<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-355/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0355</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:369">EU:T:2021:369</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20210616">16.6.2021</DATE> – Kawża T‑355/19 R (<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>)</HT></P><P><HT TYPE="SC">CE vs Il‑Kumitat tar‑Reġjuni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Seba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20210616">16 ta’ Ġunju 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Membri tal-persunal temporanju</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt għal żmien indeterminat</KEYWORD><KEYWORD>Xoljiment antiċipat b’avviż tat-temm ta’ impjieg</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg</KEYWORD><KEYWORD>Terminazzjoni tar-rabta ta’ fiduċja</KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg</KEYWORD><KEYWORD>Użu ħażin ta’ proċedura</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet tad-difiża</KEYWORD><KEYWORD>Żball manifest ta’ evalwazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑355/19,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">CE</HT>, irrappreżentata minn M. Casado García-Hirschfeld, avukata,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il‑Kumitat tar‑Reġjuni</HT>, irrappreżentat minn S. Bachotet u M. Esparrago Arzadun, bħala aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukata,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, prinċipalment, tad-deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20190416">16 ta’ April 2019</DATE> li permezz tagħha l-Kumitat tar-Reġjuni xolja l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti u, sussidjarjament, tal-ittra tas‑<DATE ISO="20190516">16 ta’ Mejju 2019</DATE> li permezz tagħha estenda d-data sa meta r-rikorrenti setgħet tirkupra l-effetti personali tagħha u jkollha aċċess għall-indirizz elettroniku tagħha matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni materjali u morali li r-rikorrenti allegatament sostniet minħabba dawn id-deċiżjonijiet,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla),</P><P>komposta minn R. da Silva Passos, President, I. Reine u M. Sampol Pucurull (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: M. Marescaux, amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tal‑<DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>, ir-rikorrenti fetħet din il-kawża. Permezz ta’ att separat, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-istess jum, ir-rikorrenti ressqet talba għal miżuri provviżorji, ibbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, prinċipalment, tad-deċiżjoni kkontestata u, sussidjarjament, tal-ittra tas‑<DATE ISO="20190516">16 ta’ Mejju 2019</DATE> u, min-naħa l-oħra, għall-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji dwar il-modalitajiet tal-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg. B’applikazzjoni tal-Artikolu 91(4) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-proċedura fil-kawża prinċipali ġiet sospiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190712">12 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>KE vs Il‑Kumitat tar‑Reġjuni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑355/19 R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:543">EU:T:2019:543</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-President tal-Qorti Ġenerali ċaħad it-talba għal miżuri provviżorji tar-rikorrenti, għar-raġuni li din ma kinitx stabbilixxiet suffiċjentement skont il-liġi l-urġenza għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-atti msemmija, u rriżerva l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 91(4) tar-Regolamenti tal-Persunal, il-proċedura fil-kawża prinċipali tkompliet, wara l-adozzjoni, fl‑<DATE ISO="20191010">10 ta’ Ottubru 2019</DATE>, tad-deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-kompożizzjoni tal-Qorti Ġenerali nbidlet, permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE>, il-President tal-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 27(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, assenja mill-ġdid il-kawża lil imħallef relatur ġdid, assenjat lis-Seba’ Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20191018">18 ta’ Ottubru 2019</DATE>, ir-rikorrenti talbet l-anonimità skont l-Artikolu 66 tar-Regoli tal-Proċedura. Permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20191029">29 ta’ Ottubru 2019</DATE>, il-Qorti Ġenerali laqgħet din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl‑<DATE ISO="20200520">20 ta’ Mejju 2020</DATE>, ir-rikorrenti talbet li tinżamm seduta skont l-Artikolu 106(2) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20200924">24 ta’ Settembru 2020</DATE>, il-Qorti Ġenerali, fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura, għamlet diversi mistoqsijiet bil-miktub lill-partijiet għal tweġiba orali matul is-seduta u talbet li jiġu ppreżentati ċerti dokumenti lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Kumitat tar-Reġjuni kkonforma ma’ din it-talba fit-terminu mogħti lilu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Is-sottomissjonijiet orali tal-partijiet u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tal‑<DATE ISO="20201210">10 ta’ Diċembru 2020</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, sussidjarjament, l-ittra tas‑<DATE ISO="20190516">16 ta’ Mejju 2019</DATE>;</P></ITEM><ITEM><P>tordna l-kumpens għad-dannu materjali sostnut, li jammonta għas-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">19200</FT>, u għad-dannu morali sostnut, stmat għal EUR 83 208.24;</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>tikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-Kumitat tar-Reġjuni jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talbiet għal annullament</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ proċedura u fuq ksur tal-Artikoli 47 u 49 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u tal-Artikoli 23 u 24 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni ma kinitx awtorizzata ixxolji unilateralment il-kuntratt tagħha b’avviż tat-temm ta’ impjieg, konformement mal-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, filwaqt li ssospendiha mill-funzjonijiet tagħha, bis-saħħa tal-Artikolu 49(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, mingħajr ma tosserva r-regoli li jirregolaw l-adozzjoni tal-miżura amministrattiva ta’ sospensjoni, kif stabbiliti mill-Artikoli 23 u 24 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal. Għaldaqstant, ir-rikorrenti tqis li deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ li tipprevedi kemm ix-xoljiment tal-kuntratt tagħha skont l-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg kif ukoll is-sospensjoni tal-funzjonijiet tagħha matul il-perijodu kollu tal-avviż tat-temm ta’ impjieg tikkostitwixxi, konformement mal-ġurisprudenza, użu ħażin ta’ proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fir-replika, ir-rikorrenti tippreċiża li, kuntrarjament għad-dikjarazzjonijiet tal-Kumitat tar-Reġjuni, id-deċiżjoni kkontestata ma tinkludix <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>eżenzjoni milli twettaq<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, iżda miżura ta’ sospensjoni. F’dan ir-rigward, hija tenfasizza li, konformement mal-ġurisprudenza, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>eżenzjoni milli twettaq<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> tirreferi għal awtorizzazzjoni li ma tagħmilx dak li huwa preskritt. Issa, id-deċiżjoni kkontestata imponiet fuqha l-obbligu li ma teżerċitax il-funzjonijiet tagħha matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li ż-żamma tas-salarju tagħha matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg ma huwiex element rilevanti f’dan ir-rigward. Skont ir-rikorrenti, huwa evidenti li l-eżenzjoni mis-servizz li ġiet imposta fuqha ftit li xejn hija differenti minn sospensjoni mill-funzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tirrileva li l-Kumitat tar-Reġjuni ma jistax jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu li jissospendiha mill-funzjonijiet tagħha matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg minħabba impossibbiltà li dan il-perijodu jiġi aġġustat b’mod ieħor, li jirriżulta mill-interess<?PAGE NO="4"?> tas-servizz. Hija ssostni f’dan ir-rigward li, jekk il-Kumitat tar-Reġjuni jqis li l-aġir tagħha kien jammonta għal motiv gravi li jista’ jwassal għat-tkeċċija tagħha mingħajr avviż tat-temm ta’ impjieg, huwa kellu jiftaħ proċedura dixxiplinari fil-konfront tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Il-Kumitat tar-Reġjuni jikkontesta l-argumenti tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-użu ħażin ta’ proċedura jikkostitwixxi espressjoni partikolari tal-kunċett ta’ użu ħażin ta’ poter, li għandha portata preċiża li tirreferi għall-użu tal-poteri tagħha minn awtorità amministrattiva għal għan differenti minn dak li għalih ingħatawlha l-poteri. Att huwa vvizzjat b’użu ħażin ta’ poter biss jekk jidher, fuq il-bażi ta’ indizji oġġettivi, rilevanti u konsistenti, li ġie adottat bil-għan esklużiv, jew għall-inqas determinanti, li jiġu milħuqa għanijiet oħra għajr dawk stabbiliti jew li tiġi evitata proċedura speċjalment prevista mir-Regolamenti tal-Persunal sabiex tirrimedja għaċ-ċirkustanzi tal-każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191016">16 ta’ Ottubru 2019</DATE>, <NAME.CASE>ZV vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑684/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:748">EU:T:2019:748</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-proċedura li tippermetti li jiġi xolt il-kuntratt għal żmien indeterminat ta’ membru tal-persunal temporanju, mill-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jirriżulta li l-impjieg jintemm fi tmiem il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg previst f’dan il-kuntratt. Barra minn hekk, l-Artikolu 49(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg jipprevedi li, wara li tintemm il-proċedura dixxiplinari prevista fl-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli b’analoġija, ir-reklutaġġ jista’ jiġi xolt mingħajr avviż tat-temm ta’ impjieg għal raġunijiet dixxiplinari fil-każ ta’ nuqqas serju ta’ twettiq tal-obbligi li l-membru tal-persunal temporanju huwa obbligat iwettaq, volontarjament jew b’negliġenza, u li, qabel tali xoljiment, il-membru tal-persunal ikkonċernat jista’ jkun suġġett għal miżura ta’ sospensjoni fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 23 u 24 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont ġurisprudenza stabbilita, minħabba s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa li għandha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ f’każ ta’ nuqqas li jista’ jiġġustifika t-tkeċċija ta’ membru tal-persunal temporanju, xejn ma jobbligaha tibda proċedura dixxiplinari kontra dan tal-aħħar pjuttost milli tirrikorri għall-possibbiltà ta’ xoljiment unilaterali tal-kuntratt prevista fl-Artikolu 47(c) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u huwa biss fil-każ fejn l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ għandha l-intenzjoni li tkeċċi membru tal-persunal temporanju mingħajr avviż tat-temm ta’ impjieg, fil-każ ta’ nuqqas serju ta’ twettiq tal-obbligi tiegħu, li huwa xieraq li tinbeda, konformement mal-Artikolu 49(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, il-proċedura dixxiplinari organizzata fl-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal għal uffiċjali u applikabbli b’analoġija għal membru tal-persunal temporanju (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190402">2 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>Fleig vs SEAE</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑492/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:211">EU:T:2019:211</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> (mhux ippubblikata) u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li x-xoljiment tal-kuntratt tar-rikorrenti kien immotivat essenzjalment mit-terminazzjoni tar-rabta ta’ fiduċja bejn il-grupp u r-rikorrenti, minħabba ġestjoni mhux xierqa tal-kollaboraturi tagħha u tal-impatt li l-imsemmija ġestjoni kellha fuq is-saħħa tagħhom, mingħajr ma nstab motiv dixxiplinari kontra r-rikorrenti fid-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni għażlet li xxolji l-kuntratt tar-rikorrenti skont l-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, u mhux li tapplika l-Artikolu 49(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, bħala prinċipju, l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni kienet awtorizzata xxolji l-kuntratt tar-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, qabel l-iskadenza tiegħu u b’avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ sitt xhur, mingħajr ma jkollha tipproċedi għall-ftuħ ta’ proċedura dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Madankollu, huwa indikat ukoll fid-deċiżjoni kkontestata li, sa fejn ir-relazzjonijiet diretti tax-xogħol tar-rikorrenti mal-kollaboraturi tagħha kienu jirriskjaw li jiddegradaw is-saħħa ta’ dawn tal-aħħar u li jżommu ambjent ta’ xogħol diffiċli, hija kienet eżentata milli tipprovdi s-servizzi li jirriżultaw mill-kuntratt tagħha matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ sitt xhur filwaqt li kienet żgurata li żżomm ir-remunerazzjoni tagħha u s-servizzi soċjali marbuta mal-kuntratt tagħha. Barra minn hekk, fid-deċiżjoni kkontestata, l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni ppreċiżat li r-rikorrenti setgħet taċċedi għall-uffiċċju tagħha sabiex tirkupra l-effetti personali tagħha fi żmien ġimagħtejn wara l-bidu tal-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg u li l-uffiċċju sussegwentement jintuża mill-istituzzjoni skont il-bżonnijiet tagħha u ma jibqax aċċessibbli għar-rikorrenti. Barra minn hekk, hija indikat li l-aċċess għall-indirizz elettroniku tagħha jsir biss fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>modalità ta’ qari<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> matul ix-xahar ta’ wara l-bidu tal-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg, qabel dan l-indirizz elettroniku jiġi ddiżattivat b’mod awtomatiku. Fl-aħħar, konformement mad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti żammet id-dritt li taċċedi għall-bini tal-Kumitat tar-Reġjuni matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg, iżda kellha madankollu trodd lura l-karta ta’ servizz tagħha li kienet ser tiġi ssostitwita b’karta ġdida, u għalhekk hija prekluża milli taċċedi għal-laqgħat tal-bureau tal-grupp u għas-seduti plenarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-konsegwenzi li l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni kellha l-intenzjoni li tislet mit-terminazzjoni tar-rabta ta’ fiduċja kienu, ċertament, jikkonsistu prinċipalment fix-xoljiment tal-kuntratt tar-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, iżda wkoll, b’mod anċillari, fl-aġġustamenti tal-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg previst sa fejn dawn kienu jimplikaw bidla sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħha, inkluża l-eżenzjoni milli tipprovdi s-servizzi ta’ xogħol li jirriżultaw mill-kuntratt tagħha matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, għalkemm l-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ma jipprevedix b’mod espliċitu li l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-membru tal-persunal li l-kuntratt tiegħu jiġi xolt jistgħu jiġu aġġustati matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg, b’tali mod li dan il-perijodu huwa preżunt li jikkostitwixxi perijodu ta’ xogħol normali, xorta jibqa’ l-fatt li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fl-organizzazzjoni tas-servizzi tagħhom u fl-assenjazzjoni tal-persunal li jinsab għad-dispożizzjoni tagħhom, sakemm din l-assenjazzjoni hija fl-interess tas-servizz u li tirrispetta l-ekwivalenza ta’ impjiegi inkluż fir-rigward ta’ membri tal-persunal li huma f’fażi ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>CJ vs ECDC</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑703/16 RENV</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:892">EU:T:2017:892</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ġie deċiż li, mingħajr ma tiġi injorata l-fakultà li għandha l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ, f’każ ta’ nuqqas li jista’ jiġġustifika t-tkeċċija ta’ membru tal-persunal, li tirrikorri għax-xoljiment unilaterali tal-kuntratt previst fl-Artikolu 47(c)(i) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg minflok ma tibda proċedura dixxiplinari kontra dan il-membru tal-persunal, għandu jiġi kkunsidrat, madankollu, li l-għażla li wieħed jirrikorri, f’tali ċirkustanzi, għal xoljiment ta’ kuntratt timponi l-osservanza tar-rekwiżit ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg li jikkostitwixxi element ċentrali tal-imsemmija dispożizzjonijiet. Għaldaqstant, jekk l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tqis li n-nuqqasijiet li hija takkuża lil membru<?PAGE NO="6"?> tal-persunal jopponu t-tkomplija tal-eżekuzzjoni, f’kundizzjonijiet normali, tal-kuntratt tiegħu matul perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg, hija għandha tislet il-konsegwenzi u, għaldaqstant, tibda proċedura dixxiplinari filwaqt li tirrikorri għal miżura ta’ sospensjoni, konformement mal-Artikolu 49(1) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg, ħlief jekk il-persuna kkonċernata tkun ġiet regolarment eżentata mill-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>CJ vs ECDC</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑703/16 RENV</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:892">EU:T:2017:892</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta, fil-każ ta’ nuqqas li jista’ jiġġustifika t-tkeċċija ta’ membru tal-persunal, l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tiddeċiedi li xxolji b’avviż tat-temm ta’ impjieg il-kuntratt tal-membru tal-persunal ikkonċernat minflok ma tibda proċedura dixxiplinari kontrih, hija l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ, fil-kuntest tas-setgħa tagħha li tiddetermina l-funzjonijiet amministrattivi li dan il-membru tal-persunal huwa mitlub jeżerċita matul dan il-perijodu, li għandha tindika lil dan tal-aħħar, b’mod motivat u fit-test tad-deċiżjoni ta’ xoljiment tal-kuntratt, li huwa għandu, jekk ikun il-każ, jastjeni milli jeżerċita ċerti funzjonijiet speċifiċi (ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>CJ vs ECDC</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑703/16 RENV</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:892">EU:T:2017:892</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li, f’ċerti ċirkustanzi partikolari, il-motivi ta’ xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol ta’ persuna abbażi tal-Artikolu 47 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg joriġinaw minn sitwazzjoni li tiġġustifika li l-istituzzjonijiet, il-korpi jew l-organi tal-Unjoni jistgħu jikkunsidraw, fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tagħhom fl-organizzazzjoni tas-servizzi u fl-assenjazzjoni tal-persunal li jinsab għad-dispożizzjoni tagħhom, li l-interess tas-servizz jeżiġi li l-persuna kkonċernata titneħħa mill-kompiti kollha tagħha matul il-perijodu tal-avviż tat-temm ta’ impjieg tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Dan jista’ jkun speċifikament il-każ għal tkeċċija minħabba t-terminazzjoni tar-rabta ta’ fiduċja ta’ membru tal-persunal irreklutat, bħar-rikorrenti, abbażi tal-Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u li kontrih, kif inhu l-każ tagħha wkoll, ebda nuqqas serju fis-sens tal-Artikolu 23 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal ma ġie kkunsidrat u lanqas allegat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-membri tal-persunal temporanju rreklutati abbażi tal-Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg għandhom kuntratt ta’ xogħol konkluż <HT TYPE="ITALIC">intuitu personae</HT> li għandu bħala element essenzjali l-fiduċja reċiproka (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061017">17 ta’ Ottubru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Bonnet vs Il‑Qorti tal‑Ġustizzja</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑406/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:322">EU:T:2006:322</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0101">101</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Għalhekk, kif enfasizza l-Kumitat tar-Reġjuni waqt is-seduta, il-ksur ta’ tali rabta ta’ fiduċja reċiproka jista’ jkun ta’ natura li jagħmel impossibbli li l-persuna jew l-entità li tkun irreklutat il-membru tal-persunal temporanju tafda lil dan tal-aħħar l-iċken kompitu matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’każ bħal dan, id-deċiżjoni li ma jiġix fdat l-iċken kompitu matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg lill-membru tal-persunal temporanju li l-kuntratt tiegħu ġie xolt tikkostitwixxi miżura meħuda fl-interess tas-servizz u ma tistax neċessarjament tiġi assimilata, kif issostni essenzjalment ir-rikorrenti, ma’ deċiżjoni ta’ sospensjoni meħuda bis-saħħa tal-Artikoli 23 u 24 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal. Bl-istess mod, meta s-sitwazzjoni li tat lok għat-terminazzjoni tar-rabta ta’ fiduċja fir-rigward ta’ membru tal-persunal temporanju rreklutat abbażi tal-Artikolu 2(ċ) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg tagħmel impossibbli l-fatt li dan il-membru tal-persunal jingħata kompiti matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg, ma jistax jiġi impost fuq l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ li tiftaħ proċedura dixxiplinari matul dan il-perijodu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma tressaq ebda element ta’ natura li jistabbilixxi li hija, fir-realtà, ġiet sospiża u mkeċċija għal raġunijiet dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li t-teżi tar-rikorrenti insostenn tal-ewwel motiv tagħha hija bbażata fuq premessa żbaljata li l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni adottat, fir-rigward tagħha, miżura ta’ sospensjoni għal raġuni dixxiplinari abbażi tal-Artikoli 23 u 24 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal, miżura li kienet timponi li x-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tagħha tiġi adottata fi tmiem proċedura dixxiplinari konformement mal-Artikolu 49 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni setgħet, mingħajr ma dan jimplika użu ħażin ta’ proċedura, ixxolji l-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 47 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg filwaqt li tiddeċiedi li din ma kellhiex taħdem matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-projbizzjoni ta’ kull tip ta’ fastidju</HT></HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti, ibbażata, essenzjalment, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ</HT></TXT></NP></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="6"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">ii)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-allegat ksur tad-dritt għal smigħ fil-kuntest tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tipprevedi modalitajiet ta’ aġġustament tal-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg tar-rikorrenti</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-dritt għal amministrazzjoni tajba jinkludi, b’mod partikolari, id-dritt ta’ kull persuna li tinstema’ qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tolqotha negattivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>B’mod partikolari, id-dritt għal smigħ jiggarantixxi lil kull persuna l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha b’mod utli u effettiv matul proċedura amministrattiva u qabel ma tkun adottata kwalunkwe deċiżjoni li tkun tista’ tolqot l-interessi tagħha negattivament (ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>OZ vs BEI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:289">EU:C:2019:289</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>RY vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑160/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:1">EU:T:2019:1</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Dan id-dritt għandu l-għan, b’mod partikolari, li jiżgura protezzjoni effettiva tal-persuna kkonċernata, li jippermetti lil din tal-aħħar tikkorreġi żball jew tinvoka elementi marbuta mas-sitwazzjoni personali tagħha li jsostnu s-sens li fih id-deċiżjoni għandha tittieħed, jew ma titteħidx jew li jkollha kontenut speċifiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Boudjlida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑249/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2431">EU:C:2014:2431</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>F’kuntest bħal dak f’dan il-każ, il-prova tal-osservanza tad-dritt għal smigħ tal-persuna kkonċernata taqa’ fuq l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071206">6 ta’ Diċembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Marcuccio vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑59/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:756">EU:C:2007:756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>RY vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑160/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:1">EU:T:2019:1</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191107">7 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>WN vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑431/18</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:781">EU:T:2019:781</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni qatt ma invokat il-possibbiltà li taġġusta l-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg tar-rikorrenti. Fil-fatt, minkejja li din l-awtorità semgħatha fir-rigward tal-materjalità u l-imputabbiltà tal-fatti kif ukoll fir-rigward tal-bażi legali li fuqha tista’ tiġi adottata d-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrenti ma kellhiex il-possibbiltà li tippreżenta osservazzjonijiet dwar il-modalitajiet partikolari ta’ eżekuzzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg li l-imsemmija awtorità kellha l-intenzjoni tadotta u b’mod partikolari fuq il-fatt li r-rikorrenti ma kinitx għadha teżerċita l-funzjonijiet ta’ segretarju ġenerali tal-grupp u l-aġġustament tal-aċċess għall-indirizz elettroniku tagħha kif ukoll għall-uffiċċju tagħha u għall-uffiċċji tal-Kumitat tar-Reġjuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Issa, tali miżuri ma setgħux jiġu adottati mingħajr ma r-rikorrenti nstemgħet minn qabel sabiex tiżgura ruħha li hija setgħet tesprimi l-pożizzjoni tagħha fir-rigward tagħhom. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li d-dritt għal smigħ għandu b’mod partikolari l-għan li jippermetti lill-persuna kkonċernata tippreċiża ċerti elementi jew li tinvoka oħrajn, pereżempju relatati mas-sitwazzjoni personali tagħha, li jistgħu jimmilitaw fis-sens li d-deċiżjoni prevista ma titteħidx jew ikollha kontenut differenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>CJ vs ECDC</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑703/16 RENV</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:892">EU:T:2017:892</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Il-Kumitat tar-Reġjuni ma jistax utilment isostni f’dan ir-rigward li l-kuntest li fih saret l-ittra ta’ impenn kien jimplika b’mod impliċitu, iżda intrinsiku, il-possibbiltà li takkumpanja x-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrenti b’eżenzjoni milli tipprovdi s-servizzi ta’ xogħol li jirriżultaw mill-kuntratt tagħha matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg u li r-rikorrenti ma setgħetx tinjora li kien maħsub li jaġġusta l-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg meta hija ġiet mistiedna tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-fatti allegati fil-konfront tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li d-diversi dokumenti li jinsabu fil-fajl, b’mod partikolari l-messaġġi elettroniċi skambjati bejn wieħed mill-membri tal-grupp u r-rikorrenti, ma jippermettux li jiġi kkunsidrat li din kienet f’pożizzjoni li tifhem b’ċertezza li l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni kellha l-intenzjoni li taġġusta l-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg. Minbarra l-fatt li dawn ma kinux ġejjin minn din l-awtorità, id-dokumenti tal-fajl imsemmija mill-Kumitat tar-Reġjuni insostenn tal-argument tiegħu ma kinux jirreferu għal tali miżuri, iżda kienu jsemmu jew jissuġġerixxu l-possibbiltà li r-rikorrenti tirriżenja fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kompromess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Konsegwentement, fir-rigward tal-miżuri ta’ aġġustament tal-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg tar-rikorrenti msemmija fil-punt 96 iktar ’il fuq, il-Kumitat tar-Reġjuni kiser id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti, bi ksur tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Madankollu, ksur tad-dritt għal smigħ iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni meħuda fi tmiem il-proċedura amministrattiva inkwistjoni biss jekk, fl-assenza ta’ din l-irregolarità, il-proċedura setgħet twassal għal riżultat differenti (ara s-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190404">4 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>OZ vs BEI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑558/17 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:289">EU:C:2019:289</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190110">10 ta’ Jannar 2019</DATE>, <NAME.CASE>RY vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑160/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:1">EU:T:2019:1</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-fatt, għar-rikorrenti, li setgħet tinstema’ dwar il-modalitajiet previsti għall-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg, imsemmija fil-punt 96 iktar’ il fuq, kien ta’ natura li jwassal lill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Kumitat tar-Reġjuni sabiex eventwalment tipprevedi modalitajiet oħra għall-imsemmi perijodu (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171213">13 ta’ Diċembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>CJ vs ECDC</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑703/16 RENV</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:892">EU:T:2017:892</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta ġiet mistoqsija waqt is-seduta, ir-rikorrenti affermat li d-dritt għal smigħ ma huwiex limitat għas-sempliċi possibbiltà li turi l-oppożizzjoni tagħha għall-modalitajiet partikolari ta’ eżekuzzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg fih innifsu, iżda kien jimplika wkoll il-possibbiltà li tressaq osservazzjonijiet ta’ natura li jinfluwenzaw il-kontenut tad-deċiżjoni prevista. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti indikat li, kieku nstemgħet qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar il-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg kontenzjuż, hija kienet tkun tista’ ssostni li setgħet tiġi prevista miżura bħall-eżekuzzjoni tas-servizzi ta’ xogħol tagħha mid-dar tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi raġonevolment eskluż li l-modalitajiet partikolari ta’ eżekuzzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata, b’mod partikolari dik li r-rikorrenti tiġi eżentata milli tipprovdi s-servizzi ta’ xogħol li jirriżultaw mill-kuntratt tagħha matul il-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg, setgħu jwasslu għal riżultat differenti li kieku r-rikorrenti kienet ġiet debitament mismugħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-dritt tar-rikorrenti li tinstema’ qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni kkontestata ġie miksur fir-rigward tal-modalitajiet partikolari ta’ żvilupp tal-perijodu ta’ avviż tat-temm ta’ impjieg imsemmija fil-punt 96 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan l-ilment għandu jintlaqa’, b’tali mod li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata sa fejn din tistabbilixxi l-modalitajiet partikolari ta’ eżekuzzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg minħabba l-ksur tad-dritt għal smigħ tar-rikorrenti. Madankollu, din l-illegalità ma tikkonfutax, minnha nnifisha, il-legalità tal-imsemmija deċiżjoni sa fejn hija xoljiet il-kuntratt tar-rikorrenti (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131023">23 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Gomes Moreira vs ECDC</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑80/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:159">EU:F:2013:159</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(2) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk ikun hemm iktar minn parti waħda li titlef il-kawża, il-Qorti Ġenerali għandha tiddeċiedi dwar kif għandhom jinqasmu l-ispejjeż. F’dan il-każ, peress li t-talba għal annullament intlaqgħet parzjalment u t-talba għad-danni ġiet miċħuda, hemm lok li jiġi deċiż li kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji, li kienu ġew irriżervati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas‑<DATE ISO="20190416">16 ta’ April 2019</DATE> li xxolji l-kuntratt ta’ xogħol ta’ CE hija annullata f’dak li jikkonċerna l-modalitajiet partikolari ta’ eżekuzzjoni tal-avviż tat-temm ta’ impjieg.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>da Silva Passos</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Reine</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Sampol Pucurull</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis‑<DATE ISO="20210616">16 ta’ Ġunju 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>