18.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 101/61


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/611

tal-15 ta' April 2015

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (EUCAP Sahel Niger/1/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/392/PESK tas-16 ta' Lulju 2012 dwar il-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) tagħha,

Billi:

(1)

Bis-saħħa tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2012/392/PESK, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, li jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-eżerċitar tal-kontroll politiku u tad-direzzjoni strateġika tal-missjoni EUCAP Sahel Niger, inkluża, b'mod partikolari, id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-6 ta' Mejju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Sahel Niger/2/2014 (2), li taħtar lis-Sur Filip DE CEUNINCK bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP Sahel Niger mis-6 ta' Mejju 2014 sal-15 ta' Lulju 2014.

(3)

Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/482/PESK (3), li testendi l-mandat ta' EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2014 sal-15 ta' Lulju 2016,

(4)

Fl-24 ta' Lulju 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni EUCAP Sahel Niger/3/2014 (4), li testendi l-mandat tas-Sur Filip DE CEUNINCK bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2014 sal-15 ta' Lulju 2015.

(5)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Filip DE CEUNINCK bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP Sahel Niger mis-16 ta' Lulju 2015 sal-15 ta' Lulju 2016,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Filip DE CEUNINCK bħala Kap tal-Missjoni ta' EUCAP Sahel Niger huwa b'dan estiż sal-15 ta' Lulju 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 187, 17.7.2012, p. 48.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Niger/2/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 136, 9.5.2014, p. 26).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/482/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2012/392/PESK dwar il-missjoni ta' PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 31).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EUCAP Sahel Niger/3/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUCAP Sahel Niger) (ĠU L 267, 6.9.2014, p. 5).