk f’pożizzjoni li jevitaw il-pagament tal-ispejjeż ikkonċernati. Fil-fatt, peress li r-Regolament Nru 1008/2008 huwa intiż għal protezzjoni individwali tal-konsumaturi<?PAGE NO="8"?> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150115">15 ta’ Jannar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Air Berlin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑573/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:11">EU:C:2015:11</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), in-natura evitabbli ta’ ħlas addizzjonali tal-prezz ma tistax tiġi stabbilita abbażi ta’ kriterju li jkun issodisfatt biss mill-biċċa l-kbira tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż għar-reġistrazzjoni tal-passiġġieri li l-pagament tagħhom ma jkunx jista’ jiġi evitat minħabba l-assenza ta’ metodu alternattiv ta’ reġistrazzjoni mingħajr ħlas, il-VAT applikata għat-tariffi tat-titjiriet nazzjonali kif ukoll l-ispejjeż amministrattivi għax-xiri mwettaq b’karta ta’ kreditu differenti minn dik awtorizzata mit-trasportatur tal-ajru jikkostitwixxu elementi tal-prezz li huma inevitabbli u prevedibbli, fis-sens tat-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ispejjeż għar-reġistrazzjoni tal-passiġġieri li l-pagament tagħhom ikun jista’ jiġi evitat bl-użu ta’ għażla ta’ reġistrazzjoni mingħajr ħlas kif ukoll il-VAT applikata għall-ħlasijiet addizzjonali fakultattivi għat-titjiriet nazzjonali jikkostitwixxu ħlas addizzjonali fakultattiv tal-prezz, fis-sens tar-raba’ sentenza tal-istess dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE> dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ispejjeż għar-reġistrazzjoni tal-passiġġieri li l-pagament tagħhom ma jkunx jista’ jiġi evitat minħabba l-assenza ta’ metodu alternattiv ta’ reġistrazzjoni mingħajr ħlas, it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) applikata għat-tariffi tat-titjiriet nazzjonali kif ukoll l-ispejjeż amministrattivi għax-xiri mwettaq b’karta ta’ kreditu differenti minn dik awtorizzata mit-trasportatur tal-ajru jikkostitwixxu elementi tal-prezz li huma inevitabbli u prevedibbli, fis-sens tat-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ispejjeż għar-reġistrazzjoni tal-passiġġieri li l-pagament tagħhom ikun jista’ jiġi evitat bl-użu ta’ għażla ta’ reġistrazzjoni mingħajr ħlas kif ukoll il-VAT applikata għall-ħlasijiet addizzjonali fakultattivi għat-titjiriet nazzjonali jikkostitwixxu ħlas addizzjonali fakultattiv tal-prezz, fis-sens tar-raba’ sentenza tal-istess dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>