|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2164 |
20.8.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2164
tal-11 ta’ Lulju 2024
dwar ir-rekwiżiti minimi li jikkonċernaw id-data li għandha tiddaħħal fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq
(notifikata bid-dokument C(2024) 4665)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar l-użu ta’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3a(8) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 5b(1) tad-Direttiva 2006/1/KE,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3a(1) tad-Direttiva 2006/1/KE, id-data relatata ma’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq li jintużaw minn impriżi involuti fit-trasport ta’ merkanzija bit-triq b’kiri jew b’kumpens għandha tiġi inkluża fir-reġistru elettroniku nazzjonali msemmi fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“ir-reġistri elettroniċi nazzjonali”). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 3a(3) tad-Direttiva 2006/1/KE, l-Istati Membri għandhom jużaw ir-Reġistru Ewropew tal-Impriżi tat-Toroq (ERRU) biex jiskambjaw informazzjoni dwar vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq. Biex dik l-informazzjoni tiġi skambjata mingħajr xkiel, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi dwar id-data li għandha tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/992/UE (3) stabbiliet rekwiżiti minimi għad-data li għandha tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq. Sabiex tiġi ffaċilitata l-interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali anke fir-rigward tad-data relatata ma’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq, jenħtieġ li fir-reġistri elettroniċi nazzjonali tiġi inkluża data addizzjonali relatata ma’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-rekwiżiti minimi għad-data relatata ma’ vetturi mikrija mingħajr is-sewwieq li għandha tiddaħħal fir-reġistri elettroniċi nazzjonali għandhom ikunu dawn li ġejjin:
|
Kategorija tad-data |
Oġġett tad-data |
Deskrizzjoni addizzjonali tal-entrata tad-data |
Tul |
|
Awtorizzazzjoni |
Numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura |
kamp tad-data alfanumerika ta’ test liberu |
1 -15 |
|
Pajjiż tar-Reġistrazzjoni tal-Vettura |
Magħżul mill-kodiċi ta’ żewġ ittri ISO 3166-1 alpha 2 |
2 |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Adina-Ioana VĂLEAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 33, 4.2.2006, p. 82, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/1/oj.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta’ operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1071/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/992/UE tas-17 ta’ Diċembru 2009 dwar ir-rekwiżiti minimi għad-dejta li trid tiddaħħal fir-reġistru elettroniku nazzjonali tal-impriżi tat-trasport bit-triq (ĠU L 339, 22.12.2009, p. 36, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/992/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2164/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)