|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/291 |
14.2.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/291
tat-13 ta’ Frar 2025
li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ karta dekorattiva li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fl-14 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ karta dekorattiva li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2024 minn erba’ produtturi tal-Unjoni tal-karta dekorattiva (“l-ilmentaturi”). L-ilment sar mill-industrija tal-Unjoni tal-karta dekorattiva fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
1.2. Reġistrazzjoni
|
(3) |
Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2718 (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”) (3) . |
1.3. Partijiet interessati
|
(4) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni informat speċifikament lill-ilmentaturi, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Ċiniżi, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet magħrufa li kienu kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw. |
|
(5) |
Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. |
|
(6) |
Saru seduti ta’ smigħ mal-ilmentaturi (Felix Schoeller, Koehler Paper, Malta Decor & Munksjö Paper), LamiGraf S.A. u Interprint GmbH. |
1.4. Kummenti dwar il-bidu
|
(7) |
Iċ-China National Forest Products Industry Association (CNFPIA) LamiGraf S.A., Kastomonu Italia S.p.a., Kastamonu Romania S.A., u Kastamonu Bulgaria AD (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Grupp Kastamonu”) u Marburger Tapetenfabrik, ippreżentaw kummenti dwar il-bidu. Dawn kienu jikkonċernaw il-pożizzjoni tal-ilmentaturi, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u l-evidenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, l-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv fl-ilment, id-distorsjonijiet fil-materja prima, l-indikaturi tad-dannu, il-kawżalità, u l-interess tal-Unjoni. Dawn il-kummenti kollha huma indirizzati hawn taħt fit-taqsimiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Wara l-bidu, is-CNFPIA sostniet li Felix Schoeller u Munksjö, tnejn mill-erba’ ilmentaturi, kienu relatati ma’ kumpaniji Ċiniżi, u li wieħed miż-żewġ ilmentaturi kellu wkoll importazzjonijiet miċ-Ċina mill-kumpanija relatata tiegħu. Is-CNFPIA argumentat li, abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, iż-żewġ kumpaniji kellhom għalhekk jiġu esklużi mill-industrija tal-Unjoni. Fid-dawl ta’ dan, is-CNFPIA żiedet li r-rekwiżit permanenti stabbilit fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku jista’ ma jintlaħaqx. |
|
(9) |
Skont il-formulazzjoni tal-Artikolu 4(1)(i), kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja, hija l-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tagħha, li għandha tiddetermina jekk għandhiex teskludi mill-“industrija tal-Unjoni” l-produtturi li huma relatati ma’ esportaturi jew ma’ importaturi jew li huma stess huma importaturi tal-prodott li huwa l-oġġett ta’ dumping. Id-diskrezzjoni għandha tiġi eżerċitata fuq bażi ta’ każ b’każ, b’referenza għall-fatti rilevanti kollha (4). Peress li ż-żewġ kumpaniji relatati fir-RPĊ fil-biċċa l-kbira servew lis-suq domestiku tagħhom, u peress li l-kwantitajiet importati mill-produtturi tal-Unjoni mill-kumpaniji relatati tagħhom fir-RPĊ, kienu negliġibbli jekk kien hemm, il-Kummissjoni qieset li l-esklużjoni ta’ Felix Schoeller u Munksjö mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx iġġustifikata. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(10) |
Is-CNFPIA sostniet li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku għad-determinazzjoni tad-dannu ma kinux ġew issodisfati, bl-argument li matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(11) |
Il-Kummissjoni fakkret li f’konformità mal-Artikolu 5(3) tar-Regolament bażiku, għandha tinbeda investigazzjoni meta l-ilment ikun fih biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ investigazzjoni. Fl-ilment, l-ilmentatur argumenta li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ta’ karta dekorattiva mir-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Biex jappoġġa l-argument tiegħu, l-ilmentatur uża t-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv biex jikkalkula marġni medju peżat ta’ dumping fil-medda ta’ [35-45 %], u analizza l-konsum, il-profittabbiltà, il-bejgħ u s-sehem mis-suq, il-volum tal-produzzjoni u l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni qieset li dawn kienu elementi rilevanti għall-valutazzjoni tagħha tal-merti tal-fajl, u li flimkien ma’ informazzjoni oħra pprovduta mill-ilmentatur, kienu jikkostitwixxu biżżejjed evidenza, filwaqt li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5(3) għall-bidu tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-pretensjoni mis-CNFPIA ġiet irrifjutata. |
|
(12) |
LamiGraf ippreżentat argumenti simili dwar ix-xejriet tad-dannu, filwaqt li argumentat li fatturi ekonomiċi usa’, bħall-pandemija tal-COVID-19, l-instabbiltà ġeopolitika u l-kriżi tal-enerġija kellhom impatt sinifikanti fuq il-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija, u għalhekk id-dannu ma setax jiġi attribwit prinċipalment lill-importazzjonijiet Ċiniżi. LamiGraf żiedet li l-fluttwazzjonijiet fil-konsum tal-Unjoni jistgħu jiġu attribwiti lill-ekonomija abbażi tal-prinċipju “noqogħdu d-dar” xprunata mill-pandemija u segwita minn korrezzjoni tas-suq, u ma jistgħux jiġu attribwiti lill-importazzjonijiet Ċiniżi, u li l-bejgħ ġenerali u l-bejgħ għall-esportazzjoni tal-ilmentaturi ġew affettwati serjament mis-sanzjonijiet kontra r-Russja. Il-kundizzjonijiet fl-2021 wasslu għal żieda fid-domanda għall-karta dekorattiva, li kienet tinvolvi diversifikazzjoni li rriżultat f’żieda fl-importazzjonijiet miċ-Ċina. Il-kompetittività tal-prezzijiet Ċiniżi tirriżulta mill-użu ta’ tagħmir kosteffiċjenti, għall-kuntrarju tal-produtturi lmentaturi. Madankollu, fl-istess ħin, LamiGraf sostniet li l-investimenti kbar li saru mill-ilmentaturi ma jindikawx dannu materjali. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni qieset li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza ta’ dannu kkawżat minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, inklużi valutazzjonijiet tal-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-konsum tal-Unjoni, l-impatt tal-kriżi tal-enerġija u l-kost tal-materja prima li qed jiżdied, kif ukoll l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja u s-sanzjonijiet kummerċjali sussegwenti. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew irrifjutati. |
1.5. Kampjunar
|
(14) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(15) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni indikat li kienet għażlet b’mod proviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun abbażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-UE bejn l-1 ta’ April 2023 u l-31 ta’ Marzu 2024 u l-post ġeografiku. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 60 % tal-volum totali stmat tal-produzzjoni u 61 % tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Ma wasal l-ebda kumment dwar il-kampjun proviżorju. Il-kampjun huwa meqjus rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. |
Kampjunar ta’ importaturi mhux relatati
|
(16) |
Biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni staqsiet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu. |
|
(17) |
Żewġ importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba n-numru żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
Kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ
|
(18) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal- Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ fl-UE biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(19) |
Ħames produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ tnejn abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment. |
1.6. Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika
|
(20) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”). |
|
(21) |
Barra minn hekk, fl-ilment l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza prima facie ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, kif tħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju addizzjonali f’dan ir-rigward lill-GTĊ. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-produtturi esportaturi fiċ-Ċina inklużi fil-kampjun, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa. L-istess kwestjonarji kienu disponibbli online (5) fil-jum tal-bidu. |
|
(23) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni proviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:
|
1.7. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat
|
(24) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2023 sal-31 ta’ Marzu 2024 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
2. PRODOTT TAĦT INVESTIGAZZJONI, PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott taħt investigazzjoni
|
(25) |
Il-prodott taħt investigazzjoni huwa karta dekorattiva bil-karatteristiċi li ġejjin:
|
|
(26) |
Hemm ħames tipi ta’ prodotti ewlenin, ibbażati fuq karatteristiċi fiżiċi: karta bażi għall-istampar dekorattiv, karta ta’ kulur wieħed, karta tal-irfid, karta bażi tal-fojl u karta dekorattiva imprenjata minn qabel.
|
|
(27) |
Karta dekorattiva tintuża bħala materjal tal-wiċċ għal applikazzjonijiet dekorattivi. L-użu finali tal-karta dekorattiva huwa prinċipalment fl-industriji tal-għamara, tad-disinn intern u tal-kostruzzjoni u tar-rinnovazzjoni bħala laminat fuq materjal ta’ rfid. |
2.2. Prodott ikkonċernat
|
(28) |
Il-prodott ikkonċernat huwa karta dekorattiva li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li bħalissa taqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 4802 54 00 , ex 4802 55 , ex 4805 91 00 u ex 4811 60 00 (kodiċijiet TARIC 4802 54 00 10, 4802 55 15 10, 4802 55 25 10, 4802 55 30 10, 4802 55 90 10, 4805 91 00 10, u 4811 60 00 10) (“il-prodott taħt investigazzjoni”). |
2.3. Prodott simili
|
(29) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(30) |
F’dan l-istadju l-Kummissjoni ddeċidiet li, għaldaqstant, dawk il-prodotti huma prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. DUMPING
3.1. Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku
|
(31) |
Minħabba li kien hemm provi biżżejjed disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(32) |
Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu informazzjoni rigward l-inputs użati għall-produzzjoni tal-karta dekorattiva. Żewġ produtturi esportaturi ppreżentaw l-informazzjoni rilevanti. |
|
(33) |
Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, jippreżentaw informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(34) |
Ma waslet l-ebda tweġiba għall-kwestjonarju mill-GTĊ u ma waslet l-ebda sottomissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku qabel l-iskadenza. Sussegwentement, il-Kummissjoni informat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. |
|
(35) |
Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni speċifikat ukoll li, fid-dawl tal-evidenza disponibbli, hija jista’ jkollha bżonn tagħżel pajjiż rappreżentattiv xieraq skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bl-iskop li tiddetermina l-valur normali fuq il-bażi ta’ prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. |
|
(36) |
Fit-2 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni informat permezz tal-Ewwel Nota (“l-Ewwel Nota” jew “l-Ewwel Nota tal-FOP”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni (“FOP”. factors of production) bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-karta dekorattiva. Barra minn hekk, abbażi tal-kriterji li jiggwidaw l-għażla ta’ prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni identifikat pajjiżi rappreżentattivi possibbli, jiġifieri t-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(37) |
Is-CNFPIA għamlet il-kummenti ġenerali li ġejjin, bi tweġiba għall-“Ewwel Nota tal-FOP”: (1) “Ma jeżistux distorsjonijiet sinifikanti fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fiċ-Ċina u ma ġewx ipprovati mill-Kummissjoni fiċ-Ċina.” (2) “Għandhom jiġu sostitwiti biss dawk il-fatturi tal-produzzjoni pprovati li huma distorti.” (3) “L-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku fil-każ u l-metodoloġija li tirriżulta minnu hija inkonsistenti mal-Ftehim dwar l-Anti-dumping [(“ADA”, Anti-dumping Agreement)] tad-WTO.” L-ebda parti oħra ma ppreżentat kummenti dwar l-Ewwel Nota tal-FOP. Il-kumment dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, huwa indirizzat fit-Taqsima 3.2.1 hawn taħt fejn il-Kummissjoni ddeskriviet id-distorsjonijiet sinifikanti rilevanti. Fir-rigward tal-kumment dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni fakkret li, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, ladarba l-Kummissjoni tkun sabet li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti, il-kostijiet domestiċi jistgħu jintużaw iżda sal-punt li jiġi stabbilit b’ċertezza li ma humiex distorti, abbażi ta’ evidenza akkurata u xierqa. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-allegata inkonsistenza tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament Bażiku fil-każ u l-metodoloġija li tirriżulta minnu mad-WTO ADA, il-Kummissjoni tirreferi għat-Taqsimiet 3.2.1.9 u 3.2.1.10 hawn taħt. |
|
(38) |
Fis-6 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni informat permezz tat-Tieni Nota (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża sabiex tiddetermina l-valur normali, bit-Tajlandja bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija informat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti bbażati fuq erba’ kumpaniji SIAM KRAFT INDUSTRY CO LTD, DOUBLE A (1991) PUBLIC COMPANY, THAI CONTAINERS GROUP CO LTD u SIG COMBIBLOC CO LTD. Ma wasal l-ebda kumment rigward it-Tieni Nota sad-data ta’ skadenza. |
3.2. Valur normali
|
(39) |
Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”. |
|
(40) |
Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “[f]il-każ li jiġi determinat […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza f’dak il-pajjiż ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b), il-valur normali għandu jiġi kkalkolat esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri ta’ riferiment mingħajr distorsjoni”, u “għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti” (“kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali” minn hawn ’il quddiem “SG&A”(administrative, selling and general costs)). |
|
(41) |
Kif huwa spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa. |
3.2.1. Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti
|
(42) |
L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jiddikjara li “d-distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji prima u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:
|
|
(43) |
Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku mhijiex kumulattiva, mhuwiex meħtieġ li l-elementi kollha jingħataw għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw biex tintwera l-eżistenza ta’ element wieħed jew aktar tal-lista. |
|
(44) |
Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq. |
|
(45) |
L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet ġustifikati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur” . |
|
(46) |
Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar iċ-Ċina (“ir-Rapport”) (6), li fih evidenza dwar l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali tal-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’bosta fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera) kif ukoll f’setturi magħżula (bħas-settur tal-prodotti bbażati fuq l-injam). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw, jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fiż-żmien tal-bidu. Ir-Rapport (7) tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu. L-ilment kien fih ukoll xi evidenza rilevanti li tikkomplementa r-Rapport. |
|
(47) |
B’mod aktar speċifiku, l-ilmentatur ibbaża ruħu fuq l-evidenza li tinsab fir-Rapport biex jenfasizza l-preżenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti sistemiċi fl-ekonomija tar-RPĊ, “ekonomija tas-suq soċjalista” fejn il-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”, Chinese Communist Party) jiggwida kemm lis-settur pubbliku kif ukoll lil dak privat. |
|
(48) |
L-ilmentatur spjega li l-produzzjoni tal-karta dekorattiva fir-RPĊ hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku u li, b’riżultat ta’ dan, mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. B’mod partikolari, l-ilmentaturi argumentaw dwar il-preżenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-kostijiet tal-materja prima użata għall-produzzjoni tal-karta dekorattiva fir-RPĊ, prinċipalment il-polpa tal-injam u t-TiO2, kif ukoll distorsjonijiet fil-kost tal-enerġija (8). |
|
(49) |
Biex jappoġġa din il-pożizzjoni, l-ilmentatur iddependa ħafna fuq l-evidenza li tinsab fir-Rapport, kif ukoll fuq is-sejbiet f’każijiet preċedenti tal-Kummissjoni. |
|
(50) |
L-ilmentaturi semmew li l-industrija tal-karta dekorattiva hija parti mis-setturi Ċiniżi tal-forestrija u tal-prodotti tal-injam u fakkru fl-elementi li ġejjin li jindikaw l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. |
|
(51) |
L-ewwel nett, is-settur tal-karta dekorattiva huwa soġġett għad-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-materja prima bażika użata għall-manifattura tal-karta dekorattiva, prinċipalment il-polpa tal-injam u t-TiO2:
|
|
(52) |
It-tieni, is-settur tal-karta dekorattiva huwa soġġett għad-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-enerġija:
|
|
(53) |
It-tielet, il-produtturi tas-settur tal-karta dekorattiva għandhom aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ politika pubblika jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat:
|
|
(54) |
Ir-raba’, bħal f’setturi oħra tal-ekonomija Ċiniża, is-settur tal-karta dekorattiva huwa soġġett għad-distorsjonijiet li jirriżultaw minn politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles (28). |
|
(55) |
Il-ħames, is-settur tal-karta dekorattiva huwa soġġett għad-distorsjonijiet li jirriżultaw min-nuqqas, mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà (29). |
|
(56) |
Is-sitt, il-kostijiet tal-pagi huma distorti fis-settur tal-karta dekorattiva wkoll (30). |
|
(57) |
Bħala konklużjoni, l-ilmentatur argumenta li hemm distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fis-settur tal-karta dekorattiva. |
|
(58) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq jew le li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fiċ-Ċina, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl. |
|
(59) |
Dik l-analiżi kopriet l-eżami tal-interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija taċ-Ċina inġenerali, iżda anke s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka proprja tagħha dwar id-diversi kriterji rilevanti sabiex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fiċ-Ċina. |
3.2.1.1. Distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fiċ-Ċina
|
(60) |
Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa stabbilit fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika taċ-Ċina. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi tal-produzzjoni, jiġifieri s-sjieda mill-poplu kollu u s-sjieda kollettiva mill-ħaddiema” (31). |
|
(61) |
L-ekonomija tal-Istat hija l-“forza ewlenija fl-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat li jiżgura l-“konsolidazzjoni u t-tkabbir” tagħha (32). Konsegwentement, l-istruttura ġenerali tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija, iżda tali interventi għandhom mandat espliċitu. Il-kunċett ta’ supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema legali kollha kemm hi u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. |
|
(62) |
Il-liġi tal-proprjetà Ċiniża hija eżempju ewlieni: din tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Jiġu ttollerati forom oħrajn ta’ sjieda, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (33). |
|
(63) |
Barra minn hekk, skont il-liġi Ċiniża, l-ekonomija tas-suq soċjalista tiġi żviluppata taħt it-tmexxija tas-CCP. L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma minsuġa ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u dawk tal-Istat. |
|
(64) |
Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. |
|
(65) |
Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[i]s-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina” iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[i]l-karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina” (34). Dan juri l-kontroll assolut u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika taċ-Ċina. |
|
(66) |
Din it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħrajn fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw il-forzi tas-suq ħieles. |
|
(67) |
L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (35). L-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi huma diversi, inkluża s-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju. |
|
(68) |
L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv kumplessiv, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniżi hija rregolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. |
|
(69) |
Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma dettaljati filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi biex jiġu sostnuti l-industriji/is-setturi rilevanti kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom iridu jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet għadhom jinkludu miri tal-output espliċiti. |
|
(70) |
Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati setturi u/jew proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). |
|
(71) |
Kemm l-operaturi ekonomiċi, dawk privati kif ukoll dawk tal-Istat, jeħtiġilhom jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan mhuwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet, iżda wkoll minħabba li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont din is-sistema, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (36). |
|
(72) |
It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja taċ-Ċina hija ddominata mill-banek kummerċjali u ta’ politika tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (37). |
|
(73) |
L-istess japplika għall-komponenti l-oħra tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li ma humiex intenzjonati biex jimmassimizzaw il-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji, iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (38). |
|
(74) |
It-tielet, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu diversi forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha mhijiex definita, u b’hekk tħalli marġni wiesa’ ta’ apprezzament għall-korpi responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet (39). |
|
(75) |
B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u d-daqs kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (40). |
|
(76) |
Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jħeġġu diversi interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali tal-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, u dan iwassal għad-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi skont il-prinċipji tas-suq (41). |
3.2.1.2. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur.
|
(77) |
Fiċ-Ċina, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija. |
|
(78) |
Is-settur tal-prodott ikkonċernat huwa servut prinċipalment minn kumpaniji privati, bħal Hangzhou Huawang New Material Technology (imsejħa wkoll “Huawon”) (42), Zhejiang Kingdecor Paper (43), Qifeng New Materials (44), jew Zhejiang Hengda New Materials (45). |
|
(79) |
Madankollu, l-investigazzjoni stabbiliet li l-materja prima ewlenija użata għall-produzzjoni tal-karta dekorattiva, jiġifieri l-polpa tal-injam u t-TiO2, hija servuta miż-żewġ SOEs. Pereżempju, is-settur tal-polpa tal-injam huwa servut minn diversi kumpaniji kkontrollati mill-Istat bħal Fujian Qingshan Paper Industry Co. (46) u Shandong Chenming Paper Holding Co (47). |
|
(80) |
Barra minn hekk, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1923 (48) li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tad-diossidu tat-titanju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“TiO2”), il-Kummissjoni stabbiliet li s-settur tat-TiO2 huwa servut ukoll minn għadd ta’ kumpaniji kkontrollati mill-Istat, bħal Pangang Group Vanadium and Titanium Resources, Ltd. (49) (“Pangang”) parti minn Pangang Group, sussidjarja tal-grupp SOE Anshan Iron and Steel Group (“Ansteel”) (50), kellha grad sinifikanti ta’ sjieda tal-Istat (aktar minn 54 %) (51). |
|
(81) |
Fujian Qingshan Paper Industry Co. tiddikjara li “Fl-istadju l-ġdid tal-iżvilupp, il-kumpanija se tkun iggwidata mill-Ħsieb ta’ Xi Jinping dwar is-Soċjaliżmu b’Karatteristiċi Ċiniżi għal Era Ġdida.” (52) Barra minn hekk, l-Artikolu 98 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tal-kumpanija jistipula li “Il-kumitat tal-Partit tal-kumpanija għandu jwettaq dmirijietu f’konformità mal-kostituzzjoni tal-Partit u ma’ regolamenti oħra tal-Partijiet: (i) jiżgura s-superviżjoni tal-politiki tal-Partit u tal-istat u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u tal-arranġamenti tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit, tal-Kunsill tal-Istat, tal-Kumitat tal-Partit Provinċjali u tal-Gvern Provinċjali fil-kumpanija” (53) . Bl-istess mod, il-kumitat ta’ Shandong Chenming Paper Holding Co’s Party jsostni li “[k]ull fejn tiżviluppa l-intrapriża, l-organizzazzjoni tal-Partit se tiġi stabbilita, kull fejn ikunu l-punti ewlenin, il-ħidma tal-bini tal-Partit se tiġi estiża, sabiex jinkisbu r-reżonanza, l-integrazzjoni reċiproka u l-progress bejn il-bini tal-Partit u l-produzzjoni, l-operat u l-ġestjoni.” (54) |
|
(82) |
Barra minn hekk, l-interventi tas-CCP fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali saru n-norma mhux biss fl-SOEs, iżda wkoll f’kumpaniji privati (55), bis-CCP jiddikjara tmexxija fuq prattikament kull aspett tal-ekonomija tal-pajjiż. Fil-fatt, l-influwenza tal-Istat permezz tal-istrutturi tas-CCP fil-kumpaniji effettivament tirriżulta f’li l-operaturi ekonomiċi jkunu taħt il-kontroll u s-superviżjoni tal-politika tal-gvern, minħabba li l-istrutturi tal-Istat u tal-Partit kibru flimkien sa punt avvanzat fiċ-Ċina. |
|
(83) |
Is-settur tal-karta dekorattiva huwa soġġett ukoll għal diversi politiki tal-gvern, peress li s-settur tal-polpa tal-injam ġie elenkat bħala industrija mħeġġa kemm fil-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija tal-2019 (56), kif ukoll fil-verżjoni aġġornata tiegħu tal-2024 (57). Bl-istess mod, u kif stabbilit fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1923 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tad-diossidu tat-titanju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (58), il-verżjoni tal-2024 tal-Katalogu ta’ Gwida għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija tindirizza direttament is-settur tat-TiO2 billi telenka l-proċess tal-aċidu sulfuruż tat-TiO2 bħala industrija ristretta, filwaqt li l-verżjoni tiegħu tal-2019 telenka l-proċess tal-klorur tat-TiO2 bħala wieħed imħeġġeġ (59). |
|
(84) |
Barra minn hekk, l-14-il FYP dwar l-iżvilupp ekonomiku u soċjali u l-perspettivi tal-2035 jistabbilixxi l-objettiv li ġej: “It-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji tradizzjonali, il-promozzjoni tal-ottimizzazzjoni tat-tqassim u l-aġġustament strutturali tal-industriji tal-materja prima bħall-petrokimiċi, l-azzar, il-metalli mhux ferrużi, u l-materjali tal-bini, l-espansjoni tal-provvista ta’ prodotti ta’ kwalità għolja bħall-industrija ħafifa u t-tessuti, l-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni u t-titjib ta’ industriji ewlenin bħal dawk tal-kimiċi u tal-produzzjoni tal-karta (60).” |
|
(85) |
Barra minn hekk, l-Opinjoni Gwida dwar il-Promozzjoni tal-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija Ħafifa tal-2022 (61) tirrikjedi l-“Aċċellerazzjoni tal-avvanzi fit-teknoloġiji ewlenin: Fir-rigward tar-rabtiet dgħajfa fl-industriji bħall-manifattura tal-karta (…) se jiġu eżaminati, imfassla u rilaxxati għadd ta’ pjani direzzjonali ta’ innovazzjoni teknoloġika f’oqsma ewlenin (…) se jiġu approfonditi u mrawma r-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku, l-inġinerija u l-industrijalizzazzjoni, se jitħaffef l-istabbiliment ta’ sistemi teknoloġiċi ewlenin, u se jiżdied il-livell teknoloġiku tal-industrija (62) ”u “se jiġu mrawma għadd ta’ xenarji eminenti tal-manifattura intelliġenti f’industriji bħall-[…] manifattura tal-karta (63).” |
|
(86) |
Il-kontroll u s-superviżjoni tal-politika mill-gvern jistgħu jiġu osservati wkoll fil-livell tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti (64). Pereżempju, iċ-China National Forest Products Industry Association (“CNFPIA”) waqqfet kumitat speċjali dwar il-karta dekorattiva (65). Fl-Artikolu 3 tal-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha, is-CNFPIA tiddikjara li l-organizzazzjoni “taċċetta l-gwida, is-superviżjoni u l-ġestjoni tan-negozju mill-entitajiet inkarigati mir-reġistrazzjoni u l-ġestjoni, minn entitajiet responsabbli mill-bini tal-Partit, kif ukoll mid-dipartimenti amministrattivi rilevanti inkarigati mill-ġestjoni tal-industrija” (66). |
|
(87) |
Hangzhou Huawang New Material Technology huwa membru tas-CNFPIA u jservi bħala viċi president tal-kumitat speċjali tas-CNFPIA dwar il-karta dekorattiva (67). |
|
(88) |
Zhejiang Kingdecor Paper hija wkoll membru tas-CNFPIA u sservi bħala direttur tal-kumitat speċjali tas-CNFPIA dwar il-karta dekorattiva (68). |
|
(89) |
Konsegwentement, anke l-produtturi privati fis-settur tal-prodott ikkonċernat ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fil-fatt, kemm l-intrapriżi pubbliċi kif ukoll dawk privati fis-settur huma soġġetti għal superviżjoni u gwida ta’ politika. |
3.2.1.3. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet
|
(90) |
Il-GTĊ huwa f’pożizzjoni li jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u tal-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Tabilħaqq, iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm jekk tal-Istat kif ukoll privati, jirrappreżentaw mezz importanti li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet kummerċjali. |
|
(91) |
Skont il-liġi tal-kumpaniji taċ-Ċina, għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP f’kull kumpanija (b’mill-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (69)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-Partit. |
|
(92) |
Fil-passat, jidher li dan ir-rekwiżit mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, is-CCP ilu mill-inqas mill-2016 isaħħaħ l-affermazzjonijiet tiegħu li jikkontrolla d-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku (70), inkluż l-eżerċitar ta’ pressjoni fuq il-kumpaniji privati biex ipoġġu l-“patrijottiżmu” l-ewwel u biex isegwu d-dixxiplina tal-Partit (71). |
|
(93) |
Fl-2018, diġà kien ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-Partit f’73 % ta’ madwar 2,57 miljun kumpanija privata, bi pressjoni dejjem tikber biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (72). Dawn ir-regoli huma ta’ applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-prodott ikkonċernat u għall-fornituri tal-inputs tagħhom. |
|
(94) |
Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era ( “il-Linji Gwida” ) (73), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-Partit f’intrapriżi privati. |
|
(95) |
It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tistabbilixxi li: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Partit li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6 tistabbilixxi li: “[i]rridu nżidu aktar il-konsolidazzjoni tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu l-partijiet tagħhom bħala vangwardji u pijunieri”. Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (74). |
|
(96) |
Din l-investigazzjoni kkonfermat li jeżistu wkoll koinċidenzi bejn il-pożizzjonijiet maniġerjali u s-sħubija / il-funzjonijiet tas-CCP fis-settur tal-karta dekorattiva. Bħala eżempju, membru tal-bord tad-diretturi ta’ Xianhe, il-kumpanija azzjonarja ta’ Kingdecor, iservi wkoll bħala s-segretarju tal-Partit tal-kumpanija (75). Kif sabet l-investigazzjoni, Xianhe “wieġbet għas-sejħa tal-kumitat ċentrali tal-Partit u integrat b’mod attiv fix-xejra l-ġdida tal-iżvilupp.” (76) |
|
(97) |
Eżempju ieħor ta’ din il-koinċidenza bejn il-pożizzjonijiet maniġerjali u s-sħubija / il-funzjonijiet tas-CCP, huwa l-każ ta’ Qifeng New Material, li l-president tal-bord tad-diretturi tagħha huwa membru tas-CCP (77). Fl-2023, Qifeng New Material, “aderiet mal-gwida tal-Ħsieb ta’ Xi Jinping dwar is-Soċjaliżmu b’Karatteristiċi Ċiniżi għal Era Ġdida, u taħt it-tmexxija b’saħħitha tal-Kumitat tal-Partit u tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija, [il-kumpanija] esplorat b’mod attiv kemm is-swieq internazzjonali kif ukoll dawk domestiċi.” (78) |
|
(98) |
Eżempju addizzjonali nstab f’Fujian Qingshan Paper Industry Co. fejn il-president tal-bord tad-diretturi jservi wkoll bħala segretarju tal-kumitat tal-Partit (79). Fl-ewwel nofs tal-2024, il-kumpanija “aderiet mal-gwida tal-Ħsieb ta’ Xi Jinping dwar is-Soċjaliżmu b’Karatteristiċi Ċiniżi għal Era Ġdida, saħħet b’mod komprensiv il-bini tal-partit, [u] ippromwoviet b’mod attiv l-integrazzjoni profonda tal-bini tal-partit u tan-negozju tal-produzzjoni u tal-operat” (80). |
|
(99) |
Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji kif ukoll fil-provvediment tal-materja prima u tal-inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (81). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat f’ditti, fis-settur tal-karta dekorattiva u f’setturi oħrajn (bħas-setturi finanzjarji u tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet u l-kostijiet. |
3.2.1.4. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), it-tielet inċiż tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles
|
(100) |
Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru prattikament is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti tal-ippjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet skont il-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. |
|
(101) |
B’mod kumplessiv, is-sistema tal-ippjanar fiċ-Ċina tirriżulta fit-tmexxija ta’ riżorsi lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew b’xi mod ieħor politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati f’konformità mal-forzi tas-suq (82). |
|
(102) |
L-awtoritajiet Ċiniżi ppromulgaw għadd ta’ politiki li jiggwidaw il-funzjonament tas-settur tal-karta dekorattiva. |
|
(103) |
Pereżempju, fl-14-il FYP tagħha dwar l-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali u l-perspettivi tal-2035, il-provinċja ta’ Shandong beħsiebha “tottimizza u taġġorna l-industriji tradizzjonali: […] tottimizza u tirfina l-industriji klassiċi bħat-tessuti u l-ħwejjeġ, l-ikel, il-manifattura tal-karta, […]” (83) . |
|
(104) |
Barra minn hekk, l-14-il FYP speċjali tal-provinċja ta’ Fujian dwar l-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Manifattura jirrikjedi li “ssir enfasi fuq it-titjib tal-kwalità tal-karta domestika, tal-karta u l-kartun tal-imballaġ, tal-karta u l-kartun speċjali, jiġu ottimizzati l-istruttura tal-varjetajiet, ir-riċerka u l-iżvilupp tal-użu komprensiv tar-riżorsi tal-polpa u tal-fibra tal-karta (84)”. |
|
(105) |
Barra minn hekk, fil-livell provinċjali, il-Pjan Speċjali ta’ Fujian għall-Iżvilupp ta’ Kwalità Għolja tal-Industrija tal-Manifattura matul il-perjodu tal-FYP tal-14, jispeċifika li għall-“produzzjoni tal-karta u l-prodotti tal-karta: [il-Gvern għandu] jiggwida (…) lil Qingshan paper u intrapriżi oħra biex jissaħħaħ il-bini tal-kapaċità tal-innovazzjoni indiġena, jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-integrazzjoni tad-disinn u jittejjeb il-livell tal-proċess tal-produzzjoni, it-teknoloġija u t-tagħmir (85)”. |
|
(106) |
Barra minn hekk, fil-provinċja ta’ Zhejiang, l-investigazzjoni kkonfermat l-eżistenza ta’ politiki preferenzjali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-banek tal-Istat lejn il-manifatturi tal-karti peress li l-provinċja “tiggwida lill-istituzzjonijiet finanzjarji tal-kontea ta’ Longyou biex itejbu l-ambjent finanzjarju tal-intrapriżi ewlenin, tkompli tottimizza s-servizzi finanzjarji, iżżid l-appoġġ għall-ekonomija reali, speċjalment għall-industrija tal-karta (86).” |
|
(107) |
Barra minn hekk, l-inputs użati għall-produzzjoni ta’ karta dekorattiva huma wkoll soġġetti għal politiki governattivi. B’mod aktar speċifiku, dan huwa l-każ għall-polpa tal-injam li hija koperta mill-14-il FYP tar-RPĊ dwar l-Iżvilupp tal-Industrija tal-Foresti u tal-Artijiet bil-Ħaxix (2021–2025) (87) (“l-14-il FYP tal-Foresta”) li jirrikjedi fir-rigward tal-“polpa u l-produzzjoni tal-karta: [biex] jiġu aċċellerati l-eliminazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni obsoleta u jitnaqqsu l-emissjonijiet li jniġġsu [u] biex tiġi promossa t-trasformazzjoni teknoloġika u jittejjeb l-użu tal-enerġija u tal-materja prima”. L-investigazzjoni fis-settur tat-TiO2 sabet ukoll li l-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iġiegħel lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jikkonċernaw dak is-settur (88). |
|
(108) |
Għalhekk, permezz ta’ dawn il-mezzi u ta’ mezzi oħrajn, il-GTĊ jidderieġi u jikkontrolla kważi kull aspett fl-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur, kif ukoll l-inputs upstream. |
|
(109) |
Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iġiegħel lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku li jikkonċernaw is-settur. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles. |
3.2.1.5. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), ir-raba’ inċiż tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà
|
(110) |
Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin tagħha bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u s-salvagwardja tad-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment hija bbażata b’mod formali fuq prinċipji simili għal dawk applikati f’liġijiet korrispondenti ta’ pajjiżi oħrajn ħlief iċ-Ċina, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. |
|
(111) |
L-għadd ta’ fallimenti għadu magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza għandhom għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għad-dikjarazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, u ta’ spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (89). |
|
(112) |
Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet tal-proprjetà huma partikolarment ovvji fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet tal-użu tal-art fiċ-Ċina (90). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat (art rurali bi sjieda kollettiva u art urbana proprjetà tal-Istat) u l-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss fuq l-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju, billi jintroduċu proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet spiss ma jiġux rispettati, u ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (91). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (92). |
|
(113) |
L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-prodott ikkonċernat huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġi Ċiniża dwar il-falliment, is-soċjetarji u l-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anke dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, abbażi tal-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ anke fis-settur tal-forestrija u tal-ipproċessar tal-injam, u għalhekk fis-settur tal-karta dekorattiva. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. |
|
(114) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-prodott ikkonċernat. |
3.2.1.6. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), il-ħames inċiż tar-Regolament bażiku: il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni
|
(115) |
Sistema ta’ pagi bbażati fuq is-suq ma tistax tiżviluppa bis-sħiħ fiċ-Ċina minħabba li l-ħaddiema u l-impjegaturi huma mxekkla fid-drittijiet tagħhom għal organizzazzjoni kollettiva. Iċ-Ċina ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (93). |
|
(116) |
Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni waħda biss tat-trade unions hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu elementari (94). Barra minn hekk, il-mobbiltà tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema tar-reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħrajn għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. |
|
(117) |
Din tipikament twassal biex il-ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (95). |
|
(118) |
Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-karta dekorattiva ma jkunx soġġett għas-sistema Ċiniża tal-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (meta jimmanifattura l-prodott ikkonċernat jew il-materja prima prinċipali għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għal kapital jew inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tal-manodopera fiċ-Ċina). |
3.2.1.7. Distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat
|
(119) |
L-aċċess għall-kapital għall-atturi korporattivi fiċ-Ċina huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet. |
|
(120) |
L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (96), li, meta jagħtu aċċess għall-finanzjament, iqisu kriterji oħra għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbuta mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji kbar tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (97) u jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-GTĊ. |
|
(121) |
Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (98). Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, il-biċċa l-kbira tal-evidenza, inklużi s-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali. |
|
(122) |
Pereżempju, il-GTĊ iċċara li anke deċiżjonijiet tal-banek kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet globali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni (99). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa jridu, b’mod partikolari, iqisu kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi nazzjonali tal-iżvilupp u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (100) . |
|
(123) |
Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu spiss ikunu distorti għal varjetà ta’ raġunijiet inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju hija influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GTĊ u s-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita mill-gvern (101). Dan huwa aggravat minn regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi f’setturi ddeżinjati mill-gvern bħala mħeġġa jew b’xi mod ieħor importanti (102). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, u dan jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq. |
|
(124) |
It-tieni, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali sabiex jiġi stimulat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali. |
|
(125) |
It-tielet, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet il-liberalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax nominali, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem tas-self bir-rata normattiva jew taħtha kien għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu sa tmiem l-2018 (103). Il-media uffiċjali fiċ-Ċina dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self tiġi ggwidata ’l isfel” (104). Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital. |
|
(126) |
It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fiċ-Ċina jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr ebda sinjal ta’ restrizzjoni tal-kreditu li jkun mistenni f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. B’riżultat ta’ dan, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu, u l-GTĊ għażel numru ta’ drabi li jew jevita l-inadempjenzi, sabiex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħin kumpaniji “żombi”, jew li jittrasferixxi s-sjieda tad-dejn (pereż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament jelimina l-problema ġenerali tad-dejn jew jindirizza l-kawżi ewlenin tagħha. |
|
(127) |
Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex jiġi liberalizzat is-suq, is-sistema tal-kreditu korporattiv fiċ-Ċina hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti li jirriżultaw mir-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod sever fil-livelli kollha. |
|
(128) |
Ma tressqet l-ebda evidenza fl-investigazzjoni attwali li turi li s-settur tal-prodott ikkonċernat mhuwiex affettwat mill-intervent tal-gvern fis-sistema finanzjarja fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b), is-sitt inċiż, tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-intervent sostanzjali tal-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal biex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati b’mod sever fil-livelli kollha. |
3.2.1.8. In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti
|
(129) |
Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristiċi tal-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq kif ukoll fil-Parti I tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit hawn fuq u fil-Parti II tar-Rapport. |
|
(130) |
Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott il-prodott ikkonċernat, huma meħtieġa ċerti inputs. Meta l-produtturi tal-prodott ikkonċernat jixtru/jikkuntrattaw dawn l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li jiġu rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) ikunu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li hija soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/fl-allokazzjoni tal-kapital. Minbarra dan, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u fis-setturi. Dawn id-distorsjonijiet ġew deskritti fid-dettall hawn fuq, b’mod partikolari fil-premessi (51) sa (128). Il-Kummissjoni indikat li l-istruttura regolatorja li tirfed dawk id-distorsjonijiet tapplika b’mod ġenerali, bil-produtturi tal-karta dekorattiva jkunu soġġetti għal dawk ir-regoli bħal kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor fiċ-Ċina. Għalhekk, id-distorsjonijiet għandhom effett dirett fuq l-istruttura tal-kostijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(131) |
B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-prodott ikkonċernat ma jkunux xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali min-naħa tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet I u II tar-Rapport. |
|
(132) |
Tabilħaqq, l-interventi tal-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija, u tal-materja prima huma preżenti fiċ-Ċina kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fiċ-Ċina permezz tal-kombinazzjoni ta’ firxa ta’ fatturi tal-produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input tal-input eċċ. |
|
(133) |
L-ebda evidenza jew argument kontra ma tressaq mill-GTĊ f’din l-investigazzjoni. |
3.2.1.9. Argumenti mressqa mill-partijiet interessati
|
(134) |
L-ewwel nett, is-CNFPIA ħadet il-pożizzjoni li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mhuwiex applikabbli minħabba l-inkompatibbiltà tiegħu mal-ftehimiet tad-WTO u d-deċiżjonijiet tal-Korp għas-Soluzzjoni tat-Tilwim tad-WTO (“DSB”, Dispute Settlement Body). |
|
(135) |
B’mod partikolari, is-CNFPIA argumentat li:
|
|
(136) |
It-tieni, is-CNFPIA sostniet li ma hemmx evidenza biżżejjed tal-allegati distorsjonijiet u, anke li kieku kellhom jeżistu, dawn ma affettwawx il-prodott ikkonċernat. |
|
(137) |
Barra minn hekk,is-CNFPIA esprimiet dan li ġej:
|
|
(138) |
Fir-rigward tal-argumenti tal-partijiet dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tad-WTO, il-Kummissjoni fakkret li fil-proċedimenti anti-dumping li jikkonċernaw prodotti miċ-Ċina, il-partijiet tat-Taqsima 15 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO li ma skadewx ikomplu japplikaw meta jiġi ddeterminat il-valur normali, kemm fir-rigward tal-istandard tal-ekonomija tas-suq kif ukoll fir-rigward tal-użu ta’ metodoloġija li mhijiex ibbażata fuq tqabbil strett mal-prezzijiet jew il-kostijiet Ċiniżi. |
|
(139) |
Fir-rigward tar-referenza tal-partijiet għad-DS473, il-Kummissjoni fakkret li r-Rapport tal-Korp tal-Appell f’DS473 ma kienx jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, iżda ta’ stipulazzjoni partikolari fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku. Madanakollu l-liġi tad-WTO kif interpretata mill-Korp tal-Appell fid-DS473 tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, bl-aġġustament dovut meta tali aġġustament ikun neċessarju u sostanzjat. Fil-fatt, l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti tagħmel il-kostijiet u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur mhux xierqa għall-kalkolu tal-valur normali. Għalhekk, l-argumenti tal-partijiet ma setgħux jiġu aċċettati. |
|
(140) |
Fir-rigward tal-argumenti tal-partijiet dwar is-suffiċjenza tal-evidenza biex tintwera l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni fakkret mill-bidu nett li skont l-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku, jekk il-Kummissjoni tqis li l-evidenza ppreżentata mill-ilmentaturi dwar id-distorsjonijiet sinifikanti hija suffiċjenti, hija tista’ tibda l-investigazzjoni fuq din il-bażi. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni indikat li, kif ikkonfermat mill-Qorti Ġenerali fi Viraj Profiles, il-kwantità u l-kwalità tal-evidenza meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kriterji tas-suffiċjenza tal-evidenza għall-fini tal-bidu ta’ investigazzjoni huma differenti minn dawk meħtieġa għall-fini ta’ determinazzjoni preliminari jew finali tal-eżistenza ta’ dumping, dannu jew rabta kawżali (106). Għaldaqstant, l-ilment issodisfa l-istandards stabbiliti fl-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku, flimkien mal-Artikolu 2(6a)(d). Fil-fatt, kif indikat fin-Notifika tal-Bidu (107), fl-istadju tal-bidu, il-Kummissjoni qieset li kien hemm evidenza suffiċjenti skont l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku li turi li, minħabba distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet, l-użu tal-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ ma jkunx xieraq, u b’hekk jiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni abbażi tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
|
(141) |
Għalhekk, il-Kummissjoni pproċediet biex tipprova tali distorsjonijiet. Sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku, ġabret id-data meħtieġa biex tiddetermina l-eżistenza u l-impatt tad-distorsjonijiet sinifikanti u l-użu konsegwenti tal-metodoloġija preskritta mill-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Id-data miġbura mill-Kummissjoni u l-konklużjonijiet li jirriżultaw, kemm dwar il-preżenza ta’ kumpaniji tal-Istat fis-settur tal-prodott ikkonċernat kif ukoll dwar ir-rabtiet mas-CCP huma ppreżentati fit-Taqsima 6.3 ta’ dan ir-Regolament. Għalhekk, l-argumenti tal-partijiet dwar l-evidenza li tinsab fl-ilment ma setgħux jiġu aċċettati. |
3.2.1.10. Konklużjoni
|
(142) |
L-analiżi stabbilita f’din it-taqsima, li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent taċ-Ċina fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali kif ukoll fis-settur tal-prodott ikkonċernat uriet li l-prezzijiet u l-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inklużi l-kostijiet tal-materja prima u l-inputs, l-enerġija u l-manodopera, mhumiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles minħabba li huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. |
|
(143) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’dan il-każ, ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi biex jiġi stabbilit il-valur normali. |
|
(144) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex taħdem il-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ, li jirriflettu prezzijiet jew parametri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif deskritt fit-taqsima li ġejja. |
3.2.2. Pajjiż rappreżentattiv
3.2.2.1. Kummenti ġenerali
|
(145) |
L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:
|
|
(146) |
Kif spjegat fil-premessi (36) sa (38), il-Kummissjoni ħarġet żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali: l-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni bid-data tat-2 ta’ Ottubru 2024 (l-“Ewwel Nota”) u t-Tieni Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni bid-data tas-6 ta’ Diċembru 2024 (it-“Tieni Nota”). |
|
(147) |
Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti, u indirizzaw ukoll il-kummenti li rċevew il-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. |
|
(148) |
Fit-Tieni Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lit-Tajlandja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk tiġi kkonfermata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. |
Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ
|
(149) |
Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat lit-Tajlandja, il-Brażil, l-Indoneżja u t-Turkija bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri li huma kollha kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross, fejn kien magħruf li jiġi manifatturat il-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(150) |
Ma wasal l-ebda kumment dwar il-pajjiżi identifikati f’dik in-nota. |
Eżistenza tad-data rilevanti disponibbli faċilment fil-pajjiż rappreżentattiv
|
(151) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati bħala pajjiżi fejn qed jiġi prodott il-prodott taħt investigazzjoni, jiġifieri t-Tajlandja, il-Brażil, l-Indoneżja u t-Turkija, id-disponibbiltà tad-data disponibbli faċilment kellha tiġi vverifikata aktar b’mod partikolari fir-rigward tad-data finanzjarja disponibbli faċilment mill-produtturi tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(152) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-preżenza tal-produtturi tal-karta dekorattiva f’kull wieħed mill-erba’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali u fittxet data finanzjarja disponibbli faċilment ta’ kumpaniji li jipproduċu l-prodott taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika kumpaniji bħal dawn fl-erba’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. |
|
(153) |
Il-Kummissjoni mbagħad ħarset lejn il-produtturi ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali tal-prodott taħt investigazzjoni f’kull wieħed mill-erba’ pajjiżi rappreżentattivi potenzjali, li tinkludi wkoll karta b’użu speċjali (prinċipalment imballaġġ u tikketti flessibbli) u karta tal-istampar. F’din il-kategorija ma ġiet identifikata l-ebda kumpanija b’data finanzjarja disponibbli faċilment. F’din il-kategorija, l-ilmentaturi identifikaw fl-ilment kumpanija Tajlandiża (Thai Paper Mill) u pprovdew dokumenti, allegatament għad-data finanzjarja tagħhom tal-2022. Madankollu, il-perjodu ta’ referenza ma kien jinkludi l-ebda parti tal-PI, u d-data kienet estratt Excel mhux uffiċjali meħuda minn bażi tad-data (109). Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonferma d-data finanzjarja minn kwalunkwe sors disponibbli faċilment. |
|
(154) |
Il-Kummissjoni mbagħad ħarset lejn prodotti oħra fl-istess kategorija ġenerali bħall-prodott taħt investigazzjoni (“produtturi tal-karta u tal-imballaġġ”) (110), peress li l-imballaġġ jissemma wkoll fid-deskrizzjoni tal-erba’ kodiċijiet SA kkonċernati (111), li teskludi l-polpa tal-injam, li hija prodott upstream/materja prima ta’ natura kompletament differenti mill-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni identifikat data finanzjarja faċilment disponibbli f’Orbis għall-produtturi Tajlandiżi, jiġifieri: SIAM KRAFT INDUSTRY CO LTD; DOUBLE A (1991) PUBLIC COMPANY; THAI CONTAINERS GROUP CO LTD u SIG COMBIBLOC CO LTD. imsemmija wkoll hawn taħt fit-Taqsima 3, li wrew profittabbiltà għall-2023. It-Tajlandja kienet l-uniku pajjiż rappreżentattiv possibbli, li għalih instabet data finanzjarja faċilment disponibbli tal-produtturi tal-karta u tal-imballaġġ. Għall-pajjiżi rappreżentattivi potenzjali l-oħra, f’Orbis il-Kummissjoni sabet informazzjoni dwar xi kumpaniji jew li kienu qed jagħmlu telf fis-sena finanzjarja 2023 jew kumpaniji mingħajr data finanzjarja disponibbli għall-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(155) |
Ma wasal l-ebda kumment sad-data tal-iskadenza. Parti waħda, KINGDECOR, issottomettiet kummenti wara l-iskadenza li se tiġi ttrattata fl-istadju definittiv. |
Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali
|
(156) |
Wara li ġie stabbilit li t-Tajlandja tista’ titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq fuq il-bażi tal-elementi kollha msemmijin hawn fuq, ma kienx hemm bżonn valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.2.2. Konklużjoni
|
(157) |
Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, it-Tajlandja ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż, tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
3.2.3. Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni
|
(158) |
Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera użati fil-produzzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli għall-pubbliku dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota. |
|
(159) |
Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni sostniet li, sabiex tibni l-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża l-Atlas tal-Kummerċ Globali (“GTA” - Global Trade Atlas) (112) biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi tal-produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-istatistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika permezz tal-Bank tat-Tajlandja (113), il-librerija tal-OECD (114) u l-pubblikazzjoni “Il-Kost tan-Negozju fit-Tajlandja 2023.” (115) biex tistabbilixxi l-kostijiet lavorattivi mingħajr distorsjoni u l-istatistika dwar il-prezzijiet tal-elettriku ppubblikata mill-Awtorità tal-Elettriku Metropolitana tat-Tajlandja (116) għall-elettriku. |
|
(160) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni spjegat il-ħsieb tagħha li tikkalkula l-prezz tal-fwar fit-Tajlandja bl-użu tal-metodoloġija ssuġġerita mid-Dipartiment għall-Enerġija tal-Istati Uniti (117) bħala bażi. Din il-metodoloġija tipprovdi kost għall-fwar ibbażat fuq l-input tas-sħana meħtieġ biex jiġi prodott bil-gass naturali. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tuża l-gass naturali bħala input tas-sħana u, għalhekk, il-prezz tal-gass naturali fit-Tajlandja kif ippubblikat mill-Ministeru tal-Enerġija Tajlandiż (118). Peress li din il-metodoloġija tikkalkula biss il-kost tal-fjuwil tal-fwar, il-Kummissjoni taġġusta dan il-kost għall-ilma, il-materjali konsumabbli, kostijiet oħra, l-SG&A u l-profitt. |
|
(161) |
Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li l-gass, l-arja kkompressata u l-ilma, kollha flimkien jammontaw għal inqas minn 0,3 % tal-kost totali tal-produzzjoni, u b’hekk, jinġabru mal-materjali konsumabbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat li hija se tikkalkula l-persentaġġ tal-materjali konsumabbli fuq il-kost totali tal-inputs u se tapplika dan il-persentaġġ għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta tuża l-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq. |
|
(162) |
It-total tal-fatturi tal-produzzjoni li nġabru mal-materjali konsumabbli, ammonta għal madwar 3 % tal-kost totali tal-produzzjoni, u għalhekk finalment, madwar 4 % tal-kost totali tal-produzzjoni huwa meqjus bħala materjali konsumabbli. |
3.2.4. Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni
3.2.4.1. Fatturi ta’ produzzjoni
|
(163) |
Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul iż-żjarat ta’ verifika, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku: Tabella 1 Fatturi ta’ produzzjoni tal-karta dekorattiva
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(164) |
Il-Kummissjoni inkludiet valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Il-metodoloġija hija spjegata kif xieraq fit-taqsima Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura, l-SG&A, il-profitti u d-deprezzament hawn taħt. |
Materja prima u inputs
|
(165) |
Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sal-fabbrika ta’ produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat (CIF) tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. |
|
(166) |
Fir-rigward tal-polpa tal-injam (l-ewkaliptu), tip ta’ injam mhux komuni fiċ-Ċina jew fil-pajjiżi fil-qrib, li huwa t-tieni l-aktar materja prima importanti għall-produzzjoni tal-karta dekorattiva, matul il-verifika ż-żewġ produtturi Ċiniżi wrew li jixtru biss minn sorsi mhux Ċiniżi minn fornituri mhux relatati. Dan ifisser li l-prezzijiet tal-importazzjoni tagħhom ġew aċċettati u ma ġewx sostitwiti. |
|
(167) |
Fir-rigward tal-materja prima ewlenija, id-diossidu tat-titanju, KINGDECOR affermat u wriet matul il-verifika li importat ammont limitat tad-diossidu tat-titanju tagħha minn fornituri mhux relatati, barra miċ-Ċina. Dan kien jikkonċerna kwalitajiet mhux disponibbli fiċ-Ċina. Għal din il-parti tad-diossidu tat-titanju, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tagħha ġew aċċettati u ma ġewx sostitwiti. |
|
(168) |
Għall-materja prima l-oħra kollha, prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li mhumiex membri tad-WTO, elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (119). |
|
(169) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mill-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fit-Taqsima 3.2 ikkonkludiet li mhuwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsubin għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Il-volumi li jifdal tqiesu bħala rappreżentattivi. |
Manodopera
|
(170) |
Il-Kummissjoni użat l-aħħar statistika disponibbli tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika permezz tal-Bank tat-Tajlandja, il-librerija tal-OECD u l-pubblikazzjoni “Il-Kost tan-Negozju fit-Tajlandja 2023.”, indiċjata mal-PI, bl-użu tal-kost lavorattiv fis-settur tal-manifattura tat-Tajlandja (120). |
Elettriku
|
(171) |
Il-prezz tal-elettriku għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fit-Tajlandja huwa ppubblikat mill-Awtorità Metropolitana tal-Elettriku tat-Tajlandja (121). Il-Kummissjoni użat id-data dwar il-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-medda tal-konsum korrispondenti f’THB/kWh kif ippubblikata perjodikament għal kull xahar tal-PI. |
Fwar
|
(172) |
Kif deskritt fit-taqsima 3.2.3, il-Kummissjoni kkalkolat il-prezz tal-fwar fit-Tajlandja bl-użu tal-metodoloġija ssuġġerita mid-Dipartiment għall-Enerġija tal-Istati Uniti (122) bħala bażi. Din il-metodoloġija tipprovdi kost għall-fwar ibbażat fuq l-input tas-sħana meħtieġ għall-produzzjoni. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat il-gass naturali bħala input tas-sħana u, għalhekk, il-prezz tal-gass naturali fit-Tajlandja kif ippubblikat mill-Ministeru tal-Enerġija Tajlandiż (123). Peress li din il-metodoloġija tikkalkula biss il-kost tal-fjuwil tal-fwar, il-Kummissjoni aġġustat dan il-kost għall-ilma, il-materjali konsumabbli, kostijiet oħra, il-kostijiet tal-bejgħ, l-SG&A u l-profitt. Il-Kummissjoni qieset li rata globali li tkopri dawn il-kostijiet u l-profitt tkun raġonevoli. Ma wasal l-ebda kumment mill-partijiet interessati dwar dan il-punt fit-tieni Nota. |
Kostijiet ġenerali tal-manifattura, kostijiet SG&A u profitti
|
(173) |
Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura biex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi tal-produzzjoni msemmija hawn fuq. |
|
(174) |
Il-kostijiet ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produtturi esportaturi li kkooperaw ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produtturi esportaturi. Dan il-persentaġġ ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. |
|
(175) |
Għall-istabbiliment ta’ ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għall-kostijiet ġenerali tal-manifattura, il-kostijiet SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni bbażat fuq id-data finanzjarja tal-erba’ kumpaniji Tajlandiżi, SIAM KRAFT INDUSTRY CO LTD, DOUBLE A (1991) PUBLIC COMPANY, THAI CONTAINERS GROUP CO LTD u SIG COMBIBLOC CO LTD. kif estratta minn Orbis. |
|
(176) |
Il-kostijiet SG&A, espressi bħala persentaġġ tal-kost tal-oġġetti mibjugħin (“COGS”, Cost of Goods Sold) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 11,38 %. Il-profitt, espress bħala persentaġġ tal-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 9,29 %. Il-Kummissjoni qieset li dawn ir-rati, meta applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, jirriżultaw f’ammont għal profitt li jkun raġonevoli, fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, għal-livell tal-kummerċ mill-fabbrika. |
Kalkolu
|
(177) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(178) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet ta’ unità mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali ta’ produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Dawn ir-rati ta’ konsum ġew ivverifikati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni mmultiplikat ir-rati tal-konsum bil-kostijiet mingħajr distorsjoni għal kull unità osservata fil-pajjiż rappreżentattiv, kif deskritt fit-Taqsima 3.2.4.1. |
|
(179) |
Imbagħad, il-Kummissjoni żiedet l-ispejjeż ġenerali tal-manifattura, kif spjegat fil-premessa (173) mal-kost mingħajr distorsjoni tal-manifattura sabiex tasal għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni. |
|
(180) |
Għall-kostijiet tal-produzzjoni stabbiliti kif deskritt fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni applikat il-kostijiet SG&A u l-persentaġġi tal-profitt ikkalkulati fil-premessi (174) sa (175). |
|
(181) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(182) |
Il-produtturi esportaturi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati. |
|
(183) |
Għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li effettivament tħallas jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(184) |
Produttur esportatur wieħed esporta parzjalment il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ utent relatat, li jaġixxi bħala importatur li kompla jipproċessa l-prodott ikkonċernat. Il-produttur esportatur ma pprovdiex informazzjoni dettaljata dwar il-kost tal-ipproċessar ulterjuri u l-prezz tal-bejgħ finali, għalhekk il-Kummissjoni ddeċidiet, b’mod proviżorju, li għal dawn it-tranżazzjonijiet tuża l-prezz tal-esportazzjoni lill-utent relatat. Il-Kummissjoni talbet data dwar il-kost tal-ipproċessar u l-prezz finali tal-bejgħ, li mbagħad tintuża fl-istadju definittiv għall-istabbiliment tal-prezzijiet tal-esportazzjoni abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lill-konsumaturi indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. |
3.4. Tqabbil
|
(185) |
L-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel paragun ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-istess livell ta’ kummerċ u tagħmel konċessjoni għad-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. F’dan il-każ, il-Kummissjoni għażlet li tqabbel il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fil-kampjun fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika. Kif spjegat aktar hawn taħt, fejn xieraq, il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni ġew aġġustati sabiex: (i) jiġu nnettjati lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u (ii) jagħmlu konċessjonijiet għal differenzi fil-fatturi li ġew iddikjarati, u murija, li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet. |
3.4.1. Aġġustamenti magħmula fil-valur normali
|
(186) |
Kif spjegat fil-premessa (177), il-valur normali ġie stabbilit fil-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika bl-użu tal-kostijiet tal-produzzjoni flimkien mal-ammonti tal-SG&A u tal-profitt, li tqiesu bħala raġonevoli għal dak il-livell ta’ kummerċ. Għalhekk, ma kien meħtieġ l-ebda aġġustament biex il-valur normali jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(187) |
Minbarra aġġustament tal-VAT minħabba VAT mhux rimborżabbli, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda raġuni biex tagħmel xi konċessjonijiet għall-valur normali, u dawn il-konċessjonijiet lanqas ma ntalbu minn xi wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun. |
3.4.2. Aġġustamenti magħmula fil-prezz tal-esportazzjoni
|
(188) |
Sabiex il-prezz tal-esportazzjoni jiġi nnettjat lura għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika, saru aġġustamenti minħabba: id-dazju doganali, imposti oħra fuq l-importazzjoni, il-merkanzija, l-assigurazzjoni, ir-ribassi annwali, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari u l-kostijiet tal-ippakkjar. |
|
(189) |
Saru konċessjonijiet għall-fatturi li ġejjin li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet: il-kost tal-kreditu u t-tariffi bankarji |
3.5. Marġnijiet tad-dumping
|
(190) |
Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(191) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati proviżorji espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(192) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkolat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, dan il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun, filwaqt li ġew injorati l-marġnijiet tal-produtturi esportaturi b’marġnijiet ta’ dumping żero u de minimis, kif ukoll il-marġnijiet stabbiliti skont iċ-ċirkostanzi msemmijin fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
|
(193) |
Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping proviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma ġewx inklużi fil-kampjun huwa 33,6 %. |
|
(194) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħra kollha fir-RPĊ, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-PI, li ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-Eurostat. |
|
(195) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ kien għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 90 % tal-importazzjonijiet totali matul il-PI. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fil-livell tal-kumpanija inkluża fil-kampjun bl-ogħla marġni tad-dumping. |
|
(196) |
Il-marġnijiet tad-dumping proviżorji, espressi bħala persentaġġ tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(197) |
Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn seba’ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni (124). Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(198) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal madwar 473 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħat-tweġiba għall-makrokwestjonarju ppreżentata mill-ilmentatur u vverifikata mill-Kummissjoni. Kif indikat fil-premessa (15), it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 60 % tal-produzzjoni totali stmata tal-UE u 61 % tal-kwantità totali stmata ta’ bejgħ tal-UE tal-prodott simili. |
4.2. Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni
|
(199) |
Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u sabiex tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kellux jitqies fl-analiżi u, jekk iva, sa liema punt. |
|
(200) |
Kif spjegat fil-premessa (27), il-karta dekorattiva tintuża bħala materjal tal-wiċċ għal applikazzjonijiet dekorattivi. Il-karta dekorattiva tintuża bħala prodott intermedju li mbagħad jiġi laminat fuq pannelli bbażati fuq l-injam bħal fibreboards jew bord tal-partikoli ta’ densità medja permezz tal-użu ta’ temperaturi u pressjoni għoljin, jew, inkella, permezz ta’ adeżivi. L-użu finali tal-karta dekorattiva huwa prinċipalment fis-settur tal-għamara, tad-disinn intern jew tal-kostruzzjoni. |
|
(201) |
Ma kien hemm l-ebda bejgħ kaptiv tal-prodott taħt investigazzjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kien parti minn grupp kbir ta’ kumpaniji li xtraw karta dekorattiva mill-parti relatata tagħhom u użawha għall-produzzjoni ta’ prodotti downstream oħra. Il-Kummissjoni analizzat it-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ relatati u d-dokumenti assoċjati, u qieset dak il-bejgħ li sar lil kumpaniji relatati bħala bejgħ fis-suq ħieles, peress li dan il-bejgħ lil entitajiet legali separati sar bejn wieħed u ieħor bl-istess prezz bħal dak mitlub lil partijiet indipendenti u dawk l-entitajiet kellhom għażla libera ta’ fornitur. |
|
(202) |
Produttur tal-Unjoni mhux ilmentatur kien ukoll parti minn grupp akbar ta’ kumpaniji involuti fl-ipproċessar ulterjuri tal-prodott taħt investigazzjoni. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni ma setgħetx taċċerta t-termini tal-bejgħ lil partijiet relatati għal dan il-produttur. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni dettaljata, il-Kummissjoni qieset il-volum stmat tal-bejgħ fl-Unjoni pprovdut mill-ilmentatur bħala bejgħ fis-suq ħieles fl-analiżi tal-konsum tal-Unjoni u l-volum tal-bejgħ tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. |
|
(203) |
Id-distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu kaptiv mhumiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast ma’ dan, il-produzzjoni maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
4.3. Konsum tal-Unjoni
|
(204) |
Il-kodiċijiet NM rilevanti inkludew ukoll tipi oħra ta’ karta ta’ speċjalità barra mid-definizzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Sabiex tikkalkula l-konsum tal-Unjoni, il-Kummissjoni qabblet l-istatistika tad-data tal-importazzjoni wara l-PI fil-livell tal-kodiċi NM bi 8 ċifri u tal-kodiċi TARIC b’10 ċifri mill-bażi tad-data tas-Sorveljanza. Il-kodiċijiet TARIC kienu disponibbli biss wara l-bidu tal-investigazzjoni u kienu relatati esklużivament mal-prodott taħt investigazzjoni. It-tqabbil wera li għall-perjodu minn Lulju 2024 sa Novembru 2024, il-volumi ta’ karta dekorattiva importati fl-Unjoni fil-livell TARIC kienu jikkostitwixxu madwar 30 % tal-volumi globali importati miċ-Ċina taħt il-kodiċijiet NM korrispondenti. Minbarra ċ-Ċina, l-importazzjonijiet ta’ karta dekorattiva mill-bqija tad-dinja fil-livell TARIC ammontaw għal madwar 15 % tal-volumi totali tal-importazzjoni fil-livell NM. |
|
(205) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi ta’:
|
|
(206) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 2 Konsum tal-Unjoni (f’tunnellati)
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(207) |
Il-konsum tal-Unjoni żdied drastikament bi 17 % bejn l-2020 u l-2021. Dan kien prinċipalment dovut għaż-żieda fid-domanda tas-suq għall-materjali tal-kostruzzjoni li kienet ikkawżata mill-pandemija tal-COVID-19. Il-pandemija wasslet għal lockdowns u tat spinta lis-suq tar-rinnovazzjonijiet tad-djar, li rriżulta f’domanda ogħla għall-karta dekorattiva, peress li din tintuża prinċipalment fil-produzzjoni ta’ għamara u pavimenti laminati. |
|
(208) |
Wara l-2021, il-konsum tal-Unjoni naqas drastikament bi 17 %, u fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni bi 11 % oħra. |
4.4. Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
4.4.1. Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat
|
(209) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw li tqiesu li jirrappreżentaw kważi 90 % tal-volum tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
|
(210) |
Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi ġie stabbilit billi l-volumi tal-importazzjonijiet tqabblu mal-konsum tas-suq tal-Unjoni skont it-Tabella 2 hawn fuq. |
|
(211) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej: Tabella 3 Volum tal-importazzjonijiet (f’tunnellati) u sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(212) |
L-importazzjonijiet Ċiniżi fl-2020 kienu limitati għal madwar 4 600 tunnellata fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat u b’sehem mis-suq ta’ 1 %. Madankollu, fl-2021, l-importazzjonijiet żdiedu b’mod esponenzjali b’157 %; din ix-xejra drastika ’l fuq kompliet matul il-bqija tal-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu kollu kkunsidrat, l-importazzjonijiet żdiedu b’437 % għal aktar minn 24 000 tunnellata. Matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’6 punti perċentwali. |
|
(213) |
Is-sehem mis-suq segwa l-istess żieda qawwija bħall-volum tal-importazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, li żdied b’521 % matul il-perjodu kkunsidrat. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq Ċiniż kiber bi tliet punti perċentwali, minn 4 % għal 7 % fuq perjodu ta’ sena, bejn l-2022 u l-2023. |
4.5. Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz
|
(214) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data pprovduta mill-produtturi esportaturi li kkooperaw li tqiesu qrib 90 % tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni. |
|
(215) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żviluppa kif ġej: Tabella 4 Prezzijiet ta’ importazzjoni (EUR/tunnellata)
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(216) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina żdiedu fl-2021 u fl-2022, wara xejra simili bħall-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni murija fit-Tabella 8. Madankollu, matul il-perjodu kollu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu ferm taħt il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-Unjoni, li żdiedu għal livell ta’ EUR 2 220/tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(217) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(218) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, bl-aġġustament dovut meta neċessarju, u wara tnaqqis tar-ribassi u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala persentaġġ tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz ta’ bejn 9,3 % u 10,9 % permezz tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat fis-suq tal-Unjoni. |
|
(219) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ trażżin tal-prezzijiet mill-2022, meta l-industrija tal-Unjoni kienet qed tiffaċċja żieda fil-kost tal-produzzjoni minħabba kostijiet ogħla tal-materja prima u tal-enerġija. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha b’mod suffiċjenti biex tpatti għaż-żidiet fil-kost tal-produzzjoni minħabba t-trażżin tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi, li bdew fl-2022 u komplew matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.6. Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.6.1. Kummenti ġenerali
|
(220) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi valutazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(221) |
Kif imsemmi fil-premessa (15), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(222) |
Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi, relatati mal-produtturi kollha tal-Unjoni, abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-makrokwestjonarju pprovdut mill-ilmentatur, id-data aġġustata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, u d-data tal-Eurostat aġġustata dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tal-prodott taħt investigazzjoni, kif spjegat fil-premessa (204) u fin-noti f’qiegħ il-paġna 126 u 127. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi relatati mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(223) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni ta’ dumping. |
|
(224) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost ta’ unità, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.6.2. Indikaturi makroekonomiċi
4.6.2.1. Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
(225) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 5 Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(226) |
Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 13 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, f’konformità max-xejriet fil-volum tal-bejgħ murija fit-Tabella 8 hawn taħt. Iż-żieda temporanja fil-volumi tal-produzzjoni fl-2021 tista’ tiġi attribwita għaż-żieda fid-domanda kkawżata, kif spjegat fil-premessa (207), mill-ekonomija abbażi tal-prinċipju “noqogħdu d-dar” matul il-lockdowns wara l-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, mill-2022, il-volumi tal-produzzjoni bdew jonqsu. It-tnaqqis kien dovut għal domanda tas-suq aktar baxxa għall-karta dekorattiva fl-Unjoni, li kompliet tiġi aggravata mil-livelli għoljin ta’ inventarju li akkumulaw permezz tal-katina tal-provvista, kif spjegat fil-premessi (245) u (246). Barra minn hekk, wara ż-żieda fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ li kienu jikkonċernaw l-aktar lil karta dekorattiva ta’ grad kummerċjali (bajda, kulur ċar jew kannella), biex iżommu s-sehem mis-suq, diversi produtturi tal-Unjoni kellhom jiffukaw il-produzzjoni fuq kuluri aktar qawwijin li wasslu għal preparazzjoni u manutenzjoni itwal u aktar frekwenti tal-magni tal-karta, li wasslu għal perjodi itwal ta’ qtugħ fil-produzzjoni. |
|
(227) |
Il-kapaċità totali tal-Unjoni varjat matul il-perjodu kkunsidrat. Matul l-2021 il-kapaċità tal-produzzjoni ddikjarata żdiedet minħabba perjodi itwal bejn il-perjodi skedati għall-manutenzjoni ppjanata tal-magni tal-karta dekorattiva. Mill-2022 ’il quddiem, il-kapaċità bdiet tonqos. Dan kien dovut l-aktar għall-waqfien tal-produzzjoni tal-karta dekorattiva fi tmiem l-2022 ta’ produttur wieħed tal-Unjoni, u l-insolvenza ta’ produttur ieħor tal-Unjoni fi tmiem l-2023. |
|
(228) |
Iż-żieda fl-użu tal-kapaċità osservata fl-2021 kienet xprunata miż-żieda fil-volumi netti tal-produzzjoni minħabba żieda fid-domanda tas-suq għall-karta dekorattiva matul il-pandemija tal-COVID-19. Il-volumi tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità fl-2022, fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu ferm taħt il-livelli ta’ qabel l-2022, li kien konsegwenza tat-tnaqqis ġenerali fid-domanda tas-suq għall-karta dekorattiva u l-kompetizzjoni intensifikata mill-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping. |
4.6.2.2. Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq
|
(229) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 6 Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(230) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-2021 żdied bi 13-il punt perċentwali meta mqabbel mal-2020, prinċipalment minħabba ż-żieda fid-domanda msemmija hawn fuq ikkawżata mil-lockdowns tal-COVID-19 (ara l-premessa (207)). Kif ġie spjegat hawn fuq, id-domanda għall-karta dekorattiva bdiet tonqos fl-2022 wara d-domanda għolja fl-2021. Hekk kif l-importazzjonijiet Ċiniżi bdew jiżdiedu kemm f’termini assoluti kif ukoll f’ishma mis-suq mit-tieni nofs tal-2021, dan irriżulta fi tnaqqis sinifikanti fil-volumi tal-bejgħ tal-Unjoni. |
|
(231) |
Is-sehem mis-suq naqas minn 93 % għal 90 % matul il-perjodu kkunsidrat. It-tnaqqis ulterjuri fl-2022 għal 88 % jista’ jiġi attribwit għal żieda fis-sehem mis-suq minn pajjiżi terzi li naqset fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.6.2.3. Tkabbir
|
(232) |
Kif spjegat hawn fuq, minħabba ż-żieda fir-rinnovazzjoni tad-djar ikkawżata mil-lockdowns matul il-pandemija tal-COVID-19, l-industrija tal-Unjoni setgħet tibbenefika mid-domanda għolja u mill-prezz tal-bejgħ ogħla mill-kost tal-produzzjoni, li wassal biex l-2021 kienet l-unika sena profittabbli tal-perjodu kkunsidrat. Madankollu, din is-sitwazzjoni treġġgħet lura mill-2022, meta l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat tnaqqis fid-domanda, flimkien ma’ kompetizzjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Ċiniżi, li wasslu biex il-prezzijiet ġew stabbiliti taħt il-kost tal-produzzjoni, kif muri fit-Tabella 8 hawn taħt. |
4.6.2.4. Impjiegi u produttività
|
(233) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 7 Impjiegi u produttività
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(234) |
Wara żieda żgħira ta’ 2 % fl-għadd ta’ impjegati fl-2021, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-forza tax-xogħol tagħha mill-2021 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, peress li l-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ tagħha naqsu. Barra minn hekk, xi produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kellhom jirrikorru għal xogħol b’ħinijiet iqsar matul il-pandemija tal-COVID-19 fl-2020 u għall-perjodu li jibda minn tmiem l-2022 sal-perjodu ta’ investigazzjoni minħabba nuqqas ta’ ordnijiet u waqfien frekwenti konsegwenti tal-magni. Madankollu, din is-sitwazzjoni ma kinitx riflessa fl-għadd totali ta’ impjegati, peress li l-impjegati affettwati kienu għadhom impjegati mill-kumpaniji u miżmuma fuq il-pagi tagħhom. |
|
(235) |
Il-produttività żviluppat f’konformità mal-bidliet fil-volum tal-produzzjoni. Din naqset bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat, b’żieda temporanja fl-2021, bis-saħħa taż-żieda fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni minħabba l-kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli msemmija hawn fuq f’dik is-sena. Il-bidla fit-taħlita tal-prodotti u ż-żieda sussegwenti tal-manutenzjoni tal-magni u tal-ħinijiet sakemm jixegħlu l-magni, spjegati fil-premessa (225), komplew inaqqsu l-produttività għal kull ekwivalenti għall-full time (FTE - Full-Time Equivalent) mill-2022. |
4.6.2.5. Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat
|
(236) |
Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet reali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, b’kunsiderazzjoni tal-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat. |
|
(237) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għaldaqstant, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.6.3. Indikaturi mikroekonomiċi
4.6.3.1. Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet
|
(238) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni: Tabella 8 Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(239) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-bejgħ segwew kurva forma ta’ qanpiena, li laħqet il-quċċata tagħha fl-2022 u naqset fl-2023 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezz tal-bejgħ ta’ unità segwa l-istess xejra bħall-kost tal-produzzjoni. Fl-2020, l-industrija tal-Unjoni bdiet f’pożizzjoni ekonomika mhux favorevoli minħabba tnaqqis temporanju fil-produzzjoni u fl-għadd ta’ magni li kienu qed jitħaddmu, u ma setgħetx iżżomm il-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Wara t-tieni nofs tas-sena, id-domanda reġgħet żdiedet, hekk kif l-ekonomija abbażi tal-prinċipju “noqogħdu d-dar” immexxija mill-pandemija ħeġġet lin-nies jinvestu l-introjtu disponibbli fir-rinnovazzjonijiet tad-djar. L-2021 kienet l-unika sena li fiha l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha ’l fuq mill-kost tal-produzzjoni. Din ix-xejra malajr treġġgħet lura fis-snin ta’ wara meta l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżomm il-prezzijiet tal-bejgħ ogħla mill-kost tal-produzzjoni. |
|
(240) |
Il-kost tal-produzzjoni kien xprunat prinċipalment mill-kostijiet tal-materja prima u tal-enerġija. B’mod partikolari, ix-xejra fil-kost tal-produzzjoni segwiet mill-qrib ix-xejra fil-prezzijiet għaż-żewġ materja prima ewlenin, id-diossidu tat-titanju (“TiO2”) u l-polpa tal-injam. Barra minn hekk, fl-2022, l-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna kkawżat żieda kbira fil-kostijiet tal-enerġija, li kompliet matul l-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(241) |
Barra minn hekk, kif jidher fit-Tabella 4, il-prezzijiet Ċiniżi matul il-perjodu kkunsidrat kienu konsistentement aktar baxxi meta mqabbla mal-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, b’differenza fil-prezz li tvarja bejn 9 % matul il-quċċata tal-2021 u madwar 25 % għall-bqija tal-perjodu kkunsidrat, inkluż il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, matul il-biċċa l-kbira tal-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha b’mod suffiċjenti biex tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, li indika li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina rażżnu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
4.6.3.2. Kostijiet lavorattivi
|
(242) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 9 Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat
|
||||||||||||||||||||||||||
|
(243) |
Il-kostijiet medji lavorattivi għal kull impjegat żdiedu b’7 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.6.3.3. Inventarji
|
(244) |
Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 10 Inventarji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(245) |
Il-livell ta’ inventarji f’termini assoluti u bħala perċentwal tal-produzzjoni żdied bi 53 % u 70 %, rispettivament. Fl-2021, l-ogħla domanda u produzzjoni tal-konsumaturi, flimkien mal-akkumulazzjoni ta’ talbiet għal domanda tul il-katina tal-provvista wasslu għall-fenomenu tal-frosta. Dan ħoloq kumulazzjoni ta’ riżerva fl-imħażen tal-produtturi tal-Unjoni u l-klijenti tagħhom, bi wħud li rrappurtaw li rċevew talbiet biex l-istokk kuntrattat tal-kwantitajiet prodotti jintbagħat iktar tard, xejra li baqgħet għaddejja matul il-perjodu sussegwenti. |
|
(246) |
In-negozju tal-karta dekorattiva jaħdem l-aktar abbażi ta’ ordnijiet u arranġamenti ta’ stokk b’kuntratt ta’ ħżin. Barra minn hekk, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun implimenta sistema kkaratterizzata minn taħlita ta’ stokk imfassal skont l-ordni u stokk express, li jkun disponibbli għal ordnijiet tal-aħħar minuta għat-tip ta’ karta dekorattiva l-aktar mibjugħa. L-istokk akkumulat, flimkien mat-tnaqqis fid-domanda u fil-kwantità tal-produzzjoni wasslu għal żieda fl-istokk tal-għeluq matul il-perjodu kkunsidrat, u sussegwentement irriżultaw ukoll f’żieda fl-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni. |
|
(247) |
Madankollu, minħabba li l-biċċa l-kbira tat-tipi ta’ prodotti tal-prodott simili ġew prodotti mill-industrija tal-Unjoni abbażi ta’ ordnijiet speċifiċi tal-utenti, il-livell tal-istokk ma tqiesx bħala indikatur sinifikanti tad-dannu għal din l-industrija. |
4.6.3.4. Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital
|
(248) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 11 Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(249) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tat-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala persentaġġ tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. |
|
(250) |
Fis-snin ta’ qabel il-perjodu kkunsidrat, mill-2014 sal-2019, l-industrija tal-Unjoni kienet profittabbli, ara l-premessa (281). Madankollu, fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, ir-riżultati tal-industrija tal-Unjoni kienu negattivi minħabba t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku fl-2020 ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u t-telf konsegwenti fid-domanda matul l-ewwel nofs ta’ dik is-sena. Dan it-tnaqqis fis-suq irriżulta fi tnaqqis fil-bejgħ u f’żieda fil-kostijiet prinċipalment minħabba waqfien frekwenti tal-magni u r-rikors għal xogħol b’ħinijiet iqsar minn xi produtturi tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa (234). Fl-2021, il-profittabbiltà esperjenzat quċċata minħabba ż-żieda fir-rinnovazzjonijiet tad-djar wara l-pandemija tal-COVID-19, u bdiet tiddeterjora fl-2022, tant li laħqet livelli negattivi ta’ profittabbiltà fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Kif diġà muri fit-tabella 11 hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżomm il-prezzijiet tagħha ogħla mill-kost tal-produzzjoni fl-2021 biss. |
|
(251) |
L-iżbilanċ bejn il-kost tal-produzzjoni u l-prezzijiet imnaqqsa ssarraf f’erożjoni fil-profittabbiltà mill-2022 ’il quddiem. |
|
(252) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-abbiltà tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett varjat matul il-perjodu kkunsidrat, u esperjenzat żieda drastika fl-2021 minħabba ċ-ċirkostanzi favorevoli għall-industrija tal-karta dekorattiva maħluqa mill-effetti tal-lockdowns. Il-fluss tal-flus fl-2022 reġa’ lura għall-istess livelli tal-2020, qabel ma esperjenza tnaqqis drastiku fl-2023. Minħabba d-differenzi fil-perjodu li jeżistu bejn is-snin ta’ qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-investigazzjoni, il-kalkolu għall-bidliet fl-inventarji ma setax jitqies li jipprovdi stampa affidabbli tal-pożizzjonijiet veri tal-fluss tal-flus ta’ waħda mill-kumpaniji tal-UE inklużi fil-kampjun. Għalhekk, l-irkupru muri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jista’ jitqies bħala minfuħ b’mod artifiċjali. Fi kwalunkwe każ, anki jekk il-fluss tal-flus għall-perjodu ta’ investigazzjoni jitqies b’mod sħiħ, l-industrija tal-Unjoni xorta esperjenzat tnaqqis ta’ 37 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(253) |
L-investimenti naqsu bi -8 % fl-2021, żdiedu bi + 42 % fl-2022 qabel ma naqsu drastikament b’-59 % u -21 % fl-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, rispettivament. Iż-żieda fl-2022 tista’ tiġi attribwita għal diversi investimenti mwettqa wara d-domanda għolja tas-suq u l-marġnijiet ta’ profitt tal-2021. |
|
(254) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’persentaġġ tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Minkejja redditu negattiv fuq l-investiment esperjenzat fl-2020, dan żdied b’aktar minn erba’ darbiet fl-2021 qabel ma reġa’ naqas fl-2022 u fl-2023. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ir-redditu fuq l-investiment laħaq 6,5 %, li jimmarka żieda ta’ 94 % meta mqabbel mal-2020. Ta’ min ifakkar ukoll li r-redditu fuq l-investiment huwa kkalkulat fuq il-profittabbiltà ġenerali tal-prodott taħt investigazzjoni, u b’hekk jinkludi wkoll il-bejgħ fis-swieq tal-esportazzjoni. Kif spjegat fil-premessa (239), filwaqt li l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni kienu ġeneralment stabbiliti taħt il-kost tal-produzzjoni (bl-eċċezzjoni tal-2021), il-prezzijiet fis-suq tal-esportazzjoni kienu ġeneralment ogħla u ogħla mill-kost tal-produzzjoni, kif se jintwera fit-Tabella 13. Filwaqt li r-redditu fuq l-investiment kważi rdoppja bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, indikaturi oħra bħall-investimenti u l-fluss tal-flus xorta wrew xejra negattiva għall-perjodu kkunsidrat. |
|
(255) |
Il-ħila tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun tal-industrija tal-Unjoni li jiġġeneraw il-kapital b’hekk kienet affettwata mill-erożjoni tal-profittabbiltà u tal-fluss tal-flus imġarrba matul il-perjodu kkunsidrat. |
4.7. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(256) |
Il-maġġoranza tal-indikaturi tad-dannu wrew tendenza negattiva tul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet temporanjament fl-2021, l-indikaturi tad-dannu bħall-volum tal-produzzjoni, il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, u l-profittabbiltà naqsu fl-2022 u mbagħad komplew jonqsu fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(257) |
Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’16 % bejn l-2020 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan it-tnaqqis kien aktar sinifikanti mill-konsum tal-Unjoni, li naqas b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat. B’mod partikolari, il-kwantità tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni esperjenzat tnaqqis aktar drastiku fl-2022 (9 %) u fil-perjodu li jkopri l-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni (16 %) meta mqabbla mat-tnaqqis fil-konsum (3 % fl-2022 u 14 % fl-2023 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni). |
|
(258) |
Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni fl-2020 bdiet minn pożizzjoni ekonomika mhux favorevoli minħabba l-waqfien frekwenti tal-magni u r-rikors għal xogħol b’ħinijiet iqsar għal diversi produtturi tal-industrija tal-Unjoni kkawżati minn tnaqqis qawwi fid-domanda fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 (il-premessa (250)), fl-2021 l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi ttejjeb is-sitwazzjoni ekonomika tagħha minħabba ż-żieda fid-domanda tas-suq għall-karta dekorattiva fil-bidu tal-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, din ix-xejra pożittiva treġġgħet lura sal-2022 u l-perjodu sussegwenti, meta l-produtturi tal-Unjoni esperjenzaw mhux biss tnaqqis fid-domanda, iżda wkoll żieda fil-kompetizzjoni minn volumi Ċiniżi li kibru malajr li kienu oġġett ta’ dumping. |
|
(259) |
Barra minn hekk, kif enfasizzat diġà fil-premessa (219), mill-2022, l-industrija tal-Unjoni ffaċċjat żieda fil-kost tal-produzzjoni xprunata l-aktar minħabba kostijiet ogħla tal-materja prima u tal-enerġija. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b’mod suffiċjenti biex tpatti għal dawn iż-żidiet sinifikanti fil-kost minħabba t-trażżin tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Id-distakk bejn il-kost tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni kien ta’ madwar 4 % matul l-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, li wassal għal tnaqqis drastiku fil-profittabbiltà meta mqabbel mal-2021. |
|
(260) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
5. KAWŻALITÀ
|
(261) |
F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħra setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi ħlief l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ma kienx attribwit lill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, l-effetti tat-tnaqqis fil-konsum fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(262) |
Kif muri fit-Tabella 3, l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b’mod stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, minn sehem mis-suq ta’ 1 % fl-2020 għal 7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi kważi rdoppjaw f’sena, bejn l-2022 u l-2023. Il-prezzijiet Ċiniżi wara l-kunsinna baqgħu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, anki fl-2021 meta d-domanda tas-suq għall-karta dekorattiva fl-Unjoni żdiedet b’mod sinifikanti. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq Ċiniż segwa xejra qawwija ta’ żieda, li żdiedet b’521 % matul il-perjodu kkunsidrat (il-premessa (213)), minn 1 % għal 7 %. |
|
(263) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi kienu konsistentement aktar baxxi mill-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, li eżerċita trażżin tal-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat. Hekk kif id-domanda fl-2022 naqset, u l-industrija tal-Unjoni bdiet tiffaċċja kompetizzjoni akbar u li kienet qed tikber b’rata mgħaġġla mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Ċiniżi, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx kapaċi tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha ogħla mill-kost tal-produzzjoni. |
|
(264) |
Id-dumping Ċiniż fis-suq tal-Unjoni eżerċita trażżin tal-prezzijiet fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(265) |
Barra minn hekk, kif diġà ssemma fil-premessa (218), il-Kummissjoni stabbiliet marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ponderat ta’ bejn 9,3 % u 10,9 % mill-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li jikkoinċidi maż-żmien meta s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet qed tiddeterjora dejjem aktar. |
|
(266) |
L-analiżi tal-indikaturi tad-dannu turi li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar speċjalment lejn tmiem it-tieni nofs tal-perjodu kkunsidrat u dan ikkoinċida ma’ żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat, li nstabu li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawk l-importazzjonijiet, fi kwalunkwe każ, ikkawżaw trażżin sinifikanti tal-prezzijiet matul il-perjodu kkunsidrat, peress li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżid il-prezzijiet tagħha f’konformità maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, u saħansitra kellha tnaqqas il-prezzijiet taħt il-kost tal-produzzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(267) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod provviżorju li hemm rabta kawżali bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. Tali dannu kellu effetti kemm fuq il-volum kif ukoll fuq il-prezz. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
|
(268) |
Il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufin oħrajn, individwalment jew kollettivament, setgħux inaqqsu r-rabta kawżali stabbilita bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u t-theddida ta’ dannu sal-punt li tali rabta ma tibqax waħda ġenwina u sostanzjali. |
5.2.1. Tnaqqis fil-konsum
|
(269) |
Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni żdied fl-2021 bis-saħħa ta’ kundizzjonijiet tas-suq favorevoli fis-setturi tal-kostruzzjoni u tar-rinnovazzjoni maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19. Konsegwentement, wara l-illaxkar tal-miżuri tal-COVID-19 fl-2022, id-domanda għal applikazzjonijiet ibbażati fuq il-karti dekorattivi naqset. Din ix-xejra ’l isfel bdiet fl-2022 u kompliet matul l-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(270) |
Madankollu, id-domanda inqas qawwija ma tistax tkisser ir-rabta kawżali bejn l-influss ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, peress li l-kwantità tal-bejgħ tal-industrija tal-UE fis-suq tal-UE esperjenzat tnaqqis drastiku fl-2022 (9 %) u l-perjodu li jinkludi l-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni (16 %) meta mqabbla mat-tnaqqis fil-konsum (3 % fl-2022 u 14 % fl-2023 u l-perjodu ta’ investigazzjoni). Barra minn hekk, kif diġà ġie enfasizzat fit-Tabella 3, l-esportaturi Ċiniżi kienu kapaċi jżidu drastikament l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE matul il-perjodu kkunsidrat, u kważi jirduppjaw is-sehem mis-suq tagħhom f’sena waħda biss (mill-2022 sal-2023); ix-xejriet fil-konsum għalhekk iridu jitqiesu mhux biss fil-kuntest ta’ tnaqqis stabbilit fid-domanda fis-suq tal-Unjoni, iżda wkoll meta titqies ix-xejra tal-importazzjonijiet Ċiniżi, fejn żieda qawwija fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping affettwat b’mod negattiv il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. |
5.2.2. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(271) |
Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppa kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat: Tabella 12 Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(272) |
Kif spjegat fil-premessi (204)-(205), minħabba l-inklużjoni ta’ prodotti differenti li mhumiex il-prodott taħt investigazzjoni taħt il-kodiċijiet NM rilevanti, u fin-nuqqas ta’ sorsi ta’ informazzjoni aktar preċiżi, il-Kummissjoni kellha tapplika proporzjon għall-importazzjonijiet mill-Eurostat, abbażi tad-differenza bejn l-importazzjonijiet attwali tal-prodott taħt investigazzjoni kif irreġistrati taħt il-kodiċijiet addizzjonali TARIC b’10 ċifri rispettivi wara l-bidu tal-investigazzjoni u l-importazzjonijiet ġenerali tal-Unjoni taħt il-kodiċijiet NM korrispondenti. Għalhekk, iċ-ċifri minn pajjiżi terzi jingħataw l-aktar bħala indikazzjoni għax-xejriet tas-suq f’termini ta’ volum u sehem mis-suq u mhux għall-fini tad-definizzjoni tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. |
|
(273) |
Il-Kummissjoni sabet li mill-pajjiżi kollha li jesportaw karta dekorattiva lejn l-Unjoni, ir-Renju Unit biss kellu sehem mis-suq ta’ aktar minn 1 %. Madankollu, abbażi tal-informazzjoni tas-suq miksuba mill-Kummissjoni fil-proċess tal-investigazzjoni anti-dumping u mill-ilmentaturi, ma kien hemm ebda produttur magħruf tal-karta dekorattiva fir-Renju Unit. |
|
(274) |
Il-pajjiżi terzi esperjenzaw żieda fis-sehem mis-suq fl-2021 biss, perjodu mmarkat minn domanda għolja u marġnijiet ta’ profitt għoljin, u fl-2022, meta baqgħet tippersisti xi domanda tas-suq residwa mis-sena preċedenti. Sal-2023 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, is-sehem mis-suq naqas b’6 punti perċentwali. Fi kwalunkwe każ, is-sehem mis-suq globali tar-Renju Unit fl-UE baqa’ pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat (madwar 1 – 2 %), filwaqt li s-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi oħra fil-fatt naqas minn 5 % għal 1 %. Għalhekk ġie konkluż b’mod proviżorju li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma kkontribwewx għad-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
5.2.3. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(275) |
Matul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppa kif ġej: Tabella 13 Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(276) |
Fil-perjodu kkunsidrat, l-industrija tal-Unjoni naqqset il-volum tal-esportazzjoni tagħha b’29 %, filwaqt li segwiet l-istess xejra bħall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Il-volumi tal-esportazzjoni laħqu l-quċċata tagħhom fl-2021, hekk kif il-lockdowns globali tal-COVID-19 wasslu għal żieda fid-domanda għall-karta dekorattiva madwar id-dinja. Is-snin ta’ wara kienu mmarkati bi tnaqqis kostanti fil-volumi tal-esportazzjoni. |
|
(277) |
Il-prezzijiet medji tal-esportazzjoni żdiedu b’45 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-esportazzjoni segwew l-istess xejra bħall-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni; madankollu, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ġew stabbiliti ogħla mill-kost medju tal-produzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-2020. Dan għen ukoll lill-industrija tal-Unjoni tirkupra xi ftit mit-telf fis-suq tal-UE. |
|
(278) |
Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni setgħet titlob prezzijiet ogħla għall-bejgħ tal-esportazzjonijiet tagħha, il-volumi tal-esportazzjoni diġà limitati tagħha komplew jonqsu b’29 % matul il-perjodu kkunsidrat. Peress li l-volumi tal-esportazzjoni kienu limitati, u baqgħu profittabbli, ix-xejra fil-bejgħ tal-esportazzjoni ma naqqsitx ir-rabta kawżali. |
5.2.4. Raġunijiet għas-sitwazzjoni dannuża fl-2020
|
(279) |
Fl-2020, is-suq tal-Unjoni esperjenza tnaqqis fid-domanda, xprunat mill-inċertezza tas-suq minħabba l-bidu tal-pandemija tal-COVID-19. Dan irriżulta fi tnaqqis temporanju fil-produzzjoni u fl-għadd ta’ magni li kienu qed jitħaddmu. Konsegwentement, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżomm il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha ogħla mill-kostijiet tal-produzzjoni u ġarrbet telf f’dan il-perjodu (il-premessa (239)). Madankollu, id-domanda tas-suq bdiet titjieb fit-tieni nofs tas-sena, u laħqet l-ogħla livell tagħha fl-2021 minħabba ż-żieda fir-rinnovazzjonijiet tad-djar (il-premessa (250)). Kif diġà muri fit-Tabella 11, l-2021 kienet l-unika sena li fiha l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżomm il-prezzijiet tagħha ogħla mill-kost tal-produzzjoni, peress li s-sitwazzjoni ekonomika tal-Unjoni marret għall-agħar fl-2022 u fis-snin ta’ wara, inkluż fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(280) |
Filwaqt li fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat l-importazzjonijiet Ċiniżi fl-Unjoni kienu negliġibbli f’termini ta’ volum u sehem mis-suq, u l-industrija tal-Unjoni madankollu esperjenzat tnaqqis fir-ritmu ekonomiku negattiv, irid jitqies li t-tnaqqis fis-suq u l-erożjoni fil-profittabbiltà esperjenzati fl-2020 kienu xprunati mill-inċertezza marbuta mal-bidu tal-pandemija tal-COVID-19. Madankollu, dawn ir-raġunijiet kollha ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u d-dannu esperjenzat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(281) |
Fil-fatt, l-analiżi tal-profittabbiltà storika fl-Unjoni għall-bejgħ lil klijenti mhux relatati wriet li fis-snin ta’ qabel l-2020, l-industrija tal-Unjoni kienet f’sitwazzjoni finanzjarja ġeneralment pożittiva, b’marġnijiet ta’ profitt ponderati li jvarjaw bejn 2,3 % u 6,5 % fil-perjodu bejn l-2014 u l-2019, meta l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-karta dekorattiva fl-Unjoni kienu negliġibbli jew ineżistenti. |
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(282) |
Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (250), it-tnaqqis fid-domanda diġà kien qed jaffettwa b’mod negattiv lill-industrija tal-Unjoni. L-influss rapidu ta’ importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping, li s-sehem mis-suq tagħhom irdoppja bejn l-2022 u l-2023, ġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fl-Unjoni taħt il-kost tal-produzzjoni sabiex tibqa’ kompetittiva mal-prezzijiet Ċiniżi, u żżomm il-preżenza tagħha fis-suq. |
|
(283) |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, li ma ġietx imnaqqsa mill-fatturi msemmija hawn fuq. |
|
(284) |
Wara l-bidu tal-investigazzjoni, is-CNFPIA (China National Forest Products Industry Association) sostniet li d-dannu kien ikkawżat minn importazzjonijiet minn pajjiżi oħra u mill-effiċjenza tal-produzzjoni tal-ilmentaturi. Biex tappoġġa l-affermazzjoni tagħha, is-CNFPIA użat data mill-Eurostat biex turi li l-prezz tal-importazzjoni miċ-Ċina huwa ogħla minn dak mill-pajjiżi l-oħra, u li l-prezz tal-importazzjoni minn pajjiżi oħra huwa wkoll aktar baxx mill-prezz tal-importazzjoni tal-UE mill-membri tal-UE. |
|
(285) |
Il-Kummissjoni qieset li, kif diġà ġie spjegat fil-premessa (267) u fit-Taqsima 4.3, il-kodiċijiet NM irrapportati fil-bidu jinkludu grupp ta’ prodotti differenti barra mill-prodott ikkonċernat. Minkejja li l-prezzijiet medji rrapportati fit-Tabella 12 huma iktar baxxi mill-prezzijiet Ċiniżi, iċ-ċifri minn pajjiżi terzi qed jingħataw l-aktar bħala indikazzjoni għax-xejriet tas-suq f’termini ta’ volum u sehem mis-suq u mhux għall-fini tad-definizzjoni tal-prezzijiet tal-importazzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, anki jekk il-prezzijiet irrapportati fit-Tabella 12 kienu l-prezzijiet attwali tal-importazzjoni, dawk l-importazzjonijiet ma jikkawżawx dannu minħabba l-volumi u s-sehem mis-suq baxxi. B’mod partikolari, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-Renju Unit kien pjuttost limitat għal 2 %, filwaqt li l-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqas drastikament fl-2023. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(286) |
F’dan il-każ, l-ilmentaturi sostnew l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, sabiex titwettaq il-valutazzjoni fuq il-livell xieraq ta’ miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Imbagħad eżaminat jekk il-marġni ta’ dumping tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienx se jkun ogħla mill-marġni tad-dannu tagħhom (ara l-premessa (296) hawn taħt). |
6.1. Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz
|
(287) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. |
|
(288) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ biex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà mistenni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Jenħtieġ li tali marġni ta’ profitt ma jkunx anqas minn 6 %. |
|
(289) |
L-ilmentatur sostna li, abbażi tal-prestazzjoni preċedenti tal-industrija tal-Unjoni, f’kundizzjonijiet normali tas-suq, jenħtieġ li jitqies profitt raġonevoli ta’ 10 %. Madankollu, dan il-livell ta’ profitt fil-mira ma ġiex evidenzjat u lanqas appoġġat mis-sejbiet tal-investigazzjoni. |
|
(290) |
L-informazzjoni relatata mal-istabbiliment tal-profitt normali ġiet addizzjonalment inkluża fil-kwestjonarju li ntbagħat lill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Din kienet tinkludi l-profittabbiltà tal-prodott simili għall-10 snin ta’ qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(291) |
Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet sħaħ f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni abbażi ta’ medja ponderata tal-marġnijiet tal-profitt miksuba mit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fl-2014, sena profittabbli mmarkata minn perjodu ekonomiku favorevoli fis-settur tal-kostruzzjoni u qabel il-wasla tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping Ċiniżi fl-2020. Dan il-marġni ta’ profitt ġie stabbilit għal 6,5 %. |
|
(292) |
L-Industrija tal-Unjoni pprovdiet evidenza li l-livell tagħha ta’ investimenti, riċerka u żvilupp (“R&Ż”) u innovazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat kienu jkunu ogħla f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Il-Kummissjoni vverifikat din l-informazzjoni abbażi ta’ pjanijiet ta’ investiment u ta’ proġetti rrifjutati jew posposti, li juri li dawn l-investimenti kienu ġenwinament ippjanati. Tabilħaqq, l-affermazzjonijiet tal-industrija tal-UE nstabu li kienu ġġustifikati. Sabiex tirrifletti dan fil-profitt fil-mira, il-Kummissjoni kkalkolat id-differenza bejn l-ispejjeż tal-investimenti, tar-R&Ż u tal-innovazzjoni f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni kif ipprovduti mill-industrija tal-UE u vverifikati mill-Kummissjoni u l-ispejjeż reali tal-investimenti, tar-R&Ż u tal-innovazzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Differenza bħal din, espressa bħala persentaġġ tal-fatturat, ġiet stabbilita bejn 0,5 % u 1,3 % għal kull waħda mill-kumpaniji fil-kampjun. |
|
(293) |
Persentaġġi bħal dawn ġew miżjuda mal-profitt bażiku ta’ 6,5 % imsemmi fil-premessa (287), li wassal għal profitti mmirati li jvarjaw bejn 7,0 % u 7,8 % abbażi taċ-ċirkostanzi ta’ kull kumpanija. |
|
(294) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkalkolat prezz mhux dannuż ta’ EUR 2 361/tunnellata għall-prodott simili tal-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq (ara l-premessa (291)) għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad żiedet l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2d) fuq bażi ta’ tip b’tip. |
|
(295) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni tal-bejgħ taħt il-prezz abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ inklużi fil-kampjun, kif stabbilit għall-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz, mal-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala persentaġġ tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(296) |
Il-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz għal “kumpaniji li kkooperaw oħra” u għal “l-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-RPĊ” huwa ddefinit bl-istess mod bħall-marġni tad-dumping għal dawn il-kumpaniji u l-importazzjonijiet (ara l-premessa (192)).
|
6.2. Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni
|
(297) |
Kif spjegat fin-Notifika tal-Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fil-pajjiż ikkonċernat hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott taħt investigazzjoni. Għaldaqstant, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat id-distorsjonijiet allegati biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu. |
6.3. Distorsjonijiet fil-materja prima
|
(298) |
L-ilmentatur ipprovda evidenza suffiċjenti li hemm distorsjonijiet fil-materja prima skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku fir-RPĊ fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Skont l-evidenza fl-ilment, id-diossidu tat-titanju u l-polpa tal-injam, li kull wieħed minnhom individwalment jammonta għal aktar minn 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni fir-RPĊ. |
|
(299) |
Għalhekk, kif imħabbar fin-Notifika ta’ Bidu, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat l-allegati distorsjonijiet. |
|
(300) |
Il-Kummissjoni l-ewwel identifikat il-materja prima prinċipali użata fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat minn kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun. Bħala materja prima prinċipali ġiet ikkunsidrata dik il-materja prima li hija probabbli li tirrappreżenta mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni stabbiliet li kemm id-diossidu tat-titanju kif ukoll il-polpa tal-injam kienu jirrappreżentaw mill-inqas 17 % tal-kost tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Għall-fini ta’ dan il-kalkolu, intuża prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima kif stabbilit fit-Tajlandja. Madankollu, l-investigazzjoni stabbiliet li l-polpa tal-injam ma kinitx ġejja domestikament, iżda importata mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, u għalhekk ma kienx hemm bżonn li din il-materja prima tiġi eżaminata aktar. |
|
(301) |
Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-prezz tad-diossidu tat-titanju huwiex distort minn waħda mill-miżuri elenkati fl-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku: skemi ta’ pprezzar doppju, taxxi fuq l-esportazzjoni, soprataxxa fuq l-esportazzjoni, kwoti fuq l-esportazzjoni, projbizzjoni tal-esportazzjoni, taxxa fiskali fuq l-esportazzjonijiet, rekwiżiti ta’ liċenzjar, prezz minimu tal-esportazzjoni, tnaqqis jew irtirar tar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), restrizzjoni fuq il-punt tal-iżdoganar għall-esportaturi, lista ta’ esportaturi kwalifikati, obbligu tas-suq domestiku, estrazzjoni ristretta. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni użat lista ta’ oġġetti soġġetti għal liċenzji tal-esportazzjoni miżmuma mill-GTĊ (il-Ministeru tal-Kummerċ u d-dipartimenti lokali kompetenti tiegħu). Il-listi tal-2023 u l-2024 speċifikaw li d-diossidu tat-titanju (TiO2) u prodotti oħra relatati mat-titanju huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni. |
|
(302) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni qabblet il-prezz tad-diossidu tat-titanju mal-prezzijiet fis-swieq internazzjonali rappreżentattivi. Instab li l-prezz ta’ unità tad-diossidu tat-titanju fir-RPĊ, kif irrapportat mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, kien kważi nofs il-prezz ta’ unità f’pajjiżi rappreżentattivi, inkluża t-Tajlandja, li tqieset bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-prezzijiet tal-importazzjoni rrapportati tad-diossidu tat-titanju ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, li kiseb madwar 10 % tad-diossidu tat-titanju barra mir-RPĊ. |
|
(303) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-diossidu tat-titanju kien soġġett għal distorsjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. |
7. INTERESS TAL-UNJONI
7.1. Interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku
|
(304) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li kien fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, inklużi l-kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż esportatur, il-kompetizzjoni għall-materja prima u l-effett fuq il-ktajjen ta’ provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni. Sabiex twettaq din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni analizzat il-mistoqsijiet speċifiċi fil-kwestjonarji sottomessi mill-utenti li kkooperaw, organizzat żjarat ta’ verifika f’LamiGraf u Interprint, kif ukoll seduti ta’ smigħ maż-żewġ utenti (il-premessa (6)). |
7.1.1.1. Kapaċitajiet ta’ riżerva fil-pajjiż esportatur
|
(305) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-ilmentaturi (129), il-kapaċità żejda tal-produzzjoni tal-karta dekorattiva fiċ-Ċina ġiet stmata fl-2022 għal madwar [600 000 – 650 000] tunnellata. F’konformità ma’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni stabbiliet li matul il-PI ż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fiċ-Ċina kellhom kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ [550 000 – 600 000] tunnellata u kapaċitajiet ta’ riżerva ta’ [40 000 – 60 000] tunnellata. B’kuntrast ma’ dan, is-suq tal-Unjoni bejn l-2022 u l-perjodu ta’ investigazzjoni kellu daqs ta’ [370 000 – 420 000] tunnellata. Għalhekk, f’termini relattivi, il-kapaċitajiet ta’ riżerva fiċ-Ċina huma mdaqqsa. |
|
(306) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kienet teżisti kapaċità ta’ riżerva sinifikanti fiċ-Ċina u li, jekk tintuża, din il-kapaċità ta’ riżerva kellha l-potenzjal li żżid il-provvista globali tal-prodott taħt investigazzjoni, tnaqqas il-prezzijiet u konsegwentement timmina l-effettività tal-miżura jekk ma tiġix stabbilita fil-livell tad-dumping. |
7.1.1.2. Kompetizzjoni għall-materja prima
|
(307) |
Fir-rigward tal-kompetizzjoni għall-materja prima, il-Kummissjoni stabbiliet li t-TiO2, li jirrappreżenta aktar minn 17 % tal-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, huwa soġġett għal rekwiżiti ta’ liċenzjar tal-esportazzjoni, u li l-prezz ta’ unità ta’ din il-materja prima fiċ-Ċina, kif irrapportat mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, kien biss madwar nofs il-prezz ta’ unità fil-pajjiżi rappreżentattivi kollha possibbli li tqiesu fl-ewwel Nota tal-Fatturi ta’ Produzzjoni, jiġifieri, il-Brażil, l-Indoneżja, il-Malażja, it-Tajlandja u t-Turkija.. Kif stabbilit fit-Taqsima 6.3 hawn fuq, is-suq Ċiniż tal-materja prima tad-TiO2 kien meqjus bħala distort. |
|
(308) |
Ir-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-esportazzjoni fuq it-TiO2 fiċ-Ċina jobbligaw lill-kumpaniji esportaturi jirċievu approvazzjoni minn qabel mill-gvern fil-forma ta’ liċenzji jew permessi sabiex jesportaw il-prodott. |
|
(309) |
Proċeduri bħal dawn mhux biss jagħtu lill-gvern kontroll fuq l-esportaturi u l-ammonti ta’ prodotti esportati iżda jistgħu wkoll iżidu l-kostijiet tat-tranżazzjonijiet jew jipprevjenu lill-esportaturi milli jirreaġixxu malajr għall-opportunitajiet ta’ bejgħ barra mill-pajjiż minħabba żminijiet twal ta’ pproċessar. |
|
(310) |
Billi jżid b’mod artifiċjali l-livell tal-provvista tal-materja prima, il-GTĊ jeżerċita pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tad-TiO2 domestiku. Dan joħloq żvantaġġ komparattiv għall-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mal-produtturi esportaturi fiċ-Ċina. |
7.1.1.3. Effett fuq il-ktajjen tal-provvista għall-kumpaniji tal-Unjoni
|
(311) |
Kif spjegat fil-premessa (27), l-użu ewlieni tal-karta dekorattiva huwa fl-industriji tal-għamara, tad-disinn intern u tal-kostruzzjoni u tar-rinnovazzjoni bħala laminat fuq materjal ta’ rinforz. L-utenti downstream ewlenin huma l-istampaturi, l-imprenjaturi, u l-laminaturi. L-istampaturi jistampaw disinn partikolari fuq karta dekorattiva (eż. dehra ta’ injam, dehra granulata, dehra ta’ rħam); l-imprenjaturi tipikament jimprenjaw il-karta dekorattiva b’reżina sintentika, bħall-melamina jew ir-rażi tal-urea, filwaqt li l-laminaturi jillaminaw il-karta dekorattiva fuq pannelli bbażati fuq l-injam bħal fibreboards jew bord tal-partikoli permezz tal-użu ta’ temperaturi u pressjoni għoljin, jew, inkella, permezz ta’ adeżivi. |
|
(312) |
Ebda importatur u negozjant mhux relatat ma ppreżenta ruħu f’din l-investigazzjoni. Żewġ kumpaniji inizjalment ippreżentaw ruħhom bħala importaturi mhux relatati iżda t-tnejn li huma tqiesu bħala utenti minħabba l-grad ta’ pproċessar ta’ karta dekorattiva fil-proċessi ta’ produzzjoni rispettivi tagħhom. |
|
(313) |
B’kollox erba’ utenti pparteċipaw f’din l-investigazzjoni u opponew l-impożizzjoni tad-dazji. Minn dawn, żewġ stampaturi ppreżentaw tweġibiet għall-kwestjonarju. L-oħrajn ippreżentaw kummenti. |
|
(314) |
Iż-żewġ utenti li kkooperaw sostnew li jekk jiġu imposti dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi, l-utenti fis-suq tal-Unjoni jistgħu jesperjenzaw kostijiet ogħla li jinħassu wkoll fuq il-konsumaturi aħħarin. Iż-żewġ utenti enfasizzaw ukoll li jekk jiġu imposti dazji, is-suq Tork isir aktar kompetittiv, li jwassal biex l-istampaturi u l-imprenjaturi indipendenti jċaqalqu l-produzzjoni tagħhom barra mill-Unjoni. |
|
(315) |
Utent wieħed sostna wkoll li jekk jiġu imposti dazji anti-dumping għoljin, l-importazzjonijiet Ċiniżi ta’ karta dekorattiva fl-Unjoni prattikament se jieqfu, u l-UE tibqa’ l-uniku fornitur vijabbli minħabba ostakli kbar għad-dħul għal atturi ġodda fis-settur tal-karta dekorattiva, jiġifieri investimenti għoljin fi proġetti f’żoni ġodda, ostakli ambjentali, peress li l-produtturi tal-karti dekorattivi tradizzjonalment jeħtieġu aċċess għal sors tal-ilma, u ostakli għall-għarfien espert u għall-kwalità. Din il-kombinazzjoni twassal lill-produtturi tal-Unjoni biex iżidu l-prezzijiet wara n-nuqqas ta’ kompetizzjoni. |
|
(316) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni analizzat il-profittabbiltà taż-żewġ utenti li kkooperaw u qieset li dawn jinsabu f’sitwazzjoni ekonomika diffiċli. Madankollu, anki jekk l-utenti jesperjenzaw żieda fil-kost tal-akkwist tal-karta dekorattiva miċ-Ċina, id-differenza bejn il-marġni tad-dumping u tad-dannu (madwar 8 % punti perċentwali, bħala medja) mhijiex tali li dazju stabbilit fil-livell aktar baxx tal-marġni tad-dannu jwassal għal titjib sinifikanti fis-sitwazzjoni ekonomika tagħhom. Barra minn hekk, peress li ma kienx hemm kooperazzjoni minn utenti oħra, is-sitwazzjoni taż-żewġ utenti tista’ ma tkunx rappreżentattiva għal utenti oħra li huma attivi f’segmenti oħra tas-suq bħal imprenjaturi u laminaturi. Fil-fatt, il-Kummissjoni fakkret li l-ebda imprenjatur jew laminatur ma ppreżenta ruħu f’din l-investigazzjoni. |
|
(317) |
It-tieni, għalkemm il-possibbiltà ta’ akkwist ta’ karta dekorattiva minn pajjiżi terzi oħra hija limitata, l-industrija tal-Unjoni kienet għadha mhux qed taħdem b’kapaċità sħiħa u tkun tista’ tissodisfa d-domanda futura tas-suq, u żidiet futuri fid-domanda, anki fid-dawl ta’ investimenti mitlufa wara l-PI mill-produtturi tal-Unjoni f’kapaċità ta’ produzzjoni addizzjonali. |
|
(318) |
B’mod partikolari, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun irrapporta investiment mitluf fl-installazzjoni ta’ magna tal-karta imprenjata minn qabel. Dan mhux biss iżid kapaċità addizzjonali iżda jiddiversifika wkoll is-sorsi ta’ karta dekorattiva imprenjata minn qabel u jżid il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni. Dan huwa importanti peress li wieħed mill-utenti, Interprint, sostna matul is-seduta tiegħu li tali tip speċifiku ta’ karta dekorattiva huwa prodott minn żewġ kumpaniji biss madwar id-dinja. |
|
(319) |
Għalhekk, l-impożizzjoni ta’ dazji tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tinvesti fil-kapaċità ta’ espansjoni u fid-diversifikazzjoni tat-taħlita tal-prodotti tagħha, u b’hekk tagħti aktar għażliet ta’ diversifikazzjoni għall-utenti wkoll. Għalhekk, f’każ li jiġu imposti miżuri anti-dumping fil-livell tal-marġnijiet tad-dumping, l-impatt fuq l-importaturi u n-negozjanti mhux relatati jkun limitat, u mhux sal-punt li jkun akbar mill-benefiċċji għall-industrija tal-Unjoni, li teħtieġ dan il-livell ta’ protezzjoni fid-dawl tad-dannu stabbilit ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u filwaqt li jitqiesu d-distorsjonijiet tal-materja prima msemmija hawn fuq. |
7.1.1.4. Fatturi oħra
|
(320) |
LamiGraf argumentat li d-differenzi fil-kostijiet tal-materja prima bejn iċ-Ċina u l-UE huma influwenzati minn diversi fatturi li għandhom jitqiesu għall-valutazzjoni tal-livell tal-miżuri, u li n-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regola tad-dazju inferjuri mitlub mill-ilmentaturi jirrestrinġi l-provvista kompetittiva ta’ karta dekorattiva fl-Unjoni. Il-Grupp Kastamonu sostna li l-impożizzjoni ta’ kwalunkwe miżura anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ karta dekorattiva miċ-Ċina tillimita d-disponibbiltà ta’ provvista adegwata ta’ karta dekorattiva biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti tal-UE. |
|
(321) |
Il-Kummissjoni fakkret li d-dannu stabbilit ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u d-distorsjonijiet fil-materja prima ta’ hawn fuq jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ miżuri. Għall-kuntrarju tal-affermazzjoni ta’ LamiGraf, il-provvista kompetittiva tkun ristretta fin-nuqqas ta’ miżuri, peress li l-industrija tal-Unjoni ma tibqax kapaċi tissodisfa d-domanda tal-industrija tal-utenti li teħtieġ sitwazzjoni ekonomika vijabbli tal-industrija tal-Unjoni, li ma tistax tinkiseb f’każ li l-kundizzjonijiet ekwi ma jiġux restawrati. |
7.1.2. Konklużjoni tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament bażiku
|
(322) |
Wara li vvalutat l-informazzjoni pertinenti kollha għal din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa fl-interess tal-Unjoni li tistabbilixxi l-ammont ta’ dazji proviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl tal-analiżi stabbilita hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, huwa fl-interess tal-Unjoni li tistabbilixxi l-livell tad-dazji proviżorji abbażi tal-livell ta’ dumping, bla ħsara għal kunsiderazzjonijiet ulterjuri stabbiliti fit-Taqsima 7.2 ta’ hawn taħt fil-kuntest tal-Artikolu 21. |
7.2. Interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku
7.2.1. Interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(323) |
Ta’ min ifakkar li l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti f’seba’ produtturi, li jimpjegaw aktar minn 2 000 ħaddiem matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(324) |
Minkejja l-fatt li l-industrija tal-Unjoni fl-2020 iffaċċjat tnaqqis fir-ritmu ekonomiku minħabba t-tnaqqis fis-suq ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19, segwit minn irkupru qawwi fil-profittabbiltà, il-volumi tal-bejgħ, il-fluss tal-flus, u r-redditu fuq l-investiment fl-2021, il-bejgħ u l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ddeterjoraw b’mod sinifikanti matul it-tieni nofs tal-perjodu kkunsidrat, b’impatt negattiv konsegwenti fuq il-volumi tal-produzzjoni, l-investimenti u l-fluss tal-flus tagħha. F’dan l-istadju, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat (ara l-premessa (174) hawn fuq). |
|
(325) |
In-nuqqas ta’ miżuri x’aktarx ikollu effett negattiv sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ trażżin ulterjuri tal-prezzijiet, bejgħ aktar baxx u deterjorament ulterjuri tal-profittabbiltà. Il-miżuri se jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tisfrutta l-potenzjal tagħha fis-suq tal-Unjoni, twettaq investimenti mitlufin, u ttejjeb il-profittabbiltà għal livelli mistennija f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. |
|
(326) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni u l-fornituri upstream tagħha. |
7.2.2. L-interess tal-utenti u tal-importaturi u negozjanti mhux relatati
|
(327) |
Kif spjegat fil-premessa (312), ebda importatur jew negozjant mhux relatat ma ppreżenta ruħu biex jipparteċipa fl-investigazzjoni. Żewġ kumpaniji inizjalment ippreżentaw ruħhom bħala importaturi mhux relatati, iżda minħabba l-grad ta’ pproċessar ta’ karta dekorattiva, it-tnejn li huma tqiesu bħala utenti. Iż-żewġ kumpaniji kienu joperaw bħala stampaturi tal-karta dekorattiva. Kif spjegat fil-premessa (316), l-ebda imprenjatur jew laminatur ma ppreżenta ruħu f’din l-investigazzjoni, u għalhekk il-Kummissjoni ma setgħetx tistma l-impatt tad-dazji fuq dawn it-tipi ta’ utenti. |
|
(328) |
Il-Kummissjoni vverifikat it-tweġibiet għall-kwestjonarju taż-żewġ utenti li kkooperaw u organizzat seduti ta’ smigħ mat-tnejn li huma (il-premessa (6)). Il-karta dekorattiva kienet tirrappreżenta madwar [75 – 85] % tal-kostijiet totali tal-materja prima tagħhom u madwar [40 – 50] % tal-kost totali tal-produzzjoni tagħhom. Bħala medja, iż-żewġ stampaturi kisbu bejn [15 - 25] % tal-prodott taħt investigazzjoni mir-RPĊ u rrappreżentaw sehem mis-suq stmat ta’ [10 – 20 %] f’termini tal-konsum tal-Unjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Iż-żewġ utenti wrew ukoll li kienu qed joperaw b’telf fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni stmat li jekk id-dazji jiġu imposti fil-livell propost, u jekk l-affarijiet l-oħra kollha jibqgħu ugwali, il-kost tal-produzzjoni tagħhom jiżdied b’medja ponderata ta’ inqas minn 2 % (130). Barra minn hekk, kif diġà ġie rikonoxxut fil-premessa (314), għalkemm il-possibbiltà ta’ akkwist ta’ karta dekorattiva minn pajjiżi terzi oħra hija limitata, l-impożizzjoni ta’ dazji ma toħloqx riskju ta’ skarsezza fis-suq tal-Unjoni tal-prodott taħt investigazzjonijiet peress li l-industrija tal-Unjoni mhijiex għaddejja b’kapaċità sħiħa u tkun tista’ tissodisfa ż-żieda fid-domanda tas-suq. |
|
(329) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-valutazzjoni tagħha li l-impatt tad-dazji fuq l-utenti jkun limitat, u mhux sal-punt li jkun akbar mill-benefiċċji għall-industrija tal-Unjoni (il-premessa (319)). |
7.2.3. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(330) |
L-effetti tal-miżuri fuq il-produtturi tal-Unjoni jkunu pożittivi. Ir-riskji ta’ impatt negattiv potenzjali fuq l-utenti u importaturi/kummerċjanti mhux relatati, b’mod partikolari fir-rigward tal-provvista, jittaffew mill-kapaċità disponibbli libera tal-industrija tal-Unjoni u mill-espansjoni futura addizzjonali tal-kapaċità tal-produzzjoni. Ir-restawr ta’ kompetizzjoni ġusta u ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti, fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, ikun ta’ benefiċċju għall-iżvilupp b’saħħtu tas-suq ġenerali u jippermetti lill-industrija tal-Unjoni tikkonforma mal-kostijiet li jirriżultaw mill-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont ftehimiet internazzjonali. |
|
(331) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex wieħed jasal għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-karta dekorattiva li toriġina mir-RPĊ. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI
|
(332) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri proviżorji sabiex jiġi evitat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(333) |
Miżuri anti-dumping provviżorji jenħtieġ li jiġu imposti fuq importazzjonijiet ta’ karta dekorattiva li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (322) li l-livell xieraq biex jitneħħa d-dannu jenħtieġ li jkun il-marġni tad-dumping. |
|
(334) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li r-rati tad-dazju anti-dumping proviżorji, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, ikunu kif ġej:
|
|
(335) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għaldaqstant, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ”. Jenħtieġ li dawn ma jkunu soġġetti għall-ebda waħda mir-rati tad-dazju anti-dumping individwali. |
|
(336) |
Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata tali fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ”. |
|
(337) |
Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tkun tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jeħtiġilhom iwettqu l-kontrolli tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti dwar it-trasport fuq l-ilma, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun iġġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali. |
|
(338) |
Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsira tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkostanzi bħal dawn u dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu. |
9. REĠISTRAZZJONI
|
(339) |
Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(340) |
Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju proviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet tieqaf/ma titkompliex. |
|
(341) |
F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet/tista’ tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping. |
10. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVIŻORJU
|
(342) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji. Din l-informazzjoni ġiet magħmula disponibbli wkoll għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw 3 ijiem ta’ xogħol sabiex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(343) |
Kingdecor ikkummentat li l-Kummissjoni ma għandhiex tqis linja duplikata fit-TbyT għall-kalkolu tagħha. Barra minn hekk, il-volum ta’ prodotti difettużi li għalihom inħarġu noti ta’ kreditu jenħtieġ li jitnaqqas mill-fatturi rispettivi u jwassal għal kalkolu mill-ġdid tal-marġni tad-dumping. Fl-aħħar nett, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapplika valur referenzjarju differenti għat-TiO2 u tikkalkula mill-ġdid il-marġni tad-dumping skont dan. |
|
(344) |
Il-Kummissjoni tikkonferma li kienet diġà eskludiet il-linja duplikata, li hija valur ta’ 0 mill-kalkolu. It-tieni u t-tielet kummenti ma jirreferux għal żball klerikali u se jiġu indirizzati fl-istadju definittiv. |
11. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(345) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jippreżentaw kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(346) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji proviżorji huma proviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping proviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta’ karta dekorattiva, li bħalissa hija kklassifikata taħt il-kodiċijiet NM ex 4802 54 00 , ex 4802 55 , ex 4805 91 00 u ex 4811 60 00 (il-kodiċijiet TARIC 4802 54 00 10, 4802 55 15 10, 4802 55 25 10, 4802 55 30 10, 4802 55 90 10, 4805 91 00 10, u 4811 60 00 10), bil-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
tiżen 30-150 g/m2; għandha kontenut ta’ rmied ta’ bejn 5 % u 50 %; |
|
— |
għandha assorbenza ta’ Klemm ta’ mill-inqas 12-il millimetru kull 10 minuti jew ġbir tar-reżina ta’ 20 % sa 200 %; |
|
— |
b’reżistenza għat-tensjoni mxarrba ta’ 6 sa 12-il Newton (N) għal kull 15-il millimetru; |
|
— |
b’porożità ta’ Gurley minn 3 sekondi sa 80 sekonda għal kull 100 millilitru; |
|
— |
lixxa minn 20 sa 300 skont il-metodu Bekk; |
|
— |
f’rukkelli b’wisa’ sa 300 ċentimetru; |
|
— |
kemm jekk imprenjata minn qabel b’taħlita ta’ latitudnijiet jew leganti naturali (bħal lamtu) jew le; |
|
— |
esklużi wallpaper u kisi simili tal-ħajt; |
|
— |
minbarra karti saturati b’soluzzjonijiet ta’ reżina bbażati fuq melamina b’bażi ta’ ilma, urea, fenol jew kwalunkwe reżina li tibbies bis-sħana jew reżina termoplastika, |
u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping proviżorju applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:
|
Pajjiż tal-oriġini |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping provviżorju |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Hangzhou Huawang New Material Technology Co., Ltd |
34,9 % |
89LJ |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Kingdecor (Zhejiang) Co., Ltd. |
31,0 % |
89LK |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness |
33,6 % |
|
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
L-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-RPĊ |
34,9 % |
8999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħra kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju proviżorju.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-miktub dwar dan ir-Regolament lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati barra dan il-limitu ta’ żmien u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax tali talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
1. L-awtoritajiet doganali b’dan qed jingħataw id-direttiva li jwaqqfu r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2718.
2. Id-data miġbura dwar prodotti li daħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew it-tmiem ta’ dan il-proċediment.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Notifika tal-bidu ta’ proċediment anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ karta dekorattiva li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/3695, 14.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3695/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2718 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jagħmel importazzjonijiet ta’ karta dekorattiva li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2024/2718, 25.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2718/oj).
(4) Is-Sentenza tal-14 ta’ Marzu 1990, Gestetner Holdings plc vs il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, C-156/87, ECLI:EU:C:1990:116, il-punt 43.
(5) https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-history?caseId=2734.
(6) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 10 ta’ April 2024, SWD(2024) 91 final. Dan ir-Rapport aġġorna d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni preċedenti dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, 20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483.
(7) Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2017 dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, SWD(2017) 483 final/2.
(8) Il-polpa tal-injam u s-sustanzi kimiċi huma l-materjali ewlenin ta’ input għall-produzzjoni tal-karta dekorattiva, bil-polpa tal-injam li tinkludi bejn 15 u 30 % tal-kost totali tal-produzzjoni tal-karta dekorattiva. It-TiO2 u l-fillers (pereż. flexonyl jew l-ossidu tal-ħadid) huma s-sustanzi kimiċi ewlenin użati u jirrappreżentaw sa 50 % tal-kostijiet tal-produzzjoni tal-karta dekorattiva.
(9) Ir-Rapport, p. 358.
(10) Ir-Rapport, p. 320.
(11) Ir-Rapport, p. 357.
(12) L-14-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Gvern taċ-Ċina, p. 26, disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/wp-content/uploads/t0284_14th_Five_Year_Plan_EN.pdf (aċċessat fil-21 ta’ Novembru 2024).
(13) L-14-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Gvern taċ-Ċina, p. 9, 85, disponibbli fuq: https://cset.georgetown.edu/wp-content/uploads/t0284_14th_Five_Year_Plan_EN.pdf (aċċessat fil-21 ta’ Novembru 2024).
(14) Il-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija tal-2019, p. 38 u t-Taqsima III.12. Ara wkoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1648 tal-21 ta’ Awwissu 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti karti fini miksijin li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Karta fina miksija, AD 2023”), (ĠU L 207, 22.8.2023, p. 41, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1648/oj), il-premessa 67.
(15) Karta fina miksija, AD 2023, il-premessa 65.
(16) Il-Pjan ta’ Żvilupp Settorjali tal-Foresti u l-Artijiet bil-Ħaxix tal-GTĊ (2021-2025), p. 9, 10.
(17) Ir-Rapport, p. 101.
(18) Ir-Rapport, p. 294.
(19) Ir-Rapport, p. 265.
(20) Ir-Rapport, p. 265.
(21) Ir-Rapport, p. 265.
(22) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/367 tal-1 ta’ Marzu 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (“Pannelli solari, AS 2017”), (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/367/oj), il-premessi 464-465.
(23) Ir-Rapport, p. 275.
(24) Ir-Rapport, p. 278.
(25) Ir-Rapport, p. 289.
(26) Ir-Rapport, p. 180.
(27) Ara pereż., ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“Karta fina miksija, 2011 AS”), (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 18, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/452/oj), il-premessa 75; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1187 tat-3 ta’ Lulju 2017 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Karta fina miksija, AS 2017”), (ĠU L 171, 4.7.2017, p. 134, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1187/oj), il-premessa 52; Karta fina miksija, AD 2023, il-premessa 53; Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1647 tal-21 ta’ Awwissu 2023 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerta karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Karta fina miksija, AS 2023”), (ĠU L 207, 22.8.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1647/oj), il-premessi 55-72.
(28) Ir-Rapport, p. 2.
(29) Ibid.
(30) Ibid.
(31) Ir-Rapport, il-Kapitolu 2, p. 7.
(32) Ir-Rapport, il-Kapitolu 2, p. 7-8.
(33) Ir-Rapport, il-Kapitolu 2, p. 10, 18.
(34) Ara: http://www.npc.gov.cn/zgrdw/englishnpc/Constitution/node_2825.html (aċċessat fit-18 ta’ Novembru 2024).
(35) Ir-Rapport, il-Kapitolu 2, p. 29-30.
(36) Ir-Rapport, il-Kapitolu 4, p. 57, 92.
(37) Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, p. 149-150.
(38) Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, p. 153-171.
(39) Ir-Rapport, il-Kapitolu 7, p. 204-205.
(40) Ir-Rapport, il-Kapitolu 8, p. 207-208, 242-243.
(41) Ir-Rapport, il-Kapitolu 2, p. 19-24, il-Kapitolu 4, p. 69, p. 99-100, il-Kapitolu 5, p. 130-131.
(42) Ara: https://www.hwpaper.cn/ (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).
(43) Ara: https://www.kingdecor.cn/sort_8.html (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).
(44) Ara: http://www.qifeng.cn/ (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).
(45) Ara: https://cn.hengdaxincai.com/tzzgx.html (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).
(46) Ara p. 79, disponibbli fuq: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2024/2024-4/2024-04-02/9935660.PDF (aċċessat fit-18 ta’ Novembru 2024).
(47) Ara p. 144, disponibbli fuq: http://www.chenmingpaper.com/Uploadfile/pdf/202403291007003469.pdf, (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).
(48) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1923 tal-10 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tad-diossidu tat-titanju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/1923, 11.7.2024, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1923/oj), premessa 133.
(49) Ara https://www.pgvt.cn/index.php?s=Home/Article/lists/art_type/strat_index (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(50) Ara http://www.ansteel.cn/yewubankuai/fantaichanye/2016-11-18/5.html (aċċessat fit-30 ta’ April 2024).
(51) Ara r-Rapport Annwali tal-kumpanija għall-2023, p. 73, disponibbli fuq: https://static.cninfo.com.cn/finalpage/2024-03-26/1219403167.PDF (aċċessat fit-30 April 2024).
(52) Ara: http://www.qingshanpaper.com/intro/12.html (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).
(53) Ara: http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2018/2018-4/2018-04-17/4241785.PDF (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).
(54) Ara: http://www.chenmingpaper.com/about/djgz.aspx (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).
(55) Ara l-Artikolu 33 tal-Kostituzzjoni tas-CCP, l-Artikolu 19 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Kumpaniji. Ara wkoll ir-Rapport, il-Kapitolu 3, p. 47-50.
(56) Ara t-Taqsima I.19.1, paġna 43, disponibbli fuq: https://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf, (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).
(57) Ara t-Taqsima I.19.1, paġna 44, disponibbli fuq:
https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/fzggwl/202312/P020231229700886191069.pdf, (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).
(58) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1923, premessa 159.
(59) Għall-metodu tal-proċess tal-aċidu sulfuriku, ara l-Katalogu ta’ Gwida tal-2024, p. 88 (fis-seħħ mill-1 ta’ Frar 2024) disponibbli fuq https://www.ndrc.gov.cn/xxgk/zcfb/fzggwl/202312/P020231229700886191069.pdf (aċċessat fit-18 ta’ Novembru 2024). Il-metodu ġie elenkat bħala ristrett fil-Katalogu ta’ Gwida tal-2019, p. 84, ukoll. Għall-metodu tal-proċess tal-klorur, ara l-Katalogu ta’ Gwida tal-2019, p. 15 (fis-seħħ sal-31 ta’ Jannar 2024), disponibbli fuq https://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf (aċċessat fit-18 ta’ Novembru 2024).
(60) Ara t-Taqsima III.8, disponibbli fuq: http://www.xinhuanet.com/2021-03/13/c_1127205564.htm, (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).
(61) Ara: https://www.gov.cn/zhengce/zhengceku/2022-06/19/content_5696665.htm, (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).
(62) Ibid, il-paragrafu 3.
(63) Ibid, il-paragrafu 12.
(64) Ir-Rapport, il-Kapitolu 2, p. 24-27.
(65) Ara: http://www.cnfpia.org/sf_8A67D37C5FBF469EB7F2E8CEFF0B36E5_297_4AAFEFB7475.html (aċċessat fid-19 ta’ Novembru 2024).
(66) Ara: http://www.cnfpia.org/about-law.html (aċċessat fil-15 ta’ Novembru 2024).
(67) Ara p. 11, Ir-rapport annwali ta’ Hangzhou Huawang New Material Technology’s għall-2023, disponibbli fuq: https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2024/2024-4/2024-04-29/10136207.PDF, (aċċessat fid-19 ta’ Novembru 2024).
(68) Ara: https://www.kingdecor.cn/list_269.html, (aċċessat fid-19 ta’ Novembru 2024).
(69) Ir-Rapport, il-Kapitolu 3, p. 40.
(70) Ara pereżempju: Blanchette, J. - Xi’s Gamble: The Race to Consolidate Power and Stave off Disaster; Foreign Affairs, vol. 100, nru 4, Lulju/Awwissu 2021, p. 10-19.
(71) Ir-Rapport, il-Kapitolu 3, p. 41.
(72) Ara: https://merics.org/en/comment/who-ccp-chinas-communist-party-infographics (aċċessat fit-18 ta’ Ottubru 2024).
(73) General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era, ara: www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (aċċessat fil-21 ta’ Ottubru 2024).
(74) Financial Times (2020) - Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise, ara: https://on.ft.com/3mYxP4j (aċċessat fil-21 ta’ Ottubru 2024).
(75) Ara r-Rapport Annwali ta’ Xianhe għall-2023, p. 47, disponibbli fuq:
https://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2024/2024-4/2024-04-27/10119843.PDF (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2024).
(76) Ara r-rapport ta’ nofs is-sena ta’ Xianhe għall-2024, p. 22, disponibbli fuq:
http://file.finance.sina.com.cn/211.154.219.97:9494/MRGG/CNSESH_STOCK/2024/2024-8/2024-08-15/10375049.PDF (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2024).
(77) Ara r-Rapport Annwali ta’ Qifeng għall-2023, p. 27, disponibbli fuq2:
http://www.qifeng.cn/public/upload/file/20240417/1713317915129159.pdf (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2024).
(78) Ara r-Rapport Annwali ta’ Qifeng għall-2023, p. 13, disponibbli fuq:
http://www.qifeng.cn/public/upload/file/20240417/1713317915129159.pdf (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2024).
(79) Ara: http://www.qingshanpaper.com/news/10237.html (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2024) kif ukoll fir-rapport ta’ nofs is-sena tal-kumpanija għall-2024, p. 49 disponibbli fuq:
https://www.sse.com.cn/disclosure/listedinfo/announcement/c/new/2024-08-20/600103_20240820_CTDO.pdf (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2024).
(80) Ara: http://www.qingshanpaper.com/news/10237.html (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2024) kif ukoll fir-rapport ta’ nofs is-sena tal-kumpanija għall-2024, p. 11 disponibbli fuq:
https://www.sse.com.cn/disclosure/listedinfo/announcement/c/new/2024-08-20/600103_20240820_CTDO.pdf (aċċessat fil-25 ta’ Novembru 2024).
(81) Ir-Rapport, il-Kapitolu 12.
(82) Ir-Rapport, il-Kapitolu 4, p. 56-57, 99-100.
(83) Ara t-Taqsima IV.12, paġna 27, disponibbli fuq:
https://www.ndrc.gov.cn/fggz/fzzlgh/dffzgh/202105/P020210513602621066980.pdf (aċċessat fid-19 ta’ Novembru 2024).
(84) Ara: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20210707/1162695.shtml, (aċċessat fit-18 ta’ Novembru 2024).
(85) Ara: https://huanbao.bjx.com.cn/news/20210707/1162695.shtml (aċċessat fis-26 ta’ Novembru 2024).
(86) Ara: https://jxt.zj.gov.cn/art/2022/12/19/art_1229123455_5040362.html (aċċessat fis-26 ta’ Novembru 2024).
(87) Ara l-kaxxa 8.3, paġna 39, http://www.forestry.gov.cn/c/www/lczc/44287.jhtml (aċċessat fid-19 ta’ Novembru 2024).
(88) Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/1923, il-premessi (153–172).
(89) Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, pp. 171-179.
(90) Ir-Rapport, il-Kapitolu 9, pp. 260-261.
(91) Ir-Rapport, il-Kapitolu 9, pp. 257-260.
(92) Ir-Rapport, il-Kapitolu 9, pp. 252-254.
(93) Ir-Rapport, il-Kapitolu 13, p. 360-361, 364-370.
(94) Ir-Rapport, il-Kapitolu 13, p. 366.
(95) Ir-Rapport, il-Kapitolu 13, pp. 370-373.
(96) Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, pp. 137-140.
(97) Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, pp. 146-149.
(98) Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, p. 149.
(99) Ara l-Pjan ta’ Azzjoni ta’ tliet snin għat-titjib tal-governanza korporattiva tas-setturi bankarji u tal-assigurazzjoni (2020–2022) maħruġ mill-Kummissjoni Regolatorja Bankarja u tal-Assigurazzjoni taċ-Ċina (“ CBIRC ”, China Banking and Insurance Regulatory Commission) fit-28 ta’ Awwissu 2020; disponibbli fuq: http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (aċċessat fil-21 ta’ Ottubru 2024). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “ ikompli jiġi implimentat l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju ”. Barra minn hekk, it-Taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “ se nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u maniġerjali ewlenin qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri ”.
(100) Ara n-Notice on the Commercial banks performance evaluation method, maħruġa mis-CBIRC fil-15 ta’ Diċembru 2020, disponibbli fuq: http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (aċċessat fil-21 ta’ Ottubru 2024).
(101) Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, pp. 157-158.
(102) Ir-Rapport, il-Kapitolu 6, pp. 150-152, 156-160, 165-171.
(103) OECD (2019), OECD Economic Surveys: China 2019, OECD Publishing, Pariġi. p. 29, ara: https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en (aċċessat fil-21 ta’ Ottubru 2024).
(104) Ara: http://www.gov.cn/xinwen/2020-04/20/content_5504241.htm (aċċessat fil-21 ta’ Ottubru 2024).
(105) WT/DS473- European Union - Anti-Dumping Measures on Biodiesel from Argentina, disponibbli fuq http://www.wto.org/english/tratop_e/dispu_e/cases_e/ds473_e.htm.
(106) Is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 2017, Viraj Profiles vs Il-Kunsill, T-67/14, ECLI:EU:T:2017:481, il-punt. 98.
(107) Notifika tal-bidu ta’ proċediment anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ karta dekorattiva li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ippubblikata fl-14 ta’ Lulju 2024. C/2024/3695. Disponibbli fuq: Notifika tal-bidu ta’ proċediment anti-dumping rigward l-importazzjonijiet ta’ karta dekorattiva li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
(108) World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.
(109) https://datawarehouse.dbd.go.th/company/profile/vScPNww_dec61eAs8SfIvBpRIrRb0ZQTkaQ5FAs7U l1gSCofJO0PTqqcpWa511Vv.
(110) NACE Rev. 2: 1723 - Manifattura tal-karta u l-kartun bħala s-settur tal-industrija l-aktar dejjaq li fih il-kodiċi NM b’6 ċifri tal-prodott taħt investigazzjoni – Il-kartun jinkludi kemm kartun flessibbli/ħafif (eż. speċjalità) kif ukoll kartun iebes.
(111) Kodiċijiet SA: 4802 54 , 4802 55 , 4805 91 , 4811 60 .
(112) L-Atlas tal-Kummerċ Globali: https://connect.ihsmarkit.com/, http://www.gtis.com/gta/secure/default.cfm.
(113) https://app.bot.or.th/BTWS_STAT/statistics/BOTWEBSTAT.aspx?reportID=912&language=ENG.
(114) https://www.oecd.org/en/publications/oecd-economic-surveys-thailand-2023_4815cb4b-en.html.
(115) https://www.boi.go.th/upload/content/Cost_of_Doing_Business.pdf.
(116) L-Awtorità Metropolitana tal-Elettriku tat-Tajlandja f’https://www.mea.or.th/en/statistics/energy-sales.
(117) Id-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti: “Benchmark the Fuel Cost of Steam Generation”. Disponibbli f’https://www.energy.gov/eere/amo/articles/benchmark-fuel-cost-steam-generation.
(118) https://public.tableau.com/app/profile/epposite/viz/_16516675014300/sheet0.
(119) Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33). L-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku jqis li l-prezzijiet domestiċi f’dawk il-pajjiżi ma jistgħux jintużaw għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali.
(120) L-istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-Ministeru tal-Ekonomija Diġitali u s-Soċjetà tat-Tajlandja https://www.nso.go.th/nsoweb/storage/survey_detail/2024/20240521125659_79859.pdf.
(121) https://www.mea.or.th/en/statistics/energy-sales.
(122) Id-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti: “Benchmark the Fuel Cost of Steam Generation”. Disponibbli f’https://www.energy.gov/eere/amo/articles/benchmark-fuel-cost-steam-generation.
(123) https://public.tableau.com/app/profile/epposite/viz/_16516675014300/sheet0.
(124) Wieħed mill-produtturi magħrufa tal-UE mmanifattura l-prodott simili matul il-perjodu kkunsidrat iżda waqqaf il-produzzjoni tal-karta dekorattiva fi tmiem l-2022. Produttur ieħor ilu involut fi proċedura ta’ insolvenza mill-2023.
(125) Abbażi tal-informazzjoni fl-ilment dwar il-volumi tal-importazzjoni, ġie stmat, b’mod konservattiv, li l-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw kważi 90 % tal-volumi tal-importazzjoni lejn l-Unjoni mir-RPĊ. Għalhekk, il-volum tal-importazzjoni ġie aġġustat biż-żieda ta’ 10 % mal-valuri ppreżentati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun.
(126) Il-Kummissjoni applikat proporzjon ta’ 15 % ibbażat fuq it-tqabbil li sar fis-Sorveljanza bejn il-kodiċijiet addizzjonali NM u TARIC, kif spjegat fil-premessa 203.
(127) Il-proporzjon u l-metodoloġija speċifiċi applikati għall-importazzjonijiet Ċiniżi u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ġew koperti fil-premessa 203 u n-noti f’qiegħ il-paġna 125 u 126 hawn fuq.
(128) Il-valuri tal-importazzjoni ġew aġġustati billi ġiet applikata żieda ta’ 10 % għall-valuri ppreżentati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, kif spjegat fin-nota f’qiegħ il-paġna 125.
(129) Ara l-Anness 7a tal-ilment, is-slides 35 – 37.
(130) Iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni ġiet ikkalkulata billi tqiesu, fejn possibbli, il-marġnijiet ta’ dumping differenti tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.
ANNESS
Kumpaniji oħra li kkooperaw
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
SUNSHINE OJI (Shouguang) Specialty Paper Co., Ltd |
89LL |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
ZIBO OU-MU Special Paper CO., Ltd |
89LM |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
WINBON TECHNOCEL New Materials Co., Ltd. |
89LN |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/291/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)