|
22.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 154/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 225/2013
tat-13 ta' Diċembru 2013
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 iħassar id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Diċembru 2013, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Għal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-istess jum jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Liechtenstein u l-Isvizzera li jistabbilixxi l-kooperazzjoni fil-qasam ta' proċeduri ta' awtorizzazzjoni għall-prodotti bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012, skont liema minnhom ikun l-iktar tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Diċembru 2013.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Thórir IBSEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(*1) Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.
ANNESS
It-test tal-punt 12n (id-Direttiva 98/8/KE tal-Kapitolu XV tal-Anness II jiġi ssostitwit b'dan li ġej:
“ 32012 R 0528: Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).
Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
(a) |
L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘l-Aġenzija’, kif stabbilita mill-Parlament Ewropew u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1907/2006. |
|
(b) |
Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 għall-Ftehim, it-terminu ‘Stat(i) Membru/Membri’ fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 jinftiehem li, apparti t-tifsira tiegħu fir-Regolament, jinkludi lill-Istati tal-EFTA. |
|
(c) |
Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, skont kif u meta xieraq, l-Aġenzija tassisti lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew lill-Kumitat Permanenti, skont il-każ, fil-qadi tal-kompiti rispettivi tagħhom. |
|
(d) |
Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 35: ‘4. L-Istati tal-EFTA jkunu intitolati li jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħidma tal-grupp ta' koordinazzjoni u fih ikollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-UE, ħlief id-dritt għall-vot. Ir-regoli ta' proċedura tal-Grupp ta' koordinazzjoni jagħtu effett sħiħ lill-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA.’ |
|
(e) |
Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 44(5): ‘Meta l-Kummissjoni tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni jew tiddeċiedi li awtorizzazzjoni tal-Unjoni ma tkunx ingħatat, l-Istati tal-EFTA fl-istess ħin u fi żmien 30 jum mill-att tal-Kummissjoni, jieħdu deċiżjonijiet korrispondenti. Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jiġi infurmat u jippubblika, minn żmien għal żmien, il-listi ta' tali deċiżjonijiet fis-Suppliment taż-ŻEE ta' mal-Ġurnal Uffiċjali.’ |
|
(f) |
Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 48: ‘4. Jekk il-Kummissjoni tikkanċella jew temenda awtorizzazzjoni tal-Unjoni, l-Istati tal-EFTA jikkanċellaw jew jemendaw id-deċiżjoni korrispondenti.’ |
|
(g) |
Is-subparagrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 49: ‘Jekk il-Kummissjoni tikkanċella awtorizzazzjoni tal-Unjoni, l-Istati tal-EFTA jikkanċellaw id-deċiżjoni korrispondenti.’ |
|
(h) |
Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 50: ‘4. Jekk il-Kummissjoni temenda awtorizzazzjoni tal-Unjoni, l-Istati tal-EFTA jemendaw id-deċiżjoni korrispondenti.’ |
|
(i) |
Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 75: ‘5. L-Istati tal-EFTA jkunu intitolati li jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħidma tal-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali u fih huma jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-UE, ħlief id-dritt għall-vot.’ |
|
(j) |
Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 78: ‘3. L-Istati tal-EFTA, sa mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, jipparteċipaw fl-iffinanzjar tal-Aġenzija. Għal dan il-għan, il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 82(1)(a) u fil-Protokoll 32 tal-Ftehim japplikaw mutatis mutandis.’ |
|
(k) |
Jekk ikun hemm xi nuqqas ta' ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-amministrazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, il-Parti VII tal-Ftehim tapplika mutatis mutandis.” |