European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/2151

21.8.2024

Protokoll (2024-2029) li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Protokoll, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (1) (“il-Ftehim”).

Barra minn hekk, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)

l-Unjoni Ewropea, preċedentement magħrufa bħala l-Komunità Ewropea: minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Unjoni”;

b)

ir-Repubblika ta’ Cabo Verde: minn hawn ’il quddiem imsejħa “Cabo Verde”;

minn hawn ’il quddiem imsejħin flimkien “il-Partijiet”;

c)

“żona tas-sajd ta’ Cabo Verde” tfisser l-ilmijiet ta’ Cabo Verde li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jistgħu jaċċessaw biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom;

d)

“qabdiet” tfisser speċijiet akkwatiċi tal-baħar maqbuda minn irkaptu tas-sajd kalat minn bastiment tas-sajd;

e)

“żbark” tfisser il-ħatt l-art ta’ kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tas-sajd minn abbord bastiment tas-sajd;

f)

“delegazzjoni” tfisser id-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’Cabo Verde;

g)

“liċenzja tas-sajd” tfisser id-dritt jew il-liċenzja biex jiġu eżerċitati l-attivitajiet tas-sajd, għal ċerti speċijiet, b’ċertu rkaptu tas-sajd, ġewwa ż-żoni tas-sajd speċifikati u matul perjodu speċifiku; ekwivalenti għat-termini “tal-awtorizzazzjoni tas-sajd” fid-dritt tal-Unjoni;

h)

“sajd sostenibbli” tfisser sajd f’konformità mal-objettivi u mal-prinċipji minquxa fil-Kodiċi ta’ Kondotta għal Sajd Responsabbli adottat fil-Konferenza tal-FAO fl-1995;

i)

“bastiment tal-Unjoni”: bastiment tas-sajd li jtajjar il-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

j)

“sajjied” tfisser kwalunkwe persuna impjegata jew involuta fi kwalunkwe kapaċità jew involuta f’attività professjonali abbord bastiment tas-sajd, inklużi l-persuni li jaħdmu abbord li jitħallsu fuq bażi ta’ ishma, għajr għall-bdoti, l-ekwipaġġi tal-flotta tal-gwerra, persuni oħra fis-servizz tal-gvern permanenti, il-persuni bbażati fuq l-art li jwettqu xogħol abbord bastiment tas-sajd u l-osservaturi tas-sajd. Il-baħrin tal-AKP kif definiti fil-Ftehim għandhom jinftiehmu bħala sajjieda skont it-tifsira ta’ din id-definizzjoni;

k)

“operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li topera jew li tikkontrolla kwalunkwe impriża li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet relatati ma’ kwalunkwe stadju tal-ktajjen ta’ produzzjoni, ta’ proċessar, ta’ kummerċjalizzazzjoni, ta’ distribuzzjoni jew bejgħ bl-imnut tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

l)

“Protokoll” tfisser dan il-Protokoll li jimplimenta l-Ftehim, kif ukoll l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu;

m)

“ċirkostanzi mhux normali” tfisser ċirkostanzi għajr il-fenomeni naturali li ma humiex fil-kontroll raġonevoli ta’ waħda mill-Partijiet, b’tali mod li jtellfu l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet ta’ Cabo Verde;

n)

“opportunitajiet tas-sajd” tfisser id-dritt għas-sajd ikkwantifikat u espress f’termini ta’ qabdiet jew f’għadd ta’ bastimenti;

o)

“bastiment ta’ appoġġ” tfisser kwalunkwe bastiment tal-Unjoni, għajr il-bastiment li jinġarr abbord, li jiffaċilita, jassisti jew iħejji l-operazzjonijiet tas-sajd, ma jkunx mgħammar għall-qbid tal-ħut u ma jintużax għall-operazzjonijiet ta’ trażbord;

p)

“prodotti tas-sajd” tfisser organiżmi akkwatiċi li jirriżultaw minn attività tas-sajd;

q)

“prodotti tal-akkwakultura” tfisser organiżmi akkwatiċi li jirriżultaw minn attività tal-akkwakultura, irrispettivament mill-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, jew mill-prodotti tagħhom;

r)

“settur tas-sajd” tfisser is-settur tal-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura.

Artikolu 2

Prinċipji

1.   Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde fuq il-bażi tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. Cabo Verde għandu jintrabat li japplika l-istess miżuri tekniċi u ta’ konservazzjoni għall-flotot industrijali kollha li jistadu għat-tonn fiż-żona tas-sajd tiegħu bil-għan li jikkontribwixxi għall-governanza t-tajba tas-sajd.

2.   Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li l-Ftehim jiġi implimentat skont l-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, il-membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-oħra (2) (“il-Ftehim ta’ Samoa”), fir-rigward tal-elementi essenzjali marbutin mad-drittijiet tal-bniedem, mal-prinċipji demokratiċi u mal-Istat tad-dritt u dwar l-elementi fundamentali li jirrigwardaw il-governanza tajba, l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni ambjentali b’saħħitha.

3.   Il-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol tas-sajjieda imbarkati fuq il-bastimenti tal-Unjoni ma għandhomx ikunu f’kunflitt mal-istrumenti applikabbli għas-sajjieda tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-xogħol (ILO) u tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO), b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni tal-ILO dwar il-prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-xogħol (1998), kif emendata fl-2022, u l-Konvenzjoni Nru 188 tal-ILO dwar ix-xogħol tas-sajd. Dan jinkludi b’mod partikolari l-ħarsien tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt ta’ negozjar kollettiv tal-ħaddiema, l-eliminazzjoni tax-xogħol furzat u tat-tħaddim tat-tfal, l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-impjiegi u tax-xogħol, kif ukoll ambjent tax-xogħol sikur u tajjeb għas-saħħa u kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol deċenti abbord il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni.

4.   Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu r-ratifika tal-konvenzjonijiet tal-ILO u tal-IMO applikabbli għas-sajjieda. Huma jintrabtu wkoll li jippromwovu taħriġ adegwat għas-sajjieda, b’mod partikolari dak previst fil-Konvenzjoni Internazzjonali tal-IMO dwar Standards ta’ Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Persunal tal-Bastimenti tas-Sajd (STCW-F).

5.   Il-Partijiet jintrabtu li jippubblikaw u jiskambjaw l-informazzjoni dwar kull ftehim li jippermetti li l-bastimenti barranin jidħlu fiż-żona tas-sajd u dwar l-isforz tas-sajd li jirriżulta, b’mod partikolari l-għadd ta’ liċenzji li jinħarġu u l-qabdiet li jkunu saru, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14.

6.   Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde biss jekk ikollhom liċenzja tas-sajd maħruġa minn Cabo Verde f’konformità ma’ dan il-Protokoll.

7.   L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jiżguraw li s-sajjieda ta’ Cabo Verde jkollhom esklużività fiż-żoni tas-sajd li jinsabu ’l isfel mil-limiti stabbiliti f’dan il-Protokoll.

Artikolu 3

Perjodu ta’ applikazzjoni

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mill-ewwel jum tal-applikazzjoni provviżorja skont l-Artikolu 17, sakemm ma tingħatax notifika ta’ terminazzjoni taħt l-Artikolu 16.

Artikolu 4

Opportunitajiet tas-sajd

1.   Cabo Verde joħroġ awtorizzazzjonijiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 6 tal-Ftehim fil-limiti li ġejjin:

a)

il-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friża: 24 bastiment;

b)

il-bastimenti tat-tonn bil-qasab u x-xlief: 10 bastimenti;

c)

il-bastimenti tas-sajd li jistadu bil-konz tal-wiċċ: 22 bastiment.

Dawn l-opportunitajiet tas-sajd jirrigwardaw is-sajd għall-ispeċijiet migratorji ħafna elenkati fl-Anness I tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, fil-limiti stabbiliti fl-Appendiċi 2 ta’ dan il-Protokoll u bl-eċċezzjoni tal-ispeċijiet li huma protetti jew ipprojbiti fil-qafas tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) jew ta’ konvenzjonijiet internazzjonali oħrajn.

2.   Skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT, il-Partijiet għandhom jintrabtu li jikkooperaw fit-tnaqqis tal-qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet protetti ta’ għasafar tal-baħar, ta’ fkieren tal-baħar, ta’ klieb il-baħar u ta’ mammiferi tal-baħar. Għal dak il-għan il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jiżguraw l-applikazzjoni ta’ miżuri tekniċi ppruvati xjentifikament biex itejbu s-selettività tal-irkaptu tas-sajd u biex inaqqsu l-qbid inċidentali ta’ speċijiet mhux fil-mira.

3.   L-aċċess għas-sajd bil-lixka ħajja huwa awtorizzat għall-bastimenti tas-sajd bil-qasab u x-xlief tal-Unjoni skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

4.   Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għall-Artikoli 7 u 9.

Artikolu 5

Kontribuzzjoni finanzjarja

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 3, għandha tkun ta’ EUR 3 900 000. Barra minn hekk, għandha titħallas kontribuzzjoni finanzjarja mis-sidien tal-bastimenti kif previst fl-Anness.

2.   Dik il-kontribuzzjoni finanzjarja totali għandha tinkludi:

a)

ammont annwali ta’ EUR 350 000, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza għall-ispeċijiet kollha ta’ 7 000 tunnellata fis-sena għall-aċċess għall-ilmijiet u għar-riżorsi tas-sajd ta’ Cabo Verde;

b)

ammont speċifiku ta’ EUR 430 000 fis-sena, bħala appoġġ għall-politika settorjali tas-sajd ta’ Cabo Verde u għall-implimentazzjoni tagħha.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2, il-punt a), ta’ dan l-Artikolu għandha titħallas kull sena f’konformità għal dan il-Protokoll u soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll, fil-każ ta’ bidla fl-ammont tal-kontribuzzjoni bħala riżultat tal-applikazzjoni tal-Artikoli 7, 9, 12 u 16 ta’ dan il-Protokoll, u l-Artikoli 7, 12 u 13 tal-Ftehim.

4.   Jekk il-kwantità totali tal-qabdiet mill-bastimenti tal-Unjoni fiż-żona tas-sajd taqbeż it-tunnellaġġ ta’ referenza stabbilit fil-paragrafu 2, il-punt a), l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilit f’dik id-dispożizzjoni għandu jiżdied b’EUR 50 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni ma għandux ikun aktar mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2, il-punt a). Meta l-kwantitajiet maqbudin mill-bastimenti tal-Unjoni jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.

5.   Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja stabbilita fil-paragrafu 2, il-punt a), għandu jsir mhux aktar tard minn 90 jum wara d-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll fl-ewwel sena u mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju ta’ dan il-Protokoll fis-snin ta’ wara.

6.   L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom diskrezzjoni sħiħa fir-rigward tal-użu li jsir mill-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2, il-punt a).

7.   Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji previsti fil-paragrafu 2, il-punti a) u b), għandhom jitħallsu f’kontijiet tat-Teżor Pubbliku ta’ Cabo Verde. Dawn għandhom jiddaħħlu fil-baġit nazzjonali. Kull sena, l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bin-numri tal-kontijiet bankarji rilevanti.

Artikolu 6

Appoġġ settorjali

1.   L-appoġġ settorjali mogħti fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija nazzjonali għas-sajd u għall-ekonomija blu. L-objettiv tiegħu hu li jkun hemm ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u li jiġi żviluppat is-settur, l-iktar permezz tal-affarijiet li ġejjin:

a)

it-tisħiħ tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd;

b)

it-tisħiħ tal-għarfien xjentifiku dwar ir-riżorsi tas-sajd;

c)

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ kontroll tas-saħħa għall-prodotti tas-sajd;

d)

l-appoġġ għall-komunitajiet kostali (attivitajiet tas-sajd, taħriġ, impjieg, sikurezza tas-sajjieda u żvilupp ekonomiku) b’attenzjoni partikolari għall-azzjonijiet indirizzati lejn in-nisa u ż-żgħażagħ;

e)

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali;

f)

l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura;

g)

l-appoġġ għall-ekonomija blu.

2.   Sa mhux aktar tard minn 3 xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jiftiehmu fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, (il-“Kumitat Konġunt”), dwar Programm Settorjali Pluriennali, u l-arranġamenti tal-applikazzjoni tiegħu, b’mod partikolari:

a)

l-linji gwida annwali u pluriennali għall-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt b), ta’ dan il-Protokoll;

b)

l-għanijiet annwali u pluriennali li għandhom jintlaħqu sabiex biż-żmien ikun hemm sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet ta’ Cabo Verde fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u f’politiki oħrajn li għandhom rabta ma’, jew li jkollhom impatt fuq, l-introduzzjoni ta’ sajd responsabbli u sostenibbli;

c)

il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw biex jiġu evalwati r-riżultati miksubin fuq bażi annwali.

3.   L-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ settorjali msemmi fl-Artikolu 5(2), il-punt b), għandu jitħallas kull sena skont il-progress miksub.

4.   Għall-ewwel sena tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha ssir fuq il-bażi tal-programmazzjoni pluriennali maqbula mill-Kumitat Konġunt. Il-ħlas mill-Unjoni ta’ dik il-kontribuzzjoni finanzjarja jista’ jsir biss wara li Cabo Verde jkun issodisfa l-obbligi tiegħu relatati mal-appoġġ settorjali skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Cabo Verde (2019-2024) (3) (il-“Protokoll 2019-2024) u wara li l-Unjoni tkun għamlet il-pagamenti rilevanti relatati mal-appoġġ settorjali dovut skont il-Protokoll ta’ qabel.

5.   Għas-snin ta’ applikazzjoni li jmiss ta’ dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas abbażi tar-riżultati miksuba fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali f’konformità mal-kriterji u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2, il-punt c), u tal-azzjonijiet ta’ viżibbiltà fuq il-proġetti mwettqa. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jsir mhux aktar tard minn 45 jum wara d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt dwar ir-riżultati miksubin.

6.   Fid-dawl tad-dewmien fl-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali skont il-Protokoll 2019-2024, b’mod partikolari minħabba l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19, huwa xieraq li l-perjodu previst fl-Artikolu 5(7), tal-Protokoll 2019-2024 jiġi estiż b’6 xhur oħra. Minħabba f’hekk, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 4(2), il-punt b), tal-Protokoll 2019-2024 ma għandux isir wara perjodu ta’ 12-il xahar minn meta jiskadi dan il-Protokoll (4).

7.   Kull emenda tal-programm settorjali annwali jew pluriennali li tiġi proposta għandha tiġi approvata mill-Kumitat Konġunt, fejn meħtieġ permezz ta’ skambju ta’ ittri.

8.   Kull sena, Cabo Verde għandu jippreżenta rapport lill-Kumitat Konġunt dwar il-progress li jkun sar fil-proġetti implimentati permezz tal-appoġġ settorjali. Il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina dan ir-rapport u jevalwa r-riżultati miksubin.

9.   Il-pagament tal-appoġġ settorjali għandu jsir f’sensiela ta’ ħlasijiet parzjali skont il-bżonnijiet identifikati matul l-ipprogrammar u r-riżultati miksubin.

10.   L-Unjoni tista’ tirrevedi jew tissospendi, parzjalment jew bis-sħiħ, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 5(2), il-punt b), f’każ ta’ nuqqas tal-implimentazzjoni tagħha jew f’każ li r-riżultati miksubin ma jkunux konsistenti mal-ipprogrammar, wara evalwazzjoni mwettqa mill-Kumitat Konġunt.

11.   Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet u ftehim bejniethom, meta r-riżultati tal-implimentazzjoni jiġġustifikaw dan. Madankollu, ilkontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 5(2), il-punt b), ma għandhiex issir wara perjodu ta’ 6 xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.

12.   Il-Partijiet għandhom jiżguraw il-viżibbiltà tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-appoġġ settorjali. Kull sena, Cabo Verde għandu jippreżenta rapport lill-Kumitat Konġunt dwar dawn l-azzjonijiet ta’ viżibbiltà.

13.   Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 8, u l-azzjonijiet ta’ viżibbiltà msemmija fil-paragrafu 12 huma kundizzjonijiet essenzjali biex l-Unjoni tagħmel il-ħlasijiet parzjali li jkun imiss tal-appoġġ finanzjarju msemmi fil-paragrafu 5.

14.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 5(2), il-punt b), għandha tkun soġġetta għar-regoli u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi ta’ Cabo Verde. Din għandha tqis il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari l-prinċipji tal-ekonomija, tal-effiċjenza u tal-effettività, filwaqt li jitħarsu, b’mod partikolari, il-prinċipji tat-trasparenza, tal-proporzjonalità, tan-nondiskriminazzjoni u tat-trattament ugwali.

15.   L-azzjonijiet u l-proġetti ffinanzjati mill-appoġġ settorjali jistgħu jiġu awditjati mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u investigati mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi.

Artikolu 7

Kooperazzjoni xjentifika dwar is-sajd sostenibbli

1.   Matul il-perjodu kopert minn dan il-Protokoll, l-Unjoni u l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jimmonitorjaw l-evoluzzjoni tal-qabdiet, tal-isforz tas-sajd u tal-istat tar-riżorsi fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde għall-ispeċijiet kollha tal-ħut li dan il-Protokoll ikopri. B’mod partikolari, il-Partijiet jaqblu li jsaħħu l-ġbir u l-analiżi tad-data, sabiex ikun jista’ jiġi żviluppat pjan ta’ azzjoni nazzjonali għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni tal-klieb il-baħar.

2.   Il-Partijiet għandhom jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT marbutin mal-ġestjoni sostenibbli tas-sajd.

3.   F’konformità mal-Artikolu 4 tal-Ftehim, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-Partijiet jistgħu jiftiehmu bejniethom li jorganizzaw laqgħa xjentifika konġunta biex jirrevedu l-istat tal-ispeċijiet ewlenin li l-bastimenti tal-Unjoni jkunu qed jistadu għalihom, b’mod partikolari l-klieb il-baħar pelaġiċi. Ir-riżultati tal-laqgħa xjentifika għandhom jitressqu lill-Kumitat Konġunt. Il-Kumitat Konġunt għandu, meta jkun xieraq, jadotta miżuri addizzjonali maħsubin biex jiżguraw li jkun hemm ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd maqbudin mill-bastimenti tal-Unjoni.

4.   Minħabba l-fatt li l-klieb il-baħar pelaġiċi jistgħu jkunu fost l-ispeċijiet li jinqabdu mill-bastimenti tal-Unjoni b’rabta mas-sajd għat-tonn, u minħabba li dawn huma speċijiet vulnerabbli, hekk kif espress mill-pariri xjentifiċi tal-ICCAT, kull qabda ta’ dawn l-ispeċijiet mill-bastimenti tas-sajd bil-konz li jkunu qed jistadu skont dan il-Protokoll tenħtieġ attenzjoni speċjali abbażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex itejbu d-disponibbiltà u l-monitoraġġ tad-data xjentifika marbuta mal-ispeċijiet mistada.

5.   Għal dan il-għan, iż-żewġ Partijiet għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu għall-monitoraġġ strett ta’ dan it-tip ta’ sajd sabiex jiżguraw l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsa. Dan il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ għandu jissejjes b’mod partikolari fuq skambju, kull 3 xhur, ta’ data dwar il-qabdiet tal-klieb il-baħar. Jekk, matul sena waħda, dawn il-qabdiet ikunu jaqbżu l-20 % tat-tunnellaġġ ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 5(2), il-punt a), għandu jiġi stabbilit monitoraġġ imsaħħaħ abbażi tal-iskambju ta’ data u konsultazzjoni kull xahar bejn il-Partijiet. Jekk, matul sena waħda, il-qabdiet jilħqu l-30 % tat-tunnellaġġ ta’ referenza msemmi hawn fuq, il-Kumitat Konġunt għandu, fejn ikun hemm bżonn, jadotta miżuri addizzjonali ta’ ġestjoni li jistabbilixxu qafas aktar adegwat għall-attivitajiet tal-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-konz.

6.   Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jaġġusta l-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ imsemmi hawn fuq abbażi tar-riżultati tal-ħidma tal-laqgħa xjentifika konġunta.

Artikolu 8

Kooperazzjoni fil-qasam tal-monitoraġġ, tal-kontroll u tas-sorveljanza u fil-ġlieda kontra s-sajd IUU

1.   Il-Partijiet jintrabtu li jikkooperaw fil-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (sajd IUU) sabiex ikun jista’ jsir sajd sostenibbli.

2.   Abbażi ta’ konsultazzjoni fil-Kumitat Konġunt, il-Partijiet jistgħu jaqblu li jikkooperaw u li jwettqu programmi ta’ spezzjoni konġunta fuq il-bastimenti tal-Unjoni bbażati fuq ir-riskju, sabiex isaħħu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd stabbiliti f’dan il-Protokoll u l-miżuri korrettivi relatati magħhom.

Artikolu 9

Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u ta’ miżuri tekniċi bi qbil komuni

1.   Il-Kumitat Konġunt jista’ jirrevedi l-opportunitajiet tas-sajd imsemmijin fl-Artikolu 4 u jaġġustahom bi ftehim reċiproku sa fejn ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT jikkonfermaw li l-aġġustament jiggarantixxi l-ġestjoni sostenibbli tal-ispeċijiet tal-ħut koperti minn dan il-Protokoll. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt a), għandha tiġi aġġustata b’mod proporzjonat u pro rata temporis u dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jiġu emendati kif meħtieġ. Jekk ikun meħtieġ, Cabo Verde għandu jrodd lura s-somom li jkunu ngħataw b’mod eċċessiv.

2.   Il-Kumitat Konġunt jista’, fejn meħtieġ, jeżamina u jadatta d-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd u l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali previsti f’dan il-Protokoll, bi ftehim reċiproku.

Artikolu 10

Promozzjoni tal-kooperazzjoni fost l-operaturi ekonomiċi

1.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex itejbu l-opportunitajiet għall-iżbark fil-portijiet ta’ Cabo Verde.

2.   Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex joħolqu l-kundizzjonijiet adattati għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-intrapriżi tagħhom fl-oqsma tekniċi, ekonomiċi u kummerċjali, billi jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju u tal-investiment.

Artikolu 11

Kooperazzjoni fil-qasam tal-ekonomija blu

1.   Il-Partijiet jintrabtu li jikkooperaw bejniethom sabiex jippromwovu l-ekonomija blu, b’mod partikolari fl-oqsma tal-akkwakultura, tal-ippjanar tat-territorji marittimi, tal-enerġija, tal-bijoteknoloġiji tal-baħar u tal-ħarsien tal-ekosistemi tal-baħar.

2.   Il-Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-investimenti fis-settur tas-sajd u tal-ekonomija marittima, skont l-għanijiet tas-Sħubija speċjali bejn Cabo Verde u l-Unjoni.

3.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex iżidu l-għarfien fost l-operaturi tas-settur privat tal-Unjoni dwar l-opportunitajiet kummerċjali u industrijali li jeżistu fis-settur tas-sajd u fl-ekonomija marittima ta’ Cabo Verde.

4.   Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex jiżviluppaw azzjonijiet konġunti u sabiex jiskambjaw l-informazzjoni u l-aħjar prattiki bejniethom. Għal dan il-għan, huma għandhom jiftiehmu dwar il-punti fokali u l-arranġamenti għall-komunikazzjoni.

Artikolu 12

Sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll

1.   L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja, tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet jekk waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu applikabbli f’każ ta’:

a)

forza maġġuri jew ċirkustanzi mhux mistennija, li minħabba fihom ma jkunux jistgħu jitwettqu l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde;

b)

tibdil sinifikanti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa lil dan il-Protokoll;

c)

jekk jiġu attivati l-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni previsti fl-Artikolu 101 tal-Ftehim ta’ Samoa minħabba ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem u ta’ prinċipji demokratiċi kif iddefiniti fl-Artikolu 9 ta’ dak il-Ftehim;

d)

inadempjenza fil-pagament dovut mill-Unjoni, għal raġunijiet għajr dawk previsti fl-Artikoli 5, 7, 9, 12 u 16 ta’ dan il-Protokoll;

e)

jekk ikun hemm tilwima serja u mhux solvuta bejn iż-żewġ Partijiet dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

2.   Meta l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tiġi sospiża għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk imsemmijin fil-paragrafu 1, il-punt c), il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub l-intenzjoni tagħha mill-inqas 3 xhur qabel id-data li fiha s-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ. Is-sospensjoni ta’ dan il-Protokoll għar-raġunijiet mogħtija fil-paragrafu 1, il-punt c), għandha tapplika minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni.

3.   F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu għaddejjin bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwim ta’ bejniethom. Meta tinkiseb din ir-riżoluzzjoni, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha terġa’ tibda.

4.   F’każ ta’ sospensjoni, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dan il-Protokoll għas-sena meta tidħol fis-seħħ is-sospensjoni għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis. Jekk ikun meħtieġ, Cabo Verde għandu jrodd lura s-somom li jkunu ngħataw b’mod eċċessiv.

Artikolu 13

Skambju elettroniku tad-data

1.   Cabo Verde u l-Unjoni għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ sistemi għall-monitoraġġ u għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u tad-dokumenti kollha relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll fir-rigward tal-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni, kif huwa indikat fl-anness.

2.   Il-forma elettronika ta’ dokument titqies bħala ekwivalenti f’kollox għall-verżjoni stampata tiegħu.

3.   Cabo Verde u l-Unjoni għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull ħsara fis-sistema kompjuterizzata. Konsegwentement, l-informazzjoni u d-dokumenti marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jintbagħtu awtomatikament b’mod ieħor ta’ komunikazzjoni.

4.   L-Unjoni għandha tiżgura t-trażmissjoni regolari mill-bastiment tal-Unjoni lil Cabo Verde ta’:

a)

id-data tal-pożizzjonijiet tal-bastimenti fiż-żona ekonomika esklussiva (ŻEE) ta’ Cabo Verde;

b)

l-informazzjoni dwar il-qabdiet ta’ kuljum imwettqa mill-bastimenti fiż-ŻEE ta’ Cabo Verde;

c)

in-notifiki tad-dħul tal-bastimenti fiż-ŻEE ta’ Cabo Verde;

d)

in-notifiki tal-ħruġ tal-bastimenti fiż-ŻEE ta’ Cabo Verde;

e)

in-notifiki minn qabel tat-trażbord u tad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord minn bastimenti tal-Unjoni f’port ta’ Cabo Verde;

f)

in-notifiki minn qabel tar-ritorn lejn il-port u tad-dikjarazzjonijiet tal-iżbark tal-bastimenti, f’port ta’ Cabo Verde.

L-arranġamenti tat-trażmissjoni tad-data, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-kontinwità tan-negozju, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 14

Protezzjoni tad-data

1.   Cabo Verde u l-Unjoni għandhom jiżguraw li d-data skambjata skont il-Ftehim tintuża mill-awtorità kompetenti esklużivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd u, b’mod partikolari, għall-finijiet ta’ ġestjoni u għall-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd.

2.   Il-Partijiet jintrabtu li jiżguraw li d-data kollha kummerċjalment sensittiva u personali relatata mal-bastimenti tal-Unjoni u mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom miksuba skont il-Ftehim dwar is-Sajd, kif ukoll l-informazzjoni kummerċjali sensittiva kollha relatata mas-sistemi ta’ komunikazzjoni użati mill-Unjoni, jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata biss id-data aggregata dwar l-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd.

3.   Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’mod legali, ġust u trasparenti fir-rigward tas-suġġett tad-data.

4.   Id-data personali skambjata skont il-Ftehim għandha tiġi pproċessata f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 6 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll. Aktar salvagwardji u rimedji fir-rigward tad-data personali u tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data jistgħu jiġu stabbiliti mill-Kumitat Konġunt.

5.   Id-data skambjata skont il-Ftehim għandha tkompli tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Artikolu u mal-Appendiċi 6 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll, anke wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 15

Dispożizzjonjiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

1.   L-attivitajiet tal-bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed joperaw fl-ilmijiet ta’ Cabo Verde skont dan il-Protokoll għandhom ikunu regolati mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ f’Cabo Verde, b’mod partikolari l-pjan ta’ ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd ta’ Cabo Verde, sakemm il-Ftehim jew dan il-Protokoll, u l-Anness u l-Appendiċijiet tiegħu, ma jipprevedux mod ieħor.

2.   L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni Ewropea b’kull bidla jew b’kull leġiżlazzjoni ġdida li taffettwa s-settur tas-sajd.

Artikolu 16

Terminazzjoni

1.   Dan il-Protokoll jista’ jiġi tterminat minn xi waħda mill-Partijiet, fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux tas-soltu bħad-degradazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, is-sejbien ta’ livell ridott tal-isfruttar tal-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-Unjoni, jew in-nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-Partijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd IUU.

2.   Fil-każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll tal-anqas 6 xhur qabel id-data li fiha sseħħ it-terminazzjoni.

3.   It-trażmissjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tagħti bidu għall-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

4.   Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5(2), il-punt a), għas-sena meta tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis. Jekk ikun meħtieġ, Cabo Verde għandu jrodd lura s-somom li jkunu ngħataw b’mod eċċessiv.

Artikolu 17

Applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mill-20 ta’ Mejju 2024 dment li jiġi ffirmat mill-Partijiet, jew mid-data tal-iffirmar tiegħu jekk jiġi ffirmat wara l-20 ta’ Mejju 2024.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri meħtieġa għal dan l-għan ikunu tlestew.

2.   In-notifika prevista fil-paragrafu 1 għandha tintbagħat, f’dak li jirrigwarda lill-Unjoni, lill-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 19

Testi awtentiċi

Dan il-Protokoll għandu jitfassal f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż, b’kull wieħed minn dawn it-testi jkun ugwalment awtentiku.

Image 1

Image 2


(1)   ĠU UE L 414, 30.12.2006, p. 3; Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika ta’ Cabo Verde, Serje I, Nru 12 tas-26 ta’ Marzu 2007.

(2)   ĠU UE L, 2023/2862, 28.12.2023, ELI: ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2023/2862/oj.

(3)   ĠU UE L 154, 12.6.2019, p. 3.

(4)  Skont l-Artikolu 2 tal-Protokoll 2019-2024, dak il-Protokoll skada fid-19 ta’ Mejju 2024. Għalhekk, l-iskadenza għall-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 4(2), il-punt b), ta’ dak il-Protokoll hija t-18 ta’ Mejju 2025.


ANNESS

KUNDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ATTIVITAJIET TAS-SAJD TAL-BASTIMENTI TAL-UNJONI FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TA’ CABO VERDE

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.   Għażla tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni jew għal Cabo Verde bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

a)

għall-Unjoni: il-Kummissjoni Ewropea, jekk ikun hemm bżonn permezz tad-delegazzjoni tal-Unjoni f’Cabo Verde;

b)

għal Cabo Verde: il-Ministeru għas-Sajd.

2.   Żona tas-sajd

Il-koordinati taż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde huma speċifikati fl-Appendiċi 1. Il-bastimenti tal-Unjoni jistgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom lil hinn mil-limiti stabbiliti għal kull kategorija fl-Appendiċi 2, waqt li s-sajjieda ta’ Cabo Verde jibqa’ jkollhom id-dritt esklużiv li jistadu ’l isfel minn dawn il-limiti.

Cabo Verde għandu, meta joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, jgħarraf lill-operaturi tal-bastiment bil-koordinati ta’ kull żona li fiha ma jistax isir tbaħħir u sajd. Huwa għandu jgħarraf ukoll lill-Unjoni b’dan.

3.   Ħatra ta’ aġent lokali

Kull bastiment tal-Unjoni li jkun beħsiebu jiżbarka l-ħut jew jittrażbordah f’port ta’ Cabo Verde jista’ jiġi rrappreżentat minn aġent li jkun residenti f’Cabo Verde.

4.   Kont bankarju

Qabel ma jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll, Cabo Verde għandu jibgħat lill-Unjoni d-dettalji tal-kont jew tal-kontijiet bankarji li fihom se jitħallsu l-ammonti finanzjarji li l-bastimenti tal-Unjoni għandhom iħallsu skont il-Ftehim. Il-kostijiet marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom iħallsuhom l-operaturi.

KAPITOLU II

AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD

TAQSIMA 1

PROĊEDURI APPLIKABBLI

1.   Kondizzjoni biex tinkiseb awtorizzazzjoni tas-sajd – bastimenti eliġibbli

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment jiddaħħal fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jiġu ttrattati skont ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-flotot tas-sajd esterni. L-obbligi ta’ qabel kollha tal-operatur, tal-kaptan jew tal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom f’Cabo Verde skont il-Ftehim għandhom ikunu sodisfatti qabel dan il-ħruġ.

2.   Talba għal awtorizzazzjoni tas-sajd (is-sistema LICENCE)

2.1

L-Unjoni għandha tippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment tal-Unjoni li beħsiebu jistad skont il-Ftehim tal-anqas 15-il jum tax-xogħol qabel il-bidu tal-perjodu ta’ validità mitlub.

2.2

It-trażmissjoni elettronika tal-applikazzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u l-ħruġ tagħhom jistgħu jsiru permezz tas-sistema LICENCE, jiġifieri s-sistema elettronika ta’ ġestjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, magħmula disponibbli mill-Kummissjoni Ewropea. Is-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet ta’ Cabo Verde biex jiffaċilitaw l-użu progressiv tas-sistema LICENCE. Cabo Verde għandu jgħarraf lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif tkun tista’ tintuża s-sistema LICENCE.

2.3.

Sakemm is-sistema LICENCE tkun operattiva u tista’ tintuża bis-sħiħ minn Cabo Verde, it-trażmissjoni tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd issir permezz tal-posta elettronika.

2.4

Kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jkun fiha l-informazzjoni elenkata fl-Appendiċi 4 u d-dokumenti li ġejjin:

a)

prova tal-pagament tal-imposta bil-quddiem għall-perjodu ta’ awtorizzazzjoni annwali kkonċernat, u tal-kostijiet assoċjati mal-osservatur imsemmi fil-Kapitolu IX, il-paragrafu 3. Il-ħlas bil-quddiem ma huwiex rimborżabbli, sakemm l-applikazzjoni ma tiġix ikkanċellata qabel ma tinħareġ l-awtorizzazzjoni; f’dan il-każ il-ħlas bil-quddiem jista’ jiġi kkreditat lil operatur għal applikazzjoni oħra jew jingħata lura lill-operatur;

b)

ritratt diġitali riċenti b’riżoluzzjoni tajba, bil-kulur, tal-bastiment, li jagħti stampa dettaljata tal-ġenb tal-bastiment inkluż l-isem tal-bastiment u n-numru ta’ identifikazzjoni viżibbli b’mod ċar fuq il-buq;

c)

kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-bandiera.

Meta awtorizzazzjoni tas-sajd tiġġedded skont dan il-Protokoll, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkun fiha biss l-informazzjoni prevista fl-Appendiċi 4 u l-prova tal-pagament tal-imposta u tal-kostijiet relatati mal-osservatur.

3.   Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom joħorġu l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd oriġinali lill-operaturi, jew lill-aġent tagħhom, fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu l-applikazzjoni kompluta.

Wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd, l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom itellgħu minnufih kopja elettronika tal-oriġinal iffirmat fis-sistema LICENCE, meta din tkun operattiva bis-sħiħ, u sadattant jibagħtuha bil-posta elettronika lill-awtoritajiet tal-Unjoni.

Il-bastimenti tal-Unjoni awtorizzati għandhom iżommu abbord l-awtorizzazzjoni tas-sajd oriġinali. Madankollu, verżjoni elettronika tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tista’ tintuża għal perjodu massimu ta’ 60 jum kalendarju wara d-data tal-ħruġ ta’ din l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Matul dan il-perjodu, il-kopja għandha titqies li hija ekwivalenti għall-awtorizzazzjoni oriġinali.

4.   Ħsarat fis-sistema LICENCE

4.1

Meta jinqalgħu xi diffikultajiet fit-trażmissjoni tal-informazzjoni fis-sistema LICENCE bejn il-Kummissjoni Ewropea u Cabo Verde, l-iskambji elettroniċi tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom isiru bil-posta elettronika sakemm is-sistema terġa’ tibda taħdem.

4.2

Wara li s-sistema tiġi stabbilita mill-ġdid, l-informazzjoni tiġi aġġornata fis-sistema LICENCE minn kull Parti.

5.   Lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu

Malli joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, Cabo Verde għandu jistabbilixxi mingħajr dewmien, għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista finali tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-korp nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd, u lill-Unjoni. Il-bastimenti jistgħu jibdew jistadu hekk kif jiġu inklużi f’dik il-lista.

6.   Durata ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd għandhom perjodu ta’ validità ta’ sena u jistgħu jiġġeddu.

“Perjodu annwali” għandu jfisser:

a)

għall-ewwel sena tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-perjodu huwa mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu sal-31 ta’ Diċembru tal-istess sena;

b)

fis-snin ta’ wara, kull sena kalendarja sħiħa;

c)

għall-aħħar sena tal-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar sad-data tal-iskadenza ta’ dan il-Protokoll.

7.   Żamma abbord tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-oriġinal, jew kopja, tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinżamm abbord għall-perjodu massimu tal-użu msemmi fil-paragrafu 3.

8.   Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

8.1

L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment speċifiku u ma tistax tiġi ttrasferita. Madankollu, f’każ ta’ prova ta’ forza maġġuri, bħat-telf ta’ bastiment jew in-nuqqas ta’ użu fit-tul tiegħu minħabba ħsara teknika gravi, u, fuq talba tal-Unjoni, l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinbidel b’awtorizzazzjoni ġdida maħruġa f’isem bastiment ieħor li jkun simili għal dak li għandu jinbidel, mingħajr il-ġbir ta’ imposti supplimentari.

8.2

It-trasferiment għandu jsir billi l-operatur jew l-aġent tiegħu jagħti lura lil Cabo Verde l-awtorizzazzjoni tas-sajd li għandha tinbidel u billi Cabo Verde jistabbilixxi malajr kemm jista’ jkun l-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tinħareġ malajr kemm jista’ jkun lill-operatur jew lill-aġent tiegħu meta tintbagħat lura l-awtorizzazzjoni li tkun se tiġi ssostitwita. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni tibda tgħodd dakinhar li tingħata lura l-awtorizzazzjoni li għandha tinbidel.

8.3

Il-Partijiet għandhom jaġġornaw l-informazzjoni relatata ma’ dan it-trasferiment fis-sistema LICENCE.

8.4

Cabo Verde għandu jaġġorna malajr kemm jista’ jkun il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat minnufih lill-korp nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd, u lill-Unjoni.

9.   Bastimenti ta’ appoġġ

Fuq talba tal-Unjoni, u wara analiżi mill-awtoritajiet kompetenti, Cabo Verde għandu jawtorizza lill-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd sabiex jiġu megħjuna minn bastimenti ta’ appoġġ.

Il-bastimenti ta’ appoġġ ma jistgħux ikunu mgħammra għas-sajd. Dan l-appoġġ la jista’ jinkludi l-provvista tal-fjuwil u lanqas it-trażbord tal-qabdiet.

Il-bastimenti ta’ appoġġ għandhom ikunu soġġetti għall-istess proċedura għat-trażmissjoni tat-talbiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd imsemmija f’dan il-Kapitolu, sa fejn din tkun tapplika għalihom. Cabo Verde għandu jistabbilixxi l-lista tal-bastimenti ta’ appoġġ awtorizzati u jibgħatha minnufih lill-Unjoni.

Għandha titħallas imposta annwali ta’ EUR 3 500 għal dawn il-bastimenti.

Fil-każ ta’ tħassir tal-awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment ta’ appoġġ qabel ma tkun inħarġet il-liċenzja mill-awtoritajiet ta’ Cabo Verde, jew qabel ma l-bastiment ikun beda jopera fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde, l-ammont imħallas għandu jiġi rimborżat. Dan jista’ wkoll jiġi kkreditat lill-operatur jew lill-assoċjazzjoni tal-produtturi u jintuża għal pagament ieħor.

TAQSIMA 2

IMPOSTI U ĦLASIJIET BIL-QUDDIEM

1.

L-imposta mħallsa mill-operaturi hija kif ġej:

a)

għall-bastimenti tas-sajd bit-tartaruni: EUR 80 għal kull tunnellata li tinqabad fl-ewwel tliet perjodi annwali (2); EUR 85 għal kull tunnellata li tinqabad fl-aħħar tliet perjodi annwali;

b)

għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u għall-bastimenti bil-qasab u x-xlief: EUR 75 għal kull tunnellata li tinqabad fl-ewwel tliet perjodi annwali (3); EUR 80 għal kull tunnellata li tinqabad fl-aħħar tliet perjodi annwali.

2.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jinħarġu wara li jkunu tħallsu lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde l-imposti b’rata fissa li jridu jitħallsu minn qabel li ġejjin:

a)

għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni: EUR 6 800 għal sena kalendarja sħiħa, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ 85 t fejn tapplika l-imposta ta’ EUR 80 għal kull tunnellata, u 80 t fejn tapplika l-imposta ta’ EUR 85 għal kull tunnellata;

b)

għall-bastimenti bil-qasab u x-xlief: EUR 1 500 għal sena kalendarja sħiħa, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ 20 t fejn tapplika l-imposta ta’ EUR 75 għal kull tunnellata, u 18,75 t fejn tapplika l-imposta ta’ EUR 80 għal kull tunnellata;

c)

għall-bastimenti tas-sajd bil-konz: EUR 3 900 għal sena kalendarja sħiħa, ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ 52 t fejn tapplika l-imposta ta’ EUR 75 għal kull tunnellata, u 48,75 t fejn tapplika l-imposta ta’ EUR 80 għal kull tunnellata.

3.

L-imposta b’rata fissa li trid titħallas minn qabel għandha tinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-portijiet, it-taxxi tat-trażbord u l-kostijiet għall-provvista tas-servizzi. Għall-ewwel u l-aħħar perjodi annwali, l-imposta b’rata fissa li trid titħallas minn qabel u t-tunnellaġġ ekwivalenti tagħha għal kull bastiment għandhom jiġu kkalkulati pro rata temporis.

L-imposti fissi bil-quddiem, u l-bilanċi msemmija fil-paragrafu 5, għandhom jitħallsu f’kont speċifiku fl-Istat ta’ Cabo Verde, li r-referenzi għalih għandhom jiġu pprovduti minn Cabo Verde.

4.

Għal kull bastiment l-Unjoni għandha tistabbilixxi, abbażi tar-rappurtar minnu tal-qabdiet tiegħu, kalkolu finali tal-imposti li jridu jitħallsu għall-bastiment għall-attivitajiet tiegħu matul is-sena kalendarja ta’ qabel. L-Unjoni għandha tibgħat dan il-kalkolu finali lil Cabo Verde u lill-operatur permezz tal-Istati Membri qabel it-30 ta’ April tas-sena li tkun għaddejja. Cabo Verde jista’ jikkontesta l-kalkolu finali, abbażi ta’ evidenza ddokumentata, fi żmien 30 jum minn meta jirċevih. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt. Jekk Cabo Verde ma joġġezzjonax fi żmien 30 jum, il-kalkolu finali għandu jitqies li ġie adottat.

5.

Meta l-kalkolu finali jkun ikbar mill-imposta b’rata fissa li tkun tħallset minn qabel biex inkisbet l-awtorizzazzjoni tas-sajd, l-operatur għandu jħallas il-bilanċ pendenti lil Cabo Verde fi żmien 45 jum, sakemm ma jikkontestax il-kalkolu huwa stess. Madankollu, meta l-kalkolu finali jkun inqas mill-imposta b’rata fissa li tkun tħallset minn qabel, l-operatur ma jkunx jista’ jirkupra l-ammont li jifdal.

KAPITOLU III

MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI

Il-miżuri tekniċi li japplikaw għall-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni għas-sajd fir-rigward taż-żoni, tal-irkaptu tas-sajd u tal-qabdiet aċċessorji huma stabbiliti fl-Appendiċi 2 għal kull kategorija ta’ sajd.

Il-bastimenti għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT għar-reġjun għal dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu tas-sajd u mal-irkaptu biex jinġema’ l-ħut (FAD), l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

F’konformità ma’ dawn il-miżuri u rakkomandazzjonijiet, il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu l-livell ta’ qabdiet aċċessorji tal-fkieren tal-baħar, tal-għasafar tal-baħar u ta’ speċijiet oħrajn li ma humiex fil-mira. Il-bastimenti tal-Unjoni għandhom jeħilsu dawn il-qabdiet aċċessorji fl-interess tas-sopravvivenza tal-ispeċijiet ikkonċernati.

KAPITOLU IV

DIKJARAZZJONI TAL-QABDIET

TAQSIMA 1

REĠISTRAZZJONI FIL-ĠURNAL TAS-SAJD U KOMUNIKAZZJONI TAL-QABDIET PERMEZZ TAS-SISTEMA ERS

1.

Il-kaptan ta’ bastiment tal-qbid tal-Unjoni li jkollu liċenzja tas-sajd mogħtija permezz ta’ dan il-Protokoll għandu jżomm ġurnal tas-sajd f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet applikabbli tal-ICCAT.

Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-akkuratezza tad-data rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

2.

Kull bastiment tal-qbid tal-Unjoni li jkollu liċenzja tas-sajd maħruġa skont dan il-Protokoll għandu jkun mgħammar b’sistema elettronika (“ERS”) li tkun kapaċi tirreġistra u tibgħat data dwar l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment (“data tal-ERS”).

3.

Bastiment tal-qbid tal-Unjoni li ma jkunx mgħammar b’sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma tkunx qiegħda taħdem, ma huwiex awtorizzat jidħol fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde biex iwettaq attivitajiet tas-sajd fiha.

4.

Il-ġurnal tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde. Il-bastiment għandu jibgħat id-data tal-ERS lill-Istat tal-bandiera tiegħu, li għandu jiżgura li din titqiegħed b’mod awtomatiku għad-dispożizzjoni taċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd (ĊMS) ta’ Cabo Verde.

5.

It-trażmissjoni tad-data tal-ERS trid issir bl-użu tal-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni mmaniġġjati mill-Kummissjoni Ewropea għall-iskambji standardizzati tad-data dwar is-sajd. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-komunikazzjonijiet permezz tas-sistema ERS huma speċifikati fl-Appendiċi 5, it-Taqsima 1 u 3.

6.

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment li wettaq in-nuqqas sakemm jitlestew il-formalitajiet u l-penali stabbilita fil-leġiżlazzjoni attwali ta’ Cabo Verde tiġi applikata lill-operatur. L-Unjoni u l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b’dan. Madankollu, jekk ħsara teknika taffettwa t-trażmissjoni bejn iċ-ĊMS ta’ biċċiet mid-data tal-ERS, il-bastimenti tal-Unjoni affettwati minn dak in-nuqqas ma għandhomx jitqiesu li jinsabu fi stat ta’ nonkonformità.

TAQSIMA 2

RAPPORTAR TRIMESTRALI TAD-DATA AGGREGATA DWAR IL-QABDIET

1.

Qabel tmiem it-tielet xahar ta’ kull trimestru, l-Unjoni tipprovdi lil Cabo Verde d-data dwar il-qabdiet fix-xhur jew fit-trimestri ta’ qabel tas-sena li tkun għaddejja. Din id-data għandha tiġi ppreżentata kull xahar, skont il-kategorija tas-sajd, skont il-bastiment u skont l-ispeċi indikata mill-kodiċi tal-FAO tagħha.

2.

Din id-data aggregata mill-ġurnali tas-sajd għandha titqies bħala provviżorja, sakemm l-awtoritajiet tal-Unjoni jkunu nnotifikaw dikjarazzjoni annwali finali tal-qabdiet skont il-Kapitolu II, it-Taqsima 2.

3.

Cabo Verde għandu juża din id-data u jirrapporta l-inkonsistenzi mad-data li jirċievi mis-sistema ERS skont it-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu.

KAPITOLU V

ŻBARK U TRAŻBORD

1.   Notifika u dikjarazzjoni

Il-kaptan ta’ bastiment tal-Unjoni li jkun jixtieq jiżbarka l-ħut f’port ta’ Cabo Verde, jew jittrażborda qabdiet li jkun qabad fiż-żona ta’ Cabo Verde, għandu jkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT li jistabbilixxu l-iskadenzi u l-informazzjoni li għandha tiġi komunikata lil Cabo Verde bħala l-Istat tal-Port:

a)

għat-talba minn qabel għad-dħul fil-port (4);

b)

għan-notifika ta’ trażbord minn qabel (5);

c)

għad-dikjarazzjoni ta’ trażbord (6).

Barra minn hekk, id-dikjarazzjonijiet tal-iżbark fil-portijiet ta’ Cabo Verde għandhom jiġu kkomunikati wkoll lil Cabo Verde fl-istess skadenzi u formati bħal dawk stabbiliti għall-komunikazzjoni tagħhom lill-Istat tal-bandiera.

2.   Arranġamenti għall-komunikazzjoni tan-notifiki u d-dikjarazzjonijiet

In-notifiki u d-dikjarazzjonijiet imsemmija f’dan il-Kapitolu għandhom jiġu kkomunikati bħala kwistjoni ta’ prijorità permezz tas-sistema ERS bejn l-Istat tal-bandiera u l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde. Madankollu, jekk l-informazzjoni kollha prevista f’dawn in-notifiki u d-dikjarazzjonijiet ma tiġix trażmessa permezz tas-sistema ERS, l-informazzjoni kollha għall-avveniment ikkonċernat tiġi sottomessa permezz tal-posta elettronika mill-operatur lill-awtoritajiet ta’ Cabo Verde. F’dan il-każ, huma għandhom jgħarrfu dwar il-wasla mingħajr dewmien.

It-trażbord irid isir fl-ilmijiet ta’ port ta’ Cabo Verde li jkun awtorizzat għal dan il-għan. It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit.

In-nuqqas ta’ konformità ta’ dawn il-kundizzjonijiet għandu jwassal biex jiġu applikati l-pieni previsti għal dan il-għan fil-leġiżlazzjoni ta’ Cabo Verde.

3.   Skrutinju tat-tranżazzjonijiet

Cabo Verde għandu jikkontrolla l-operazzjonijiet ta’ trażbord u ta’ żbark fil-portijiet f’konformità mal-obbligi tiegħu skont il-Ftehim dwar il-miżuri tal-Istat tal-Port. Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni involuti f’operazzjonijiet ta’ żbark jew ta’ trażbord għandhom jaċċettaw il-verifiki ta’ dawk l-operazzjonijiet. Għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ spezzjoni stabbiliti fil-Kapitolu VI, il-paragrafu 3.

Fuq talba tal-ispetturi, il-kaptan għandu jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-approvazzjoni sanitarja tal-bastiment.

4.   Inċentivi għall-iżbark

Il-Partijiet għandhom jikkooperaw bejniethom sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-industrija tas-sajd ta’ Cabo Verde u sabiex isaħħu l-impatt ekonomiku u soċjali tal-Ftehim, b’mod partikolari billi jżidu l-iżbark mill-bastimenti tal-Unjoni u billi jżidu l-valur għall-prodotti tas-sajd.

L-operaturi li jistadu għat-tonn għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżbarkaw Parti mill-qabdiet li jkunu għamlu fl-ilmijiet ta’ Cabo Verde. Il-qabdiet żbarkati jistgħu jinbiegħu lill-intrapriżi lokali bi prezz iddefinit abbażi ta’ negozjati bejn l-operaturi.

Il-Kumitat Konġunt għandu jimmonitorja b’mod regolari l-implimentazzjoni tal-istrateġija maħsuba biex iżid ir-rata tal-iżbark kif ukoll it-tħaddim tajjeb tal-infrastrutturi tal-port u tal-ipproċessar wara konsultazzjoni mal-operaturi kkonċernati.

L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-port għall-bastimenti tal-Unjoni biex jagħmlu l-iżbark.

KAPITOLU VI

KONTROLL U SPEZZJONI

1.   Dħul fiż-żona tas-sajd u ħruġ minnha

Jeħtieġ li Cabo Verde jiġi mgħarraf b’kull dħul fiż-żona tas-sajd tiegħu u ħruġ minnha min-naħa ta’ bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd fi żmien 3 sigħat qabel dan id-dħul jew ħruġ.

Meta tkun qed issir in-notifika tad-dħul jew tal-ħruġ tal-bastiment, għandha tintbagħat b’mod partikulari l-informazzjoni li ġejja:

a)

id-data, il-ħin u l-punt ta’ qsim tal-fruntiera previsti;

b)

il-kwantità ta’ kull speċi miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u mogħtija f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali.

Fil-każ ta’ tħassir tal-ħruġ, dan ukoll irid jiġi nnotifikat mill-aktar fis possibbli. In-notifika tad-dħul u tal-ħruġ għandha ssir l-ewwel permezz tas-sistema tal-ERS jew, fin-nuqqas ta’ dan, permezz tal-posta elettronika jew bir-radju. Cabo Verde għandu jinforma minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni b’kull bidla tal-indirizz elettroniku jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Kull bastiment li jinqabad jistad fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde mingħajr ma jkun innotifika d-daħla tiegħu minn qabel jitqies bħala bastiment li jkun qed jikser il-liġi.

In-notifika għandha tintbagħat bħala prijorità permezz tal-ERS jew, jekk din ikollha l-ħsara, bil-posta elettronika. L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jgħarrfu minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-Unjoni b’kull bidla tal-indirizz elettroniku.

2.   Id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti tal-VMS — strument ta’ sorveljanza tal-bastimenti

Kwalunkwe bastiment tal-Unjoni awtorizzat skont dan il-Protokoll għandu jkun mgħammar bi strument ta’ monitoraġġ tal-bastimenti, kompletament operattiv u konness li jkun jista’ lokalizzat u jiġi identifikat awtomatikament minn strument ta’ traċċar, bis-saħħa tat-trażmissjoni awtomatika tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment f’intervalli regolari (“ data tal-VMS”).

Huwa pprojbit li wieħed iċaqlaq, jiskonnettja, ikisser, jagħmel ħsara lil jew jiddiżattiva l-istrument ta’ monitoraġġ kontinwu tal-pożizzjoni permezz tal-komunikazzjoni satellitari li tkun abbord il-bastiment għat-trażmissjoni tad-data, jew li wieħed volontarjament jibdel, jiddevja jew jiffalsifika d-data li din is-sistema tittrażmetti jew tirreġistra.

Waqt li jkunu fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde, il-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom jassiguraw il-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, f’kull ħin, liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tagħhom. Din id-data għandha tkun disponibbli għal Cabo Verde skont l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Appendiċi 5.

Il-bastimenti tal-Unjoni ma għandhomx jitqiesu li huma f’nuqqas ta’ konformità fil-każ ta’ ħsara teknika fit-trażmissjoni tad-data tal-VMS bejn iċ-ĊMS ikkonċernati.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jipprovdi l-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni u l-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ kunfidenza ta’ 99 %, kif ukoll l-informazzjoni bil-format speċifiku tal-Appendiċi 5.

3.   Spezzjonijiet

L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde jew fil-port tal-bastimenti tal-Unjoni li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn bastimenti u spetturi ta’ Cabo Verde li jkunu identifikati b’mod ċar bħala bastimenti u spetturi maħturin sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.

Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi ta’ Cabo Verde għandhom javżaw lill-bastiment tal-Unjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir minn mhux iktar minn żewġ spetturi, li jridu jipprovdu prova tal-identità u tal-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.

L-ispetturi ta’ Cabo Verde għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-Unjoni għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Huma għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt tagħha fuq il-bastiment u fuq l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.

Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu jiffaċilita l-imbark tal-ispetturi ta’ Cabo Verde u għandu jiffaċilitalhom xogħolhom.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi ta’ Cabo Verde għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni għandu d-dritt li jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandhom jiffirmawh l-ispettur li fasslu u l-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni.

L-ispetturi ta’ Cabo Verde għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-Unjoni qabel ma jinżlu minn fuq il-bastiment. Cabo Verde għandu jibgħat kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-Unjoni fi żmien 8 ijiem mill-ispezzjoni.

L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde jistgħu jawtorizzaw lill-awtoritajiet tal-Unjoni jieħdu sehem fl-ispezzjonijiet bħala osservaturi.

4.   Spezzjonijiet konġunti

Abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, il-Partijiet jistgħu jiftiehmu li jwettqu spezzjonijiet konġunti fuq il-bastimenti tal-Unjoni, b’mod partikolari waqt l-operazzjonijiet ta’ żbark u ta’ trażbord, biex jiżguraw il-ħarsien kemm mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kif ukoll mal-leġiżlazzjoni ta’ Cabo Verde. Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, l-ispetturi skjerati mill-Partijiet f’dan il-kuntest għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet dwar it-twettiq tal-ispezzjonijiet stabbiliti rispettivament fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u ta’ Cabo Verde.

Fil-kuntest tar-responsabbiltajiet tagħhom bħala Stati tal-bandiera u Stati kostali, il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jikkooperaw fuq azzjonijiet ta’ kontroll, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tagħhom. Barra minn hekk, fuq talba tal-Unjoni, l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde jistgħu jawtorizzaw lill-ispetturi tas-sajd mill-Istati Membri tal-Unjoni jwettqu spezzjonijiet fuq il-bastimenti tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom fil-limiti tal-kompetenza tagħhom skont id-dritt nazzjonali tagħhom.

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu, l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde jirriżervaw id-dritt li jissospendu l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment tal-Unjoni li jkun qed iwettaq il-ksur sakemm jitlestew il-formalitajiet u li japplikaw il-piena stabbilita fil-leġiżlazzjoni ta’ Cabo Verde. L-Istat Membru tal-Unjoni li jkun l-Istat tal-bandiera u l-Unjoni għandhom jiġu mgħarrfa b’dan.

5.   Monitoraġġ parteċipattiv marbut mal-ġlieda kontra s-sajd IUU

Sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra s-sajd IUU, il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni għandhom jirrappurtaw il-preżenza ta’ kwalunkwe bastiment fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde li jkun qed iwettaq attivitajiet issuspettati li huma attivitajiet tas-sajd IUU, u għandhom jipprovdu kemm jista’ jkun informazzjoni dwar dak li jkunu lemħu. Ir-rapporti ta’ osservazzjoni għandhom jintbagħtu minnufih lill-awtoritajiet ta’ Cabo Verde u lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-Unjoni li jkun l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jkun wettaq l-osservazzjoni li, min-naħa tagħha, għandha tibgħathom minnufih lill-Unjoni jew lill-korp magħżul minnha. L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jibagħtu lill-Unjoni kwalunkwe rapport tal-osservazzjoni li jkollhom dwar bastimenti tal-Unjoni li jkunu qed iwettqu attivitajiet issuspettati li huma attivitajiet tas-sajd IUU fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde.

KAPITOLU VII

KSUR TAR-REGOLI

1.   Ipproċessar tal-ksur

Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd f’konformità ma’ dan l-Anness huwa msemmi f’rapport tal-ispezzjoni.

L-iffirmar tar-rapport tal-ispezzjoni min-naħa tal-kaptan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-operatur li jiddefendi ruħu mill-akkuża ta’ ksur.

2.   Detenzjoni ta’ bastiment — laqgħa ta’ informazzjoni

Meta l-leġiżlazzjoni ta’ Cabo Verde li tkun fis-seħħ dwar il-ksur tkun tippermetti dan, kull bastiment tal-Unjoni li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u jirritorna lejn port ta’ Cabo Verde, f’każ li jkun qed ibaħħar.

Cabo Verde għandu jinnotifika lill-Unjoni sa fi żmien jum tax-xogħol b’kull detenzjoni ta’ bastiment tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. Ma’ din in-notifika għandhom jingħataw elementi li jiġġustifikaw l-arrest.

Qabel ma jieħu kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, ħlief għal miżuri mmirati għall-ħarsien tal-provi, Cabo Verde għandu jorganizza, fuq talba tal-Unjoni, fi żmien jum tax-xogħol min-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li wasslu għall-arrest tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat l-azzjoni li jmiss li jistgħu jittieħdu. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

3.   Pieni għall-ksur — proċedura ta’ kompromess

Cabo Verde għandu jistabbilixxi l-piena għall-allegat ksur skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu fis-seħħ.

Meta s-soluzzjoni għall-ksur tkun tinvolvi proċedimenti legali, qabel jingħata bidu għalihom, u sakemm il-ksur ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinbeda proċedura ta’ kompromess bejn Cabo Verde u l-Unjoni sabiex jiġu stabbiliti t-termini tal-piena u l-livell tagħha. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi għal din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm sa mhux iktar tard minn 3 ijiem min-notifika tal-arrest tal-bastiment.

4.   Proċedimenti legali — garanzija bankarja

Jekk il-proċedura ta’ kompromess tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, l-operatur tal-bastiment li wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja f’bank magħżul minn Cabo Verde, li l-ammont tagħha, kif stabbilit minn Cabo Verde, għandu jkun ikopri l-kostijiet marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens li jista’ jkun hemm ’il quddiem. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċedimenti legali.

Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u tingħata lura lill-operatur mingħajr dewmien wara li tinqata’ s-sentenza:

a)

kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;

b)

skont l-ammont tal-bilanċ li jkun għad fadal, jekk il-piena tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.

Cabo Verde għandu jgħarraf lill-Unjoni bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien 8 ijiem minn meta tingħata s-sentenza.

5.   Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu għandhom jiġu awtorizzati jħallu l-port ladarba l-piena tkun tħallset fi proċedura ta’ kompromess, jew ladarba l-garanzija bankarja tkun ġiet iddepożitata.

KAPITOLU VIII

IMPJIEG TAS-SAJJIEDA TAL-AKP ABBORD BASTIMENTI TAL-UNJONI

Fit-tmien ta’ dan il-Kapitolu “sid ta’ bastiment tas-sajd” tfisser is-sid tal-bastiment tas-sajd jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer, l-aġent jew in-nolleġġatur ta’ bastiment mingħajr ekwipaġġ, li jkun assuma r-responsabbiltà għall-operat tal-bastiment mis-sid u li, malli jassumi t-tali responsabbiltà, ikun qabel li jieħu f’idejh id-doveri u r-responsabbiltajiet imposti fuq is-sidien ta’ bastiment tas-sajd skont it-termini ta’ dan il-Protokoll, irrispettivament minn jekk kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra tissodisfax uħud mid-doveri jew ir-responsabbiltajiet f’isem is-sid tal-bastiment tas-sajd

1.   L-għadd meħtieġ ta’ sajjieda tal-AKP li għandhom jiġu imbarkati

1.1.

Is-sid tal-bastiment tas-sajd għandu jimbarka sajjieda mill-Afrika, mill-Karibew u mill-Paċifiku (“AKP”) biex jaħdmu abbord il-bastiment tiegħu bħala membri tal-ekwipaġġ għat-tul tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment fil-qafas ta’ dan il-Protokoll.

1.2.

L-għadd minimu ta’ sajjieda li għandhom jiġu imbarkati skont il-punt 1.1 għandu jkun kif ġej:

a)

il-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni għandha timbarka mill-inqas sitt baħrin;

b)

il-flotta tal-bastimenti tat-tonn bil-qasab u x-xlief għandha timbarka mill-inqas żewġ baħrin;

c)

il-flotta tal-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ għandha timbarka mill-inqas ħames baħrin.

Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom jagħmlu ħilithom biex jimbarkaw iktar baħrin minn Cabo Verde.

1.3.

Is-sajjieda li għandhom jiġu imbarkati skont il-punt 1.1 għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159 (7), inkluż f’dak li jirrigwarda l-passaport, il-ktieb tal-baħħara, iċ-ċertifikat mediku u ċ-ċertifikat ta’ taħriġ bażiku. Il-lista ta’ rekwiżiti li jirriżultaw minn din il-leġiżlazzjoni għandha tiġi kkomunikata minn qabel biżżejjed lill-awtoritajiet ta’ Cabo Verde mill-Istat tal-bandiera. Is-sajjieda tal-AKP li għandhom jiġu imbarkati f’konformità mal-punt 1.1 għandhom ikunu jistgħu jifhmu l-lingwa tax-xogħol stabbilita abbord il-bastiment tas-sajd, jagħtu ordnijiet u struzzjonijiet u jirrapportaw b’dik il-lingwa.

1.4.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde għandhom jistabbilixxu, jaġġornaw regolarment u jikkomunikaw lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd lista ta’ sajjieda kompetenti.

1.5.

Il-kaptan għandu jistabbilixxi, jaġġorna u jiffirma lista tal-ekwipaġġ skont il-formola 5 tal-Konvenzjoni tal-IMO dwar il-Faċilitazzjoni tat-Traffiku Marittimu Internazzjonali (il-Konvenzjoni FAL), u għandu jibgħat kopja ta’ din il-lista lill-awtoritajiet nominati ta’ Cabo Verde qabel ma l-bastiment iħalli ż-żona tal-port.

1.6.

Is-sid tal-bastiment tas-sajd jew, fin-nuqqas tiegħu, il-kaptan, għandu jirrifjuta li jippermetti lis-sajjied jitla’ abbord il-bastiment tiegħu jekk is-sajjied ma jissodisfax ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 1.3.

2.   Kundizzjonijiet tax-xogħol

Il-kundizzjonijiet li bihom is-sajjieda tal-AKP jiġu imbarkati jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2017/159, inkluż fir-rigward tas-sigħat tax-xogħol jew tal-mistrieħ, id-drittijiet ta’ ripatrijazzjoni, kif ukoll is-sikurezza u s-saħħa okkupazzjonali.

3.   Ftehim tax-xogħol tas-sajjieda

3.1.

Għal kull sajjied imbarkat abbord bastiment tal-Unjoni f’konformità mal-punt 1.1, għandu jiġi nnegozjat u ffirmat ftehim ta’ impenn bil-miktub kemm mis-sajjied kif ukoll minn min iħaddem.

3.2.

Il-ftehim jikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Istat tal-bandiera li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2017/159 (l-Anness I tad-Direttiva).

4.   Paga tas-sajjieda

4.1.

Il-kost tal-paga u l-kostijiet addizzjonali tax-xogħol għandhom jitħallsu direttament jew, fil-każ fejn l-impjegatur tas-sajjied ikun servizz privat tas-suq tax-xogħol, indirettament minn sid il-bastiment tas-sajd.

4.2.

Għandha titħallas paga garantita ta’ kull xahar jew regolari lis-sajjieda tal-AKP, preferibbilment permezz ta’ trasferiment bankarju, irrispettivament mill-qabdiet u/jew mill-bejgħ reali tal-ħut. Dan jiġi stabbilit bi ftehim reċiproku bejn sidien il-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trade unions tagħhom jew ir-rappreżentanti tagħhom. Meta ma jkunux ġew konklużi ftehimiet kollettivi u l-pagi bażiċi minimi tal-Istati tal-bandiera ma japplikawx, il-kundizzjonijiet bażiċi tal-pagi mogħtija lis-sajjieda tal-AKP ma għandhomx ikunu anqas minn dawk applikati għall-ekwipaġġi fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u, fl-ebda każ, ma għandhom ikunu soġġetti għall-istandards tal-ILO dwar il-baħħara, li l-għan tagħhom huwa li jistabbilixxu xibka ta’ sikurezza internazzjonali għall-protezzjoni tax-xogħol deċenti għall-baħħara u li jgħinu biex jiżguraw dan.

4.3.

Is-sajjieda ma għandhomx għalfejn iġarrbu l-kostijiet potenzjali tal-pagamenti riċevuti. Il-baħħara għandhom il-mezzi biex jibagħtu lill-familji tagħhom mingħajr kostijiet il-ħlasijiet kollha li jirċievu, jew parti minnhom, inklużi l-pagamenti bil-quddiem.

4.4.

Is-sajjieda għandhom jirċievu karta tal-paga għal kull ħlas tar-remunerazzjoni tagħhom u, jekk jitolbu dan, prova tal-pagament tal-paga.

5.   Sigurtà soċjali

Cabo Verde għandu jiżgura li s-sajjieda residenti abitwali fit-territorju tiegħu u d-dipendenti tagħhom, sa fejn previst mid-dritt nazzjonali, ikunu intitolati għall-protezzjoni soċjali b’kundizzjonijiet mhux inqas favorevoli minn dawk applikabbli għal ħaddiema oħra, b’mod partikolari l-impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom, li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju tagħhom.

6.   Servizzi privati tas-suq tax-xogħol

6.1.

Is-servizzi privati tas-suq tax-xogħol jinkludu:

a)

servizz ta’ reklutaġġ u kollokament, jiġifieri kull persuna, kumpanija, istituzzjoni, aġenzija jew organizzazzjoni oħra, fis-settur pubbliku jew privat, li hija impenjata fir-reklutaġġ ta’ sajjieda f’isem, jew li tpoġġi sajjieda ma’, sidien ta’ bastimenti tas-sajd;

b)

aġenzija privata tal-impjiegi, jiġifieri kull persuna, kumpanija, istituzzjoni, aġenzija jew organizzazzjoni oħra fis-settur privat impenjata li timpjega jew tinvolvi sajjieda bil-għan li tagħmilhom disponibbli għas-sidien ta’ bastimenti tas-sajd li jassenjaw il-kompiti tagħhom u jissorveljaw it-twettiq ta’ dawn il-kompiti.

6.2.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde għandhom jiżguraw li l-aġenti ta’ Cabo Verde li jipprovdu servizzi privati tas-suq tax-xogħol kemm lis-sajjieda kif ukoll lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd:

a)

ma jużaw l-ebda mezz, mekkaniżmu jew lista biex jipprevjenu jew jiskoraġġixxu lis-sajjieda milli jiġu impjegati;

b)

ma jitolbux lis-sajjieda, fi flus kontanti jew in natura, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, tariffi jew kostijiet oħra għas-servizzi tas-suq tax-xogħol li jipprovdu;

c)

ma jagħtux self jew ma jipprovdux oġġetti jew servizzi lis-sajjied bil-patt li s-sajjieda jridu jħallsuhom lura jew jirrimborżawhom;

d)

ma jnaqqsux mir-remunerazzjoni tas-sajjieda l-pagament jew ir-rimborż ta’ self, oġġetti jew servizzi pprovduti qabel ma s-sajjied ikun ġie impjegat; u

e)

jiżguraw li:

i)

il-ftehim ta’ impjieg tas-sajjied jikkonforma ma’ dan il-Kapitolu, mal-leġiżlazzjonijiet, mar-regolamenti u mal-ftehimiet kollettivi li jirregolaw il-ftehim ta’ impjieg tas-sajjied;

ii)

il-ftehim ta’ impjieg tas-sajjied jitfassal b’lingwa mifhuma mis-sajjied u bil-lingwa uffiċjali jew tax-xogħol tal-bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat;

iii)

is-sajjieda impjegati jiġu infurmati bid-drittijiet u bl-obbligi tagħhom qabel ma jiffirmaw il-ftehim ta’ impenn tagħhom;

iv)

jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex is-sajjieda impjegati jkunu jistgħu jirrevedu t-termini tal-ftehim ta’ impenn tagħhom u jfittxu parir dwar il-kwistjoni qabel ma jiffirmaw;

v)

is-sajjieda impjegati jirċievu kopja ffirmata tal-ftehim ta’ impjieg tagħhom;

vi)

is-sajjieda jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan il-Kapitolu; u

vii)

is-sid tal-bastiment tas-sajd għandu jirċievi kopja ta’ kull karta tal-paga u prova tal-pagament f’waqthom ma’ kull pagament ta’ remunerazzjoni jekk il-membru tal-persunal iħallas ir-remunerazzjoni.

6.3.

L-awtoritajiet kompetenti ta’ Cabo Verde għandhom jiżguraw li l-aġenti ta’ Cabo Verde li jimpjegaw sajjieda biex jistazzjonaw abbord bastimenti tas-sajd tal-Unjoni jiżguraw li l-ftehimiet ta’ impjieg tas-sajjieda li jiffirmaw ma’ dawk is-sajjieda jindikaw b’mod ċar li s-sajjied ikkonċernat ikun impjegat mill-aġent li għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tas-sidien tal-bastimenti tas-sajd li jassenjawhom f’kompiti u jissorveljaw it-twettiq ta’ dawk il-kompiti.

6.4.

B’deroga mill-punt 6.2, il-punt b), il-kostijiet tal-kisba ta’ ktieb tal-baħħara, ta’ ċertifikat mediku u ta’ passaport għandhom jitħallsu mis-sajjied jew minn persuna jew organizzazzjoni oħra ddeterminati mil-leġiżlazzjoni applikabbli, mill-ftehim ta’ impjieg tas-sajjied jew minn ftehim kollettiv, fejn applikabbli. Il-kostijiet tal-kisba ta’ viża u ta’ permess tax-xogħol, jekk applikabbli, huma r-responsabbiltà tal-impjegatur.

7.   Ħarsien ta’ dan il-Kapitolu

7.1.

L-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li l-leġiżlazzjoni applikabbli għas-sajjieda tkun faċilment aċċessibbli u mingħajr ħlas f’forma komprensiva u trasparenti.

7.2.

L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni xierqa ta’ dan il-Kapitolu f’konformità mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali u f’konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

7.3.

L-awtoritajiet tal-Istat tal-bandiera għandhom jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tat-Taqsimiet 1, 2 u 3 abbord bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Dawn jeżerċitaw ir-responsabbiltà tagħhom f’konformità mal-Linji Gwida tal-ILO għall-Ispezzjoni tal-Istat tal-Bandiera tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol fuq il-Bastimenti tas-Sajd.

7.4.

Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għandhom ikunu eżentati mill-pagament tal-ammont b’rata fissa msemmi fil-punt 8 fil-każijiet li ġejjin:

a)

is-sajjied propost fil-lista msemmija fil-punt 1.4 ma jidhirx li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.3;

b)

is-sajjied li jkun iffirma ftehim ta’ impjieg skont il-punt 3.1 ma jirrapportax lill-imgħallem fid-data u fil-ħin speċifikati fil-ftehim ta’ impjieg tiegħu;

c)

l-awtoritajiet ta’ Cabo Verde ma jipprovdux il-lista msemmija fil-punt 1.4.

7.5.

Il-Kumitat Konġunt għandu jimmonitorja l-ħarsien tal-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

8.   Nuqqas ta’ imbark tas-sajjieda

Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd li jonqsu milli jimbarkaw sajjieda minn Cabo Verde għandhom ikunu meħtieġa jħallsu, qabel it-30 ta’ Settembru tas-sena li tkun għaddejja, għal kull baħri inqas mill-għadd stabbilit fit-Taqsima 1, ammont b’rata fissa ta’ EUR 20 għal kull jum li fih il-bastimenti tagħhom kienu jinsabu fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde.

KAPITOLU IX

OSSERVATURI

1.   Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

Sa ma tiġi implimentata sistema ta’ osservaturi reġjonali, il-bastimenti li huma awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde skont il-Ftehim għandhom jimbarkaw, minflok l-osservaturi reġjonali, osservaturi magħżulin minn Cabo Verde skont ir-regoli stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

Il-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu soġġetti għal skema ta’ osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom imwettqin fil-kuntest ta’ dan il-Ftehim.

Din l-iskema ta’ osservazzjoni għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet previsti fir-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT.

2.   Bastimenti u osservaturi magħżulin

Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 1 ta’ dan il-Kapitolu, il-Partijiet jintrabtu li joħolqu l-kundizzjonijiet tekniċi u loġistiċi biex jippermettu l-imbarkazzjoni ta’ għadd minimu ta’ osservaturi fil-kundizzjonijiet u l-limiti li ġejjin:

a)

għall-flotta ta’ bastimenti tas-sajd bit-tartaruni jassiguraw l-imbarkazzjoni ta’ mill-inqas osservatur xjentifiku wieħed għal kull bastiment, sal-limitu massimu ta’ tliet bastimenti indikati b’mod aleatorju.

b)

għall-flotta ta’ bastimenti tas-sajd bil-konz jassiguraw l-imbarkazzjoni ta’ mill-inqas osservatur xjentifiku wieħed għal kull bastiment, sal-limitu massimu ta’ tliet bastimenti indikati b’mod aleatorju.

c)

għall-flotta tas-sajd bil-qasba u x-xlief jassiguraw l-imbarkazzjoni ta’ mill-inqas osservatur xjentifiku wieħed għal kull bastiment, sal-limitu massimu ta’ żewġ bastimenti indikati b’mod aleatorju.

Cabo Verde għandu jagħżel il-bastimenti tal-Unjoni li jimbarka osservatur, kif ukoll l-osservatur magħżul għal dawk il-bastimenti, sa mhux iktar tard minn 15-il jum qabel id-data prevista għall-imbark tal-osservatur.

Meta joħroġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, Cabo Verde għandu jgħarraf lill-Unjoni u lill-operatur, jew lill-aġent tiegħu, bil-bastimenti u bl-osservaturi magħżulin, kif ukoll bil-ħin li matulu l-osservatur ikun se jkun abbord kull bastiment. Cabo Verde għandu jgħarraf minnufih lill-Unjoni u lill-operatur, jew lill-aġent tiegħu, b’kull bidla fil-bastimenti u fl-osservaturi magħżulin.

Cabo Verde għandu jagħmel ħiltu sabiex ma jagħżilx osservaturi għall-bastimenti li diġà jkollhom osservatur abbord jew li diġà jkunu obbligati formalment li jimbarkaw osservatur waqt l-istaġun tas-sajd ikkonċernat fil-kuntest tal-attivitajiet tagħhom f’żoni oħrajn tas-sajd minbarra dawk ta’ Cabo Verde.

L-osservaturi m’għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.

Kwalunkwe osservatur li jiġi imbarkat bastiment tal-Unjoni għandu jkun irċieva t-taħriġ meħtieġ biex jiżgura s-sikurezza tiegħu abbord u biex iwettaq tajjeb il-kompiti ta’ osservazzjoni li għandhom isiru.

Cabo Verde jipprovdi t-taħriġ għall-osservaturi tiegħu. It-taħriġ tal-osservaturi għandu jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-proċeduri stabbiliti għall-osservazzjoni abbord il-bastimenti tal-Unjoni, bl-objettiv li jiġu armonizzati u kkoordinati l-programmi nazzjonali tal-osservaturi.

Il-Partijiet jaqblu li jesploraw l-użu possibbli ta’ sistemi ta’ monitoraġġ elettroniku fil-programmi ta’ osservazzjoni tagħhom. Cabo Verde u l-Unjoni għandhom jikkooperaw mal-Istati kostali l-oħra tal-Oċean Atlantiku tal-Lvant, sabiex tiġi appoġġata implimentazzjoni reġjonali miftiehma tal-programmi ta’ osservazzjoni, skont l-ICCAT.

3.   Kontribuzzjoni finanzjarja b’rata fissa

Meta jħallas l-imposta, l-operatur għandu jħallas lil Cabo Verde ammont b’rata fissa ta’ EUR 200 fis-sena għal kull bastiment.

4.   Paga tal-osservatur

Cabo Verde għandu jħallas il-paga u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur.

5.   Kundizzjonijiet tal-imbark

Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikulari t-tul ta’ żmien tiegħu abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn l-operatur jew l-aġent tiegħu u Cabo Verde.

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-akkomodazzjoni abbord tal-osservatur għandha tikkunsidra l-istruttura teknika tal-bastiment.

L-operatur għandu jħallas l-kostijiet tal-akkomodazzjoni u tal-ikel abbord.

Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li għalihom huwa jkun responsabbli sabiex jiggarantixxi s-sikurezza fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.

L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa biex iwettaq dmirijietu. Huwa għandu jkollu aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari għall-ġurnal ta’ abbord tas-sajd u għall-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-Partijiet tal-bastiment li huma marbutin b’mod dirett ma’ dmirijietu.

6.   Obbligi tal-osservatur

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

a)

jieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel l-operazzjonijiet tas-sajd;

b)

jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jinsabu abbord;

c)

jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument tal-bastiment.

7.   L-imbark u l-iżbark tal-osservatur

L-osservatur għandu jimbarka f’port magħżul mill-operatur.

L-operatur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jgħarraf lil Cabo Verde, tal-inqas 10 ijiem qabel l-imbark, bid-data, bil-ħin u bil-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jittella’ abbord f’pajjiż barrani, l-operatur għandu jħallas l-kostijiet tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark.

Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti għall-imbarkazzjoni fi żmien 12-il siegħa wara d-data u l-ħin stabbiliti, l-operatur għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jippermetti lill-osservatur jimbarka. Huwa għandu jkun ħieles li jħalli l-port u li jibda l-operazzjonijiet tas-sajd tiegħu.

Meta l-osservatur ma jitniżżilx f’port ta’ Cabo Verde, l-operatur għandu jiżgura r-ritorn tal-osservatur lura lejn Cabo Verde mill-aktar fis possibbli, u għandu jagħmel dan bi spejjeż tiegħu.

8.   Il-kompiti tal-osservatur

L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

a)

josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment;

b)

jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt l-operazzjonijiet tas-sajd tiegħu;

c)

jieħu kampjunar bijoloġiku fil-kuntest ta’ programm xjentifiku;

d)

jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

e)

jivverifika d-data dwar il-qabdiet għaż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde reġistrata fil-ġurnal ta’ abbord;

f)

jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet aċċessorji u jagħti stima tal-qabdiet skartati;

g)

jibgħat l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, bil-faks jew bil-posta elettronika mill-inqas darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde, inkluż il-kwantità ta’ qabdiet ewlenin u aċċessorji abbord.

9.   Rapport tal-osservatur

Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jippreżenta rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fuq ir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.

L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lil Cabo Verde, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-Unjoni fi żmien 8 ijiem mill-iżbark tal-osservatur.

APPENDIĊIJIET TAL-ANNESS

Appendiċi 1 – Żona tas-sajd ta’ Cabo Verde

Appendiċi 2 – Miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni

Appendiċi 3 – Informazzjoni ta’ kuntatt għall-komunikazzjoni skont dan il-Protokoll

Appendiċi 4 – Formola ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni

Appendiċi 4a – Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta meta ssir applikazzjoni għal-liċenzja fil-qafas tal-Protokoll li jimplimenta l-Ftehim dwar is-Sajd bejn Cabo Verde u l-Unjoni Ewropea

Appendiċi 5 – Linji gwida tekniċi għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), u tas-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd (sistema ERS)

Appendiċi 6 – Ipproċessar tad-data personali


(1)  Ir-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta’ flotot tas-sajd esterni, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU UE L 347, 28.12.2017, p. 81).

(2)  Ref. il-Kapitolu II, it-Taqsima 1, il-paragrafu 6 għad-definizzjoni ta’ “perjodu annwali”.

(3)  Ara hawn fuq.

(4)  Ref. ICCAT, Rakkomandazzjoni 18-09, il-paragrafu 13.

(5)  Ref. ICCAT, Rakkomandazzjoni 21-15, l-Appendiċi 3, il-paragrafu 3.1.

(6)  Ref. ICCAT, Rakkomandazzjoni 21-15, l-Appendiċi 3, il-paragrafu 3.3 u l-Appendiċi 1.

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/159 tad-19 ta’ Diċembru 2016 li timplimenta l-Ftehim li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd, 2007, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol konkluż bejn il-Konfederazzjoni Ġenerali tal-Kooperattivi Agrikoli fl-Unjoni Ewropea (COGECA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) u l-Assoċjazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Intrapriżi tas-Sajd fl-Unjoni Ewropea (Europêche) (ĠU UE L 25, 31.1.2017, p. 12).

Appendiċi 1

ŻONA TAS-SAJD TA’ CABO VERDE

Iż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde tasal sa 200 mil nawtiku mil-linji bażi li ġejjin:

Punti

Latitudni tat-Tramuntana

Lonġitudni tal-Punent

Gżira

A.

14o 48′ 43,17 ″

24o 43′ 48,85 ″

I. Brava

C-P1 a Rainha

14o 49′ 59,10 ″

24o 45′ 33,11 ″

—

C-P1 a Faja

14o 51′ 52,19 ″

24o 45′ 09,19 ″

—

D-P1 Vermelharia

16o 29′ 10,25 ″

24o 19′ 55,87 ″

S. Nicolau

E.

16o 36′ 37,32 ″

24o 36′ 13,93 ″

Ilhéu Raso

F-P1 a da Peça

16o 54′ 25,10 ″

25o 18′ 11,00 ″

Santo Antão

F.

16o 54′ 40,00 ″

25o 18′ 32,00 ″

—

G-P1 a Camarín

16o 55′ 32,98 ″

25o 19′ 10,76 ″

—

H-P1 a Preta

17o 02′ 28,66 ″

25o 21′ 51,67 ″

—

I-P1 A Mangrade

17o 03′ 21,06 ″

25o 21′ 54,44 ″

—

J-P1 a Portinha

17o 05′ 33,10 ″

25o 20′ 29,91 ″

—

K-P1 a do Sol

17o 12′ 25,21 ″

25o 05′ 56,15 ″

—

L-P1 a Sinagoga

17o 10′ 41,58 ″

25o 01′ 38,24 ″

—

M-Pta Espechim

16o 40′ 51,64 ″

24o 20′ 38,79 ″

S. Nicolau

N-Pta Norte

16o 51′ 21,13 ″

22o 55′ 40,74 ″

Sal

O-Pta Casaca

16o 50′ 01,69 ″

22o 53′ 50,14 ″

—

P-Ilhéu Cascalho

16o 11′ 31,04 ″

22o 40′ 52,44 ″

Boa Vista

Pl-Ilhéu Baluarte

16o 09′ 05,00 ″

22o 39′ 45,00 ″

—

Q-Pta Roque

16o 05′ 09,83 ″

22o 40′ 26,06 ″

—

R-Pta Flamengas

15o 10′ 03,89 ″

23o 05′ 47,90 ″

Maio

S.

15o 09′ 02,21 ″

23o 06′ 24,98 ″

Santiago

T.

14o 54′ 10,78 ″

23o 29′ 36,09 ″

—

U-D. Maria Pia

14o 53′ 50,00 ″

23o 30′ 54,50 ″

I. de Fogo

V-Pta Pesqueiro

14o 48′ 52,32 ″

24o 22′ 43,30 ″

I. Brava

X-Pta Nho Martinho

14o 48′ 25,59 ″

24o 42′ 34,92 ″

—

II >

14o 48′ 43,17 ″

24o 43′ 48,85 ″

 

Skont it-Trattat li r-Repubblika ta’ Cabo Verde u r-Repubblika tas-Senegal iffirmaw bejniethom fis-17 ta’ Frar 1993, il-fruntiera marittima mas-Senegal hija delimitata mill-punti li ġejjin:

Punti

Latitudni tat-Tramuntana

Lonġitudni tal-Punent

A

13o 39′ 00″

20o 04′ 25″

B

14o 51′ 00″

20o 04′ 25″

C

14o 55′ 00″

20o 00′ 00″

D

15o 10′ 00″

19o 51′ 30″

E

15o 25′ 00″

19o 44′ 50″

F

15o 40′ 00″

19o 38′ 30″

G

15o 55′ 00″

19o 35′ 40″

H

16o 04′ 05″

19o 33′ 30″

Skont it-Trattat li r-Repubblika ta’ Cabo Verde u r-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania ffirmaw bejniethom, il-fruntiera marittima bejn iż-żewġ pajjiżi hija delimitata mill-punti li ġejjin:

Punti

Latitudni tat-Tramuntana

Lonġitudni tal-Punent

H

16o04,0 ′

019o33,5 ′

I

16o17,0 ′

019o32,5 ′

J

16o28,5 ′

019o32,5 ′

K

16o38,0 ′

019o33,2 ′

L

17o00,0 ′

019o32,1 ′

M

17o06,0 ′

019o36,8 ′

N

17o26,8 ′

019o37,9 ′

O

17o31,9 ′

019o38,0 ′

P

17o44,1 ′

019o38,0 ′

Q

17o53,3 ′

019o38,0 ′

R

18o02,5 ′

019o42,1 ′

S

18o07,8 ′

019o44,2 ′

T

18o13,4 ′

019o47,0 ′

U

18o18,8 ′

019o49,0 ′

V

18o24,0 ′

019o51,5 ′

X

18o28,8 ′

019o53,8 ′

Y

18o34,9 ′

019o56,0 ′

Z

18o44,2 ′

020o00,0 ′

Appendiċi 2

MIŻURI TEKNIĊI TA’ KONSERVAZZJONI

1.   Miżuri li japplikaw għall-kategoriji kollha:

(a)   Speċijiet ipprojbiti:

F’konformità mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċijiet Migratorji tal-Annimali Selvaġġi u mar-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT, huwa pprojbit is-sajd għall-manta ġganta (Manta birostris), għall-gabdoll (Cetorhinus maximus), għall-kelb il-baħar l-abjad (Carcharodon carcharias), għall-pixxivolpi għajnu kbira (Alopias superciliosus), għall-kurazzi tal-familja tal-iSphyrnidae (ħlief għall-kurazza tiburo), għall-kelb il-baħar tal-qarnuna bajda oċeaniku (Carcharhinus longimanus) u għall-kelb il-baħar ħariri (Carcharhinus falciformis).

Is-sajd għall-kelb il-baħar balena (Rhincondon typus) huwa pprojbit f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Cabo Verde.

Projbizzjoni tat-tneħħija tal-pinen tal-kelb il-baħar: għandha tkun projbita t-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar minn fuq bastimenti, u ż-żamma abbord, it-trażbord u t-tniżżil l-art tal-pinen tal-klieb il-baħar. Mingħajr preġudizzju għal dan ta’ hawn fuq, sabiex ikun iffaċilitat il-ħżin abbord, il-pinen tal-kelb il-baħar jistgħu jinqatgħu b’mod parzjali u jintwew għal fuq il-karkassa, iżda ma jistgħux jitneħħew minn mal-karkassa qabel ma din tiġi żbarkata.

b)   Trażbord fuq il-baħar:

It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit. Kull trażbord irid isir fl-ilmijiet ta’ port ta’ Cabo Verde li jkun awtorizzat għal dan il-għan.

2.   Miżuri speċifiċi

SKEDA 1: BASTIMENTI TAT-TONN BIL-QASAB U X-XLIEF

1)

Żona tas-sajd: lil hinn minn 12-il mil nawtiku mil-linja bażi.

2)

Irkaptu awtorizzat: il-qasab u x-xlief.

3)

Speċijiet fil-mira: it-tonn isfar (Thunnus albacares), it-tonn obeż (Thunnus obesus) u l-palamit (Katsuwonus pelamis).

4)

Qabdiet aċċessorji: ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.

5)

Lixki ħajjin: Sajd bil-lixka ħajja

Is-sajd bil-lixka għandu jkun limitat għal numru ta’ jiem fix-xahar li għandu jiġi stabbilit mill-Kumitat Konġunt. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar l-arranġamenti prattiċi sabiex ikun permess is-sajd jew il-ġbir tal-lixka ħajja meħtieġ għall-attivitajiet ta’ dawn il-bastimenti ta’ din il-kategorija. Meta dawn l-attivitajiet isiru f’żoni sensittivi jew b’irkaptu mhux konvenzjonali, dawn l-arranġamenti għandhom jiġu ddeterminati abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Istitut Xjentifiku ta’ Cabo Verde u bi qbil mal-awtoritajiet ta’ Cabo Verde.

SKEDA 2: BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUNI

(1)

Żona tas-sajd: lil hinn minn 18-il mil nawtiku mil-linja bażi, filwaqt li titqies in-natura ta’ arċipelagu taż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde.

(2)

Irkaptu awtorizzat: it-tartaruni.

(3)

Speċijiet fil-mira: it-tonn isfar (Thunnus albacares), it-tonn obeż (Thunnus obesus) u l-palamit (Katsuwonus pelamis).

Qabdiet aċċessorji: il-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.

SKEDA 3: BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ TAL-WIĊĊ

1)

Żona tas-sajd: lil hinn minn 18-il mil nawtiku mil-linja bażi.

2)

Irkaptu awtorizzat: il-konzijiet tal-wiċċ.

3)

Speċijiet fil-mira: il-pixxispad (Xiphias gladius), il-ħuta kaħla (Prionace glauca), it-tonn isfar (Thunnus albacares) u t-tonn obeż (Thunnus obesus).

Qabdiet aċċessorji: il-ħarsien tar-rakkomandazzjonijiet tal-ICCAT u tal-FAO.

3.   Aġġornament

Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fil-Kumitat Konġunt sabiex jaġġornaw dawn il-miżuri tekniċi ta’ konservazzjoni abbażi tar-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi.

Appendiċi 3

INFORMAZZJONI TA’ KUNTATT GĦALL-KOMUNIKAZZJONI SKONT DAN IL-PROTOKOLL

I —   Għall-Unjoni:

Il-Kummissjoni Ewropea – id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DĠ MARE)

L-indirizz postali: Rue Joseph II 99 — 1049 Brussell — IL-BELĠJU

Posta elettronika: MARE-B3@ec.europa.eu

Applikazzjoni għal-liċenzji, għall-formoli ta’ spezzjoni, għan-notifiki ta’ rapporti ta’ ksur:

Posta elettronika: MARE-LICENCES@ec.europa.eu

Monitoraġġ tal-qabdiet:

Posta elettronika: MARE-CATCHES@ec.europa.eu

Konnessjoni ERS VMS permezz ta’ FLUX:

Posta elettronika: fish-fidesinfo@ec.europa.eu

II —   Għal Cabo Verde:

DNPA- DIREÇÃO NACIONAL DE PESCA E AQUACULTURA

Cova de Inglesa (Edifício do Campus do Mar)

C. Postal 132 Mindelo São Vicente República de Cabo Verde

Telefown: + 238 230 00 68 / 986 48 25

Posta elettronika: acordo.dgpescas@dgpescas.gov.cv

COSMAR – CENTRO DE OPERAÇÕES DE SEGURANÇA MARÍTIMA

Antigo Aeroporto da Praia- Achada Grande Frente - Ilha Santiago

República de Cabo Verde

Telefown: + 238 263 10 43

Posta elettronika: cosmar.secretaria@gmail.com

IGP - INSPEÇÃO GERAL DAS PESCAS

Avenida Marginal, Mindelo, República de Cabo Verde

(Edifício do Ex-Comando Naval, Mindelo São Vicente

C. Postal 34 - Telefown: + 238 230 00 85 / 238 516 26 52

238 991 77 84

Posta elettronika:

IMAR - INSTITUTO DO MAR

Cova de Inglesa (Edifício do Campus do Mar)

C. Postal 132 Mindelo São Vicente República de Cabo Verde

Telefown: + 238 232 13 73/74

Posta elettronika: gabinete.cd@imar.gov.cv

APPENDIĊI 4

FORMOLA TA’ APPLIKAZZJONI GĦALL-AWTORIZZAZZJONI GĦAS-SAJD

FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN CABO VERDE U L-UNJONI EWROPEA

I.   L-APPLIKANT

1.

Isem l-applikant:

2.

Isem l-organizzazzjoni tal-produtturi (OP) jew sid il-bastiment:

3.

Indirizz tal-organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ sid il-bastiment:

4.

Numru tat-telefown:

Numru tal-faks:

Indirizz tal-posta elettronika

5.

Isem il-kaptan:

Nazzjonalità:

Indirizz tal-posta elettronika:

6.

Isem l-aġent lokali u l-indirizz tiegħu:

II.   IDENTIFIKAZZJONI TAL-BASTIMENT

7.

Isem il-bastiment:

8.

Stat tal-bandiera:

Port tar-reġistrazzjoni:

9.

Immarkar estern:

MMSI:

Numru tal-OMI:

10.

Data tar-reġistrazzjoni tal-bandiera attwali (JJ/XX/SSSS): …/…/…

Bandiera ta’ qabel (jekk kien hemm):

11.

Post tal-kostruzzjoni:

Data (JJ/XX/SSSS): …/…/…

12.

Frekwenza tas-sejħa bir-radju: HF:

VHF:

13.

Numru tat-telefown bis-satellita:

IRCS

III.   KARATTERISTIĊI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT

14.

Tul totali tal-bastiment (f’metri):

Wisa’ totali (f’metri):

Tunnellaġġ (mogħti f’TG skont il-konvenzjoni ta’ Londra):

15.

Tip ta’ magna:

Qawwa tal-magna (f’kW):

16.

Għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ:

17.

Metodu ta’ konservazzjoni abbord:

□

bis-silġ

□

żamma fil-friġġ

□

metodu mħallat

□

żamma fil-friża

18.

Kapaċità ta’ pproċessar kuljum (fuq 24 siegħa) f’tunnellati:

Għadd ta’ stivi għall-ħut:

Kapaċità totali tal-istivi għall-ħut (f’m3):

19.

VMS. Dettalji dwar l-istrument għall-monitoraġġ awtomatiku tal-pożizzjoni:

Manifattur:

Mudell:

Numru tas-serje:

Verżjoni tas-software:

Operatur tas-satellita (MCSP):

IV.   ATTIVITÀ TAS-SAJD

20.

Irkaptu tas-sajd awtorizzat:

□

tartaruni tal-borża

□

konzijiet

□

qasab u xlief

21.

Post fejn isir l-iżbark tal-qabdiet:

22.

Perjodu ta’ liċenzja mitlub minn (JJ/XX/SSSS) …/…/… sa (JJ/XX/SSSS) …/…/…

Jien, il-firmatarju t’hawn taħt, niċċertifika li l-informazzjoni mogħtija f’din il-formola hija veru u korretta u ġenwina.

Magħmul fi …, nhar il-…/…/…

Firma tal-applikant: …

Appendiċi 4a

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA META SSIR APPLIKAZZJONI GĦAL-LIĊENZJA FIL-QAFAS TAL-PROTOKOLL LI JIMPLIMENTA L-FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN CABO VERDE U L-UNJONI EWROPEA

L-informazzjoni li ġejja relatata mal-applikant, ma’ sid il-bastiment, mal-identifikazzjoni tal-bastiment, mad-data teknika tiegħu u mal-perjodu kkonċernat għandha tkun obbligatorja, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor:

—

Isem l-applikant

—

Nru tat-telefown tal-applikant

—

Indirizz tal-posta elettronika tal-applikant

—

Isem sid il-bastiment

—

Indirizz ta’ sid il-bastiment

—

Isem il-kaptan

—

Nazzjonalità tal-kaptan

—

Indirizz tal-posta elettronika tal-kaptan

—

Isem l-aġent lokali u l-indirizz tiegħu

—

Isem il-bastiment

—

Stat tal-bandiera

—

Port tar-reġistrazzjoni

—

L-IRCS

—

Immarkar estern

—

MMSI

—

Nru tal-OMI (fejn dan ikun applikabbli)

—

Nru tal-ICCAT

—

Data tar-reġistrazzjoni tal-bandiera attwali

—

Bandiera ta’ qabel (jekk kien hemm)

—

Post tal-kostruzzjoni

—

Data tal-kostruzzjoni

—

Frekwenza tas-sejħa bir-radju

—

Numru tat-telefown bis-satellita

—

Tul totali (metri)

—

Tunnellaġġ (mogħti f’TG skont il-konvenzjoni ta’ Londra)

—

Tip ta’ magna

—

Qawwa tal-magna (f’kW)

—

Għadd ta’ membri tal-ekwipaġġ abbord

—

Nazzjonalitajiet tal-membri tal-ekwipaġġ abbord

—

Metodu ta’ konservazzjoni abbord

—

Kapaċità ta’ pproċessar kuljum (fuq 24 siegħa) f’tunnellati

—

Għadd ta’ stivi għall-ħut

—

Kapaċità totali tal-istivi għall-ħut (f’m3)

—

Manifattur tal-VMS (fakultattiv).

—

Mudell tal-VMS (fakultattiv)

—

Numru tas-serje tal-VMS (fakultattiv)

—

Verżjoni tas-software tal-VMS (fakultattiv)

—

Operatur tas-satellita (fakultattiv)

—

Irkaptu tas-sajd awtorizzat

—

Post fejn isir l-iżbark tal-qabdiet

—

Data tal-bidu tal-awtorizzazzjoni mitluba

—

Data tat-tmiem tal-awtorizzazzjoni mitluba

Appendiċi 5

LINJI GWIDA TEKNIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SISTEMA TA’ MONITORAĠĠTAL-BASTIMENTI (VMS), U TAS-SISTEMA TA’ REĠISTRAZZJONI TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD (SISTEMA ERS)

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦAT-TRAŻMISSJONI TAD-DATA DWAR IL-POŻIZZJONI TAL-BASTIMENT U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-VMS MILL-PARTIJIET; IL-KONTINWITÀ TAL-OPERAZZJONIJIET

1.

Il-bastimenti tal-Unjoni ma għandhomx jitqiesu li huma f’nuqqas ta’ konformità f’każ ta’ ħsara teknika fit-trażmissjoni tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment jew fit-trażmissjoni tad-data dwar l-attività tas-sajd (“data tal-VMS”) bejn iċ-ĊMS ikkonċernati.

2.

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu konnessjoni bl-użu tas-software FLUX Transportation Layer ipprovdut mill-Kummissjoni Ewropea u jimplimentaw il-format UN/FLUX. Cabo Verde għandu jiżgura li t-tagħmir elettroniku tiegħu jkun kompatibbli mas-sistema tal-Unjoni.

3.

Iż-żewġ Partijiet jimplimentaw ambjent ta’ aċċettazzjoni għall-iskop ta’ ttestjar, qabel ma jużaw l-ambjent tal-produzzjoni. L-Unjoni tibgħat messaġġi ta’ ttestjar liċ-ĊMS ta’ Cabo Verde fl-ambjent ta’ aċċettazzjoni. Ladarba jkunu għaddew it-testijiet, iż-żewġ Partijiet jaqblu dwar id-data minn meta tintbagħat id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment u d-data tal-ERS awtomatikament permezz tas-software FLUX.

4.

Sa dik id-data, id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment tal-Unjoni u d-data tal-ERS għandhom jitwettqu bl-użu tal-formati u l-arranġamenti diġà fis-seħħ fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

5.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta’ Cabo Verde għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull bidla f’dawn l-indirizzi.

6.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u ċ-ĊMS ta’ Cabo Verde għandhom jinfurmaw malajr kemm jista’ jkun lil xulxin bi kwalunkwe interruzzjoni tal-komunikazzjonijiet awtomatiċi, għandhom jistabbilixxu mill-ġdid il-komunikazzjonijiet awtomatiċi u għandhom jinnotifikaw lill-Parti l-oħra li huma ġew stabbiliti mill-ġdid. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan.

7.

Jekk l-interruzzjoni ddum għal aktar minn 24 siegħa, id-data għandha tiġi pprovduta miċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera permezz tal-posta elettronika bi frekwenza preskritta fit-Taqsimiet 2 u 3 sakemm jerġgħu jibdew il-komunikazzjonijiet awtomatiċi.

8.

Id-data affettwata mill-interruzzjoni tiġi rritornata wkoll bl-użu ta’ sistemi ta’ komunikazzjoni awtomatiċi ladarba tiġi rrestawrata.

9.

Kull waħda mill-Partijiet għandha tiżgura l-konsistenza tad-data, inkluż l-iżgurar li l-filtri xierqa jiġu integrati fis-sistemi tagħhom u applikati għad-data biex jiġi żgurat li tiġi kkunsidrata biss id-data relatata mal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde.

TAQSIMA 2

REKWIŻITI TEKNIĊI GĦAT-TRAŻMISSJONI TAD-DATA TAL-VMS

1.

Data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment — sistema ta’ monitoraġġ tal-bastimenti

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u t-trażmissjoni elettronika tad-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment bl-użu tal-konnessjoni ċentralizzata pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea. Id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti għandha tiġi rreġistrata b’mod sigur u għandha tinżamm għal perjodu ta’ 3 snin mill-Partijiet.

L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, ħlief għall-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”.

2.

Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema ta’ sorveljanza tal-bastiment

Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde b’sistema ta’ sorveljanza tal-bastiment difettuża għandhom jibagħtu l-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz ta’ ittra elettronika liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull 4 sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jgħarraf liċ-ĊMS ta’ Cabo Verde dwar din il-bidla. Id-data dwar il-pożizzjoni mbagħad tiġi trażmessa b’din il-frekwenza.

Iċ-ĊMS ta’ Cabo Verde għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-Unjoni b’kull interruzzjoni fir-riċezzjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni ta’ bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.

F’każ li l-ħsara taffettwa s-sistemi elettroniċi taħt il-kontroll tal-Unjoni, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jikkomunika kull 24 siegħa l-messaġġi kollha dwar il-pożizzjoni li jkun irċieva liċ-ĊMS ta’ Cabo Verde, permezz tal-posta elettronika. Dan l-iskambju jista’ jintalab miċ-ĊMS ta’ Cabo Verde liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera jekk il-ħsara tikkonċerna s-sistema tiegħu, u minkejja l-isforzi li jkunu saru biex dan jiġi solvut, il-ħsara tippersisti għal aktar minn 48 siegħa.

L-awtoritajiet ta’ Cabo Verde għandhom javżaw lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tagħhom sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jitqisux li qegħdin iwettqu ksur minħabba n-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-data tal-pożizzjoni tal-bastimenti.

L-istruttura tal-messaġġi li jikkomunikaw id-data dwar il-pożizzjoni tal-bastiment lil Cabo Verde

Data

Kodiċi

Obbligatorju (O) / Fakultattiv (F)

Kontenut

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Dettall dwar is-sistema li jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

O

Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż destinatarju (ISO-3166)

Speditur

FR

O

Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-pajjiż speditur (ISO-3166)

Stat tal-bandiera

FS

O

Dettall dwar il-messaġġ – Il-kodiċi alfa-3 tal-Istat tal-bandiera (ISO-3166)

Tip ta’ messaġġ

TM

O

Dettall dwar il-messaġġ – It-tip ta’ messaġġ (ENT, POS, EXI, MAN)

Sinjal tas-sejħa bir-radju (IRCS)

RC

O

Dettall dwar il-bastiment – Is-sinjal internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment (l-IRCS)

Numru ta’ referenza intern tal-Parti kontraenti

IR

F

Dettall dwar il-bastiment – Numru uniku tal-Parti kontraenti, mogħti bħala l-kodiċi Alfa-3 (ISO-3166) segwit min-numru

Identifikatur Uniku tal-Bastiment (numru tal-OMI)

IM

O

Data relatata mal-bastiment - numru IMO

Obbligatorja jekk il-bastiment ikollu numru bħal dan

Numru tar-reġistrazzjoni estern

XR

O

Dettall dwar il-bastiment – in-numru mmarkat fuq il-ġenb tal-bastiment (ISO 8859.1)

Latitudni

LT

O

Dettalji dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Latitudni tal-pożizzjoni fi gradi deċimali (WGS84) +/-DD.ddd. Numri pożittivi għall-emisferu tat-Tramuntana; valuri negattivi għall-emisferu tan-Nofsinhar. Is-sinjal (+) ma għandux jiġi trażmess. Iż-żerijiet ta’ quddiem jistgħu jitħallew barra. Il-valur għandu jkun bejn - 90 u + 90.

Lonġitudni

LG

O

Dettalji dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Lonġitudni tal-pożizzjoni fi gradi deċimali (WGS84) +/-DDD.ddd. Numri pożittivi għall-emisferu tat-Tramuntana; valuri negattivi għall-emisferu tan-Nofsinhar. Is-sinjal (+) ma għandux jiġi trażmess. Iż-żerijiet ta’ quddiem jistgħu jitħallew barra. Il-valur għandu jkun bejn - 180 u + 180.

Cap

CO

O

Ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360o grad

Veloċità

SP

O

Il-veloċità tal-bastiment f’wieħed minn kull 10 mili nawtiċi

Data

DA

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

IT

O

Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – Il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni f’UTC (SSMM)

Tmiem tar-reġistrazzjoni

ER

O

Dettall dwar is-sistema li jindika tmiem ir-reġistrazzjoni

TAQSIMA 3

REKWIŻITI TEKNIĊI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SISTEMA TA’ REĠISTRAZZJONI TAS-SAJD U L-KOMUNIKAZZJONI TAS-DATA TAL-ERS

1.

Meta jkun fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde, il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li jkollu awtorizzazzjoni maħruġa skont dan il-Protokoll għandu:

a)

jirreġistra kull dħul fiż-żona tas-sajd u kull ħruġ minnha permezz ta’ messaġġ speċifiku li jkun fih il-kwantitajiet ta’ kull speċi li jkunu qed jinżammu abbord fil-mument ta’ dan id-dħul fiż-żona tas-sajd jew ta’ dan il-ħruġ minnha, kif ukoll id-data, il-ħin u l-pożizzjoni li fihom ikun se jsir dan id-dħul jew dan il-ħruġ. Dan il-messaġġ għandu jintbagħat liċ-ĊMS ta’ Cabo Verde permezz tas-sistema ERS jew b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni sa sagħtejn qabel dan id-dħul jew dan il-ħruġ;

b)

jirreġistra l-pożizzjoni tal-bastiment kuljum f’nofsinhar jekk ma tkun twettqet l-ebda attività tas-sajd;

c)

għal kull operazzjoni tas-sajd li tkun twettqet, jirreġistra l-pożizzjoni fejn din tkun twettqet, it-tip ta’ rkaptu li jkun intuża u l-kwantitajiet ta’ kull speċi maqbuda, u jagħmel distinzjoni bejn il-qabdiet li jkunu nżammu abbord u dawk li jkunu ġew skartati. Kull speċi trid tiġi identifikata bil-kodiċi alfa-3 tal-FAO tagħha, waqt li l-kwantitajiet iridu jingħataw f’kilogrammi ta’ piż ħaj, jew jekk ikun meħtieġ, fl-għadd ta’ ħut individwali;

d)

jibgħat lill-Istat tal-bandiera tiegħu, kuljum u sa mhux iktar tard minn nofsillejl, id-data li tkun ġiet irreġistrata fil-ġurnal elettroniku ta’ abbord tas-sajd. Din id-data trid tintbagħat għal kull jum li l-bastiment iqatta’ fiż-żona tas-sajd ta’ Cabo Verde, anke jekk ma tkun saret l-ebda qabda. Trid tintbagħat ukoll qabel ma l-bastiment joħroġ miż-żona tas-sajd.

2.

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jqiegħed id-data dwar l-ERS għad-dispożizzjoni taċ-ĊMS ta’ Cabo Verde. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament u mingħajr dewmien il-messaġġi istantanji (il-messaġġi COE, COX u PNO) mis-sistema ERS liċ-ĊMS ta’ Cabo Verde. Darba kuljum, dan jibgħat awtomatikament messaġġi tas-sistema ERS oħra mill-bastiment.

3.

Sakemm jintemmu l-fażijiet tal-ittestjar previsti fit-Taqsima 1:

—

id-data għandha tiġi trażmessa permezz tad-DEH (id-“Data Exchange Highway”) fil-format EU-ERS (fil-verżjoni 3.1 tiegħu).

—

in-notifiki tat-trażbord għandhom isiru bil-posta elettronika lill-awtorità kompetenti ta’ Cabo Verde

—

il-messaġġi istantanji biss (COE, qabda mad-dħul; COX, qabda mal-ħruġ; PNO, notifika minn qabel) jiġu trażmessi awtomatikament u mingħajr dewmien. It-tipi l-oħra ta’ messaġġi huma disponibbli għal talba awtomatika miċ-ĊME ta’ Cabo Verde. Minn meta jiġi implimentat b’mod effettiv il-format UN/FLUX, dan l-aħħar mod ta’ trażmissjoni għandu jintuża biss għal talbiet speċifiċi għal data storika.

4.

Id-data tiġi trażmessa skont il-format u l-proċessi deskritti fid-dokument ta’ implimentazzjoni disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

5.

Iċ-ĊMS ta’ Cabo Verde għandu jikkonferma li rċieva d-data istantanja tal-ERS li tkun intbagħtitlu billi jibgħat messaġġ ta’ ritorn li fih jikkonferma l-wasla tad-data u l-validità tal-messaġġ li huwa rċieva. Ma għandha tintbagħat l-ebda konferma tal-wasla fil-każ tad-data li ċ-ĊMS ta’ Cabo Verde jirċievi bi tweġiba għal talba li jkun għamel huwa stess.

6.

Meta t-trażmissjoni bejn bastiment u ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tfalli, iċ-ĊMS għandu jgħarraf lill-kaptan jew lill-operatur tal-bastiment jew lir-rappreżentant jew rappreżentanti tagħhom mingħajr dewmien b’dan. Malli jirċievi din in-notifika, il-kaptan tal-bastiment għandu jibgħat id-data li tkun nieqsa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera b’kull mezz xieraq ta’ telekomunikazzjoni kuljum sa mhux iktar tard minn nofsillejl.

7.

F’każ ta’ ħsara fis-sistema ta’ trażmissjoni elettronika installata abbord il-bastiment, il-kaptan jew l-operatur tal-bastiment għandhom jiżguraw li l-ħsara tissewwa jew li l-ERS tinbidel fi żmien 10 ijiem minn meta jindunaw bil-ħsara. Ladarba jgħaddi dak il-perjodu, il-bastiment ma jibqax awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd u jkollu joħroġ minn din iż-żona jew jidħol f’port ta’ Cabo Verde fi żmien 24 siegħa. Il-bastiment għandu jkun jista’ jitlaq minn dak il-port jew jerġa’ jidħol fiż-żona tas-sajd biss meta ċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera tiegħu jkun aċċerta ruħu li l-ERS qed terġa’ taħdem kif suppost.

8.

Jekk iċ-ĊMS ta’ Cabo Verde ma jirċevix id-data tal-ERS minħabba ħsara fis-sistemi elettroniċi taħt il-kontroll tal-Unjoni, iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jikkomunika liċ-ĊMS ta’ Cabo Verde kull 24 siegħa bil-posta elettronika, il-messaġġi tas-sistema ERS kollha riċevuti mill-bastimenti tagħhom matul din il-ħsara.

9.

Jekk in-nuqqas ta’ trażmissjoni tad-data jkun dovut għal ħsara fis-sistemi elettroniċi taħt is-superviżjoni ta’ Cabo Verde, iċ-ĊMS ta’ Cabo Verde għandu jikkuntattja liċ-ĊMS tal-Istati tal-bandiera u ċ-ĊMS għandu jaqbel dwar l-arranġamenti għat-trażmissjoni mill-ġdid tad-data nieqsa. L-Istati tal-bandiera għandhom jittrażmettu mill-ġdid id-data f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.

10.

L-istess proċedura tista’ tintuża fuq talba ta’ Cabo Verde f’każ ta’ operazzjoni ta’ manutenzjoni ta’ iktar minn 24 siegħa li taffettwa s-sistemi li jkunu taħt il-kontroll tal-Unjoni jew ta’ Cabo Verde.

11.

Cabo Verde għandu jgħarraf lis-servizzi ta’ kontroll kompetenti tiegħu sabiex il-bastimenti tal-Unjoni ma jitqisux li qed jonqsu milli jħarsu l-obbligu tagħhom li jibagħtu d-data tal-ERS tagħhom.

Appendiċi 6

IPPROĊESSAR TAD-DATA PERSONALI

1.   Definizzjonijiet u kamp ta’ applikazzjoni

1.1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Appendiċi, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim u d-definizzjonijiet li ġejjin:

a.

“data personali” tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (is-“suġġett tad-data”); titqies bħala identifikabbli l-persuna fiżika li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħal isem, numru ta’ identifikazzjoni, data dwar il-post;

b.

“ipproċessar”: kwalunkwe attività jew sett ta’ attivitajiet li jitwettqu fuq id-data personali jew fuq settijiet tad-data personali, sew jekk b’mezzi awtomatizzati u sew jekk mingħajrhom, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, id-divulgazzjoni bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’xi mezz ieħor, l-allinjament jew l-interkonnessjoni, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

c.

“awtorità tat-trasferiment”: l-awtorità pubblika li tibgħat id-data personali;

d.

“awtorità destinatarja”: l-awtorità pubblika li tirċievi d-data personali;

e.

“ksur tad-data”: ksur tas-sigurtà li jwassal għall-qerda, it-telf, l-alterazzjoni, l-id-divulgazzjoni mhux awtorizzata aċċidentali jew illegali tad-data personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata b’xi mod ieħor, jew l-aċċess mhux awtorizzat għaliha;

f.

“trasferiment ulterjuri”: it-trasferiment tad-data personali minn parti riċeventi lil entità li ma hijiex parti firmatarja f’dan il-Protokoll (“parti terza”);

g.

“awtorità ta’ kontroll”: awtorità pubblika indipendenti responsabbli għas-superviżjoni tal-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, sabiex tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali.

1.2.   Kamp ta’ applikazzjoni

Il-persuni kkonċernati minn dan il-Protokoll huma b’mod partikolari l-persuni fiżiċi li huma sidien ta’ bastimenti tas-sajd, ir-rappreżentanti tagħhom, il-kaptan u l-ekwipaġġ li jservu abbord bastimenti tas-sajd li joperaw skont dan il-Protokoll.

Fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet, il-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, id-data li ġejja tista’ tiġi skambjata u sussegwentement ipproċessata:

—

l-identifikazzjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment,

—

l-attivitajiet ta’ bastiment jew dawk relatati miegħu, il-pożizzjoni u l-movimenti tiegħu, l-attività tas-sajd tiegħu jew l-attività tiegħu marbuta mas-sajd, miġbura permezz ta’ kontrolli, spezzjonijiet jew osservaturi,

—

id-data dwar is-sid(ien) tal-bastiment jew tar-rappreżentant tiegħu/tagħhom, bħall-isem, in-nazzjonalità, id-dettalji ta’ kuntatt professjonali u l-kont bankarju professjonali,

—

id-data dwar l-aġent lokali, bħall-isem, in-nazzjonalità u d-dettalji ta’ kuntatt professjonali,

—

id-data dwar il-kaptani u l-membri tal-ekwipaġġ, bħall-isem, in-nazzjonalità, il-pożizzjoni u, fil-każ tal-kaptan, id-dettalji ta’ kuntatt,

—

id-data relatata mas-sajjieda imbarkati, bħall-isem, id-dettalji ta’ kuntatt, it-taħriġ, iċ-ċertifikat tas-saħħa.

1.3.   Awtoritajiet responsabbli

L-awtorità responsabbli għall-ipproċessar tad-data hija l-Kummissjoni Ewropea u l-awtorità tal-Istat tal-bandiera għall-Unjoni u l-awtorità tal-Istat tal-bandiera għal Cabo Verde.

2.   Salvagwardji għall-protezzjoni tad-data personali

2.1.   Limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data

Id-data personali mitluba u ttrasferita skont dan il-Protokoll hija adegwata, rilevanti u limitati għal dak li huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-Protokoll, jiġifieri għall-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd u għall-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet imwettqa mill-bastimenti tal-UE. Il-Partijiet għandhom jiskambjaw data personali skont dan il-Protokoll biss għall-finijiet speċifiċi stabbiliti fih.

Id-data riċevuta mhux se tiġi pproċessata għal skop differenti minn dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu, jew se tiġi anonimizzata.

Fuq talba, l-awtorità destinatarja għandha tgħarraf lill-awtorità tat-trasferiment dwar l-użu tad-data pprovduta mingħajr dewmien.

2.2.   Preċiżjoni

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-data personali ttrasferita skont dan il-Protokoll tkun preċiża, attwali u, fejn xieraq, aġġornata regolarment skont l-għarfien tal-awtorità tat-trasferiment. Jekk waħda mill-Partijiet issib li d-data personali trasferita jew riċevuta ma tkunx preċiża, hija għandha tgħarraf lill-Parti l-oħra mingħajr dewmien u tipproċedi għall-korrezzjonijiet u għall-aġġornamenti meħtieġa.

2.3.   Limitazzjoni tal-ħżin

Id-data personali ma għandhiex tinżamm għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-objettiv li għalih tkun ġiet skambjata; għandha tinżamm għal massimu ta’ sena wara l-iskadenza ta’ dan il-Protokoll sakemm id-data personali ma tkunx meħtieġa biex tippermetti s-segwitu ta’ ksur tal-liġi, spezzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi. F’dan il-każ, id-data tista’ tinżamm sakemm ikun meħtieġ biex jiġi segwit il-ksur jew l-ispezzjoni jew sal-konklużjoni finali tal-proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi.

Jekk id-data personali tinħażen għal żmien itwal, din għandha tiġi anonimizzata.

2.4.   Sigurtà u kunfidenzjalità

Id-data personali għandha tiġi pproċessata b’tali mod li tiġi żgurata s-sigurtà xierqa tagħha, filwaqt li jitqiesu r-riskji speċifiċi tal-ipproċessar, inkluża l-protezzjoni kontra l-ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali. L-awtoritajiet inkarigati mill-ipproċessar jindirizzaw kull ksur tad-data u tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jindirizzaw kwalunkwe effett negattiv ta’ ksur ta’ data personali u jtaffu l-effetti negattivi possibbli tiegħu. L-awtorità destinatarja għandha tinnotifika dan il-ksur lill-awtorità tat-trasferiment malajr kemm jista’ jkun u dawn għandhom jikkooperaw kif meħtieġ ma’ xulxin b’mod reċiproku u f’waqtu sabiex kull waħda minn dawk l-awtoritajiet tkun tista’ tikkonforma mal-obbligi tagħha li jirriżultaw minn ksur tad-data personali skont il-qafas legali nazzjonali tagħhom.

Il-Partijiet jintrabtu li jimplimentaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jiżguraw li l-ipproċessar jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll.

2.5   Rettifika jew tħassir

Iż-żewġ Partijiet għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tat-trasferiment u destinatarja jieħdu l-miżuri raġonevoli kollha biex jiżguraw mingħajr dewmien ir-rettifika jew it-tħassir, kif xieraq, tad-data personali meta l-ipproċessar ma jkunx konformi ma’ dan il-Protokoll, b’mod partikolari minħabba li din id-data ma tkunx adegwata, rilevanti, preċiża jew eċċessiva fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bi kwalunkwe rettifika jew tħassir.

2.6.   Trasparenza

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li s-suġġetti tad-data jiġu informati, permezz ta’ notifika individwali u bil-pubblikazzjoni ta’ dan il-ftehim fuq is-siti web tagħhom, dwar il-kategoriji tad-data trasferita u pproċessata ulterjorment, dwar il-mod kif tiġi pproċessata d-data personali, dwar l-għodda rilevanti użata għat-trasferiment, dwar l-iskop tal-ipproċessar, dwar il-partijiet terzi jew il-kategoriji ta’ partijiet terzi li lilhom l-informazzjoni tista’ tiġi ttrasferita sussegwentement, dwar id-drittijiet u l-mekkaniżmi individwali disponibbli biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jiksbu rimedju, kif ukoll dwar id-dettalji ta’ kuntatt għall-bidu ta’ tilwima jew ilment.

2.7.   Trasferiment ulterjuri

L-awtorità destinatarja għandha tittrasferixxi d-data personali riċevuta skont dan il-Protokoll lil parti terza stabbilita f’pajjiż oħra għajr l-Istati Membri tal-bandiera biss jekk ikun iġġustifikat minn objettiv importanti ta’ interess pubbliku, rikonoxxut ukoll fil-qafas legali applikabbli għall-awtorità tat-trasferiment, u jekk ir-rekwiżiti l-oħra tal-appendiċi (inklużi l-limitazzjoni tal-iskop u l-minimizzazzjoni tad-data) humiex issodisfati; u

a)

biss jekk il-pajjiż li fih tinsab il-parti terza jew li fih tibbenefika l-organizzazzjoni internazzjonali minn deċiżjoni ta’ adegwatezza adottata mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 (deċiżjoni ta’ adegwatezza) li tkopri t-trasferiment sussegwenti; jew

b)

f’każijiet speċifiċi, biss fejn dan it-trasferiment ikun meħtieġ biex l-awtorità tat-trasferiment tissodisfa l-obbligi tagħha lejn organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd jew organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd; jew

c)

b’mod eċċezzjonali u fejn jitqies meħtieġ, biss jekk il-parti terza tintrabat li tipproċessa d-data biss għall-iskop(ijiet) speċifiku/speċifiċi li għalih(om) tiġi sussegwentement ittrasferita u li tħassarha immedjatament ladarba l-ipproċessar ma jibqax meħtieġ għal dan il-għan.

3.   Drittijiet tas-suġġetti tad-data

3.1.   Aċċess għad-data personali

Fuq talba ta’ persuna kkonċernata, l-awtoritajiet destinatarji għandhom:

a)

jikkonfermaw lis-suġġett tad-data jekk id-data personali dwaru hijiex qiegħda tiġi pproċessata jew le;

b)

jipprovdu informazzjoni dwar l-iskop tal-ipproċessar, il-kategoriji tad-data personali, il-perjodu ta’ ħżin (jekk huwa possibbli), id-dritt li tintalab rettifika jew tħassir, id-dritt li jitressaq ilment, eċċ.;

c)

jipprovdu kopja tad-data personali;

d)

jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar il-garanziji applikabbli.

3.2.   Korrezzjoni tad-data personali

Fuq talba ta’ persuna kkonċernata, l-awtorità destinatarja għandha tirrettifika d-data personali tagħha li ma tkunx kompluta, ma tkunx preċiża jew tkun skaduta.

3.3.   Tħassir tad-data personali

Fuq talba ta’ persuna kkonċernata, l-awtoritajiet destinatarji għandhom:

a)

iħassru d-data personali dwarha li tkun ġiet ipproċessata b’mod li ma jkunx konformi mas-salvagwardji stabbiliti f’dan il-Protokoll;

b)

iħassru d-data personali li tikkonċernaha li ma tkunx għadha meħtieġa għall-iskopijiet li għalihom tkun ġiet ipproċessata legalment.

c)

iwaqqfu l-ipproċessar tad-data personali jekk is-suġġett tad-data joġġezzjona għaliha għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet leġittimi konvinċenti għall-ipproċessar li jegħlbu l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data.

3.4.   Regoli dettaljati

L-awtorità destinatarja għandha twieġeb fi żmien raġonevoli u f’waqtha, u fi kwalunkwe każ, mhux iktar tard minn xahar mit-talba, għal talba minn persuna kkonċernata dwar l-aċċess għad-data personali tagħha, jew ir-rettifika u t-tħassir tagħha. L-awtorità destinatarja tista’ tieħu miżuri xierqa, bħall-ġbir tal-kostijiet raġonevoli biex ikopru l-kostijiet amministrattivi jew ir-rifjut li tiġi ssodisfata talba ċarament infondata jew eċċessiva.

Fil-każ ta’ tweġiba negattiva għal talba minn persuna kkonċernata, din tal-aħħar trid tiġi infurmata mill-awtorità destinatarja bir-raġunijiet għar-rifjut.

3.5.   Restrizzjonijiet

Id-drittijiet imsemmija hawn fuq jistgħu jkunu limitati jekk din il-limitazzjoni tkun prevista mil-liġi u tkun meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika għall-prevenzjoni, għall-investigazzjoni, għas-sejbien u għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali.

Dawn id-drittijiet jistgħu jkunu limitati wkoll biex jiżguraw kompitu ta’ kontroll, ta’ spezzjoni jew regolatorju marbut, anke kultant, mal-eżerċizzju tal-awtorità pubblika.

Bl-istess kundizzjonijiet, dawn jistgħu jkunu limitati wkoll għall-protezzjoni tal-persuna kkonċernata jew għad-drittijiet u għal-libertajiet ta’ oħrajn.

4.   Appell u kontroll indipendenti

4.1   Kontroll indipendenti

Il-konformità tal-ipproċessar tad-data personali ma’ dan il-Protokoll għandha tkun soġġetta għal kontroll indipendenti minn korp estern jew intern li jeżerċita kontroll indipendenti u li jkollu setgħat ta’ investigazzjoni u ta’ appell.

4.2   Awtoritajiet ta’ kontroll

Għall-Unjoni, dan il-kontroll għandu jiġi eżerċitat mill-Kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-data (EDPS), meta l-ipproċessar jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kontroll tal-protezzjoni tad-data tal-UE fejn l-ipproċessar jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Istat Membru tal-bandiera.

Għal Cabo Verde, huwa kompetenti s-CNPD.

L-awtoritajiet imsemmija hawn fuq se jittrattaw u jsolvu b’mod effettiv u f’waqtu l-ilmenti mis-suġġetti tad-data rigward l-ipproċessar tad-data personali tagħhom skont dan il-Protokoll.

4.3   Dritt għal rimedju

Kull Parti għandha tiżgura li, fl-ordni legali tagħha, persuna kkonċernata li tqis li awtorità ma ħarsitx is-salvagwardji stabbiliti fl-Artikolu 12 u f’dan l-Appendiċi, jew li tqis li jkun sar ksur fir-rigward tad-data personali tagħha, tista’ tfittex rimedju kontra dik l-awtorità sa fejn ikun permess mid-dispożizzjonijiet legali applikabbli quddiem qorti jew korp ekwivalenti.

B’mod partikolari, kwalunkwe lment kontra kwalunkwe awtorità jista’ jiġi indirizzat lill-EDPS, fil-każ tal-Kummissjoni Ewropea, u lis-CNPD, fil-każ ta’ Cabo Verde. Barra minn hekk, ċerti lmenti kontra kwalunkwe awtorità jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-każ tal-Kummissjoni Ewropea, u quddiem il-qrati ta’ Cabo Verde.

Fil-każ ta’ tilwima jew ilment ippreżentati minn persuna kkonċernata mill-ipproċessar tad-data personali tagħha kontra l-awtorità tat-trasferiment, l-awtorità destinatarja jew iż-żewġ awtoritajiet, l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar dawn it-tilwim jew ilmenti u għandhom jagħmlu kull sforz biex isolvu t-tilwima jew l-ilment b’mod amikevoli kemm jista’ jkun malajr.

4.4   Data dwar il-Partijiet

Il-Partijiet għandhom iżommu lil xulxin infurmati dwar l-ilmenti li jirċievu dwar l-ipproċessar tad-data personali skont dan il-Protokoll u dwar ir-regolamenti tagħhom.

5.   Rieżami

Il-Partijiet għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-bidliet fil-leġiżlazzjoni tagħhom li jaffettwaw l-ipproċessar tad-data personali. Kull Parti għandha twettaq rieżamijiet perjodiċi tal-politiki u tal-proċeduri tagħha stess li jimplimentaw l-Artikolu 12 u dan l-Appendiċi u l-effettività tagħhom u, fuq talba raġonevoli minn Parti, il-Parti l-oħra għandha tirrevedi l-politiki u l-proċeduri tagħha għall-ipproċessar tad-data personali biex tivverifika u tikkonferma li s-salvagwardji previsti fl-Artikolu 12 u f’dan l-Appendiċi huma implimentati b’mod effettiv. Ir-riżultati tar-rieżami se jiġu kkomunikati lill-Parti rikjedenti.

Fejn applikabbli, huma għandhom jaqblu fil-Kumitat Konġunt dwar il-bidliet li huma meħtieġa li jsiru f'dan l-Anness.

6.   Sospensjoni tat-trasferiment

Il-Parti li tittrasferixxi tista’ tissospendi jew ittemm it-trasferiment tad-data personali fejn il-Partijiet jonqsu milli jsolvu b’mod amikevoli tilwim dwar l-ipproċessar tad-data personali f’konformità ma’ dan l-Appendiċi sakemm tqis li l-kwistjoni ġiet solvuta għas-sodisfazzjon tal-Parti riċeventi. Id-data diġà ttrasferita għandha tkompli tiġi pproċessata f’konformità ma’ dan l-Appendiċi.


ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/2024/2151/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)