<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-698/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0698</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:787">EU:C:2022:787</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20221013">13.10.2022</DATE> – Kawża C‑698/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Gmina Wieliszew</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT> (Is‑Sitt Awla)</P><P>13 ta’ Ottubru 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Fondi strutturali</KEYWORD><KEYWORD>Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)</KEYWORD><KEYWORD>Fond ta’ Koeżjoni</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1083/2006</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1303/2013</KEYWORD><KEYWORD>Finanzjament mill-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1290/2005</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1698/2005</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1306/2013</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim ta’ sussidju</KEYWORD><KEYWORD>Fondi ttrasferiti lill-benefiċjarju f’kont ta’ bank fallut</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma teskludix dawn il-fondi mill-massa fallimentari ta’ dan il-bank</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑698/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat‑22 ta’ Settembru 2020, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑21 ta’ Diċembru 2020, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Gmina Wieliszew</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Syndyk masy upadłości Spółdzielczego Banku Rzemiosła i Rolnictwa w Wołominie w upadłości likwidacyjnej,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Rzecznik Praw Obywatelskich,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL‑QORTI TAL‑ĠUSTIZZJA (Is‑Sitt Awla),</P><P>komposta minn P. G. Xuereb, President tal-Awla, A. Arabadjiev (Relatur), President tal-Ewwel Awla, li qiegħed jaġixxi bħala Mħallef tas-Sitt Awla, u I. Ziemele, Imħallef,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għar-Rzecznik Praw Obywatelskich, minn M. Taborowski,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn I. Barcew u J. Hradil, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(5), tal-Artikoli 3 u 4, tal-Artikolu 57(1) u tal-Artikoli 70 u 80 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal‑11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 210, p. 25</REF.DOC.OJ> u rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="239" PAGE.FIRST="248" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 239, p. 248</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="145" PAGE.FIRST="38" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 145, p. 38</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="164" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 164, p. 36</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="301" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 301, p. 40</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 423/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Mejju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-kondiviżjoni tar-riskju għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="133" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 133, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 1083/2006<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll il-punt 15 tal-Artikolu 2, tal-Artikolu 37(1), tal-Artikolu 66, tal-Artikolu 67(1), tal-Artikolu 74(1) u tal-Artikolu 89(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="320" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 320</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="066" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 66, p. 6</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="146" PAGE.FIRST="155" DATE.PUB="2022">ĠU 2022, L 146, p. 155</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Gmina Wieliszew (il-Komun ta’ Wieliszew, il-Polonja, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Komun<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u s-Syndyk masy upadłości Spółdzielczego Banku Rzemiosła i Rolnictwa w Wołominie w upadłości likwidacyjnej (l-istralċjatur fil-proċedura ta’ falliment ta’ bank kooperattiv tal-artiġjanat u tal-agrikoltura) dwar l-esklużjoni tas-somma ta’ <FT TYPE="NUMBER">2439814</FT> zlotys Pollakki (PLN) (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">500000</FT>), li l-komun kien iddepożita fil-kont ta’ dan il-bank, tal-massa fallimentari ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il‑Protokoll</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 7) dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Protokoll<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[i]l-proprjetà u l-assi ta’ l-Unjoni [Ewropea] ma jkunu suġġetti għal ebda miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġihom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja [tal-Unjoni Ewropea]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal‑20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="286M" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 286M, p. 26</REF.DOC.OJ> u r-rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="206" PAGE.FIRST="23" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 206, p. 23</REF.DOC.OJ>), kien jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>nefqa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>kull kontribut pubbliku għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet li joriġina mill-baġit tal-Istat, tal-awtoritajiet reġjonali jew lokali, tal-Komunitajiet Ewropej u kull nefqa simili. Kull kontribut għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet li joriġina mill-baġit ta’ korpi pubbliċi legali jew assoċjazzjonijiet ta’ awtorità reġjonali jew lokali waħda jew aktar jew korpi pubbliċi legali fis-sens tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) għandhom jitqiesu bħala kontribut pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-FAEŻR għandu jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-iżvilupp rurali sostenibbli fil-Komunità kollha b’mod komplementari għal-linji ta’ politika ta’ appoġġ għas-suq u għad-dħul tal-Politika Agrikola Komuni, għall-Politika ta’ Koeżjoni u għall-Politika Komuni tas-Sajd.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament kien jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>L-appoġġ għall-iżvilupp rurali għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>it-titjib tal-kompetittività tal-agrikoltura u l-foresterija permezz ta’ appoġġ għar-ristritturazzjoni, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>it-titjib tal-ambjent u l-kampanja permezz ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-art;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>it-titjib tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni rurali u l-promozzjoni tad-diversifikazzjoni tal-attività ekonomika.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1) tal-istess regolament kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-FAEŻR għandu jaġixxi fl-Istati Membri permezz ta’ programmi għall-iżvilupp rurali. Dawn il-programmi jimplimentaw strateġija ta’ żvilupp rurali permezz ta’ sett ta’ miżuri magħquda flimkien skont l-assi definiti fit-Titolu IV, li għall-kisba tagħhom ser titfittex għajnuna mill-FAEŻR.</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Kull programm għall-iżvilupp rurali għandu jkopri perijodu bejn l‑1 ta’ Jannar 2007 u l‑31 ta’ Diċembru 2013.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 72(1) tar-Regolament Nru 1698/2005 kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Mingħajr preġudizzju għar-regoli relatati mad-dritt ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikoli 43 u 49 [KE], l-Istat Membru għandu jiżgura li operazzjoni ta’ investiment iżżomm il-kontribut tal-FAEŻR jekk dik l-operazzjoni, fi żmien ħames snin mid-deċiżjoni ta’ finanzjament tal-Awtorità ta’ Ġestjoni, ma tgħaddix minn modifika sostanzjali li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>taffetwa n-natura jew il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha jew tagħti vantaġġ mhux debitu lil xi impriża jew korp pubbliku;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tirriżulta minn bidla fin-natura tal-proprjetà ta’ infrastruttura, jew mill-waqfien jew ir-rilokazzjoni ta’ attività produttiva.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1083/2006</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 1083/2006 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>jistabbilixxi r-regoli ġenerali li jirregolaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FES) (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Fondi Strutturali<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>) u l-Fond ta’ Koeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(5) ta’ dan ir-regolament kien jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-termini li ġejjin għandhom ikollhom it-tifsiriet mogħtija lilhom hawnhekk:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>infiq pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>: kull kontribuzzjoni pubblika għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet li l-oriġini tagħhom ikun il-baġit ta’ l-Istat, ta’ awtoritajiet reġjonali u lokali, tal-Komunitajiet Ewropej li tkun relatata mal-Fondi Strutturali u mal-Fond ta’ Koeżjoni u kwalunkwe nfiq simili ieħor. Kull kontibuzzjoni għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet li joriġinaw mill-baġit ta’ korpi regolati mid-dritt pubbliku jew ta’assoċjazżonijiet ta’ waħda jew iżjed mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali […] għandhom jiġu meqjusa bħala nfiq simili<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Objettivi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-azzjoni meħuda mill-Komunità taħt l-Artikolu 158[KE] għandha tkun imfassla sabiex issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mkabbra sabiex jitmexxa ’l quddiem l-iżvilupp armonjuż, bilanċjat u sostenibbli tal-Komunità. Din l-azzjoni għandha tittieħed bl-għajnuna tal-Fondi, tal-Bank Ewropew ta’ l-Investment (BEI) u strumenti finanzjarji oħra eżistenti. Hija għandha tkun immirata sabiex tnaqqas id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali li żviluppaw b’mod partikolari f’pajjiżi u reġjuni li l-iżvilupp tagħhom għadu lura u b’rabta mar-ristrutturazzjoni ekonomika u soċjali u max-xjuħija tal-popolazzjoni.</ALINEA><ALINEA>L-azzjoni meħuda taħt il-Fondi għandha tinkorpora, fil-livelli nazzjonali u reġjonali, il-prijoritajiet Komunitarji favur żvilupp sostenibbli billi jissaħħu t-tkabbir, il-kompetittività, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, kif ukoll bil-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità ta’ l-ambjent.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għal dak il-għan, il-FEŻR, l-FES, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-BEI u l-istrumenti finanzjarji Komunitarji eżistenti l-oħra għandhom kull wieħed jikkontribwixxu bil-mod dovut lejn il-kisba tat-tliet objettivi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-objettiv ta’ Konverġenza, li għandu jkun immirat li jħaffef il-konverġenza ta’ l-Istati Membri u r-reġjuni l-inqas żviluppati billi jiġu mtejba l-kondizzjonijiet għat-tkabbir u l-impjiegi permezz ta’ żieda u titjib fil-kwalità ta’ l-investment f’kapital fiżiku u uman, ta’ l-iżvilupp ta’ l-innovazzjoni u tas-soċjetà tat-tagħrif, ta’ l-adattabbiltà għal bidliet ekonomiċi u soċjali, tal-protezzjoni u t-titjib ta’ l-ambjent, u ta’ l-effiċjenza amministrattiva. Dan l-objettiv għandu jikkostitwixxi l-prijorità tal-[Fondi strutturali u Fond ta’ Koeżjoni];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-objettiv ta’ Kompetittività Reġjonali u Impjiegi li għandu, barra r-reġjuni l-anqas żviluppati, ikun immirat lejn it-tisħiħ tal-kompetittività u ta’ l-attrazzjoni tar-reġjuni kif ukoll ta’ l-impjiegi billi jantiċipa l-bidliet ekonomiċi u soċjali, inklużi dawk marbuta mal-ftuħ tal-kummerċ, billi jżid u jtejjeb il-kwalità ta’ l-investiment fil-kapital uman, permezz ta’ l-innovazzjoni u l-promozzjoni tas-soċ‐ jetà tat-tagħrif, ta’ l-imprenditorjat, tal-protezzjoni u tat-titjib ta’ l-ambjent, u t-titjib ta’ l-aċċessibbiltà, ta’ l-adattabbiltà tal-ħaddiema u tan-negozji kif ukoll l-iżvilupp ta’ swieq inklużivi ta’ impjiegi; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-objettiv ta’ Koperazzjoni Territorjali Ewropea li għandu jkun immirat lejn it-tisħiħ tal-koperazzjoni transkonfinali permezz ta’ inizjattivi lokali u reġjonali konġunti, it-tisħiħ tal-koperazzjoni transnazzjonali permezz ta’ azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat marbut mal-prijoritajiet Komunitarji, u t-tisħiħ tal-koperazzjoni interreġjonali u l-iskambju ta’ esperjenzi fil-livell territorjali xieraq.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Taħt it-tliet objettivi msemmija fil-paragrafu 2, l-għajnuna mill-Fondi għandha, skond in-natura tagħhom, tqis il-karatteristiċi ekonomiċi u soċjali speċifiċi, min-naħa waħda, u l-karatteristiċi territorjali speċifiċi, min-naħa l-oħra. L-għajnuna għandha, b’mod dovut, issostni l-iżvilupp urban sostenibbli b’mod partikolari bħala parti mill-iżvilupp reġjonali u t-tiġdid taż-żoni rurali u taż-żoni li jiddependu fuq is-sajd permezz tad-diversifikazzjoni ekonomika. L-għajnuna għandha ssostni wkoll dawk iż-żoni milqutin minn żvantaġġi ġeografiċi jew naturali li jkomplu jkabbru l-problemi ta’ żvilupp, b’mod partikolari fir-reġ‐juni l-aktar estremi kif imsemmija fl-Artikolu 299(2) [KE] kif ukoll l-inħawi tat-Tramuntana li għandhom densità baxxa ħafna ta’ popolazzjoni, ċerti gżejjer u Stati Membri gżejjer, u żoni muntanjużi.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Strumenti u missjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, kien jistabbilixxi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Il-Fondi għandhom jikkontribwixxu, kull wieħed skond id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolawh, lejn il-kisba tat-tliet objettivi msemmija fl-Artikolu 3(2) kif ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-objettiv ta’ Konverġenza: il-FEŻR, il-FES u l-Fond ta’ Koeżjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-objettiv ta’ Kompetittività Reġjonali u Impjiegi: il-FEŻR u l-FES;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-objettiv ta’ Koperazzjoni Territorjali Ewropea: il-FEŻR.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 1083/2006, il-baġit tal-Unjoni Ewropea allokat lill-Fondi għandu jiġi implimentat fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 57(1) ta’ dan ir-regolament kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw li operazzjoni li tinkludi investiment fl-infrastruttura jew investiment produttiv tibqa’ żżomm il-kontribuzzjoni mill-Fondi biss jekk dik l-operazzjoni, fi żmien ħames snin qabel it-tlestija tagħha, ma ġġarrabx modifika sostanzjali kkawżat minn bidla fid-dritt ta’ proprjetà ta’ xi element ta’ infrastruttura jew mill-waqfien ta’ xi attività produttiva u li taffettwa n-natura jew il-kondizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni jew tagħti lil xi kumpannija jew korp pubbliku xi vantaġġ mhux dovut.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 70(1) u (2) tal-imsemmi regolament kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="070.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi operattivi b’mod partikolari permezz tal-miżuri li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>li jiżguraw li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-programmi operattivi huma stabbiliti skond l-Artikoli 58 sa 62 u jaħdmu b’mod effettiv;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>li jipprevjenu, jindividwaw u jikkorreġu rregolaritajiet u jirkupraw ammonti li tħallsu indebitament flimkien ma’ l-imgħax fuq ħlasijiet li saru tard fejn ikun il-każ. Huma għandhom jinnotifikawhom lill-Kummissjoni, u jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar il-progress tal-proċedimenti amminstrattivi u legali.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="070.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta ammonti mħallsa indebitament lil benefiċjarju ma jistgħux jiġu rkuprati, l-Istat Membru huwa responsabbli sabiex jirrimborża l-ammonti mitlufa lill-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea, meta jiġi stabbilit li t-telf iġġarrab minħabba tort jew negliġenza tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 80 tal-istess regolament kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw ruħhom li l-korpi responsabbli sabiex jagħmlu l-ħlasijiet jiżguraw li l-benefiċjarji jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni pubblika mill-aktar fis possibbli, u kollu kemm hu. L-ebda ammont m’għandu jitnaqqas jew jinżamm u l-ebda spiża speċifika jew spiża oħra b’effett ekwivalenti m’għandha tiġi imposta li tkun tnaqqas dawn l-ammonti għall-benefiċjarji.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1303/2013</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 152(1) u (2) tar-Regolament Nru 1303/2013:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="152.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament m’għandu jaffettwa la l-kontinwazzjoni u lanqas il-modifika, inkluża l-kanċellazzjoni totali jew parzjali ta’ assistenza approvata mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006, jew ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil‑31 ta’ Diċembru 2013. Dak ir-Regolament jew tali leġiżlazzjoni applikabbli oħra għandhom konsegwentement ikomplu japplikaw wara l‑31 ta’ Diċembru 2013 għal din l-għajnuna jew l-operazzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu l-assistenza għandha tkopri programmi operazzjonali u proġetti kbar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="152.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjonijiet biex wieħed jirċievi assistenza magħmulin jew approvati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006</ALINEA></PARAG><P>għandhom jibqgħu validi.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 153(1) tar-Regolament Nru 1303/2013 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 152, ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa revokat b’effett mill‑1 ta’ Jannar 2014.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 88 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="487" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 487</REF.DOC.OJ>), jipprovdi li dan l-aħħar regolament għandu jkompli japplika għall-operazzjonijiet implimentati skont il-programmi approvati mill-Kummissjoni bis-saħħa tiegħu qabel l‑1 ta’ Jannar 2014.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="549" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 549</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="130" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 130, p. 6</REF.DOC.OJ> u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="327" PAGE.FIRST="83" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 327, p. 83</REF.DOC.OJ>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Ħlief fejn espliċitament previst mod ieħor fil-liġi tal-Unjoni, pagamenti relatati mal-finanzjament imsemmi f’dan ir-Regolament għandhom jiġu żburżati b’mod sħiħ lill-benefiċjarji.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 34(1) u (2) tar-Regolament Nru 1306/2013 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="034.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-approprjazzjonijiet meħtieġa biex jiġi ffinanzjat l-infiq imsemmi fl-Artikolu 5 għandhom isiru disponibbli għall-Istati Membri fl-għamla ta’ prefinanzjament, pagamenti interim u l-pagament ta’ bilanċ, kif deskritt f’din it-Taqsima.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="034.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>It-total konġunt ta’ prefinanzjament u ta’ pagamenti interim ma għandux ikun aktar minn 95 % tal-kontribuzzjoni mill-FAEŻR għal kull programm tal-iżvilupp rurali.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 35(1) ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[w]ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm ta’ żvilupp rurali, ammont inizjali ta’ prefinanzjament għall-perijodu sħiħ tal-ipprogrammar għandu jitħallas mill-Kummissjoni lill-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Skont l-Artikolu 36(2) tal-imsemmi regolament, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti intermedji sabiex tirrimborsa l-infiq magħmul mill-aġenziji tal-ħlas akkreditati għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet. Fir-rigward tal-ħlas tal-bilanċ, l-Artikolu 37(1) u (2) tal-istess regolament jippreċiża li dan għandu jsir mill-Kummissjoni wara li tirċievi l-aħħar rapport annwali ta’ avvanz dwar l-implimentazzjoni ta’ programm tal-iżvilupp rurali. Dan l-Artikolu 37(2) jindika li dan il-ħlas isir mhux iktar tard minn sitt xhur wara li l-Kummissjoni tirċievi ċerta informazzjoni u dokumenti msemmija fl-imsemmi Artikolu 37(1) u l-approvazzjoni tal-aħħar kont annwali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu 54 tar-Regolament Nru 1306/2013 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="054.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għal kwalunkwe pagament mhux dovut wara li sseħħ xi irregolarità jew negliġenza, l-Istati Membri għandhom jitolbu rkupru mingħand il-benefiċjarju fi żmien 18-il xahar wara l-approvazzjoni minn u, fejn ikun applikabbli, il-wasla għand l-aġenzija tal-pagamenti jew il-korp responsabbli għall-irkupru, ta’ rapport ta’ kontroll jew dokument simili, b’dikjarazzjoni li tkun seħħet irregolarità. L-ammonti korrispondenti għandhom jiġu reġistrati, fil-mument tat-talba għal irkupru, fil-ktieb tad-debituri tal-aġenzija tal-pagamenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="054.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ma jsirx irkupru fi żmien erba’ snin mid-data tat-talba għal irkupru, jew fi żmien tmien snin fejn l-irkupru jinkiseb permezz tal-qrati nazzjonali, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas ta’ rkupru għandu jġarrabhom l-Istat Membru konċernat u 50 % għandhom jiġu koperti mill-baġit tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li l-Istat Membru konċernat għandu jsegwi proċeduri ta’ rkupru b’konformità mal-Artikolu 58.</ALINEA><ALINEA>Fejn, fil-kuntest tal-proċedura ta’ rkupru, jiġi rreġistrat in-nuqqas ta’ kwalunkwe irregolarità permezz ta’ strument amministrattiv jew legali ta’ natura aħħarija, l-Istat Membru konċernat għandu jiddikjara bħala nfiq dovut lill-Fondi l-piż finanzjarju li huwa jkollu jagħmel tajjeb għalih skont l-ewwel subparagrafu.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, jekk, għal raġunijiet li ma jistgħux jiġu attribwiti lill-Istat Membru konċernat, ma jkunx possibbli li l-irkupru jseħħ sal-iskadenza speċifikata fl-ewwel subparagrafu u jekk lammont li jrid jiġi rkuprat jaqbeż il-EUR 1 miljun, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru, testendi l-iskadenza b’perjodu li ma jkunx itwal min-nofs il-perjodu oriġinali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="054.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għal raġunijiet ġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux irkupru. Deċiżjoni b’dan l-effett tista’ tittieħed biss fil-każijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk l-ispejjeż diġà magħmula u li x’aktarx ikunu magħmula jlaħħqu aktar mill-ammont li jkollu jiġi rkuprat, liema kondizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfatta</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>l-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju fil-kuntest ta’ pagament individwali għal skema ta’ għajnuna jew miżura ta’ appoġġ, mingħajr l-imgħax, ma jaqbiżx EUR 100; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>l-ammont li għandu jiġi rkuprat mill-benefiċjarju fil-kuntest ta’ pagament individwali għal skema ta’ għajnuna jew miżura ta’ appoġġ, mingħajr l-imgħax, ikun bejn EUR 100 EUR u EUR 150 u l-Istat Membru konċernat japplika limitu daqs jew ogħla mill-ammont li għandu jiġi rkuprat skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex ma jiġux imfittxija djun nazzjonali.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jekk l-irkupru jirriżulta impossibbli minħabba l-insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew il-persuni legalment responsabbli mill-irregolarità.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fejn id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tittieħed qabel ma l-ammont dovut ikun ġie soġġett għar-regoli msemmija fil-paragrafu 2, il-konsegwenza finanzjarja ta’ nuqqas ta’ rkupru għandha tkun imġarrba mill-baġit tal-Unjoni.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="054.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom idaħħlu fil-kontijiet annwali li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni skont il-punt (c)(iv) tal-Artikolu 102(1) l-ammonti li jkollhom jagħmlu tajjeb għalihom huma skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tara li dan ikun sar u tagħmel kwalunkwe aġġustament meħtieġ wara l-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 51.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="9"?><PARAG IDENTIFIER="054.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Kummissjoni tista’, kemm-il darba l-proċedura stipulata fl-Artikolu 52(3) tkun ġiet segwita, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jeskludu minn finanzjament mill-Unjoni somom a karigu tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-każijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jekk l-Istat Membru ma jkunx ħares il-limiti ta’ żmien imsemmija fil-paragrafu 1;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jekk hi tqis li d-deċiżjoni meħuda mill-Istat Membru li ma jfittixx l-irkupru skont il-paragrafu 3 mhijiex ġustifikata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jekk hi tqis li l-irregolarità jew in-nuqqas ta’ rkupru jkunu rriżultat ta’ irregolarità jew negliġenza attribwibbli lill-awtoritajiet amministrattivi jew lil korp uffiċjali ieħor tal-Istat Membru.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 116(2).<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 56 ta’ dan ir-regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>L-Istati Membri għandhom jagħmlu aġġustamenti finanzjarji fejn jinkixfu irregolaritajiet jew negliġenza f’operazzjonijiet jew fi programmi ta’ żvilupp rurali billi jikkanċellaw għal kollox jew parzjalment il-finanzjament mill-Unjoni konċernat. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura u l-gravità tal-irregolaritajiet skoperti u l-livell tat-telf finanzjarju għall-FAEŻR.</ALINEA><ALINEA>Ammonti ta’ finanzjament mill-Unjoni mill-FAEŻR li jkunu kkanċellati u ammonti rkuprati, kif ukoll l-imgħaxijiet fuqhom, għandhom jiġu riallokati għall-programm konċernat. Madankollu, il-fondi tal-Unjoni kanċellati jew irkuprati ma jistgħux jerġgħu jintużaw mill-Istati Membri ħlief għal operazzjoni taħt l-istess programm ta’ żvilupp rurali u bil-kondizzjoni li l-fondi ma jiġux riallokati għal operazzjonijiet li kienu s-suġġett ta’ aġġustament finanzjarju. Wara l-għeluq ta’ programm ta’ żvilupp rurali, l-Istat Membru għandu jagħti lura s-somom irkuprati lill-baġit tal-Unjoni.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 58(1)(e) tal-imsemmi regolament jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>L-Istati Membri għandhom jadottaw, fil-qafas tal-PAK, id-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji u amministrattivi kollha u jieħdu kwalunkwe miżura oħra meħtieġa biex jiżguraw protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, partikolarment biex:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>jirkupraw pagamenti mhux dovuti flimkien mal-imgħaxijiet, u jressqu proċediment legali għal dak il-għan, kif meħtieġ.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt Pollakk</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 61 tal-ustawa z dnia 28 lutego 2003 r. – Prawo upadłościowe (il-Liġi dwar id-Dritt għall-Falliment, tat‑28 ta’ Frar 2003) (Dz. U. tal-2020, Nru 60, intestatura 1228, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>u.p.u.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Mid-data tad-dikjarazzjoni ta’ falliment, il-patrimonju tal-fallut isir il-massa fallimentari, li sservi sabiex jitħallsu l-kredituri tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 63(1) tal-u.p.u., ma jidħolx fil-massa fallimentari kull oġġett eskluż mill-eżekuzzjoni furzata skont id-dispożizzjonijiet tal-ustawa z dnia <DATE ISO="19641117">17 listopada 1964 r.</DATE> – Kodeks postępowania cywilnego (il-Liġi dwar il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, tas‑17 ta’ Novembru 1964) (Dz. U. tal‑2020, intestatura 1575, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-Artikolu 70 tal-u.p.u. jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>L-oġġetti li ma jappartjenux għall-patrimonju tal-fallut huma esklużi mill-massa fallimentari.<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-punt 2a tal-Artikolu 831(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Ma jistgħux ikunu is-suġġett ta’ eżekuzzjoni furzata:</P><P>[…]</P><P>2a) il-fondi li ġejjin minn programmi ffinanzjati bil-kontribuzzjoni mill-fondi msemmija fil-punti 2 u 3 tal-Artikolu 5(1) tal-ustawa z dnia 27 sierpnia 2009 r. o finansach publicznych (il-Liġi dwar il-Finanzi Pubbliċi, tas‑27 ta’ Awwissu 2009) (Dz. U. tal‑2019, intestatura 869, hekk kif immodifikata), imħallsa bil-quddiem, ħlief jekk il-kreditu li huwa s-suġġett tal-miżura ta’ eżekuzzjoni joriġina mill-implimentazzjoni tal-proġett li għalih kienu intiżi dawn il-fondi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-punti 2, 2a u 3 tal-Artikolu 5(1) tal-Liġi dwar il-Finanzi Pubbliċi jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Huma kkunsidrati bħala fondi pubbliċi:</P><P>[…]</P><P>2) il-fondi li joriġinaw mill-baġit tal-Unjoni Ewropea u l-fondi mhux rimborsabbli mħallsa abbażi ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA);</P><P>2a) il-fondi msemmija fl-Artikolu 3b tal-ustawa z dnia 6 grudnia 2006 r. o zasadach prowadzenia polityki rozwoju (il-Liġi dwar il-prinċipji li jirregolaw il-Politika tal-Iżvilupp, tas‑6 ta’ Diċembru 2006) (Dz. U. tal‑2018, intestaturi 1307 u 1669);</P><P>3) il-fondi mhux rimborsabbli li ġejjin minn sorsi barranin, minbarra dawk imsemmija fil-punt 2<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-komun ibbenefika, abbażi ta’ tliet ftehimiet ta’ sussidju (iktar ’il quddiem, flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>ftehimiet ta’ sussidju<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>) li huwa kien ikkonkluda mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mill-fondi rċevuti minn dawn l-awtoritajiet għall-finijiet tat-twettiq ta’ proġetti kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>L-ewwel ftehim ta’ sussidju ġie konkluż fis‑26 ta’ Mejju 2014 sabiex jiġi ffinanzjat proġett fil-kuntest tal-programm operattiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Ekonomija innovattiva<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, għall-perijodu 2007–2013, imwettaq bl-appoġġ tal-FEŻR. L-ispiża totali eliġibbli ta’ dan il-proġett kienet tammonta għal PLN <FT TYPE="NUMBER">1014473</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">210000</FT>) u setgħet tiġi kkofinanzjata sa 85 % mill-baġit tal-Unjoni. Minn dan il-ftehim jirriżulta, minn naħa, li l-kontribuzzjoni pubblika kellha tingħata fil-forma ta’ rimbors tal-ispejjeż eliġibbli sostnuti u/jew fil-forma ta’ antiċipi, u, min-naħa l-oħra, li l-benefiċjarju kellu<?PAGE NO="11"?> jiżgura l-implimentazzjoni kif ukoll il-permanenza tal-imsemmi proġett matul il-perijodu ta’ ħames snin previst fl-Artikolu 57 tar-Regolament Nru 1083/2006 u kien obbligat jirrimborsa l-fondi f’ċerti sitwazzjonijiet, bħal dak ta’ użu abbużiv tal-fondi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>It-tieni ftehim ta’ sussidju, konkluż fit‑28 ta’ Awwissu 2014, kien jirrigwarda l-finanzjament ta’ proġett taħt l-azzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Servizzi bażiċi għall-ekonomija u l-popolazzjoni rurali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fil-kuntest tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2007–2013, sostnut mill-FAEŻR. Il-komun kiseb għajnuna ta’ PLN <FT TYPE="NUMBER">2335084</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">480000</FT>), fil-limitu massimu ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli sostnuti għall-finijiet tat-twettiq ta’ dan il-proġett. Bħall-ewwel ftehim, it-tieni ftehim kien jimponi fuq il-benefiċjarju obbligu ta’ rimbors tal-fondi f’ċerti sitwazzjonijiet u kien jinkludi dispożizzjonijiet intiżi sabiex jiżguraw is-sostenibbiltà tal-imsemmi proġett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Dispożizzjonijiet simili kienu previsti mit-tielet ftehim ta’ sussidju, konkluż fit‑8 ta’ Settembru 2014, li kien jirrigwarda l-finanzjament ta’ proġett fil-kuntest tal-programm operattiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Infrastruttura u Ambjent<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, għall-perijodu 2007–2013, sostnut mill-Fond ta’ Koeżjoni. L-ispiża totali eliġibbli ta’ dan il-proġett kienet tammonta għal PLN <FT TYPE="NUMBER">5107</FT> 639.40 (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1000000</FT>). Din is-somma kellha titħallas lill-benefiċjarju fil-forma ta’ antiċipi, segwiti minn pagamenti intermedji u minn pagament finali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Is-somom kollha mħallsa lill-komun mill-awtoritajiet nazzjonali skont il-ftehimiet ta’ sussidju ġew iddepożitati fuq kontijiet li huwa kellu mal-iSpółdzielczy Bank Rzemiosła i Rolnictwa w Wołominie (bank kooperattiv tal-artiġjanat u tal-agrikoltura, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>bank<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tat‑30 ta’ Diċembru 2015, il-bank kien is-suġġett ta’ dikjarazzjoni ta’ falliment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-komun talab lill-imħallef-superviżorju sabiex jeskludi s-somom li huwa kien irċieva fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-ftehimiet ta’ sussidju tal-massa fallimentari tal-bank, iżda r-rikors tiegħu ġie miċħud permezz ta’ digriet tat‑18 ta’ Marzu 2016. Il-komun għalhekk ippreżenta rikors intiż sabiex jikseb din l-esklużjoni quddiem is-Sąd Rejonowy dla m. st. Warszawy w Warszawie (il-Qorti Distrettwali tal-Belt ta’ Varsavja, il-Polonja). Dan ir-rikors ġie miċħud permezz ta’ sentenza tat‑8 ta’ Frar 2017. Peress li s-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Qorti Reġjonali ta’ Varsavja, il-Polonja) ċaħdet, permezz ta’ sentenza tas‑7 ta’ Frar 2018, l-appell ippreżentat mill-komun kontra din l-aħħar sentenza, dan appella fil-kassazzjoni quddiem is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema, il-Polonja), il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Din tal-aħħar tistaqsi dwar l-eżitu tas-somom imsemmija fil-punt 35 ta’ din is-sentenza. B’mod partikolari, hija tqajjem il-kwistjoni tal-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li tali somom, li joriġinaw mill-baġit tal-Unjoni, ma humiex esklużi mill-massa fallimentari tal-bank li miegħu ġew iddepożitati, peress li din il-leġiżlazzjoni għandha l-effett li tippreġudika t-twettiq tal-għanijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva, fl-ewwel lok, li, minħabba d-depożitu tagħhom f’wieħed mill-kontijiet kurrenti tal-bank, is-somom imsemmija fil-punt 35 ta’ din is-sentenza saru l-proprjetà tiegħu u, minħabba f’hekk, daħlu leġittimament fil-massa fallimentari ta’ dan il-bank sabiex jitħallsu lill-kredituri ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Ċertament, skont is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), mill-Artikolu 63 tal-u.p.u, mill-Artikolu 831(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili kif ukoll mill-punti 2 u 3 tal-Artikolu 5(1) tal-Liġi dwar il-Finanzi Pubbliċi jirriżulta li s-somom li ġejjin minn fondi pubbliċi, inklużi dawk li joriġinaw mill-baġit tal-Unjoni, ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni furzata.<?PAGE NO="12"?> Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma humiex applikabbli għall-kawża prinċipali. Fil-fatt, huwa paċifiku, fid-duttrina u fil-ġurisprudenza Pollakka, li l-esklużjoni prevista mill-imsemmija dispożizzjonijiet tapplika biss fil-każ fejn il-fallut huwa l-benefiċjarju tal-fondi inkwistjoni. Issa, f’dan il-każ, il-benefiċjarju ma kienx il-bank, iżda l-komun. Konsegwentement, skont l-imsemmija qorti, sabiex jiġi evitat il-qbid tal-fondi kkonċernati, il-komun kellu jżommhom mingħajr ma jħallashom lill-bank, li madankollu ma kienx awtorizzat mill-ftehimiet ta’ sussidju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tindika li l-komun segwa l-proċedura prevista mid-dritt Pollakk, b’mod partikolari fl-Artikolu 70 tal-u.p.u., sabiex jikseb l-esklużjoni mill-massa fallimentari ta’ oġġetti li, skont din l-awtorità lokali, ma kinux jappartjenu lill-fallut. Madankollu, ir-rikors ippreżentat mill-komun f’dan ir-rigward ma ntlaqax, minħabba li l-bank kien sar proprjetarju tal-fondi ddepożitati mill-benefiċjarju, b’tali mod li dan l-Artikolu 70 ma japplikax għall-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, il-komun jagħmel parti mill-kredituri tal-bank, peress li l-krediti tiegħu huma rrappreżentati mis-somom li tħallsu lilu skont il-ftehimiet ta’ sussidju. Sabiex jipprova jirkupra dawn is-somom, il-komun għandu għalhekk jiddikjara lill-massa fallimentari tal-bank il-kreditu li huwa għandu fuq l-imsemmija somom. Madankollu, bl-ebda mod ma huwa ggarantit li dan it-tentattiv ta’ rkupru jirnexxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Skont is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema), impossibbiltà eventwali li jiġu rkuprati s-somom inkwistjoni tikkostitwixxi ksur tal-Artikoli 57 u 80 tar-Regolament Nru 1083/2006. Fil-fatt, tali impossibbiltà ma tippermettix li jintlaħaq l-għan segwit mill-ftehimiet ta’ sussidju, jiġifieri li jikkofinanzjaw u għalhekk jirrendu possibbli proġetti ta’ investiment speċifiċi. Barra minn hekk, nuqqas ta’ assenjazzjoni ta’ dawn is-sommom għall-finijiet previsti minn dawn il-ftehimiet jikser dawn il-ftehimiet u jista’ jwassal għall-obbligu tal-benefiċjarju tal-imsemmija sommom li jirrimborsahom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>Ir-[Regolament Nru 1083/2006], u b’mod partikolari l-punt 5 tal-Artikolu 2, l-Artikoli 3, 4, 57(1), 70 u 80 tiegħu, u r-regolament attwali, jiġifieri r-[Regolament Nru 1303/2013], u b’mod partikolari l-punt 15 tal-Artikolu 2 u l-Artikoli 37(1), 66, 67(1), 74(1) u 89(1) tiegħu, għandhom jiġu intepretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi lil entità, li tkun irċeviet fondi li joriġinaw mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, milli tadixxi qorti b’mod effettiv sabiex dawn il-fondi jiġu esklużi mill-massa fallimentari, jekk dawn ikunu tħallsu lejn kont tal-bank miżmum f’bank li sussegwentement ġie ddikjarat fallut, jew leġiżlazzjoni nazzjonali li ma teskludix tali fondi mill-massa fallimentari tal-bank fallut?<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it‑talba għal proċedura mħaffa</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju talbet li dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari jkun suġġett għal proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 105 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, din il-qorti tar-rinviju tinvoka n-natura tal-proċedura ta’ falliment, l-għan li l-kredituri jitħallsu fl-iqsar żmien possibbli u li b’hekk tingħalaq il-proċedura ta’ falliment tal-bank.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>L-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura jipprevedi li, meta n-natura tal-kawża teżiġi li tiġi ttrattata f’qasir żmien, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’, fuq talba tal-qorti tar-rinviju jew, f’każijiet eċċezzjonali, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, u wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jiddeċiedi li r-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandu jiġi suġġett għal proċedura mħaffa li tidderoga mid-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li din il-proċedura mħaffa tikkostitwixxi strument proċedurali intiż li jissodisfa sitwazzjoni ta’ urġenza straordinarja (sentenza tat‑28 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Phoenix Contact</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑44/21</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:309">EU:C:2022:309</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan il-każ, permezz ta’ deċiżjoni tad-9 ta’ Frar 2021, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, wara li nstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, ċaħad it-talba intiża għall-issuġġettar ta’ din il-kawża għal proċedura mħaffa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, minn naħa, fir-rigward tal-għan li l-kredituri jitħallsu fl-iqsar żmien possibbli u li tingħalaq b’hekk malajr il-proċedura ta’ falliment inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li r-rekwiżit tat-trattament ta’ kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja f’termini qosra ma jistax jirriżulta mis-sempliċi fatt li l-qorti tar-rinviju hija obbligata tiżgura riżoluzzjoni rapida tat-tilwima (sentenza tat‑28 ta’ April 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Caruter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑642/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:308">EU:C:2022:308</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, f’dan il-każ, il-qorti tar-rinviju sempliċement sostniet li l-użu tal-proċedura mħaffa kien iġġustifikat bin-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>natura<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tal-proċedura ta’ falliment, mingħajr ma spjegat kif din in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>natura<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> teżiġi, fiha nnifisha, trattament ta’ din il-kawża f’termini qosra, fis-sens tal-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura. Fi kwalunkwe każ, in-natura ekonomikament jew soċjalment sensittiva ta’ kawża, anki jekk jitqies li hija stabbilita, ma timplikax, waħedha, in-neċessità ta’ trattament fl-iqsar żmien possibbli (ara, f’dan is-sens, is‑sentenza tal‑10 ta’ Marzu 2022, Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (Assigurazzjoni għall-Mard Komprensiva), <REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑247/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:177">EU:C:2022:177</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l<HT TYPE="SUP">‑</HT>ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Ir-Rzecznik Praw Obywatelskich (l-Ombudsman, il-Polonja) iqis li din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli, minħabba li l-korp tar-rinviju, kompost minn persuni maħtura bi ksur tad-dritt nazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni, ma jistax jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-ewwel, tali ksur tad-dritt nazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni fil-proċedura ta’ ħatra ta’ persuni li jifformaw il-qorti tar-rinviju ma jippermettix li jitqies li dan il-korp jissodisfa l-kriterju li qorti għandha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>stabbilita mil-liġi<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>It-tieni, l-Ombudsman isostni li l-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi legali u fattwali kollha marbuta mal-proċess ta’ ħatra ta’ persuni msemmija fil-punt 52 ta’ din is-sentenza ma tippermettix li jiġi eskluż kull dubju leġittimu dwar l-indipendenza u l-imparzjalità ta’ dan il-korp.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>It-tielet, l-Ombudsman jirrileva li waħda mill-persuni li jifformaw l-Awla tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) li adixxiet lill-Qorti tal-Ġustizzja b’din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija l-Imħallef, bħala Imħallef uniku, li kien adixxa lill-Qorti tal-Ġustizzja bil-kawża li tat lok<?PAGE NO="14"?> għas-sentenza tad‑29 ta’ Marzu 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Getin Noble Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑132/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:235">EU:C:2022:235</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u li, fir-rigward ta’ din il-persuna, huwa kien diġà esprima, fil-kuntest ta’ dik il-kawża, id-dubji tiegħu dwar il-fatt li hija tissodisfa r-rekwiżiti li jippermettu li titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiġi evalwat jekk l-organu ta’ rinviju inkwistjoni għandux in-natura ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>qorti jew tribunal<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> fis-sens ta’ dan l-Artikolu 267, kwistjoni li taqa’ unikament taħt id-dritt tal-Unjoni, u għaldaqstant sabiex jiġi evalwat jekk it-talba għal deċiżjoni preliminari hijiex ammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu inkunsiderazzjoni numru ta’ elementi, bħalma huma, fost l-oħrajn, l-oriġini legali ta’ dan l-organu, in-natura permanenti tiegħu, in-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tiegħu, in-natura kontradittorja tal-proċedura tiegħu, l-applikazzjoni, mill-imsemmi organu, tar-regoli tad-dritt kif ukoll l-indipendenza tiegħu (sentenza tad‑29 ta’ Marzu 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Getin Noble Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:235">EU:C:2022:235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Ma huwiex ikkontestat li s-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) bħala tali, tissodisfa r-rekwiżiti mfakkra fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza. F’dan il-każ, l-Ombudsman iqajjem pjuttost il-kwistjoni dwar jekk l-Imħallfin li jifformaw il-kulleġġ ġudikanti tas-Sąd Najwyższy (il-Qorti Suprema) li għamlet din it-talba għal deċiżjoni preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja, jissodisfawx dawn ir-rekwiżiti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 69 tas-sentenza tad‑29 ta’ Marzu 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Getin Noble Bank</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑132/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:235">EU:C:2022:235</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u għar-raġunijiet elenkati fil-punti 70 u 71 tal-imsemmija sentenza, sa fejn talba għal deċiżjoni preliminari toriġina minn qorti nazzjonali, għandu jiġi preżunt li din tissodisfa dawn ir-rekwiżiti, imfakkra fil-punt 56 ta’ din is-sentenza, indipendentement mill-kompożizzjoni konkreta tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Ċertament, il-preżunzjoni esposta fil-punt preċedenti ta’ din is-sentenza tista’ tiġi kkonfutata meta deċiżjoni ġudizzjarja definittiva mogħtija minn qorti nazzjonali jew internazzjonali twassal sabiex jitqies li l-imħallef jew l-imħallfin li jikkostitwixxu l-qorti tar-rinviju ma għandhomx il-kwalità ta’ qorti indipendenti, imparzjali u stabbilita minn qabel bil-liġi, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE,</TXT><P>moqri fid-dawl tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑29 ta’ Marzu 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Getin Noble Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:235">EU:C:2022:235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, peress li ma nġabitx għall-attenzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, la fi tmiem tal-fażi bil-miktub tal-proċedura u lanqas, barra minn hekk, waqt is-smigħ tal-kawża, li l-imħallfin li jikkostitwixxu l-kulleġġ ġudikanti tar-rinviju kienu s-suġġett ta’ tali deċiżjoni ġudizzjarja finali, kwalunkwe difetti li setgħu kkontaminaw il-proċedura nazzjonali għall-ħatra tagħhom mhumiex probabbli li jwasslu għall-inammissibbiltà ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi mfakkar li l-preżunzjoni msemmija fil-punt 58 ta’ din is-sentenza tapplika biss għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà ta’ talbiet għal deċiżjoni preliminari, fil-kuntest tal-Artikolu 267 TFUE. Minn dan ma jistax jiġi dedott li l-kundizzjonijiet għall-ħatra tal-imħallfin li jifformaw il-qorti tar-rinviju neċessarjament jippermettu li jiġu ssodisfatti l-garanziji ta’ aċċess għal qorti indipendenti, imparzjali u stabbilita minn qabel bil-liġi, fis-sens<?PAGE NO="15"?> tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE jew tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑29 ta’ Marzu 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Getin Noble Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:235">EU:C:2022:235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fl-aħħar, għandu jiġi speċifikat li evalwazzjoni differenti minn dik li tirriżulta mill-punti 57 sa 61 ta’ din is-sentenza tista’ tkun neċessarja f’ċirkustanzi li fihom, lil hinn mis-sitwazzjoni personali tal-imħallef jew tal-imħallfin li formalment jippreżentaw talba skont l-Artikolu 267 TFUE, elementi oħra kellu jkollhom riperkussjonijiet fuq il-funzjonament tal-qorti tar-rinviju li dawn l-imħallfin jagħmlu parti minnha u b’hekk jikkontribwixxu sabiex jiġu ppreġudikati l-indipendenza u l-imparzjalità ta’ din il-qorti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑29 ta’ Marzu 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Getin Noble Bank</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:235">EU:C:2022:235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li din it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il‑mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni, minn naħa, tar-Regolament Nru 1083/2006 u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament Nru 1303/2013, li ħassar u ssostitwixxa dan ir-Regolament Nru 1083/2006, u hija intiża sabiex tkun taf jekk dawn ir-regolamenti jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li s-somom, li joriġinaw mill-baġit tal-Unjoni, riċevuti minn benefiċjarju ta’ programmi kofinanzjati minnha, ma jistgħux, fil-każ ta’ falliment tal-bank li miegħu jkunu ġew iddepożitati, jiġu esklużi mill-massa fallimentari tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Madankollu, mill-informazzjoni li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja, fl-ewwel lok, jirriżulta li, filwaqt li l-ewwel u t-tielet ftehimiet ta’ sussidju jirrigwardaw proġetti sostnuti, rispettivament, mill-FEŻR u mill-Fond ta’ Koeżjoni, li huma għalhekk b’mod partikolari rregolati mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1083/2006, imħassar u ssostitwit bir-Regolament Nru 1303/2013, it-tieni ftehim ta’ sussidju jirrigwarda programm tal-iżvilupp rurali sostnut mill-FEŻR, b’mod partikolari rregolat mir-Regolament Nru 1698/2005, imħassar u ssostitwit bir-Regolament Nru 1305/2013, kif ukoll bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="209" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 209, p. 1</REF.DOC.OJ>), imħassar u ssostitwit bir-Regolament Nru 1306/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, anki jekk il-ftehimiet ta’ sussidju ġew iffirmati wara t-tħassir tar-Regolamenti Nru 1083/2006 u Nru 1698/2005, fis-seħħ mill‑1 ta’ Jannar 2014, dawn jibqgħu suġġetti, skont rispettivament l-Artikolu 152 tar-Regolament Nru 1303/2013 u l-Artikolu 88 tar-Regolament Nru 1305/2013, għad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti Nru 1083/2006 u Nru 1698/2005, peress li, skont l-indikazzjonijiet li jinsabu fid-deċiżjoni tar-rinviju, il-proġetti li huma s-suġġett ta’ dawn il-ftehimiet jikkonċernaw il-perijodu 2007–2013 u ġew approvati abbażi tal-imsemmija Regolamenti Nru 1083/2006 u Nru 1698/2005. Barra minn hekk, sa fejn ir-Regolament Nru 1306/2013 ma jinkludix dispożizzjoni tranżitorja bħall-Artikolu 88 tar-Regolament Nru 1305/2013 u sa fejn, skont l-Artikoli 119 u 121 tar-Regolament Nru 1306/2013, ir-Regolament Nru 1290/2005 huwa mħassar mill‑1 ta’ Jannar 2014, it-tieni ftehim ta’ sussidju huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Nru 1306/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt 5 tal-Artikolu 2, kif ukoll l-Artikoli 3, 4, 57, 70 u 80 tar-Regolament Nru 1083/2006, l-Artikoli 11, 54, 56 u 58 tar-Regolament Nru 1306/2013 kif ukoll l-Artikolu 2(i),<?PAGE NO="16"?> l-Artikoli 3 u 4 kif ukoll l-Artikolu 72(1) tar-Regolament Nru 1698/2005 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, minn naħa, ma tippermettix lil entità li tkun irċeviet fondi f’kuntest ta’ programmi kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, fejn dawn ikunu tħallsu f’kont miżmum minn bank li sussegwentement ġie ddikjarat fallut, biex tikseb l-esklużjoni ta’ dawn il-fondi mill-massa fallimentari ta’ dan il-bank u, min-naħa l-oħra, ma jipprovdix li ma jiġux esklużi dawk il-fondi minn din il-massa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li l-assi li joħorġu mill-baġit tal-Unjoni u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri taħt il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni ma jistgħux jitqiesu, ladarba jitħallsu, bħala assi tal-Unjoni, fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-Protokoll (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑30 ta’ Mejju 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dell’Acqua</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:344">EU:C:2018:344</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn naħa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fir-rigward tar-Regolament Nru 1083/2006, li l-pagamenti imwettqa mill-Kummissjoni lill-Istati Membri, abbażi tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni, jimplikaw trasferiment ta’ assi tal-baġit tal-Unjoni lejn il-baġits tal-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑30 ta’ Mejju 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Dell’Acqua</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑370/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:344">EU:C:2018:344</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-Artikoli 34 sa 37 tar-Regolament Nru 1306/2013 jirriżulta li l-pagamenti mwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-programmi tal-iżvilupp rurali sostnuti mill-FEŻR jimplikaw, huma wkoll, trasferiment ta’ assi bejn il-baġit tal-Unjoni u dawk tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, f’dan il-każ, li s-somom riċevuti mill-komun skont il-ftehimiet ta’ sussidju, imbagħad iddepożitati mal-bank, ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala assi tal-Unjoni, fis-sens tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 1 tal-Protokoll, li jiġġustifikaw li dawn ma jistgħu jkunu s-suġġett ta’ ebda miżura ta’ restrizzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja mingħajr awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li ebda waħda mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 67 ta’ din is-sentenza ma timponi fuq l-Istati Membri obbligu li jadottaw dispożizzjonijiet nazzjonali li jippermettu l-esklużjoni tas-somom mill-massa fallimentari ta’ bank, għas-sempliċi raġuni li dawn is-somom ġew iddepożitati għand dan il-bank minn benefiċjarju ta’ programm ikkofinanzjat mill-baġit tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>L-ewwel, fir-rigward tal-Artikolu 57(1) tar-Regolament Nru 1083/2006, li l-kontenut tiegħu huwa ekwivalenti, essenzjalment, għal dak tal-Artikolu 72(1) tar-Regolament Nru 1698/2005, għandu jiġi kkonstatat li, essenzjalment, mill-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-Istat Membru jew l-awtorità ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjoni tal-Fond ikkonċernat tibqa’ titgawda minn operazzjoni kkofinanzjata biss jekk, f’terminu ta’ ħames snin mit-twettiq tagħha, din l-operazzjoni ma tkunx suġġetta għal bidla sostanzjali, minn naħa, li taffettwa n-natura jew il-kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha u, min-naħa l-oħra, li tirriżulta jew f’bidla fin-natura ta’ appartenenza ta’ element ta’ infrastruttura, jew mill-waqfien ta’ attività ta’ produzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Issa, l-eżistenza tal-obbligu msemmi fil-punt 72 ta’ din is-sentenza ma jirriżultax minn dan l-Artikolu 57, u lanqas minn dan l-Artikolu 72(1).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>It-tieni, għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 70 tar-Regolament Nru 1083/2006, li l-kontenut tiegħu jekwivali, essenzjalment, għal dak tal-Artikoli 54, 56 u 58 tar-Regolament Nru 1306/2013, dan jimponi b’mod partikolari fuq l-Istati Membri obbligu ta’ rimbors tal-ammonti mitlufa mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, meta jiġi stabbilit li t-telf jirriżulta minn nuqqas tagħhom jew negliġenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Issa, l-eżistenza tal-obbligu msemmi fil-punt 72 ta’ din is-sentenza ma jirriżultax mill-kliem ta’ dan l-Artikolu 70, u lanqas minn dawk tal-Artikoli 54, 56 u 58 tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bl-ebda mod ma ġie allegat li r-Repubblika tal-Polonja wettqet nuqqas jew negliġenza fil-ġestjoni jew fil-kontroll tal-programmi operattivi inkwistjoni, li jiġġustifikaw applikazzjoni eventwali tal-imsemmi Artikolu 70.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>It-tielet, fir-rigward tal-Artikolu 80 tar-Regolament Nru 1083/2006, li huwa ekwivalenti għall-Artikolu 11 tar-Regolament Nru 1306/2013, minkejja li mill-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta, essenzjalment, li l-benefiċjarji ta’ kontribuzzjoni pubblika għandhom jirċevuha kollha kemm hi, xorta jibqa’ l-fatt li l-imsemmija dispożizzjonijiet ma jimponux, fihom infushom, fuq l-Istati Membri l-obbligu previst fil-punt 72 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Mill-kumplament, mill-konstatazzjonijiet fattwali magħmula mill-qorti tar-rinviju u mfakkra fil-punt 35 ta’ din is-sentenza jirriżulta li s-somom inkwistjoni effettivament tħallsu lill-komun mill-awtoritajiet nazzjonali skont il-ftehimiet ta’ sussidju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Ir-raba’, għandu jiġi rrilevat li l-obbligu msemmi fil-punt 72 ta’ din is-sentenza la jirriżulta mill-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Nru 1083/2006 u lanqas mill-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Nru 1698/2005. Fil-fatt, dawn l-artikoli jillimitaw ruħhom li jistabbilixxu, f’termini ġenerali, l-għanijiet, l-istrumenti u l-missjonijiet tal-fondi msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1083/2006 kif ukoll il-missjonijiet u l-għanijiet tal-FEŻR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fl-aħħar, il-ħames, għandu jiġi rrilevat li dan l-obbligu lanqas ma jirriżulta mill-Artikolu 2(5) tar-Regolament Nru 1083/2006 u lanqas mill-Artikolu 2(i) tar-Regolament Nru 1698/2005, li sempliċement jiddefinixxu l-kunċett ta’ nfiq pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Ċertament, kif tirrileva, essenzjalment, il-qorti tar-rinviju, impossibbiltà eventwali li jiġu rkuprati s-somom inkwistjoni tista’ tostakola, f’ċerti każijiet, it-twettiq tal-għan imfittex mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli, jew saħansitra twassal għall-obbligu, tal-benefiċjarju ta’ dawn is-somom, li jirrimborsahom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Madankollu, dawn iċ-ċirkustanzi ma jistgħux jiġġustifikaw interpretazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni li tkun inkompatibbli mal-kliem tagħha. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma jistax ikollha r-riżultat li ċċaħħad lill-formulazzjoni ċara u preċiża ta’ din id-dispożizzjoni minn kull effett utli. Għalhekk, meta s-sens ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni jirriżulta mingħajr ambigwità mill-formulazzjoni stess tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax titbiegħed minn din l-interpretazzjoni (sentenza tal‑25 ta’ Jannar 2022, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>VYSOČINA WIND</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑181/20</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:51">EU:C:2022:51</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fl-aħħar, għandu jiġi ppreċiżat li l-assenza, jekk ikun il-każ, fid-dritt tal-Unjoni, tal-obbligu msemmi fil-punt 72 ta’ din is-sentenza huwa bla ħsara għall-possibbiltà eventwali li jiġu esklużi, skont id-dritt Pollakk, is-somom inkwistjoni mill-massa fallimentari tal-bank.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-punt 5 tal-Artikolu 2, kif ukoll l-Artikoli 3, 4, 57, 70 u 80 tar-Regolament Nru 1083/2006, l-Artikoli 11, 54, 56 u 58 tar-Regolament Nru 1306/2013 kif ukoll l-Artikolu 2(i), l-Artikoli 3 u 4 kif ukoll l-Artikolu 72(1) tar-Regolament Nru 1698/2005 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, minn naħa, ma tippermettix lil entità li tkun irċeviet fondi f’kuntest ta’ programmi kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, fejn dawn ikunu tħallsu f’kont miżmum minn bank li sussegwentement ġie ddikjarat fallut, biex tikseb l-esklużjoni ta’ dawn il-fondi mill-massa fallimentari ta’ dan il-bank u, min-naħa l-oħra, ma jipprovdix li ma jiġux esklużi dawk il-fondi minn din il-massa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt 5 tal-Artikolu 2, kif ukoll l-Artikoli 3, 4, 57, 70 u 80 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal‑11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 423/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Mejju 2012, l-Artikoli 11, 54, 56 u 58 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008, kif ukoll l-Artikolu 2(i), l-Artikoli 3 u 4 kif ukoll l-Artikolu 72(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal‑20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">għandhom jiġu interpretati fis-sens li:</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, minn naħa, ma tippermettix lil entità li tkun irċeviet fondi f’kuntest ta’ programmi kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni Ewropea, fejn dawn ikunu tħallsu f’kont miżmum minn bank li sussegwentement ġie ddikjarat fallut, biex tikseb l-esklużjoni ta’ dawn il-fondi mill-massa fallimentari ta’ dan il-bank u, min-naħa l-oħra, ma jipprovdix li ma jiġux esklużi dawk il-fondi minn din il-massa.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>