|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/3381 |
31.5.2024 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi pjattaforma komuni tad-data dwar is-sustanzi kimiċi, li jistabbilixxi regoli biex jiġi żgurat li d-data li tinsab fiha tkun traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli u riutilizzabbli u li jistabbilixxi qafas ta’ monitoraġġ u prospettiva għas-sustanzi kimiċi
(COM(2023)779 final - 2023/0453 (COD))
u
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 401/2009, (UE) 2017/745 u (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ kompiti xjentifiċi u tekniċi u t-titjib tal-kooperazzjoni fost l-aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tas-sustanzi kimiċi
(COM(2023)783 final - 2023/0455 (COD))
u
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-attribuzzjoni mill-ġdid ta’ kompiti xjentifiċi u tekniċi lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
(COM(2023)781 final - 2023/0454 (COD))
(C/2024/3381)
Relatur:
John COMER|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 29.2.2024 Kunsill, 16.2.2024 |
|
Bażi legali |
Artikoli 43, 114, 168(4c), 192(1) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adozzjoni fis-sezzjoni |
26.2.2024 |
|
Adozzjoni fil-plenarja |
20.3.2024 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
586 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
214/0/2 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-pakkett “sustanza waħda, valutazzjoni waħda”, li huwa maħsub biex jiżgura t-twettiq effiċjenti ta’ valutazzjonijiet koerenti tal-perikli u r-riskji tas-sustanzi kimiċi fejn dawk il-valutazzjonijiet ikunu meħtieġa mill-atti legali tal-Unjoni, biex jinkiseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent, biex ikunu jistgħu jiġu żviluppati u jintużaw sustanzi kimiċi sostenibbli, biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq uniku għas-sustanzi kimiċi, u biex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni fir-rigward tal-bażi xjentifika għad-deċiżjonijiet li jittieħdu skont l-atti legali tal-Unjoni dwar is-sustanzi kimiċi (1). |
|
1.2. |
Il-KESE jilqa’ l-pjattaforma ta’ punt uniku ta’ servizz li tiġbor flimkien id-data dwar is-sustanzi kimiċi miksuba minn sorsi differenti, li se tkun taħt il-kontroll tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA). |
|
1.3. |
L-ECHA se tieħu f’idejha l-kompiti li s’issa jitwettqu mill-Kummissjoni, bl-appoġġ ta’ kumitati ad hoc u konsulenti esterni. In-nuqqas ta’ pubblikazzjoni tar-regolament il-ġdid dwar ir-riorganizzazzjoni tal-ECHA jfisser li mhuwiex possibbli li ssir evalwazzjoni sħiħa tar-rwol tal-ECHA fis-sistema “sustanza waħda, valutazzjoni waħda”. Dan ir-rwol huwa kritiku għall-approċċ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” biex jiffunzjona b’suċċess. |
|
1.4. |
L-ECHA tista’ tikkummissjona studji xjentifiċi, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni, meta r-riżultati ma jkunux jistgħu jinkisbu permezz ta’ dispożizzjonijiet jew proċessi legali eżistenti skont il-leġiżlazzjoni tal-UE. Mhuwiex ċar jekk l-operaturi tan-negozju humiex se jkunu mġiegħla jikkooperaw fit-twettiq ta’ dawn l-istudji xjentifiċi jew jekk humiex se jkunu jistgħu jappellaw kontra talba tal-ECHA. |
|
1.5. |
Id-dispożizzjonijiet kunfidenzjali fil-Pjattaforma Komuni tad-Data jridu jiġu definiti b’mod ċar sabiex l-operaturi tal-industrija jkollhom fiduċja sħiħa fis-sistema. F’dan ir-rigward huwa pożittiv ħafna li l-aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali jista’ jiġi awditjat. Barra minn hekk, trid tiġi pprovduta aktar ċarezza dwar il-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tad-data dwar is-sustanzi kimiċi meta l-Kummissjoni tippubblika l-iskema ta’ governanza tal-pjattaformi komuni tad-data. |
|
1.6. |
Fil-każ ta’ studji kkummissjonati, hemm nuqqas ta’ ċarezza dwar kif se jiġi solvut in-nuqqas ta’ qbil. |
|
1.7. |
In-notifika tal-istudji se żżid il-piż amministrattiv fuq in-negozji. Jeħtieġ li dan jiġi mmonitorjat bir-reqqa, skont ir-regoli ta’ governanza li japplikaw għall-ECHA. |
|
1.8. |
Dawn il-proposti huma kumplessi u se jkollhom impatt ġenerali fuq il-qafas regolatorju għas-sustanzi kimiċi fl-UE. Il-fatt li l-ebda xogħol xjentifiku ma tneħħa mill-aġenziji eżistenti għandu l-potenzjal li jikkawża inċertezza dwar jekk l-ECHA hijiex se tkun kapaċi timmaniġġja s-sistema b’tali mod li tilħaq il-massimu tas-sinerġiji u tal-kooperazzjoni. |
|
1.9. |
Il-proposti l-ġodda jridu jiżguraw l-aktar aċċess wiesa’ possibbli għad-dokumenti li jkun fihom data kimika u huwa essenzjali li japplikaw regoli stretti f’dan ir-rigward. |
|
1.10. |
Il-KESE josserva li l-pakkett bħalissa ma jirnexxilux jiżgura li d-data tkun affidabbli u tisfrutta bis-sħiħ l-għarfien siewi minn riċerka indipendenti bħal studji akkademiċi rieżaminati bejn il-pari, li huma rilevanti għal skopijiet regolatorji. |
|
1.11. |
Huwa meħtieġ mekkaniżmu li jippromovi l-adozzjoni ta’ data akkademika indipendenti fis-sistema ta’ twissija u ta’ azzjoni bikrija, kif ukoll fil-kuntest ġenerali tal-valutazzjonijiet ambjentali u tas-saħħa. |
|
1.12. |
F’każ ta’ nuqqas ta’ riżoluzzjoni ta’ opinjonijiet xjentifiċi differenti, huwa essenzjali li l-prinċipju ta’ prekawzjoni japplika sabiex jiġu protetti s-saħħa pubblika u l-ambjent. |
2. Sfond
|
2.1. |
Bl-adozzjoni tat-tliet proposti leġiżlattivi, il-Kummissjoni qed tipproponi li tissemplifika l-valutazzjonijiet tas-sustanzi kimiċi fil-leġiżlazzjoni kollha tal-UE, issaħħaħ il-bażi tal-għarfien dwar is-sustanzi kimiċi u tiżgura d-detezzjoni bikrija u l-azzjoni dwar ir-riskji kimiċi emerġenti. |
|
2.2. |
Il-Kummissjoni qed tipproponi żewġ Regolamenti u Direttiva:
|
|
2.3. |
Kontroll tal-idoneità tal-aktar leġiżlazzjoni rilevanti dwar is-sustanzi kimiċi (bl-esklużjoni tar-Regolament REACH) ivvaluta aktar minn erbgħin att leġiżlattiv u kkonkluda li l-leġiżlazzjoni kienet adattata għall-iskop tagħha, iżda sab dgħufijiet sinifikanti li jipprevjenu l-qafas regolatorju għas-sustanzi kimiċi milli jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu (5). In-nuqqas ta’ riforma jista’ jirrestrinġi l-kapaċità li jiġu indirizzati b’mod effettiv ir-riskji li jippreżentaw sustanzi kimiċi eżistenti u ġodda. |
|
2.4. |
Skont il-leġiżlazzjoni inkwistjoni, il-ħidma fuq is-sustanzi kimiċi tinbeda minn korpi differenti fi żminijiet differenti, bl-użu ta’ data differenti u titwettaq minn firxa ta’ aġenziji tal-UE, kumitati xjentifiċi, gruppi ta’ esperti, dipartimenti tal-Kummissjoni u kuntratturi. Xi drabi dan jista’ jwassal għal eżiti inkonsistenti tal-valutazzjonijiet għall-istess sustanzi kimiċi f’atti leġiżlattivi differenti. |
|
2.5. |
Sabiex tiġi antiċipata l-ħsara kkawżata minn sustanzi kimiċi ta’ ħsara, jew minn kwalunkwe riskju kimiku emerġenti jew konsegwenzi mhux previsti, jeħtieġ li jkun hemm informazzjoni dwar sinjali ta’ twissija bikrija. |
|
2.6. |
Huwa essenzjali li jiġi vvalutat l-impatt ambjentali u fuq is-saħħa tas-sustanzi kimiċi tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom sabiex jiġu ssalvagwardjati r-riżorsi naturali, l-ekosistemi u n-nies, kif ukoll biex jiġi evalwat l-impatt fuq it-tibdil fil-klima. L-objettiv irid ikun li jiġu prodotti sustanzi kimiċi li huma sikuri u sostenibbli. |
|
2.7. |
Abbażi tas-sejbiet tal-kontroll tal-idoneità, fil-Patt Ekoloġiku l-Kummissjoni impenjat ruħha li tippreżenta Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà (6). Parti minn dan tinvolvi l-impenn li jibda jintuża l-approċċ ta’ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda”, bl-intenzjoni li l-valutazzjoni tas-sustanzi kimiċi fil-leġiżlazzjoni kollha tal-UE ssir aktar effiċjenti. Dan l-approċċ għandu jsaħħaħ il-bażi tal-għarfien dwar is-sustanzi kimiċi u jagħmel kull sforz biex jiżgura d-detezzjoni bikrija tar-riskji kimiċi emerġenti u l-azzjoni rapida dwarhom. |
|
2.8. |
L-approċċ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” għandu jiffoka fuq l-oqsma ewlenin li ġejjin:
|
|
2.9. |
Fl-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi tħabbar li l-Kummissjoni se tiżviluppa kriterji għal sustanzi kimiċi li jkunu sikuri u sostenibbli mid-disinn, li jirrikjedu valutazzjoni komprensiva kemm tas-sikurezza kif ukoll tas-sostenibbiltà matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanzi kimiċi. |
|
2.10. |
Dawn il-proposti jistabbilixxu wkoll il-ġbir sistematiku ta’ data dwar il-bijomonitoraġġ uman iġġenerata fl-UE, sabiex dawk li jfasslu l-politika jiġu infurmati dwar il-livell ta’ sustanzi kimiċi li jinsabu fil-popolazzjoni Ewropea (eż. id-demm jew il-ħalib tas-sider). |
|
2.11. |
Għandu jiġi stabbilit qafas ta’ monitoraġġ u prospettiva biex jippermetti d-detezzjoni bikrija tar-riskji kimiċi għall-prevenzjoni tat-tniġġis kimiku mifrux, u biex jippermetti rispons regolatorju rapidu. |
|
2.12. |
Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” (7) kkontribwixxa għall-objettivi tal-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi billi ittieħed l-impenn għall-iżvilupp ta’ qafas integrat ta’ monitoraġġ u prospettiva ta’ tniġġis żero. |
|
2.13. |
Ir-Regolament (COM(2023)779 final) għandu l-għan li jiġbor l-informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza u s-sostenibbiltà tas-sustanzi kimiċi u s-sinjali ta’ twissija bikrija għar-riskji kimiċi bħala mod kif jibda jintuża l-approċċ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda”, sabiex:
|
|
2.14. |
Il-pjattaforma komuni tad-data se tiċċentralizza u tikkonsolida d-data dwar is-sustanzi kimiċi fil-livell tal-UE f’infrastruttura tal-IT waħda aċċessibbli ċentralment. |
|
2.15. |
Il-pjattaforma komuni tad-data se tiġbor flimkien il-pjattaformi eżistenti u se tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom għal kważi l-leġiżlazzjoni kollha tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi u tikkomplementahom b’għodod u bażijiet tad-data ġodda. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-aġenziji tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea se jkollhom aċċess għad-data kollha fuq il-pjattaforma komuni tad-data. Id-data li titqies li hija disponibbli għall-pubbliku se tkun aċċessibbli għall-pubbliku. |
|
2.16. |
Ir-Regolament (COM(2023)783 final) huwa regolament omnibus fis-sens li jemenda diversi atti bħal-leġiżlazzjoni ġenerali dwar l-ikel, ir-Regolament dwar il-pollutanti organiċi persistenti (POPs), ir-Regolament dwar l-apparati mediċi u r-Regolament li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. |
|
2.17. |
Hemm żewġ azzjonijiet ewlenin fir-Regolament propost (COM (2023)783final):
|
|
2.18. |
L-objettivi ewlenin tal-proposta huma:
|
|
2.19. |
Din il-proposta hija relatata ma’ proposta tal-Kummissjoni dwar l-ECHA, li se tikkunsidra r-ristrutturar tal-kumitati xjentifiċi tal-aġenzija biex jimmaniġġjaw aħjar iż-żieda fl-ammont ta’ xogħol li tirriżulta mill-kompiti riallokati skont din il-proposta. |
|
2.20. |
Id-Direttiva (COM(2023)781 final) tiffoka fuq l-emendar tad-Direttiva dwar ir-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Perikolużi (Direttiva RoHS) (8), li tittratta r-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku. Din il-proposta ssegwi l-approċċ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” u għandha l-għan li temenda b’mod limitat id-Direttiva RoHS sabiex talloka l-kompiti xjentifiċi u tekniċi eżistenti lill-ECHA. Hija marbuta mar-Regolament omnibus biex tiġi żgurata l-konsistenza. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jilqa’ l-objettiv tal-Kummissjoni li ssegwi l-approċċ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda”. |
|
3.2. |
It-tranżizzjoni lejn dan l-objettiv se teħtieġ azzjoni f’ħafna livelli, inkluża koordinazzjoni mill-qrib bejn id-direttorati ġenerali differenti u koordinazzjoni aħjar tal-inizjattivi regolatorji tal-Istati Membri. |
|
3.3. |
Jekk dan l-approċċ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” jiġi implimentat kif suppost, dan għandu jkun ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini tal-UE, għall-industrija u għall-awtoritajiet regolatorji, u jiżgura protezzjoni aħjar tas-saħħa pubblika u tal-ambjent, kif ukoll jippromovi l-kompetizzjoni u l-innovazzjoni fl-industrija tal-UE. |
|
3.4. |
B’żieda sostanzjali fil-produzzjoni globali tas-sustanzi kimiċi mistennija matul l-għaxar snin li ġejjin, huwa importanti ħafna li jsir kull sforz biex jiġi introdott l-approċċ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” biex jittejbu l-effiċjenza u l-effettività tas-sistema regolatorja tas-sustanzi kimiċi. Fin-nuqqas ta’ dan l-UE se tfalli fl-għanijiet tagħha ta’ tniġġis żero u ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi. |
|
3.5. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-pjattaforma komuni tad-data għandha titfassal b’tali mod li l-aċċess għall-informazzjoni kunfidenzjali jkun jista’ jiġi awditjat. |
|
3.6. |
Il-proposta tirrikjedi li l-operaturi tan-negozju u l-laboratorji/il-faċilitajiet tal-ittestjar jinnotifikaw lill-ECHA separatament dwar studji xjentifiċi proposti kkummissjonati biex jappoġġjaw applikazzjoni, notifika jew dossier regolatorju li jinnotifika lill-Kummissjoni, lill-aġenziji tal-UE jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew li jiġi ppreżentat lilhom. Dan huwa rekwiżit amministrattiv ġdid għall-operaturi tan-negozju. |
|
3.7. |
Il-KESE josserva li l-pakkett jonqos milli jiżgura li d-data tkun affidabbli u tisfrutta bis-sħiħ l-għarfien siewi minn riċerka indipendenti (pereżempju studji akkademiċi rieżaminati bejn il-pari), li huma rilevanti għal skopijiet regolatorji. |
|
3.8. |
Trasparenza akbar u aċċess pubbliku għad-data għandhom jgħinu biex tinkiseb il-fiduċja tal-pubbliku fil-proċess regolatorju għall-valutazzjoni tas-sustanzi kimiċi. |
|
3.9. |
Dawn il-proposti huma kumplessi u se jkollhom impatt ġenerali fuq il-qafas regolatorju għas-sustanzi kimiċi fl-UE. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Il-proposti tal-pakkett “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” jidhru li jagħtu prijorità lill-valutazzjoni tal-perikli u tar-riskju tas-sustanzi kimiċi taħt id-direzzjoni ġenerali tal-ECHA. Dan ifisser li l-ECHA se tieħu f’idejha l-kompiti li s’issa jitwettqu mill-Kummissjoni, bl-appoġġ ta’ kumitati ad hoc u konsulenti esterni. In-nuqqas ta’ pubblikazzjoni tar-regolament il-ġdid dwar ir-riorganizzazzjoni tal-ECHA jfisser li mhuwiex possibbli li ssir evalwazzjoni sħiħa tar-rwol tal-ECHA fil-pakkett “sustanza waħda, valutazzjoni waħda”. Dan ir-rwol huwa kritiku għall-funzjonament b’suċċess tal-approċċ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda”. |
|
4.2. |
L-ECHA tista’ tikkummissjona studji xjentifiċi, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Kummissjoni, meta r-riżultati ma jkunux jistgħu jinkisbu permezz ta’ dispożizzjonijiet jew proċessi legali eżistenti skont il-liġi tal-UE dwar is-sustanzi kimiċi. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel diġà għandha mandat simili biex tikkummissjona studji xjentifiċi skont il-liġi tal-UE dwar l-ikel, iżda dan il-mekkaniżmu ġdid jista’ jintuża b’mod partikolari biex jiġġenera data dwar sustanzi kimiċi b’mod ġenerali li jeħtieġu skrutinju addizzjonali. Mhuwiex ċar jekk l-operaturi tan-negozju humiex se jkunu mġiegħla jikkooperaw fit-twettiq ta’ dawn l-istudji jew jekk humiex se jkunu jistgħu jappellaw kontra talba tal-ECHA. |
|
4.3. |
L-objettiv tal-approċċ “sustanza waħda, valutazzjoni waħda” huwa li jiġu ssemplifikati l-istudji u jiġi evitat in-nuqqas ta’ qbil. Madankollu, huwa inevitabbli li jkun hemm nuqqas ta’ qbil dwar studji kkummissjonati, u mhuwiex ċar kif dan in-nuqqas ta’ qbil se jiġi solvut. |
|
4.4. |
Il-proposti jsaħħu l-obbligu li jissolvew opinjonijiet xjentifiċi diverġenti. Meta riżoluzzjoni ma tkunx possibbli, il-kwistjoni tiġi riferuta lill-Kummissjoni. Fil-każ ta’ diverġenza fl-identifikazzjoni tal-perikli, din għandha tiġi solvuta permezz ta’ klassifikazzjoni armonizzata żviluppata mill-ECHA. |
|
4.5. |
Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet kunfidenzjali dwar il-pjattaforma komuni tad-data jiġu definiti b’mod ċar sabiex l-operaturi tal-industrija jkollhom fiduċja sħiħa fis-sistema. B’mod partikolari, huwa ta’ importanza kbira li jiġi żgurat l-aktar aċċess wiesa’ possibbli għad-dokumenti li jkun fihom data kimika, u jeħtieġ li jiġu applikati regoli stretti biex jiġi żgurat li l-kumpaniji ma jżommux informazzjoni kruċjali dwar is-sustanzi kimiċi. |
|
4.6. |
Għandha tiġi pprovduta aktar ċarezza dwar il-kondiviżjoni u l-użu mill-ġdid tad-data dwar is-sustanzi kimiċi meta l-Kummissjoni tippubblika l-iskema komuni ta’ governanza tal-pjattaforma tad-data. |
|
4.7. |
Jidher li l-ebda xogħol xjentifiku ma qed jitneħħa mill-aġenziji eżistenti, u għalhekk jibqa’ inċert dwar jekk l-ECHA hijiex ser tkun kapaċi timmaniġġja s-sistema b’tali mod li tisfrutta bl-aħjar mod is-sinerġiji u l-kooperazzjoni. Fin-nuqqas ta’ regolament ġdid biex tiġi riformata l-ECHA, huwa diffiċli li jiġi vvalutat jekk l-ECHA hijiex se tkun kapaċi tlaħħaq mal-kompiti l-ġodda kollha assenjati lilha. |
|
4.8. |
Is-sistema ta’ twissija u ta’ azzjoni bikrija teħtieġ mekkaniżmu li jiżgura azzjoni regolatorja fil-pront hekk kif jiġu identifikati r-riskji emerġenti. |
|
4.9. |
Huwa meħtieġ mekkaniżmu sabiex tiġi promossa l-adozzjoni ta’ data akkademika fis-sistema ta’ twissija u ta’ azzjoni bikrija, kif ukoll fil-kuntest ġenerali tal-valutazzjonijiet ambjentali u tas-saħħa. |
|
4.10. |
Fir-rigward tar-rikonċiljazzjoni ta’ opinjonijiet xjentifiċi diverġenti, għandu jiġi nnotat li ċerti effetti negattivi sensittivi, bħall-immunotossiċità, ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod adegwat mill-ECHA permezz tar-Regolament dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (9). Għalhekk, fejn l-opinjonijiet xjentifiċi jvarjaw fost l-aġenziji, il-prinċipju ta’ prekawzjoni għandu japplika biex tiġi żgurata l-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE, fosthom il-gruppi vulnerabbli u l-ġenerazzjonijiet futuri. |
Brussell, 20 ta’ Marzu 2024
Il-President
tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Oliver RÖPKE
(1) COM(2023) 779 final, Artikolu 1, paragrafu 1.
(5) Kontroll tal-Idoneità, Kummissjoni Ewropea.
(9) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3381/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)