Official Journal L 161 , 27/06/1990 P. 0025 - 0026
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0008
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 33 P. 0008
Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1737/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 109/80 dwar l-applikazzjoni tar-rata ta’ rifużjoni l-iktar baxxa fuq l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti fis-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta’Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1235/89 [2], u partikolarment Artikolu 9(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1235/89, u partikolarment Artikolu 9(3) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2774/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 li jippreskrivi regoli ġenerali għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni tal-bajd u l-kriterji li jiffissaw l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet [4], u partikolarment Artikolu 7(2) tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2779/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 li jippreskrivi regoli ġenerali għall-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ laħam tat-tjur u l-kriterji li jiffissaw l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet [5], u partikolarment Artikolu 7(2) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 109/80 [6] jindika l-intestaturi jew is-subintestaturi ta’ prodotti li għalihom il-fatt li ebda rifużjoni ta’ flus fuq esportazzjonijiet lejn l-Istati Uniti tal-Amerika m’hi fissata m’għandux jiġi meqjus f’ċerti każi; Billi, biex jitqiesu ċ-ċirkostanzi preżenti fir-Repubblika Demokratika Ġermaniża u l-effetti tagħhom fuq is-sitwazzjoni tas-suq, ebda rifużjoni m’għandha tiġi fissata fuq bajd u prodotti tal-laħam tat-tjur esportati lejn dak il-pajjiż; billi l-fatt li l-għotja lura mhix fissa m’għandux jitqies biex tiġi determinata l-aktar rata baxxa ta’ rifużjoni; Billi prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 16023911 u li għalihom rifużjoni fuq l-esportazzjonijiet għall-Istati Uniti tal-Amerika jew lejn ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża mhijiex fissata għandhom jiżdiedu mal-prodotti msemmija fir-Regolament (KEE) Nru 109/80; Billi Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 192/75 [7] kien sostitwit b’Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [8]; Billi l-miżuri li jiddisponi għalihom dan ir-Regolament jaqblu mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 109/80 qed jiġi hawn mibdul b’dan li ġej: "Artikolu 1 Il-fatt li ebda rifużjoni m’hi fissata għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 010511, 010519, 0207 (esklużi 020731, 02073990 u 020750), 0407, 0408 u 16023911 u li huma esportati lejn l-Istati Uniti tal-Amerika jew lejn ir-Repubblika Demokratika Ġermaniża m’għandux jitqies: - biex tkun stabbilita r-rata l-iktar baxxa ta’ rifużjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3665/87 [9], - biex jiġu applikati Artikoli 4(7) u 5 (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 565/80 [10]." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu jibda japplika b’effett mit-2 ta’Ġunju 1990. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, 26 ta’Ġunju 1990. Għall-Kummissjoni Ray Mac Sharry Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 49. [2] ĠU L 128, tal-11.5.1989, p. 29. [3] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 77. [4] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 68. [5] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 90. [6] ĠU L 14, tad-19.1.1980, p. 30. [7] ĠU L 25, tal-31.1.1975, p. 1. [8] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1. [9] ĠU L 351, ta’ l-14.12.1987, p. 1. [10] ĠU No L 62, tas-7.3.1980, p. 5. --------------------------------------------------