|
24.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 192/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1347
tat-13 ta' Lulju 2017
li jikkoreġi d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 ta' XXX li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 14(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2007/46/KE tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi. Diversi elementi f'dak il-qafas, b'mod partikolari dawk marbuta mad-dokument ta' informazzjoni tal-manifattur, ir-rapporti tat-testijiet, iċ-ċertifikat ta' konformità u l-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jiġu adattati sabiex iqisu r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 il-ġdid (4). |
|
(2) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 jeżiġu, rispettivament, li l-vetturi ħfief u l-vetturi heavy duty il-ġodda jkunu konformi ma' ċerti limiti ta' emissjonijiet u jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura. |
|
(3) |
Fir-rigward ta' vetturi heavy-duty, ċerti dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 ġew adottati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (5). Diversi żbalji tekniċi fl-Anness I u II tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 jeħtieġ li jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tiegħu. |
|
(4) |
Fir-rigward ta' vetturi ħfief, ċerti dispożizzjonijiet tekniċi speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 ġew adottati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (6) u r-Regolament (UE) 2017/1151. Permezz ta' emenda tar-Regolament (KE) Nru 692/2008, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1221 (7) introduċa proċedura ġdida għall-emissjonijiet evaporattivi. Ir-Regolament (UE) 2017/1151 għamel il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip konformi mal-Proċedura ta' Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (WLTP) kif stabbilita fir-Regolament Tekniku Globali (GTR) Nru 15 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE). |
|
(5) |
Fir-rigward tal-proċedura l-ġdida għall-ittestjar tal-emissjonijiet evaporattivi, id-data tal-applikazzjoni tal-emendi introdotti permezz tar-Regolament (UE) 2017/1221 għandha tiġi ċċarata. Il-proċedura l-ġdida tal-ittestjar għandha ssir obbligatorja fl-Unjoni għall-approvazzjonijiet tat-tip il-ġodda kollha u għall-ewwel reġistrazzjoni ta' vetturi mill-1 ta' Settembru 2019. |
|
(6) |
Fir-rigward tal-proċedura l-ġdida tad-WLTP, diversi żbalji tekniċi fl-Artikoli 2, 15 u l-Annessi I, IIIA, V, VII, VIII, XII u XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 jeħtieġ li jiġu kkoreġuti sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tiegħu. |
|
(7) |
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tal-familja tal-matriċi tat-tagħbija fit-triq tal-proċedura għall-ittestjar tad-WLTP għandhom jiġu ċċarati. |
|
(8) |
Il-korrezzjonijiet previsti minn dan ir-Regolament huma intrinsikament marbuta peress li fit-totalità tagħhom biss jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-miżuri għall-approvazzjoni tat-tip rispettivi. |
|
(9) |
B'konsegwenza ta' dan, id-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolament (UE) Nru 715/2007, ir-Regolament (UE) Nru 582/2011, ir-Regolament (UE) 2017/1221 u r-Regolament (UE) 2017/1151 għandhom jiġu kkoreġuti skont dan. |
|
(10) |
Minħabba l-ħtieġa li jkun żgurat li r-Regolament (UE) 2017/1221 u r-Regolament (UE) 2017/1151 jiġu applikati b'mod korrett, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b'urġenza. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Korrezzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE
L-Annessi I, VIII, IX, u XI tad-Direttiva 2007/46/KE huma kkoreġuti skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjoni tar-Regolament (UE) Nru 582/2011
L-Annessi I, II u X tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huma kkoreġuti skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Korrezzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1221
Fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/1221, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:
“Għandu jibda japplika mill-1 ta' Settembru 2019.”.
Artikolu 4
Korrezzjoni tar-Regolament (UE) 2017/1151
Ir-Regolament (UE) 2017/1151 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Annessi I, IIIA, V, VI, VII, VIII, XII u XXI huma kkoreġuti skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.
(2) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(3) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1221 tat-22 ta' Ġunju 2017 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet evaporattivi (test tat-Tip 4) (ĠU L 174, 7.7.2017, p. 3).
ANNESS I
Id-Direttiva 2007/46/KE qed tiġi kkoreġuta kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness IX huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS II
Ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, l-Appendiċi 9 jinbidel b'dan li ġej: “Appendiċi 9 Sistema ta' Numerazzjoni taċ-Ċertifikazzjoni tal-Approvazzjoni tat-Tip tal-KE It-Taqsima 3 tan-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE maħruġ skont l-Artikoli 6(1), 8(1) u 10(1) għandha tkun komposta min-numru tal-att regolatorju implimentattiv jew mill-aktar att regolatorju ta' emenda riċenti applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip tal-KE. In-numru għandu jkun segwit minn ittra alfabetika li tirrifletti r-rekwiżiti tas-sistemi OBD u SCR skont it-Tabella 1. Tabella 1
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fl-Anness II, fl-Appendiċi 1, il-punt 1. jinbidel b'dan li ġej: “1 INTRODUZZJONI Dan l-Appendiċi jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha jiġu determinati l-emissjonijiet gassużi minn kejl imwettaq fuq il-vettura waqt li qiegħda fit-triq bl-użu ta' Sistemi ta' Kejl tal-Emissjonijiet li Jistgħu Jinġarru (minn hawn 'il quddiem imsejħa “PEMS”). L-emissjonijiet niġġiesa li għandhom jitkejlu mill-egżost tal-magna jinkludu l-komponenti li ġejjin: il-monossidu tal-karbonju, it-total ta' idrokarburi u tal-ossidi tan-nitroġenu għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni u l-monossidu tal-karbonju, l-idrokarburi nonmetaniċi, il-metan u l-ossidi tan-nitroġenu għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs. Barra minn hekk, għandu jitkejjel id-dijossidu tal-karbonju biex ikunu jistgħu jsiru l-proċeduri ta' kalkolazzjoni deskritti fit-Taqsima 4. Għall-magni li jieħdu fjuwil tal-gass naturali, il-manifattur, is-servizz tekniku jew l-awtorità tal-approvazzjoni jistgħu jagħżlu li jkejlu l-emissjonijiet totali tal-idrokarburi (THC) biss minflok ikejlu l-emissjonijiet tal-idrokarburi metaniċi u nonmetaniċi. F'dak il-każ, il-limitu tal-emissjonijiet għat-total tal-emissjonijiet tal-idrokarburi huwa l-istess bħal dak speċifikat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 għall-emissjonijiet metaniċi. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-Fatturi tal-Konformità skont il-punti 4.2.3 u 4.3.2 ta' dan l-Appendiċi, il-limitu applikabbli għandu jkun il-limitu tal-emissjonijiet metaniċi biss. Għall-magni li jieħdu fjuwil tal-gass li mhux gass naturali, il-manifattur, is-servizz tekniku jew l-awtorità tal-approvazzjoni jistgħu jagħżlu li jkejlu l-emissjonijiet totali tal-idrokarburi (THC) minflok ikejlu l-emissjonijiet tal-idrokarburi nonmetaniċi. F'dak il-każ, il-limitu tal-emissjonijiet għat-total tal-emissjonijiet tal-idrokarburi huwa l-istess bħal dak speċifikat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 għall-emissjonijiet nonmetaniċi. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-Fatturi tal-Konformità skont il-punti 4.2.3 u 4.3.2 ta' dan l-Appendiċi, il-limitu applikabbli għandu jkun il-limitu tal-emissjonijiet nonmetaniċi biss.”. |
|
(3) |
Fl-Anness X, il-punt 2.4.1.3 jinbidel b'dan li ġej:
|
(1) Ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ tal-“NOx OTL” kif stipulati fit-Tabella 1 tal-Anness X għal magni u vetturi bi tqabbid bil-kompressjoni u li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil u fit-Tabella 2 tal-Anness X għal magni u vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs.
(2) Ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ tal-“PM OTL” kif stipulati fit-Tabella 1 tal-Anness X għal magni u vetturi bi tqabbid bil-kompressjoni u li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil.
(3) Ir-rekwiżiti tal-“Monitoraġġ tal-prestazzjoni” kif stipulati fil-punt 2.1.1 tal-Anness X.
(4) Ir-rekwiżiti tad-“dħul gradwali” tal-kwalità tar-reaġent kif stipulati fil-punt 7.1 tal-Anness XIII.
(5) Ir-rekwiżiti “ġenerali” tal-kwalità tar-reaġent kif stipulati fil-punt 7.1.1 tal-Anness XIII.
(6) Ir-rekwiżiti ta'monitoraġġ “CO OTL” kif stipulati fit-Tabella 2 tal-Anness X għal magni u vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs.
(7) Ir-rekwiżiti IUPR tad-“Dħul gradwali” kif stipulati fit-Taqsima 6 tal-Anness X.
(8) Ir-rekwiżiti “ġenerali” IUPR kif stipulati fit-Taqsima 6 tal-Anness X.
(9) Għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u vetturi mgħammra b'tali magni.
(10) Għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni u li jużaw żewġ tipi ta' fjuwil u vetturi mgħammra b'tali magni.
(11) Applikabbli biss għal magni bi tqabbid bl-ispark plaggs u vetturi mgħammra b'tali magni.
(12) Id-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-paragrafu 2.3.1.2 tal-Anness 9 A tar-Regolament Nru 49 tal-NU/KEE.
(13) L-ispeċifikazzjonijiet tal-IUPR huma stabbiliti fl-Anness X. Magni u vetturi bi tqabbid bl-ispark plaggs mgħammra b'tali magni mhumiex soġġetti għall-IUPR.
(14) Ir-rekwiżit ISC stabbilit fl-Appendiċi 1 tal-Anness II.
ANNESS III
Ir-Regolament (UE) 2017/1151 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
L-Anness IIIA huwa emendat kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(3) |
Fl-Anness V, il-punt 2.3 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(4) |
Fl-Anness VI, il-punt 5.2.8 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(5) |
Fl-Anness VII, il-punt 3.10 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(6) |
Fl-Anness VIII, il-punt 3.3 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(7) |
Fl-Anness XII, il-punt 5.4 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(8) |
L-Anness XXI huwa emendat kif ġej:
|
(1) Il-proċeduri speċifiċi tat-test għall-vetturi tal-idroġenu u għall-vetturi flex fuel bil-bijodiżil se jiġu definiti fi stadju aktar tard.
(2) Il-limiti tal-massa tal-partikulati u tal-għadd tal-partikuli u l-proċeduri tal-kejl rispettivi għandhom japplikaw biss għall-vetturi b'magni b'injezzjoni diretta
(3) Meta vettura bifjuwil tiġi kkombinata ma' vettura flex fuel, japplikaw iż-żewġ rekwiżiti tat-test.
(4) Għandhom jiġu ddeterminati biss l-emissjonijiet ta' NOx meta l-vettura tkun qed taħdem bl-idroġenu.
(5) Aktar rekwiżiti għall-bijodiżil se jiġu definiti aktar 'il quddiem.”
(6) Fejn applikabbli.
(7) Qarreb għal żewġ numri deċimali.”;
(*1) Din il-limitazzjoni ma tapplikax jekk vettura ġiet approvata għat-tip skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 u l-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tagħha qabel l-1 ta' Settembru 2017 fil-każ ta' vetturi tal-kategorija M u N1 tal-klassi I, jew qabel l-1 ta' Settembru 2018 fil-każ ta' vetturi tal-kategorija N1 tal-klassi II u III u tal-kategorija N2, skont l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 15(4).
(8) L-ogħla klassi ta' potenza fir-roti li għandha titqies hija dik li fiha 0,9 × Prated. F'dan il-każ 0,9 × 75 = 67,5.”