2010R0265 — MT — 12.04.2016 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) Nru 265/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Marzu 2010 (ĠU L 085 31.3.2010, p. 1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT (UE) 2016/399 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Marzu 2016 |
L 77 |
1 |
23.3.2016 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 265/2010 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Marzu 2010
li jemenda l-Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolament (KE) Nru 562/2006 fir-rigward tal-moviment tal-persuni li jkollhom viża għal soġġorn fit-tul
Artikolu 1
Il-Konvenzjoni Schengen hija emendata kif ġej:
(1) L-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 18
1. Il-viżi għal soġġorni li jeċċedu t-tliet xhur (‘viżi għal soġġorn fit-tul’) għandhom ikunu viżi nazzjonali maħruġa minn wieħed mill-Istati Membri skont il-liġijiet nazzjonali tiegħu jew il-liġi tal-Unjoni. Dawn il-viżi għandhom jinħarġu fil-format uniformi għall-viżi kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 ( 18 ) bl-intestatura li tispeċifika t-tip ta’ viża bl-ittra ‘D’. Dawn għandhom jiġu kompletati skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi tal-Komunità dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) ( 19 ).
2. Il-viżi għal soġġorn fit-tul għandu jkollhom validità ta’ mhux aktar minn sena. Jekk Stat Membru jippermetti persuna aljena toqgħod għal aktar minn sena, il-viża għal soġġorn fit-tul għandha tiġi sostitwita b’permess ta’ residenza qabel l-iskadenza tal-perijodu tagħha ta’ validità.
(2) L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Persuni aljeni detenturi ta’ permessi ta’ residenza maħruġa minn wieħed mill-Istati Membri jistgħu, abbażi ta’ dak il-permess u ta’ dokument validu tal-ivvjaġġar, jiċċaqilqu liberament sa perijodu massimu ta’ tliet xhur f’kull perijodu ta’ sitt xhur fi ħdan it-territorji tal-Istati Membri l-oħra, dment li jkunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ dħul imsemmija fl-Artikolu 5(1)(a), (c) u (e) tar-Regolament 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) ( 20 ) u li m’humiex fuq il-lista nazzjonali ta’ twissijiet tal-Istat Membru kkonċernat.
(b) il-paragrafu li ġej huwa inserit wara l-paragrafu 2:
“2a. Id-dritt tal-moviment ħieles stabbilit fil-paragrafu 1 għandu japplika għal persuni aljeni detenturi ta’ viża valida għal soġġorn fit-tul maħruġa minn wieħed mill-Istati Membri kif previst fl-Artikolu 18.”.
(3) L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:
(a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“1. Meta Stat Membru jikkunsidra joħroġ permess ta’ residenza, huwa għandu jwettaq tiftixa sistematika fis-Sistema tal-Informazzjoni ta’ Schengen. Meta Stat Membru jikkunsidra joħroġ permess ta’ residenza għal persuna aljena li fil- konfront tagħha inħarġet twissija bil-għan li jiġi rifjutat id-dħul, huwa għandu l-ewwel jikkonsulta lill-Istat Memrbu li jkun ħareġ it-twissija u għandu jieħu kont tal-interessi tiegħu; il-permess ta’ residenza għandu jinħareġ għal raġunijet sostantivi biss, notevolment fuq raġunijet umanitarji jew minħabba impenji internazzjonali.
Meta jinħareġ permess ta’ residenza, l-Istat Membru li joħroġ it-twissija għandu jirtira t-twissija iżda jista’ jpoġġi lill-persuna aljena kkonċernata fuq il-lista nazzjonali ta’ twissijiet.”;
(b) il-paragrafu li ġej huwa inserit wara il-paragrafu 1:
“1a. Qabel ma joħorġu twissija bil-ħsieb li jiġi rifjutat id-dħul fis-sens tal-Artikolu 96, l-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw ir-records nazzjonali tagħhom ta’ viżi għal soġġorn fit-tul jew permessi ta’ residenza maħruġa.”;
(ċ) il-paragrafu li ġej huwa miżjud:
“3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għal viżi għal soġġorn fit-tul.”.
▼M1 —————
Artikolu 3
Dan ir-Regolament m’għandux jinċidi fuq l-obbligu tal-Istati Membri sabiex joħorġu permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi kif previst minn strumenti oħra ta’ Unjoni.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinfurmaw liċ-ċittadini kkonċernati ta’ pajjiżi terzi b’dan ir-Regolament b’mod sħiħ u preċiż.
Artikolu 5
Sal-5 ta’ April 2012, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk ikun adatt, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta sabiex dan ir-Regolament jiġi emendat.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ April 2010.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
( 1 ) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2010 (għadha m’hijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 2010
( 2 ) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 1.
( 3 ) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.
( 4 ) ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1.
( 5 ) Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15).
( 6 ) Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ cittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta’ studju, skambju ta’ studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12).
( 7 ) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77; verżjoni korreġuta fil-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 35).
( 8 ) Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44).
( 9 ) Direttiva tal-Kunsill Nru 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12).
( 10 ) ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.
( 11 ) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
( 12 ) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
( 13 ) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
( 14 ) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.
( 15 ) ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.
( 16 ) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
( 17 ) ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.
( 18 ) ĠU L 164, 14.7.1995, p. 1
( 19 ) ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.”.
( 20 ) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.”;