|
1.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/160
tat-30 ta' Ġunju 2017
dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44351 (2016/C) (ex 2016/NN) implimentata mill-Polonja għat-taxxa fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut
(notifikata bid-dokument C(2017) 4449)
(Il-verżjoni Pollakka biss hija awtentika)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) imsemmija hawn fuq (1),
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Permezz ta' artikoli tal-istampa ppubblikati fi Frar 2016, il-Kummissjoni saret konxja li l-Polonja kienet qed tikkunsidra li tadotta liġi li tintroduċi taxxa fuq id-dħul minn negozju fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut li tinkludi struttura ta' rata progressiva. |
|
(2) |
Fil-11 ta' Frar u fit-30 ta' Mejju 2016, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu ittri lill-awtoritajiet Pollakki li permezz tagħhom talbu aktar informazzjoni dwar il-liġi ppjanata u stiednu lill-Polonja tikkonsulta magħhom qabel tadotta dik il-liġi. Dawk l-ittri enfasizzaw ukoll is-similaritajiet ta' dik il-liġi mat-tariffa għall-ispezzjoni tal-katina alimentari Ungeriża, li fuqha l-Kummissjoni kienet fetħet investigazzjoni formali dwar l-għajnuna mill-Istat, u spjegat il-valutazzjoni preliminari tal-għajnuna mill-Istat ta' dik it-tariffa mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha (2). Finalment, huma għarrfu lill-Polonja li jekk tiddaħħal fis-seħħ miżura li tinvolvi l-għajnuna mill-Istat mingħajr approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' tagħti twissija ta' sospensjoni. |
|
(3) |
L-awtoritajiet Pollakki wieġbu għal dawk l-ittri fit-2 ta' Marzu u fis-27 ta' Ġunju 2016 rispettivament. Permezz tal-ittra tat-2 ta' Marzu 2016, l-awtoritajiet Pollakki impenjaw ruħhom biex jikkomunikaw l-abbozz tal-liġi lill-Kummissjoni ladarba jiġi finalizzat. Permezz tal-ittra tas-27 ta' Ġunju 2016, l-awtoritajiet Pollakki għarrfu lill-Kummissjoni li l-abbozz tal-liġi diġà kien ġie sottomess lill-Parlament Pollakk u li l-adozzjoni tiegħu kienet imminenti. Huma pprovdew ukoll it-test tal-abbozz tal-liġi lis-servizzi tal-Kummissjoni. |
|
(4) |
Fis-6 ta' Lulju 2016, il-Parlament Pollakk adotta l-Att dwar it-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut (USTAWA z dnia 6 lipca 2016 r. o podatku od sprzedaży detalicznej (3), minn hawn 'il quddiem: “l-Att”). L-Att daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2016. |
|
(5) |
Permezz tal-ittra tat-8 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni għarrfet lill-Polonja dwar il-fehma preliminari tagħha li t-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut taħt l-Att (minn hawn 'il quddiem: “taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut”) kienet tikkostitiwixxi għajnuna mill-Istat u talbet lill-awtoritajiet Pollakki jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-possibbiltà li l-Kummissjoni toħroġ twissija ta' sospensjoni. Fit-22 ta' Lulju 2016 ġiet riċevuta risposta. |
|
(6) |
Fl-4 ta' Awwissu 2016, il-Kummissjoni rċeviet ilment dwar l-għajnuna mill-Istat kontra l-istess miżura. |
|
(7) |
Permezz tal-ittra tad-19 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni għarrfet lill-Polonja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: “it-Trattat”) fir-rigward tal-miżura ta' għajnuna (id-“Deċiżjoni ta' Ftuħ”). Il-Kummissjoni talbet ukoll is-sospensjoni immedjata tal-miżura skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (4). |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni ta' Ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5).Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura ta' għajnuna. |
|
(9) |
Il-Polonja ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ permezz tal-ittra tas-7 ta' Novembru 2016. Il-Kummissjoni ma rċevietx kummenti mingħand il-partijiet interessati. |
|
(10) |
Permezz tar-Regolament tal-Ministru għall-Iżvilupp u l-Finanzi tal-Polonja, li daħal fis-seħħ fid-19 ta' Ottubru 2016, il-Polonja ssospendiet il-ġbir tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut applikabbli għal fatturat iġġenerat mill-1 ta' Settembru 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016 (6). Fil-15 ta' Novembru 2016, il-Parlament Pollakk adotta liġi, li daħlet fis-seħħ fit-22 ta' Diċembru 2016 (7), li tissospendi l-applikazzjoni tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut sal-1 ta' Jannar 2018. |
|
(11) |
Permezz tal-ittra tal-11 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni għarrfet lill-Polonja li ma rċeviet l-ebda kumment mill-partijiet interessati u stiednet lill-awtoritajiet Pollakki biex jiddiskutu mas-servizzi tal-Kummissjoni l-kummenti tagħhom stess kif ukoll kwalunkwe emenda għall-Att possibbilment maħsuba. Fl-14 ta' Marzu 2017 saret laqgħa vidjokonferenza. |
2. DESKRIZZJONI DDETTALJATA TAL-MIŻURA TA' GĦAJNUNA
|
(12) |
L-Att jistabbilixxi taxxa fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut fil-Polonja. |
|
(13) |
L-Artikolu 5 tal-Att jagħmel il-fatturat riċevut mill-bejgħ tal-oġġetti lil persuni fiżiċi li ma jwettqu l-ebda attività ekonomika (konsumaturi) soġġett għat-taxxa. Skont l-Artikolu 4 tal-Att, il-persuna taxxabbli hi l-bejjiegħ bl-imnut li jkun persuna fiżika, kumpanija tal-liġi ċivili (spółka cywilna), unità organizzattiva mingħajr personalità ġuridika u persuna morali, bħal kumpaniji personali (spółki osobowe) u kumpaniji oħra rregolati taħt kodeks spolek handlowych (kumpaniji b'responsabbiltà limitata (z.o.o.) u kumpaniji b'ishma konġunti (S.A.) (8). |
|
(14) |
Skont l-Artikolu 8 tal-Att, l-obbligu li titħallas it-taxxa fuq id-dħul minn negozju jirriżulta meta l-persuna taxxabbli tirċievi fatturat fix-xahar li jaqbeż PLN 17-il miljun. Skont l-Artikolu 6(1) tal-Att, il-bażi taxxabbli hi l-ammont ta' fatturat li jaqbeż PLN 17-il miljun minn bejgħ bl-imnut li sar matul xahar wieħed. It-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut tista' titħallas fuq bażi ta' kull xahar sal-ħamsa u għoxrin ġurnata tax-xahar wara x-xahar li fih ġie ġġenerat id-dħul intaxxat. |
|
(15) |
L-Artikolu 9 tal-Att jistabbilixxi żewġ rati ta' taxxa:
|
|
(16) |
Fid-dawl tal-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 8 tal-Att, li jeskludu l-parti tal-fatturat fix-xahar tal-impriża minn bejgħ bl-imnut li ma jaqbiżx PLN 17-il miljun, jista' għalhekk jingħad li l-iskema tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut hi bbażata fuq struttura ta' rata progressiva li tinkludi tliet gruppi ta' fatturat fix-xahar soġġetti għal tliet rati ta' taxxa differenti: rata ta' taxxa ta' 0 % fuq l-ammont ta' fatturat fix-xahar minn bejgħ bl-imnut li ma jaqbiżx PLN 17-il miljun; rata ta' taxxa ta' 0,8 % fuq l-ammont ta' fatturat fix-xahar li jaqbeż PLN 17-il miljun iżda li ma jaqbiżx PLN 170 miljun; u rata ta' taxxa ta' 1,4 % fuq l-ammont ta' fatturat fix-xahar minn bejgħ bl-imnut li jaqbeż PLN 170 miljun. |
3. PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
3.1. Raġunijiet għall-bidu tal-proċedura ta' investigazzjoni formali
|
(17) |
Il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali għaliex qieset li f'dak l-istadju, l-istruttura tar-rata progressiva tat-taxxa Pollakka fuq is-settur tal-bejgħ bl-imnut kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli. |
|
(18) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni qieset li l-Att jagħmel distinzjoni bejn impriżi involuti fin-negozju bl-imnut abbażi tal-fatturat tagħhom u, għaldaqstant, abbażi tad-daqs tagħhom u jagħti vantaġġ selettiv lill-impriżi b'fatturat baxx u b'hekk impriżi iżgħar. Il-Polonja ma kienet ressqet l-ebda spjegazzjoni konvinċenti għaliex operaturi tal-bejgħ bl-imnut ikbar u iżgħar jinsabu f'sitwazzjoni fattwali u legali differenti fir-rigward tal-imposta tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut. Għaldaqstant, il-Polonja ma wrietx li l-miżura kienet iġġustifikata min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa. Għaldaqstant, il-Kummissjoni b'mod provviżorju qieset li l-Att irriżulta f'għajnuna mill-Istat, peress li kien jidher li kienu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha l-oħra stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(19) |
Finalment, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar kemm l-Att huwa kompatibbli mas-suq intern. Il-Kummissjoni osservat li l-ebda waħda mill-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(2) jew (3) tat-Trattat ma dehret li tapplika, u l-Polonja lanqas ma avvanzat xi argument għaliex it-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut tkun kompatibbli mas-suq intern. Hi fakkret ukoll li ma tistax tiddikjara bħala kompatibbli miżura ta' għajnuna mill-Istat li timplika ksur indissolubbli ta' regoli oħrajn tad-dritt tal-Unjoni, bħal-libertajiet fundamentali stabbiliti mit-Trattat jew id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti u d-direttivi tal-Unjoni. F'dak l-istadju, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li l-miżura primarjament immirat impriżi b'sidien barranin, li tista' tinvolvi ksur tal-Artikolu 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-libertà fundamentali ta' stabbiliment. |
3.2. Kummenti mill-Polonja
|
(20) |
L-awtoritajiet Pollakki jikkunsidraw li d-deskrizzjoni tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut fid-deċiżjoni ta' ftuħ bħala li tinvolvi tliet gruppi u rati differenti mhijiex korretta. Fil-fehma tal-awtoritajiet Pollakki, it-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut għandha biss żewġ rati, peress li d-dħul li ma jaqbiżx PLN 17-il miljun bl-ebda mod ma hu soġġett għat-taxxa, irrispettivament mit-tip ta' impriża li tiġġenera d-dħul u mill-ammont totali ta' dħul iġġenerat fix-xahar ikkonċernat. Fl-opinjoni tagħhom, eżenzjoni mit-taxxa hi differenti minn taxxa b'rata żero u l-limiti japplikaw lill-persuni kollha taxxabbli “fuq termini ugwali u oġġettivi”. |
|
(21) |
Rigward l-iskop tat-taxxa, l-awtoritajiet Pollakki jenfasizzaw li d-dħul li għandu jiġi ġġenerat mit-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut jiġi assenjat għall-finanzjament tal-programm ta' benefiċċju għat-tfal 500+. Madankollu, minħabba l-baġit stmat ta' dan il-programm (jiġifieri madwar PLN 16-il biljun fl-2016 u madwar PLN 22 biljun fis-snin ta' wara), il-finanzjament tiegħu jinkiseb biss parzjalment permezz tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut (jiġifieri rikavati mistennija fuq bażi ta' sena sħiħa ta' madwar PLN 1,6-il biljun fl-2017). Il-Polonja targumenta wkoll li, minbarra li jirrappreżenta nefqa, il-programm ta' benefiċċju għat-tfal 500+ ikollu wkoll impatt pożittiv fuq l-ekonomija billi jżid il-konsum u, għalhekk, ikollu impatt dirett fuq id-dħul tal-bejjiegħa bl-imnut. |
|
(22) |
Sa fejn hu kkonċernat il-finanzjament tal-miżura permezz tar-riżorsi tal-Istat, il-Polonja targumenta li t-tfassil tat-taxxa ma jimplikax dħul mhux miġbur li f'ċirkostanzi normali jkun inġabar mill-bejjiegħa bl-imnut. B'mod partikolari, l-awtoritajiet Pollakki jasserixxu li l-ammont ħieles mit-taxxa u r-rata mnaqqsa tat-taxxa ta' 0,8 % japplikaw għall-kumpaniji kollha u li l-Istat Pollakk qed jabbanduna r-riżorsi li jista' jakkwista b'mod ieħor mill-impriżi kollha u mhux biss minn dawk iżgħar. |
|
(23) |
Il-Polonja tikkunsidra wkoll li għandha ssir differenza bejn “progressività globali”, fejn jiġu applikati rati differenti lill-fatturat sħiħ tal-impriżi skont id-daqs ta' dan il-fatturat, u “progressività maqsuma”, fejn jiġu applikati rati differenti lil partijiet (gruppi) differenti tal-fatturat tal-impriżi kollha. Fil-fehma tal-Polonja, il-progressività maqsuma ma timplika l-ebda vantaġġ selettiv minħabba li l-istess skeda ta' rata tapplika għall-impriżi kollha li jbigħu bl-imnut. B'mod partikolari, il-Polonja targumenta li n-natura progressiva tat-taxxa ma timplikax vantaġġ għal impriżi iżgħar, peress li l-ammont ħieles mit-taxxa u r-rata mnaqqsa tat-taxxa ta' 0,8 % inaqqsu l-ispejjeż operattivi kemm għal impriżi bi dħul aktar għoli kif ukoll għal dawk bi dħul aktar baxx. Għall-Polonja, aktar kemm impriża tiġġenera dħul għoli, aktar kemm dik l-impriża tirċievi għajnuna. |
|
(24) |
Barra minn hekk, il-Polonja ssostni li l-Kummissjoni identifikat il-benefiċjarji tal-vantaġġ b'mod skorrett, għaliex mhux dejjem ikun vera li impriżi bi dħul aktar baxx ikunu impriżi iżgħar u impriżi li jiġġeneraw dħul aktar għoli jkunu impriżi ikbar. Fil-fatt, skont il-Polonja, id-dħul tal-impriżi mhuwiex direttament, jew għallinqas mhuwiex esklussivament relatat mad-daqs tagħhom. |
|
(25) |
Rigward is-selettività tal-miżura, il-Polonja tikkontesta s-sistema ta' referenza identifikata mill-Kummissjoni u ssostni li jenħtieġ li t-tassazzjoni fuq id-dħul fis-settur tal-bejgħ bl-imnut li jaqbeż PLN 17-il miljun fix-xahar biss titqies bħala s-sistema ta' referenza. Hi mbagħad targumenta li r-raġuni għal dan hija l-fatt li d-dħul li ma jaqbiżx PLN 17-il miljun mhuwiex soġġett għat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut. Hi ssostni wkoll li t-tfassil tas-sistema la hu arbitrarju u lanqas ippreġudikat u li l-eżenzjoni mit-taxxa tapplika għall-persuni taxxabbli kollha. B'referenza għall-premessa 26 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, hi targumenta wkoll li ma setax jiġi konkluż li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat mingħajr ma tiddetermina r-rata unika ta' referenza li sservi bħala punt ta' referenza. |
|
(26) |
It-tieni nett, bħala risposta għall-premessa 32 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Polonja targumenta li r-rata medja tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut kif iddeterminata mill-Kummissjoni hi kostruzzjoni artifiċjali. Hi ssostni li l-istruttura tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut hi bbażata fuq rati speċifiċi assenjati ex ante lil żewġ gruppi speċifiċi li japplikaw b'mod ugwali għall-persuni taxxabbli kollha. Barra minn dan, il-“progressività maqsuma” mhijiex selettiva peress li r-rati mnaqqsa jiġu applikati fuq l-istess termini għall-impriżi kollha, irrispettivament mid-daqs tagħhom. Fil-fehma tal-Polonja, bħala konsegwenza ma hemm l-ebda trattament differenzjali ta' impriżi li jsibu ruħhom f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. |
|
(27) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Polonja targumenta li ma hemmx bżonn tippreżenta ġustifikazzjoni minħabba n-natura jew l-istruttura ġenerali tas-sistema. Madankollu, l-awtoritajiet Pollakki jisħqu li jenħtieġ li l-istruttura progressiva tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut u l-istruttura progressiva tat-taxxa fuq l-introjtu jibbenefikaw mill-istess trattament u jitqiesu ġustifikati għal skopijiet ta' ridistribuzzjoni. Madankollu, il-Polonja ma tipprovdi l-ebda argument ulterjuri li jappoġġja din il-ġustifikazzjoni allegata. |
|
(28) |
Rigward l-effett fuq il-kummerċ u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, il-Polonja ppreżentat l-istruttura tas-settur tal-bejgħ bl-imnut tagħha, u tinnota li l-ħwienet li jiġġeneraw l-ogħla dħul (f'ċentri kummerċjali) normalment jinsabu fl-irħula u dan jiżgura frekwenza ogħla ta' klijenti minn dawk li jinsabu 'l barra mill-ibliet, fejn il-klijenti jridu jġarrbu l-ispejjeż tal-ivvjaġġar. Min-naħa l-oħra, il-ħwienet żgħar primarjament jinsabu fi bliet żgħar u fil-kampanja, fejn il-każ ikun l-oppost (il-ħwienet huma inqas aċċessibbli u l-frekwenza u l-fatturat huma aktar baxxi). Hi osservat ukoll li l-prattiki tal-ottimizzazzjoni tat-taxxa jintużaw komunement fil-grupp ta' bejjiegħa bl-ogħla dħul, li twassalhom biex ma jħallsu l-ebda taxxa korporattiva u li l-bejjiegħa b'fatturat għoli jibbenefikaw minn ekonomiji ta' skala (aktar ma jbigħu, inqas ma jkunu l-ispejjeż għal kull unità) u għandhom tendenza li jeżerċitaw l-influwenza tagħhom biex inaqqsu l-marġini tal-produtturi u tal-fornituri għall-benefiċċju tagħhom stess. Finalment, hi nnutat li l-iżvilupp tal-kummerċ modern fil-Polonja dgħajjef b'mod sinifikanti s-segment tal-bejjiegħa bl-imnut indipendenti (51 % tas-suq fl-2008 u 37 % fl-2015). |
|
(29) |
Il-Polonja tikkonkludi li: (i) anki jekk it-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut titqies bħala selettiva, il-kompetizzjoni mhux ser tiġi distorta peress li l-bejjiegħa fuq skala kbira diġà għandhom vantaġġ kompetittiv sinifikanti fuq bejjiegħa żgħar u (ii) il-progressjoni fir-rati tat-taxxa tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut tillimita bidliet negattivi fix-xejra tal-kummerċ (l-għajbien tal-kummerċ fuq skala żgħira flimkien maż-żieda fil-kummerċ f'format kbir), li bħalissa qed jagħmlu distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(30) |
Finalment, il-Polonja targumenta li d-Deċiżjoni ta' Ftuħ mingħajr ġustifikazzjoni tillimita l-awtonomija tal-Istati Membri biex jiżviluppaw il-politika fiskali tagħhom. Skont il-Polonja, huwa f'idejn Stat li jiżviluppa l-istruttura ta' taxxa li qed tiġi introdotta, jiġifieri s-suġġett, il-bażi u r-rati tat-taxxa, li fil-fehma tal-politika fiskali segwita hija ideali. |
3.3. Kummenti minn partijiet interessati
|
(31) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mingħand il-partijiet interessati. |
4. VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA
|
(32) |
Bħala kwistjoni preliminari, u bi tweġiba għat-talba magħmula mill-Polonja bħala risposta għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ li t-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut tikkonċerna miżura ta' tassazzjoni diretta u li għalhekk il-Kummissjoni li teżerċita l-kompetenza tal-għajnuna mill-Istat tagħha tikkostitwixxi limiti mhux ġustifikabbli fuq l-awtonomija tagħha biex tiżviluppa l-politika fiskali tagħha, il-Kummissjoni tfakkar li, filwaqt li l-Istati Membri jitqiesu li jgawdu awtonomija fiskali fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, kwalunkwe miżura fiskali li Stat Membru jadotta trid tikkonforma mal-Artikolu 107 tat-Trattat (10). |
4.1. Eżistenza tal-għajnuna
|
(33) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li twassal għal distorsjoni jew għal theddida ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-provvediment ta' ċerti oġġetti hi, sa fejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, inkompatibbli mas-suq intern. Biex miżura tiġi klassifikata bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1), iridu jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni (11). Għalhekk huwa stabbilit sew li, biex miżura tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, qabel kollox, għandu jkun hemm intervent mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat; it-tieni, l-intervent irid ikun tali li jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri; it-tielet, irid jagħti vantaġġ selettiv lil impriża u, ir-raba', irid iwassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni (12). |
4.1.1. Riżorsi tal-Istat u imputabbiltà għall-Istat
|
(34) |
Biex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun kemm imputabbli lill-Istat kif ukoll iffinanzjata permezz ta' riżorsi tal-Istat. |
|
(35) |
Peress li t-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut tirriżulta minn Att tal-Parlament Pollakk, hija b'mod ċar imputabbli lill-Istat Pollakk. |
|
(36) |
Fir-rigward tal-finanzjament tal-miżura permezz tar-riżorsi tal-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja kontinwament sostniet li miżura li biha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu lil ċerti impriżi eżenzjoni mit-taxxa li, għalkemm ma tinvolvix trasferiment pożittiv ta' riżorsi tal-Istat, tpoġġi lill-persuni li tapplika għalihom f'sitwazzjoni finanzjarja aktar favorevoli minn kontribwenti oħrajn, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (13). Fil-premessi 37 sa 60, il-Kummissjoni ser turi li l-istruttura tar-rata progressiva tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut, deskritta fil-premessi 15 u 16, tirriżulta fir-rinunzja tal-Polonja tad-dħul mit-taxxa li kieku kienet tkun intitolata li tiġbor minn operaturi tal-bejgħ bl-imnut b'livell aktar baxx ta' fatturat (u għalhekk bejjiegħa bl-imnut iżgħar), li kieku kienu soġġetti għall-istess rata tat-taxxa effettiva fuq il-bejgħ bl-imnut bħall-operaturi tal-bejgħ bl-imnut b'livell ogħla ta' fatturat (u għalhekk bejjiegħa bl-imnut akbar). Id-diskriminazzjoni tal-istruttura tar-rata progressiva bejn il-bejjiegħa bl-imnut abbażi tad-daqs taghħom b'mod partikolari tirriżulta fir-rinunzja tal-Polonja tad-dħul mit-taxxa li kieku kienet tkun intitolata li tiġbor minn impriżi li jbigħu bl-imnut li joperaw taħt mudell tal-frankiġja meta mqabbla ma' impriżi tal-bejgħ bl-imnut li joperaw taħt mudell ta' kumpanija holding (14). Billi tirrinunzja dak id-dħul, it-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut tagħti lok għal telf ta' riżorsi tal-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (15). |
4.1.2. Vantaġġ
|
(37) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qrati tal-Unjoni, il-kunċett ta' għajnuna ma jkoprix biss il-benefiċċji pożittivi, iżda anki miżuri li, f'forom varji, jimmitigaw it-tariffi li normalment ikunu inklużi fil-baġit ta' impriża (16). Vantaġġ jista' jingħata permezz ta' tipi differenti ta' tnaqqis fil-piż tat-taxxa ta' kumpanija u, b'mod partikolari, permezz ta' tnaqqis fir-rata tat-taxxa applikabbli, fil-bażi taxxabbli jew fl-ammont ta' taxxa dovuta (17). Miżura li tinvolvi tnaqqis ta' taxxa jew imposta twassal għal vantaġġ għaliex tqiegħed lill-impriżi li tapplika għalihom f'pożizzjoni finanzjarja iktar favorevoli minn kontribwenti oħrajn u tirriżulta f'telf ta' introjtu għall-Istat (18). |
|
(38) |
L-Att jistabbilixxi struttura ta' rata progressiva li tapplika għall-impriżi kollha soġġetti għat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut u l-piż tat-taxxa mġarrab minn kull bejjiegħ bl-imnut jiddependi fuq il-gruppi li fihom jaqa' l-introjtu tiegħu. |
|
(39) |
Il-karattru progressiv tat-taxxa għandu l-effett li mhux l-ammont tat-taxxa biss iżda anki l-perċentwal medju tat-taxxa imposta fuq il-fatturat ta' bejjiegħ bl-imnut minn bejgħ bl-imnut jiżdied meta jiżdied il-fatturat tiegħu u jilħaq il-grupp superjuri li jmiss (19). Bħala riżultat, bejjiegħa bl-imnut b'fatturat baxx jew mhumiex soġġetti għat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut jew huma soġġetti għat-taxxa b'rati medji effettivi aktar baxxi tat-taxxa minn bejjiegħa bl-imnut b'fatturat għoli, biex b'hekk jitnaqqsu t-tariffi li impriżi b'fatturat baxx ikollhom iħallsu meta mqabbla ma' impriżi b'fatturat għoli. Peress li l-ammont ta' fatturat miksub minn impriża sa ċertu punt jikkorrelata mad-daqs ta' dik l-impriża, l-istruttura tar-rata progressiva taħt l-Att tista' titqies li tagħti vantaġġ ekonomiku fuq bejjiegħa bl-imnut iżgħar għad-detriment ta' bejjiegħa bl-imnut ikbar fil-forma ta' tnaqqis fil-piż tat-taxxa tagħhom u tnaqqis fir-rata medja effettiva tat-taxxa li għaliha huma soġġetti dawk l-impriżi. Fil-fatt, l-ispiża rrappreżentata mit-taxxa fi tmiem ix-xahar għal kull fatturat ta' PLN 100 ser tkun żero għall-impriżi b'fatturati totali li ma jaqbżux PLN 17-il miljun; ser tiżdied progressivament għal 0,8 % għal bejjiegħa bl-imnut b'fatturati totali li jaqbżu PLN 17-il miljun iżda li ma jaqbżux PLN 170 miljun; u ser tkompli tiżdied għal 1,4 % għal bejjiegħa bl-imnut b'fatturati totali li jaqbżu PLN 170 miljun kif jidher fit-tabella ta' hawn taħt:
|
|
(40) |
Id-diskriminazzjoni tal-istruttura tar-rata progressiva bejn il-bejjiegħa bl-imnut abbażi tad-daqs tagħhom tfisser ukoll li l-bejjiegħa bl-imnut individwali li joperaw bħala konċessjonarji taħt mudell ta' frankiġja jingħataw vantaġġ, peress li l-piż tat-taxxa tagħhom hu ddeterminat abbażi tal-fatturat fix-xahar tal-ħwienet individwali tagħhom mill-bejjiegħ bl-imnut, minflok abbażi tal-fatturat fix-xahar tal-katina sħiħa minn bejgħ bl-imnut bħal fil-każ ta' katini tal-imnut li joperaw taħt il-mudell ta' kumpanija holding (20). |
4.1.3. Selettività
|
(41) |
Miżura hija selettiva jekk tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti prodotti skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Għal skemi ta' għajnuna, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li jenħtieġ li s-selettività tal-miżura, fil-prinċipju, tiġi vvalutata permezz ta' analiżi maqsuma fi tliet stadji (21). L-ewwel jiġi identifikat ir-reġim tat-taxxa komuni jew normali applikabbli fl-Istat Membru: “is-sistema ta' referenza”. It-tieni, jenħtieġ li jiġi ddeterminat jekk miżura partikolari tikkostitwixxix deroga minn dik is-sistema peress li tiddistingwi bejn operaturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-objettivi intrinsiċi għas-sistema, ikunu f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. Jekk il-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix deroga mis-sistema ta' referenza, din ma tkunx selettiva. Jekk iva (u għalhekk tkun selettiva prima facie), irid ikun stabbilit, fit-tielet stadju tal-analiżi, jekk il-miżura derogatorja hijiex iġġustifikata mill-għamla jew l-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa ta' referenza (22). Jekk miżura selettiva prima facie tkun iġġustifikata min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema, mhijiex ser titqies selettiva u, b'hekk, ser taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
4.1.3.1.
|
(42) |
Is-sistema ta' referenza hija komposta minn sett ta' regoli konsistenti li ġeneralment japplikaw abbażi ta' kriterji oġġettivi għall-impriżi kollha li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tagħha kif definit mill-objettiv tagħha. |
|
(43) |
Għall-kuntrarju ta' dak li tisħaq il-Polonja, l-objettiv tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut ma jistax jingħad li huwa nefqa tal-baġit tal-finanzi taħt il-programm ta' benefiċċju għat-tfal Family 500+. Il-Polonja kkonfermat li d-dħul mit-taxxa ma jistax jiġi allokat kompletament u esklussivament biex jiffinanzja tip ta' nefqa predeterminata, sabiex ma tkunx ġiet stabbilita rabta allegata bejn il-kura tat-tfal u s-settur tal-bejgħ bl-imnut, lanqas rabta allegata bejn l-ispiża tal-programm għall-kura tat-tfal u d-daqs tal-fatturat tal-operaturi tal-bejgħ bl-imnut. Il-finanzjament tal-programm ta' benefiċċju għat-tfal Family 500+ ma jistax jitqies bħala objettiv intrinsiku għat-taxxa fuq il-bejgh bl-imnut. |
|
(44) |
Minflok, l-objettiv tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut hu li jiġi ntaxxat il-fatturat tal-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-bejgħ tal-oġġetti lil konsumaturi li huma persuni fiżiċi. Fid-dawl ta' dak l-objettiv, l-impriżi kollha li l-fatturat tagħhom ikun ġej mill-bejgħ tal-oġġetti lil persuni fiżiċi għandhom jitqiesu li jkunu f'sitwazzjoni fattwali u legali simili. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra s-sistema ta' referenza bħala t-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut applikabbli għall-fatturat tal-impriżi impenjati fil-bejgħ bl-imnut ta' kull xorta ta' oġġetti fil-Polonja. |
|
(45) |
Għall-kuntrarju ta' dak li tisħaq il-Polonja, (23) is-sistema ta' referenza ma għandhiex tkun limitata biss għal impriżi b'fatturat li jaqbeż PLN 17-il miljun minħabba l-fatt li taħt l-Att, il-fatturat fix-xahar mill-bejgħ bl-imnut iġġenerat mill-impriżi li ma jaqbiżx PLN 17-il miljun mhuwiex soġġett għat-taxxa. Dik l-esklużjoni tiġi applikata għall-impriżi kollha li l-fatturat tagħhom jiġi mill-bejgħ ta' oġġetti bl-imnut irrispettivament minn jekk jiksbux fatturat li jaqbeż jew li ma jaqbiżx PLN 17-il miljun. |
|
(46) |
Il-Kummissjoni wkoll ma tikkunsidrax li l-istruttura tar-rata progressiva stabbilita mill-Att tifforma parti mis-sistema ta' referenza. Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li mhux dejjem ikun biżżejjed li l-analiżi tas-selettività tiġi limitata għal jekk il-miżura tidderogax mis-sistema ta' referenza kif definita mill-Istat Membru (24). Hemm bżonn li jiġi evalwat ukoll jekk il-limiti ta' dik is-sistema tfasslux mill-Istat Membru b'mod konsistenti jew, inkella, tfasslux b'mod arbitrarju jew bi preġudizzju ċar, b'tali mod li jiffavorixxu lil ċerti impriżi fuq oħrajn. Inkella, minfok ma jistabbilixxi regoli ġenerali li japplikaw għall-impriżi kollha li minnhom issir deroga għal ċerti impriżi, l-Istat Membru jista' jikseb l-istess riżultat, filwaqt li jevita r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, billi jaġġusta u jgħaqqad ir-regoli tiegħu b'tali mod li, sa mill-applikazzjoni tagħhom, jirriżultaw f'piż differenti għal impriżi differenti (25). Huwa partikolarment importanti li jitfakkar li, f'dak ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat b'konsistenza li l-Artikolu 107(1) tat-Trattat ma jagħmilx distinzjoni bejn miżuri ta' intervent mill-Istat b'referenza għall-kawżi tagħhom jew l-iskopijiet tagħhom, iżda jiddefinixxihom b'rabta mal-effetti tagħhom u, b'hekk, b'mod indipendenti mit-tekniki użati (26). |
|
(47) |
Ir-riżultat tal-istruttura tar-rata progressiva stabbilita mill-Att hu li l-impriżi b'fatturat baxx mill-bejgħ bl-imnut jew li ma jkunux soġġetti għat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut jew li jkunu soġġetti għat-taxxa f'rati medji effettivi aktar baxxi – jiġifieri għal kull zloty ta' fatturat fix-xahar iġġenerat – minn impriżi b'fatturat għoli, biex b'hekk jitnaqqsu t-tariffi li l-impriżi b'fatturat baxx ikollhom iħallsu meta mqabbla mal-impriżi b'fatturat għoli. Minħabba li kull kumpanija hija ntaxxata b'rata medja effettiva tat-taxxa differenti, mhuwiex possibbli għall-Kummissjoni li tidentifika rata ta' referenza waħda. Il-Polonja wkoll ma ppreżentatx xi rata speċifika bħala r-rata ta' referenza jew ir-rata “normali” u lanqas ma spjegat għaliex rata ogħla tkun iġġustifikata minn ċirkostanzi eċċezzjonali għal operaturi fil-bejgħ bl-imnut b'livell għoli ta' fatturat, jew għaliex għandhom japplikaw rati iktar baxxi għal operaturi b'livelli ta' fatturati aktar baxxi. Għalhekk, l-effett tal-istruttura tar-rata progressiva tat-taxxa hu li impriżi differenti jħallsu rati ta' tassazzjoni effettivi differenti skont il-fatturat fix-xahar tagħhom u, għaldaqstant, skont id-daqs u l-mudell operattiv tagħhom. Għaldaqstant l-istruttura tar-rata tat-taxxa progressiva introdotta mill-Att jista' jingħad li hija mfassla speċifikament biex tiffavorixxi bejjiegħa bl-imnut iżgħar fuq dawk ikbar billi tapplika rati differenti ta' taxxa għall-fatturat fix-xahar iġġenerat mill-impriżi involuti fil-bejgħ tal-oġġetti lil konsumaturi li huma persuni fiżiċi u b'hekk l-impriżi b'fatturat aktar baxx jiġu soġġetti għal rata medja effettiva tat-taxxa aktar baxxa mill-impriżi b'fatturat ogħla, li għandhom tendenza li jkollhom sidien barranin (27), minkejja li ż-żewġ tipi ta' impriżi jkunu impenjati fl-istess attività. |
|
(48) |
Id-diskriminazzjoni tal-istruttura tar-rata progressiva tal-bejjiegħ bl-imnut abbażi tad-daqs tagħhom ukoll jista' jingħad li tiffavorixxi lill-bejjiegħa bl-imnut li joperaw taħt mudell ta' frankiġja jew b'mod indipendenti (pereżempju bħala kumpanija tal-liġi ċivili) meta mqabbla ma' dawk li joperaw taħt mudell ta' kumpanija holding. |
|
(49) |
Peress li l-Polonja fasslet it-taxxa b'tali mod li taffavorixxi ċerti impriżi (jiġifieri bejjiegħa bl-imnut b'livelli baxxi ta' fatturat – bejjiegħa bl-imnut iżgħar – u bejjiegħa bl-imnut li joperaw taħt mudell ta' frankiġja jew b'mod indipendenti (mhux f'katina)), u toħloq żvantaġġ għal oħrajn (jiġifieri bejjiegħa bl-imnut b'livelli ogħla ta' fatturat – bejjiegħa bl-imnut ikbar – u katini tal-imnut li joperaw taħt mudell ta' kumpanija holding), is-sistema ta' referenza hi selettiva mid-disinn b'mod li mhuwiex iġġustifikat fid-dawl tal-objettiv tat-taxxa, li hu li tintaxxa l-fatturat tal-operaturi kollha fil-bejgħ bl-imnut. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sistema ta' referenza xierqa fil-każ preżenti tkun l-impożizzjoni ta' taxxa b'rata unika (fissa) fuq il-fatturat fix-xahar iġġenerat mill-bejgħ bl-imnut, mingħajr ma l-istruttura tat-taxxa progressiva tkun parti minn dik is-sistema. |
4.1.3.2.
|
(50) |
Bħala t-tieni stadju, hemm bżonn li jiġi ddeterminat jekk il-miżura tidderogax mll-applikazzjoni tar-regoli ta' referenza favur ċerti impriżi li jkunu f'sitwazzjoni fattwali u legali simili fid-dawl tal-objettiv intrinsiku tas-sistema ta' referenza. |
|
(51) |
Taħt l-Artikolu 6(1) tal-Att, l-ebda taxxa ma tiġi imposta min-naħa tal-fatturat fix-xahar tal-bejjiegħ bl-imnut minn bejgħ bl-imnut li ma ma jaqbiżx PLN 17-il miljun. Għal numru sinifikanti ta' bejjiegħa bl-imnut, b'mod partikolari fis-sottosettur tal-merċa, dik l-eżenzjoni tfisser li huma kompletament eżentati minn kwalunkwe tassazzjoni fuq il-fatturat li jġibu mill-bejgħ bl-imnut tagħhom, peress li l-fatturat fix-xahar idderivat minn dik l-attività jaqa' taħt PLN 17-il miljun. Skont data disponibbli għall-pubbliku, (28) għax-xahar ta' Settembru 2016 inħarġu 109 dikjarazzjonijiet tat-taxxa li jistabbilixxu l-ammont ta' taxxa dovuta fuq il-bejgħ bl-imnut, filwaqt li skont l-istimi tal-Ministru tal-Finanzi tal-Polonja hemm madwar 200 000 operatur fil-bejgħ bl-imnut li joperaw fil-Polonja. Għaldaqstant, il-maġġoranza kbira tal-impriżi li joperaw fis-sottosettur tal-merċa tas-settur tal-bejgħ bl-imnut fil-Polonja jaqgħu taħt il-limitu stabbilit mill-Artikolu 6(1) u ma jħallsu l-ebda taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut. |
|
(52) |
Fir-rigward ta' bejjiegħa bl-imnut li jiksbu fatturat fix-xahar li jaqbeż PLN 17-il miljun: il-fatturat fix-xahar tagħhom taħt dak il-limitu hu eżentat mit-tassazzjoni; il-fatturat fix-xahar tagħhom li jaqbeż PLN 17-il miljun iżda li ma jaqbiżx PLN 170 miljun hu soġġett għal rata tat-taxxa ta' 0,8 %; u l-parti mill-fatturat tagħhom li taqbeż PLN 170 miljun tiġi ntaxxata f'rata ta' 1,4 %. |
|
(53) |
Il-Polonja tagħmel distinzjoni bejn “progressività maqsuma” u “progressività globali” u tisħaq li, peress li r-rati kollha tat-taxxa (jiġifieri l-eżenzjoni mit-taxxa ekwivalenti għal rata ta' 0 %, u r-rati ta' 1,4 % u 0,8 %) jiġu applikati fuq l-istess termini għall-impriżi kollha, ma hemm l-ebda deroga mis-sistema ta' referenza. Madankollu, iż-żewġ tipi ta' tassazzjoni progressiva jwasslu għall-applikazzjoni ta' rati medji effettivi lil kumpaniji differenti abbażi tal-fatturat tagħhom – li hu l-oġġett tat-tassazzjoni – u, fl-aħħar mill-aħħar, abbażi tad-daqs tagħhom. Kif juri l-eżempju li ġej ta' tliet bejjiegħa bl-imnut (persuni taxxabbli) li jiġġeneraw fatturati fix-xahar ta' PLN 10 miljuni, PLN 100 miljun u PLN 750 miljun rispettivament, minkejja li l-bejjiegħa kollha bl-imnut huma soġġetti għall-istess rati tat-taxxa u minkejja li l-istess porzjon tal-introjtu tagħhom jaqa' fi ħdan l-istess tliet gruppi, ir-rati medji effettivi tat-taxxa jvarjaw b'mod konsiderevoli. Fil-fatt, għal kull PLN 100 ta' fatturat iġġenerat, Bejjiegħ bl-imnut 1 ma jħallasx taxxa, Bejjiegħ bl-imnut 2 iħallas ammont ta' taxxa ta' madwar PLN 0,7 u Bejjiegħ bl-imnut 3 ammont ta' taxxa ta' madwar PLN 1,2.
|
|
(54) |
Kif turi din it-tabella, huma preċiżament ir-rati progressivi u l-gruppi li għalihom japplikaw li jagħmlu t-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut diskriminatorja bejn il-bejjiegħa bl-imnut (persuna taxxabbli) skont il-livell ta' fatturat tagħhom u għalhekk skont id-daqs tagħhom. Minħabba l-karattru progressiv tar-rati stabbiliti mill-Att, impriżi b'livelli għoljin ta' fatturat huma soġġetti kemm għal rati marġinali sostanzjalment ogħla kif ukoll għal rati medji tat-taxxa ogħla meta mqabbla ma' operaturi b'livelli baxxi ta' fatturat. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-istruttura tar-rata progressiva introdotta mill-Att tidderoga mis-sistema ta' referenza – li tikkonsisti fl-impożizzjoni ta' taxxa b'rata unika (fissa) fuq il-bejgħ bl-imnut tal-impriżi kollha involuti fin-negozju bl-imnut fil-Polonja – favur bejjiegħa bl-imnut b'fatturat aktar baxx u għalhekk bejjiegħa bl-imnut iżgħar. |
|
(55) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura tidderoga mis-sistema ta' referenza u li għalhekk hi selettiva prima facie. |
4.1.3.3.
|
(56) |
Wara li l-Kummissjoni tkun uriet li miżura tal-Istat tkun selettiva prima facie peress li tiddiskrimina bejn impriżi f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fid-dawl tas-sistema ta' referenza, hu f'idejn l-Istat Membru biex jipprovdi ġustifikazzjoni abbażi tan-natura jew tal-iskema ġenerali ta' dik is-sistema. Miżura li tidderoga mis-sistema ta' referenza mhijiex selettiva jekk tkun iġġustifikata min-natura jew mill-iskema ġenerali ta' dik is-sistema. Dan huwa l-każ li fih it-trattament selettiv ikun ir-riżultat ta' mekkaniżmi inerenti neċessarji għall-funzjonament u l-effettività tas-sistema (29). |
|
(57) |
Il-Polonja targumenta li jekk l-istruttura tar-rata progressiva tal-Att tinstab li tiddiskrimina, li hi tikkontesta, hi ġġustifikata fuq il-bażi tal-iskopijiet ridistributtivi tagħha, bħal fil-każ ta' taxxi bbażati fuq il-profitt. Il-Polonja tkompli tisħaq li l-impriżi b'livelli ogħla ta' fatturat għandhom kapaċità akbar biex iħallsu, li dawn l-impriżi jgawdu ekonomiji ta' skala, li dawn l-impriżi għandhom il-kapaċità li jeżerċitaw pressjoni fuq il-marġini tal-produtturi u tal-fornituri għall-benefiċċju tagħhom stess u li dawn l-impriżi spiss jużaw strateġiji ta' ottimizzazzjoni tat-taxxa. |
|
(58) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-Att jintaxxa l-impriżi fuq il-livell tal-fatturat tagħhom. Għall-kuntrarju tat-taxxi bbażati fuq il-profitt (30), taxxa bbażata fuq il-fatturat ma tqisx l-ispejjeż imġarrba fil-ġenerazzjoni tal-bejgħ. Għalhekk, it-taxxi fuq id-dħul minn negozju laqtu l-kumpaniji fir-rigward tad-daqs tagħhom aktar mill-profitabbiltà tagħhom jew mill-kapaċità tagħhom li jħallsu, mill-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw effiċjenzi li jirriżultaw minn ekonomiji ta' skala, mill-kapaċità tagħhom biex jinfluwenzaw il-marġini tal-produtturi u tal-fornituri għall-benefiċċju tagħhom stess, (31) u mill-kapaċità tagħhom li jisfruttaw l-istrateġiji tal-ottimizzazzjoni tat-taxxa allegati mill-Polonja. Għaldaqstant, l-ebda wieħed minn dawk il-fatturi ma jista' jikkostitwixxi ġustifikazzjoni għal taxxa progressiva imposta fuq il-fatturat ta' impriża. |
|
(59) |
Taxxi progressivi fuq id-dħul minn negozju jistgħu jiġu ġġustifikati biss bin-natura u bl-iskema ġenerali, jiġifieri l-loġika interna, tas-sistema fiskali jekk l-objettiv speċifiku segwit mit-taxxa jeħtieġ rati progressivi. Pereżempju, fil-każ ta' taxxa fuq id-dħul minn negozju maħsuba biex tindirizza xi esternalitajiet negattivi, ċertu livell ta' progressività jista' jiġi ġġustifikat jekk jintwera li l-esternalitajiet maħluqa mill-attivitajiet soġġetti għat-taxxa wkoll jiżdiedu progressivament meta l-fatturat (jew id-daqs) tal-kontribwent jiżdied. L-ebda ġustifikazzjoni ta' dan it-tip ma ngħatat mill-awtoritajiet Pollakki. |
|
(60) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li r-rati tat-taxxa progressiva tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut għandhom jiġu ġġustifikati min-natura u mill-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa ta' referenza. Għalhekk, il-miżura tagħti vantaġġ selettiv lil impriżi li jbigħu bl-imnut b'livell ta' fatturat aktar baxx (u għalhekk impriżi iżgħar). |
4.1.4. Distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ intra-UE
|
(61) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, miżura trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u jkollha effett fuq il-kummerċ intra-Unjoni sabiex tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
|
(62) |
It-taxxa fuq il-bejgħ bl-introjtu tapplika għall-impriżi kollha li l-fatturat tagħhom ikun ġej minn ċertu bejgħ bl-imnut fil-Polonja. In-negozju bl-imnut fil-Polonja hu miftuħ għall-kompetizzjoni u hu kkaratterizzat mill-preżenza ta' operaturi minn Stati Membri oħra. Bl-istess mod, operaturi fil-bejgħ bl-imnut stabbiliti fil-Polonja jista' jkollhom – jew fil-futur jistgħu jiżviluppaw – attivitajiet fi Stati Membri oħra. Għalhekk, kull għajnuna favur ċerti operaturi tal-industrija tista' taffettwa l-kummerċ fl-UE. |
|
(63) |
Fil-fatt, il-progressività tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut għandha influwenza fuq is-sitwazzjoni kompetittiva tal-impriżi soġġetti għaliha. Sa fejn il-miżura teżenta lill-impriżi b'livelli aktar baxxi ta' fatturat minn obbligazzjoni ta' taxxa li kieku kienu jkunu obbligati li jħallsu, li kieku kienu soġġetti għall-istess rata tat-taxxa bħall-impriżi b'livelli ogħla ta' fatturat, il-vantaġġ selettiv mogħti taħt dawk il-miżuri jikkostitwixxi għajnuna operatorja. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet b'mod konsistenti li l-għajnuna operatorja tfixkel il-kompetizzjoni, għalhekk kwalunkwe għajnuna mogħtija lil dawk l-impriżi għandha titqies li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi ssaħħaħ il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom fis-suq tal-bejgħ bl-imnut Pollakk. Bl-istess mod, rati ogħla tat-taxxa għall-bejjiegħa bl-imnut (b'fatturat ogħla) jistgħu jiskoraġġixxu l-bejgħ tal-bejjiegħa bl-imnut kbar u jnaqqsu s-sehem tagħhom mis-suq jew jisfurzawhom joħorġu mis-suq. Il-kompetizzjoni titfixkel peress li l-bejjiegħa bl-imnut ma jikkompetux biss abbażi tal-effiċjenza u tal-kompetittività tagħhom fis-suq iżda anki jaffaċċjaw trattament differenzjat tat-taxxa skont il-livell ta' fatturat tagħhom li ma jkunx iġġustifikat minn esternalitajiet negattivi li jimponu. |
|
(64) |
Rigward l-osservazzjonijiet tal-Polonja li jirrigwardaw l-istruttura tas-settur tal-bejgħ bl-imnut, il-Kummissjoni tinnota li l-fatt li l-Polonja targumenta (32) li r-rati tat-taxxa progressiva jillimitaw bidliet negattivi fix-xejra tal-kummerċ (l-għajbien ta' kummerċ fuq skala żgħira flimkien maż-żieda fil-kummerċ fuq skala kbira), li skont il-Polonja bħalissa qed ifixklu l-kompetizzjoni, ma jikkostitwixxi xejn ħlief il-konferma li l-miżura ġiet adottata bl-għan li tinfluwenza l-ambjent kompetittiv fis-settur tal-bejgħ bl-imnut fil-pajjiż. |
|
(65) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u li għandha effett fuq il-kummerċ intra-Unjoni. |
4.1.5. Konklużjoni
|
(66) |
Peress li l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti mill-Artikolu 107(1) tat-Trattat huma ssodisfati, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut flimkien mal-istruttura tar-rata tat-taxxa progressiva tagħha jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira ta' dik id-dispożizzjoni. |
4.2. Kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern
|
(67) |
Għajnuna mill-Istat għandha titqies kompatibbli mas-suq intern jekk taqa' fi ħdan waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat (33) u tista' titqies kompatibbli mas-suq intern jekk tinstab mill-Kummissjoni bħala li taqa' taħt xi waħda mill-kategoriji elenkati fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat (34). Madankollu, huwa l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna li jġarrab l-oneru tal-provi li l-għajnuna mill-Istat mogħtija minnu hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107(2) jew 107(3) tat-Trattat (35). |
|
(68) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Pollakki ma pprovdew l-ebda argument għaliex it-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut tkun kompatibbli mas-suq intern. Il-Polonja ma kkummentatx fuq id-dubji espressi fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ fir-rigward tal-komparabbiltà tal-miżura. |
|
(69) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li ma tapplika l-ebda waħda mill-eċċezzjonijiet imsemmijin fid-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq, peress li l-miżura ma tidhirx li hija mmirata sabiex jinkiseb wieħed mill-objettivi elenkati f'dawk id-dispożizzjonijiet. Konsegwentement, il-miżura ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern. |
4.3. Rkupru tal-għajnuna
|
(70) |
L-Att qatt ma ġie nnotifikat u lanqas ma ġie ddikjarat kompatibbli mas-suq intern mill-Kummissjoni. Peress li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għajnuna ġdida skont it-tifsira tal-Artikolu 1(c) tar-Regolament (UE) 2015/1589 li ddaħħlet fis-seħħ bi ksur tal-obbligu ta' status quo stipulat fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat, dik il-miżura tikkostitwixxi wkoll għajnuna illegali skont it-tifsira tal-Artikolu 1(f) tar-Regolament (UE) 2015/1589. |
|
(71) |
Il-konsegwenza tas-sejba li l-Att jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali u inkompatibbli hija li l-għajnuna trid tiġi rkuprata mingħand il-benefiċjarji tagħha skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/1589. |
|
(72) |
Madankollu, bħala riżultat tal-inġunzjoni ta' sospensjoni maħruġa mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tagħha, permezz tal-ittra tas-7 ta' Novembru 2016 il-Polonja kkonfermat li kienet issospendiet il-pagament tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut taħt l-Att. |
|
(73) |
Għaldaqstant, effettivament ma ngħatat l-ebda għajnuna mill-Istat b'din il-miżura. Għalhekk, ma hemmx bżonn li jkun meħtieġ irkupru. |
5. KONKLUŻJONI
|
(74) |
Il-Kummissjoni ssib li l-Polonja implimentat illegalment l-għajnuna inkwistjoni bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
|
(75) |
Din id-deċiżjoni ma tippreġudikax il-proċedimenti possibbli skont l-Artikolu 258 tat-TFEU dwar il-konformità tal-miżura mal-libertajiet fundamentali stabbiliti fit-Trattat, b'mod partikolari l-libertà ta' stabbiliment kif iggarantit mill-Artikolu 49 tat-Trattat, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut flimkien mal-istruttura tar-rati tat-taxxa progressiva kif introdotti bl-Att tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-taxxa tal-bejgħ bl-imnut tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li daħal fis-seħħ b'mod illegali mill-Polonja bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.
Artikolu 2
Il-Polonja għandha tikkanċella l-pagamenti pendenti kollha tal-għajnuna taħt il-miżura msemmija fl-Artikolu 1 b'effett mid-data tal-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.
Artikolu 3
Il-Polonja għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data ta' notifika ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
1. Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, il-Polonja għandha tissottometti deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li tkun diġà ħadet u ppjanat sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni;
2. Il-Polonja għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni. Għandha tissottometti minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, informazzjoni dwar il-miżuri li jkunu diġà ttieħdu u dawk ippjanati għal konformità ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Polonja.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 406, 4.11.2016, p. 76.
(2) Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ Emenda tat-tariffa ta' spezzjoni tal-katina alimentari tal-Ungerija (ĠU C 277, 21.8.2015, p. 12); Ara wkoll id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-każijiet li ġejjin: SA.39235 – Taxxa Ungeriża fuq ir-reklamar (ĠU C 136, 24.4.2015, p. 7; u SA.41187 - Kontribuzzjoni Ungeriża għas-saħħa min-negozji tal-industrija tat-tabakk (ĠU C 277, 21.8.2015, p. 24).
(3) Ara l-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2016, punt 1155.
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(5) Ara n-nota [1] f'qiegħ il-paġna.
(6) Ara l-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2016, punt 1723.
(7) Ara l-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2016, punt 2099.
(8) L-Artikolu 3(4) tal-Att jipprovdi d-definizzjoni ta' bejjiegħa bl-imnut.
(9) F'rata ta' 1 PLN ≈ EUR 0,238.
(10) Ara l-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni, EU:C:2006:416, il-para. 81; il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P, Il-Kummissjoni vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit EU:C:2011:732; il-Kawża C-417/10 3M Italia, EU:C:2012:184, il-para. 25, u d-Digriet fil-Kawża C-529/10, Safilo, EU:C:2012:188, il-para. 18; Ara wkoll il-Kawża T-538/11, Il-Belġju vs il-Kummissjoni, EU:T:2015:188, il-para. 66.
(11) Ara l-Kawża C-399/08 P Il-Kummissjoni vs Deutsche Post EU:C:2010:481, il-paragrafu 38 u l-ġurisprudenza ċċitata.
(12) Ara l-Kawża C-399/08 P Il-Kummissjoni vs Deutsche Post EU:C:2010:481, il-paragrafu 39 u l-ġurisprudenza ċċitata.
(13) Ara l-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P Il-Kummissjoni vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit, EU:C:2011:732, il-paragrafu 72 u l-ġurisprudenza ċċitata fihom.
(14) Impriżi li jbigħu bl-imnut li huma s-sidien ta' u li joperaw diversi ħwienet ta' katina tal-imnut u, għall-iskop tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut, jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda.
(15) Ara l-Kawża C-169/08 Presidente del Consiglio dei Ministri EU:C:2009:709, il-paragrafu 58.
(16) Il-Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline EU:C:2001:598, il-paragrafu 38.
(17) Ara l-Kawża C-66/02 L-Italja vs Il-Kummissjoni EU:C:2005:768, il-paragrafu 78; il-Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze u Oħrajn EU:C:2006:8, il-paragrafu 132; il-Kawża C-522/13 Ministerio de Defensa u Navantia EU:C:2014:2262, il-paragrafi 21 sa 31.
(18) Il-Kawżi Magħquda C-393/04 u C-41/05 Air Liquide Industries Belgium EU:C:2006:403, il-paragrafu 30 u l-Kawża C-387/92 Banco Exterior de Espana EU:C:1994:100, il-paragrafu 14.
(19) Ikkalkulat bħala ammont ta' taxxa dovut minn kontribwent f'xahar partikolari diviż bil-fatturat ta' dak il-kontribwent f'dak ix-xahar.
(20) F'mudell ta' frankiġja, kull konċessjonarju hu persuna taxxabbli differenti. Fis-sitwazzjoni probabbli fejn il-konċessjonarju biss ikun is-sid u jopera ħanut wieħed, it-taxxa fuq id-dħul minn negozju tapplika fuq il-fatturat ta' dak il-ħanut waħdieni. Fil-mudell ta' kumpanija holding il-ħanut waħdieni mhuwiex persuna taxxabbli. It-taxxa u l-iskeda tar-rata progressiva tagħha japplikaw fuq il-fatturat aggregat tal-ħwienet kollha tal-kumpanija holding.
(21) Ara, pereżempju, il-Kawża C-279/08 P il-Kummissjoni vs in-Netherlands (NOx) EU:C:2011:551; il-Kawża C-143/99 Adria-Wien Pipeline EU: C: 2001:598, il-Kawżi Konġunti C-78/08 sa C-80/08, Paint Graphos u oħrajn EU:C:2011;550 u EU:C:2010:411, Kawża C-308/01 GIL Insurance EU:C:2004:252 u EU:C:2003;481.
(22) L-Avviż tal-Kummissjoni fuq l-applikazzjoni tar-regoli ta' għajnuna mill-Istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni tan-negozju dirett (ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3).
(23) Ara l-premessa 25.
(24) Il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P Il-Kummissjoni u Spanja vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit EU:C:2011:732.
(25) Ibid, il-paragrafu 92.
(26) Il-Kawża C-487/06 P British Aggregates vs Il-Kummissjoni EU:C:2008:757, il-paragrafi 85 u 89 u l-ġurisprudenza ċċitata, u l-Kawża C-279/08 P Il-Kummissjoni vs in-Netherlands (NOx) EU:C:2011:551, il-paragrafu 51.
(27) Il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P Il-Kummissjoni u Spanja vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit EU:C:2011:732.
(28) Ara https://www.wiadomoscihandlowe.pl/artykuly/podatek-handlowy-w-praktyce-wiemy-ile-firm-zlozylo,9669/5. L-ammont ta' taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut iddikjarat mill-kontribwenti kollha kien PLN 114-il miljun għal dak ix-xahar. Madwar 70 % ta' dak l-ammont, jiġifieri PLN 78,9 miljun, hu dovut mill-akbar 10 bejjiegħa bl-imnut li joperaw fil-Polonja u 12-il operatur fil-bejgħ bl-imnut biss kienu soġġetti għall-ogħla rata tat-taxxa ta' 1,4 %. Ara wkoll “ Rynek detalicznego handlu spożywczego w Polsce ”, Fundacja Republikańska, Varsovie 2016 dwar in-numru ta' operaturi fil-bejgħ bl-imnut fil-Polonja.
(29) Ara pereżempju l-Kawżi Magħquda C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos u oħrajn, EU:C:2011:550. il-paragrafu 69.
(30) Ara l-Avviż tal-Kummissjoni fuq l-applikazzjoni tar-regoli ta' għajnuna tal-Istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni tan-negozju dirett (ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3), il-para. 24. Id-dikjarazzjoni dwar l-iskop ridistributtiv li jista' jiġġustifika rata tat-taxxa progressiva hija magħmula biss b'mod espliċitu fir-rigward ta' taxxi fuq profitti jew introjtu (nett), u mhux fir-rigward ta' taxxi fuq il-fatturat.
(31) Barra minn hekk, netwerk ta' konċessjonarji li joperaw taħt l-istess marka jistgħu wkoll kollettivament jeżerċitaw influwenza simili fuq il-marġini tal-produtturi u tal-fornituri bħala operaturi integrati kbar u possibbilment jabbużaw minnha. Madankollu, jiġu ttrattati b'mod differenti għall-iskop tat-taxxa fuq il-bejgħ bl-imnut.
(32) Ara s-sottomissjoni tal-Polonja tas-7 ta' Novembru 2016 lill-Kummissjoni bħala risposta għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ.
(33) L-eċċezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat jikkonċernaw: (a) għajnuna ta' bixra soċjali mogħtija lil konsumaturi individwali; (b) għajnuna sabiex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkaġunata minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali; u (c) għajnuna mogħtija lil ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
(34) L-eċċezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat jikkonċernaw: (a) għajnuna għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta' ċerti żoni; (b) għajnuna għal ċerti proġetti importanti ta' interess Ewropew komuni jew sabiex tirrimedja għal disturb serju fl-ekonomija tal-Istat Membru; (c) għajnuna sabiex jiġu żviluppati ċerti attivitajiet jew oqsma ekonomiċi; (d) għajnuna sabiex jiġu promossi l-kultura u l-konservazzjoni tal-wirt storiku; u (e) għajnuna speċifikata minn deċiżjoni tal-Kunsill.
(35) Il-Kawża T-68/03 Olympiaki Aeroporia Ypiresies v Il-Kummissjoni EU:T:2007:253 il-paragrafu 34.