<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑587/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0587</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:234">EU:C:2017:234</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>21</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>21</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>spitemacjeKONKLUŻJONIJIET BOBEK – KAWŻA C-587/15</P><P>LIETUVOS RESPUBLIKOS TRANSPORTO PRIEMONIŲ DRAUDIKŲ BIURAS</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bobek</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20170323">23 ta’ Marzu 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-587/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gintaras Dockevičius</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Jurgita Dockevičienė</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[Talba għal deċiżjoni preliminari mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (qorti suprema, il-Litwanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur</KEYWORD><KEYWORD>Inċident bejn vetturi li normalment huma bbażati fi Stati Membri differenti</KEYWORD><KEYWORD>Rimbors ta’ kumpens imħallas minn uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni ta’ rkupru kontra l-persuni responsabbli għall-inċident</KEYWORD><KEYWORD>Garanziji proċedurali</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>F’Lulju tal-2006, żewġ karozzi ħabtu fil-Ġermanja: karozza rreġistrata fil-Litwanja u taksi rreġistrata fil-Ġermanja. Iż-żewġ sewwieqa ġew immultati minħabba l-inċident. Il-karozza Litwana ma kinitx assigurata. Ix-xufier Ġermaniż fetaħ proċeduri kontra l-uffiċċju tal-assiguraturi tal-vettura Ġermaniża biex jikseb kumpens. Madankollu, mingħajr ma kien hemm deċiżjoni finali mill-qrati Ġermaniżi fuq il-kwistjoni, il-partijiet eventwalment waslu għal ftehim. L-uffiċċju Ġermaniż ħallas ammont għas-saldu lix-xufier Ġermaniż. Wara dan, huwa rċieva rimbors ta’ dak l-ammont mill-uffiċċju tal-assiguraturi tal-vettura Litwana. Sussegwentement, l-uffiċċju Litwan ipprova jirkupra l-istess ammont kemm mis-sewwieq kif ukoll mill-proprjetarju tal-karozza rreġistrata fil-Litwanja quddiem il-qrati Litwani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża jirrigwardaw, essenzjalment, l-effetti legali tal-ftehim bonarju msemmi iktar ’il fuq u d-drittijiet korrelatati, b’mod partikolari l-garanziji proċedurali, meta tali ftehim jiġi eżegwit kontra terzi quddiem il-qrati nazzjonali. Kif tgħid il-qorti tar-rinviju, fl-ebda stadju tal-proċeduri ġudizzjarji u tan-negozjati tal-ftehim fil-Ġermanja ma kienu involuti dawn il-persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Madankollu, qabel ma tista’ ssir evalwazzjoni bħal dik, qabelxejn jeħtieġ li tiġi indirizzata kwistjoni preliminari: il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. Ix-xenarju regolatorju kurrenti tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur huwa pjuttost kumpless u jikkonsisti minn żewġ settijiet ta’ strumenti: id-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u s-sistema tal-karta l-ħadra. Is-sistema tal-karta l-ħadra tidher li hija l-istrument applikabbli fil-każ ineżami. Ġiet stabbilita mir-Regolamenti Interni, strument li ma tfassalx minn istituzzjoni tal-UE, imma ppubblikat bħala anness ma’ deċiżjoni tal-Kummissjoni. Dan iwassal għall-kwistjoni dwar jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex ġurisdizzjoni biex tinterpreta dawn ir-Regolamenti Interni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt applikabbli</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar</HT> </HT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">’il quddiem il-</HT></HT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta</HT></HT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></HT></HT>)</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikolu 47 tal-Karta jistabbilixxi d-drittijiet għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha garantiti mil-liġi ta’ l-Unjoni jiġu vjolati għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.</P><P>Kull persuna għandha d-dritt għal smigħ ġust u pubbliku fi żmien raġjonevoli minn qorti indipendenti u imparzjali, stabbilita minn qabel bil-liġi. […]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta</HT></HT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">’ vetturi bil-mutur</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Hemm sitt direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, fejn is-sitt direttiva tikkodifika l-ħamsa ta’ qabilha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-Ewwel Direttiva dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ewwel Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10).</P></NOTE> kien jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jibqgħu lura milli jwettqu kontrolli fuq assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili rigward vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.</ALINEA><ALINEA>Bl-istess mod, l-Istati Membri għandhom jibqgħu lura milli jagħmlu dawn il-kontrolli ta’ l-assigurazzjoni fuq vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ pajjiż mhux membru li jidħlu fit-territorju tagħhom mit-territorju ta’ Stat Membru ieħor. L-Istati Membri, jistgħu, madankollu jwettqu kontrolli każwali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>F’dak li jirrigwarda vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ Stat Membru, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikoli 3 u 4, għandhom jidħlu fis-seħħ:</P><P>wara li ftehim ikun ġie konkluż bejn is-sitt bureaux nazzjonali ta’ assiguraturi skond it-termini li kull bureau nazzjonali jiggarantixxi s-sodisfazzjon tagħhom, skond id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tiegħu proprja dwar l-assigurazzjoni obbligatorja, ta’ talbiet fir-rigward ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tiegħu, ikkaġunati minn vetturi normalment ibbażati fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, kemm jekk dawn il-vetturi huma assigurati u kemm jekk le;</P><P>mid-data stabbilita mill-Kummissjoni, malli hi tkun aċċertat f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri li ftehim bħal dan ikun ġie konkluż;</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għat-tul ta’ dak il-ftehim.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tat-Tieni Direttiva dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Tieni Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-<DATE ISO="19831230">30 ta’ Diċembru 1983</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3).</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jistabilixxi jew jawtorizza korp li jkollu d-dover li jipprovdi kumpens, mill-anqas sal-limiti ta’ l-obbligu ta’ l-assigurazzjoni għal ħsara lill-proprjetà jew korrimenti personali ikkaġunati minn vettura mhux identifikata jew minn vettura li l-obbligu ta’ asigurazzjoni tagħha previst fil-paragrafu 1 ma jkunx ġie sodisfatt.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Il-vittma tista’ f’kull każ tapplika direttament lill-korp li, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta fuq it-talba tiegħu mill-vittma, għandu jkun obbligat li jagħtih tweġiba raġunata rigward il-ħlas ta’ kull kumpens.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>Barraminnhekk, kull Stat Membru għandu japplika l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tiegħu għall-ħlas ta’ kumpens minn dan il-korp, mingħajr preġudizzju għal xi prattika oħra li tkun aktar favorevoli għall-vittma.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Raba’ Direttiva dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Raba’ Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20000516">16 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 331).</P></NOTE> kien jeħtieġ li jiġi pprovdut kumpens lil persuna li tkun sofriet korriment jew ħsara f’inċident li jkun seħħ fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru ta’ residenza. Dan jgħid li l-parti li tkun korriet barra mill-pajjiż tista’ tirċievi kumpens mill-korp ta’ kumpens fl-Istat Membru ta’ residenza tal-parti leża. Jgħid ukoll li l-korp ta’ kumpens jista’ sussegwentement jitlob ir-rimbors ta’ dak il-kumpens mill-korp ta’ kumpens kompetenti fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impriża ta’ assigurazzjoni li tkun ħarġet il-polza. Dan il-korp ta’ kumpens imbagħad jiġi ssurrogat fid-drittijiet tal-parti leża kontra l-persuna li kkawżat l-inċident jew l-impriża ta’ assigurazzjoni tagħha. L-Istati Membri huma obbligati li jirrikonoxxu din is-surroga kif prevista minn kwalunkwe Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2009/103 (id-Direttiva kkonsolidata dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Direttiva kkonsolidata<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) hija d-direttiva kkodifikata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009 L 263, p. 11</REF.DOC.OJ>). Il-qorti tar-rinviju tiċċita d-dispożizzjonijiet rispettivi tad-Direttiva kkonsolidata. Iżda l-inċident inkwistjoni seħħ qabel l-adozzjoni tad-Direttiva kkonsolidata. Fejn il-każ jirrigwarda d-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, għandu jiġi evalwat, <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, taħt id-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur preeżistenti. Għalhekk, f’dawn il-konklużjonijiet, nirriferi għad-dispożizzjonijiet rispettivi tad-direttivi preċedenti. Madankollu, għandi nżid ngħid li s-sustanza ta’ dawk id-dispożizzjonijiet huma l-istess, peress li d-Direttiva kkonsolidata hija biss strument ta’ kodifikazzjoni. Ara, pereżempju, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140123">23 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Petillo</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑371/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:26">EU:C:2014:26</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Litaksa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑556/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:202">EU:C:2015:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161215">15 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Vieira de Azevedo <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑558/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:957">EU:C:2016:957</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolamenti Interni tal-Kunsill tal-Uffiċċji adottati mill-Ftehim tat-<DATE ISO="20020530">30 ta’ Mejju 2002</DATE> mehmuż bħala appendiċi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564/KE, tat-<DATE ISO="20030728">28 ta’ Lulju 2003</DATE>, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 6, p. 55).</P></NOTE> fiha, f’anness, ir-Regolamenti Interni. L-Artikolu 3 tar-Regolamenti Interni jirrigwardaw kif jiġu ttrattati t-talbiet. Dan jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta uffiċċju jiġi nfurmat b’aċċident li jseħħ fit-territorju tal-pajjiż li għalih huwa kompetenti li jinvolvi vettura minn pajjiż ieħor huwa għandu, mingħajr ma jistenna li ssir talba formali, jipproċedi biex jinvestiga ċ-ċirkostanzi ta’ l-aċċident. Huwa għandu kemm jista’ jkun malajr jagħti avviż ta’ dak l-aċċident lill-assiguratur li jkun ħareġ il-Kartuna [karta] l-Ħadra jew il-polza ta’ assigurazzjoni jew, fejn xieraq, lill-uffiċċju konċernat. Kull nuqqas li jsir dan iżda m’għandux joħloq responsabbiltà kontra tiegħu.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>It-talbiet kollha għandhom jiġu ttrattati mill-uffiċċju b’awtonomija sħiħa b’konformità mad-dispożizzjonijiet legali u regolatorji applikabbli fil-pajjiż ta’ l-aċċident li jirrelata mar-responsabbiltà, il-kumpens lill-partijiet li jġarrbu d-dannu u l-assigurazzjoni obbligatorja fl-aħjar interessi ta’ l-assiguratur li jkun ħareġ il-Kartuna l-Ħadra jew polza ta’ assigurazzjoni jew, fejn xieraq, l-Uffiċċju konċernat.</ALINEA><ALINEA>L-uffiċċju għandu jkun esklussivament kompetenti għall-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-interpretazzjoni tal-liġi applikabbli fil-pajjiż ta’ l-aċċident (ukoll meta tkun tirreferi għad-dispożizzjonijiet legali li japplikaw f’pajjiż ieħor) u s-soluzzjoni tat-talba. Bla ħsara għal din l-aħħar dispożizzjoni, l-Uffiċċju għandu, fuq talba espressa, jinforma lill-assiguratur, jew lill-uffiċċju konċernat, qabel ma jieħu deċiżjoni finali.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 jirrigwarda l-kundizzjonijiet għar-rimbors bejn l-uffiċċji rispettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 kull uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi għandu jiggarantixxi r-rimbors mill-membri tiegħu ta’ kull ammont mitlub skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Litwan</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(4) tat-Transporto priemonių valdytojų civilinės atsakomybės privalomojo draudimo įstatymas (liġi dwar l-assigurazzjoni obbligatorja) jipprovdi li: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>L-Uffiċċju [Litwan tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur] għandu jħallas kumpens għad-dannu kkawżat fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea skont il-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor tal-Unjoni Ewropea (li l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi tiegħu ffirma r-Regolamenti Interni) jekk il-persuna responsabbli li l-vettura bil-mutur tagħha hija normalment bbażata fit-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja ma tkunx koperta bl-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu tal-vetturi bil-mutur. […] L-Uffiċċju għandu jħallas ukoll kumpens f’każijiet oħrajn, skont ir-rekwiżiti tar-Regolamenti Interni.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 23(5) ta’ din il-liġi tgħid: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Wara li jitħallas l-ammont mitlub mill-korp ta’ kumpens ta’ Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju għandu jkun intitolat li jitlob ir-rimbors tal-ammont hekk imħallas mill-persuna responsabbli li ma hijiex assigurata jew mill-assiguratur tal-persuna responsabbli.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċeduri nazzjonali u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20060720">20 ta’ Lulju 2006</DATE>, seħħ inċident awtomobilistiku fil-Ġermanja li kien jinvolvi vettura rreġistrata fil-Ġermanja, misjuqa minn K. Floros, u vettura rreġistrata fil-Litwanja, misjuqa minn G. Dockevičius (u proprjetà ta’ J. Dockevičienė). Għadu mhux ċar liema parti kienet responsabbli għall-inċident: K. Floros u G. Dockevičius it-tnejn ġew immultati EUR 35 u EUR 60 rispettivament mill-awtoritajiet Ġermaniżi. Jidher li l-vettura rreġistrata fil-Litwanja ma kinitx assigurata fil-ħin tal-inċident.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20101011">11 ta’ Ottubru 2010</DATE>, K. Floros talab kumpens għall-ħsara kkawżata lill-vettura tiegħu. Għamel it-talba lid-Deutsches Büro Grüne Karte e.V. (uffiċċju tal-assigurazzjoni Ġermaniża, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Uffiċċju A<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). Madankollu, dan l-Uffiċċju ċaħad it-talba tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>K. Floros għalhekk beda proċeduri fil-qorti kontra l-Uffiċċju A quddiem il-Landgericht Frankfurt am Main (qorti reġjonali ta’ Frankfurt am Main, il-Ġermanja). Huwa talab EUR <FT TYPE="DECIMAL">10831.77</FT> bħala danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20101227">27 ta’ Diċembru 2010</DATE>, il-qorti ċaħdet ir-rikors u tat sentenza fil-kontumaċja peress li K. Floros kien assenti. Sussegwentement, fit-<DATE ISO="20110808">8 ta’ Awwissu 2011</DATE>, il-25 Awla Ċivili tal-Landgericht Frankfurt am Main (qorti reġjonali ta’ Frankfurt am Main) ikkonfermat iċ-ċaħda tar-rikors, imma fuq bażi differenti: li kien hemm nuqqasijiet fid-deskrizzjoni fattwali mogħtija tal-inċident.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>K. Floros ippreżenta appell quddiem l-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (qorti reġjonali superjuri ta’ Frankfurt am Main). F’digriet bid-data tal-<DATE ISO="20120131">31 ta’ Jannar 2012</DATE>, din il-qorti ddeċidiet li s-sentenza tal-ewwel istanza kien fiha żbalji attribwibbli għall-insuffiċjenza ta’ evidenza u li fin-nuqqas ta’ ftehim bonarju bejn il-partijiet, ikun meħtieġ li l-każ jintbagħat għal eżami mill-ġdid. Hija ssuġġeriet li l-partijiet jaslu għal ftehim u li l-Uffiċċju A jagħmel ħlas ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">4095</FT> lil K. Floros. Fin-nuqqas, hija kienet tal-fehma li kellha ssir seduta max-xhieda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Wara dak is-suġġeriment, K. Floros u l-Uffiċċju A waslu għal ftehim (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>ftehim bonarju<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>). K. Floros tħallas l-ammont totali ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">8352.96</FT> li kien jinkludi l-ammont issuġġerit mill-qorti flimkien mal-ispejjeż legali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>l-ammont miftiehem<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-Uffiċċju A rċieva rimbors tal-ammont miftiehem mil-Lietuvos Respublikos transporto priemonių draudikų biuras (uffiċċju tal-assiguraturi tal-vetturi bil-muturi tar-Repubblika tal-Litwanja, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Uffiċċju B<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> jew ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>rikorrent<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-Uffiċċju B beda proċeduri legali quddiem il-qrati Litwani. Huwa ried jirkupra l-ammont miftiehem minn G. Dockevičius u J. Dockevičienė (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>kokonvenuti<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>). Il-bażi legali għat-talba kienet il-liġi Litwana dwar l-assigurazzjoni obbligatorja li, skont id-digriet tar-rinviju, tittrasponi d-Direttiva 2009/103 (id-Direttiva kkonsolidata dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Direttiva kkonsolidata<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20140505">5 ta’ Mejju 2014</DATE>, il-Marijampolės rajono apylinkės teismas (qorti distrettwali ta’ Marijampolė) laqgħet it-talba tal-Uffiċċju B (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>sentenza tal-ewwel istanza<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-kokonvenuti appellaw minn dik is-sentenza. Fis-<DATE ISO="20141007">7 ta’ Ottubru 2014</DATE>, is-sentenza tal-ewwel istanza tħassret mill-Kauno apygardos teismas (qorti reġjonali ta’ Kaunas, awla ċivili, il-Litwanja) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>sentenza mogħtija fl-appell<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Meta ħassret is-sentenza tal-ewwel istanza, il-qorti tal-appell nnutat li l-kokonvenuti ma kinux aċċettaw l-ammont miftiehem. Ma kinux partijiet fir-relazzjoni legali bejn l-Uffiċċji A u B. Għaldaqstant, l-informazzjoni pprovduta mir-rikorrent li l-Uffiċċju A kien ħallas kumpens lil K. Floros ma setgħetx titqies li tistabbilixxi l-eżistenza u l-ammont tad-danni. Is-sentenza mogħtija fl-appell ikkonstatat ukoll li l-oneru tal-prova f’dan ir-rigward baqa’ fuq ir-rikorrent. Din innutat li r-Regolamenti Interni, bħala l-bażi legali għar-rimbors bejn l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi, jirregolaw relazzjonijiet bejn dawk l-uffiċċji biss: ma jirregolawx direttament ir-relazzjonijiet bejn l-uffiċċji u terzi. Lanqas il-liġi dwar l-assigurazzjoni obbligatorja jew id-Direttiva kkonsolidata ma jipprovdu li r-rikorrent jista’ jirkupra l-ammont (li jkun ġie rrimborsat lill-Uffiċċju A) mill-persuna li kkawżat il-ħsara mingħajr evalwazzjoni dwar jekk dawk l-ammonti kinux iġġustifikati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Is-sentenza mogħtija fl-appell ġiet kkontestata quddiem il-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (qorti suprema, il-Litwanja), li hija l-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinnota li l-kokonvenuti ma kinux ġew involuti fi jew kienu parti fil-proċeduri fil-Ġermanja, u lanqas fin-negozjati tal-ftehim li wasslu għall-ammont miftiehem li tħallas lil K. Floros. Fil-fatt, l-Uffiċċju A dejjem sostna li t-talba li għamel K. Floros ma setgħetx tintlaqa’. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tosserva li G. Dockevičius jikkontesta r-responsabbiltà tiegħu għall-inċident inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar l-ambitu tal-obbligi proċedurali imposti fuq l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi rispettivi u d-drittijiet korrispondenti tal-kokonvenuti taħt id-Direttiva kkonsolidata, ir-Regolamenti Interni kif ukoll il-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (qorti suprema), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel dawn id-domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.P><TXT>L-Artikoli 2, 10(1) u (4) u l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2009/103, l-Artikoli 3(4), 5(1) u (4), l-Artikoli 6(1) u 10 tar-Regolamenti Interni, u l-Artikolu 47 tal-Karta (flimkien jew separati, iżda mingħajr limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ fejn:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="ITALIC">l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi (Uffiċċju A) iħallas il-kumpens lill-parti li tkun sofriet il-ħsara f’inċident tat-traffiku fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit dan l-uffiċċju minħabba l-fatt li ċ-ċittadin ta’ Stat Membru ieħor li kien responsabbli għad-dannu ma kienx assigurat kontra responsabbiltà ċivili;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="ITALIC">minħabba f’dan il-kumpens, l-Uffiċċju A huwa ssurrogat fid-drittijiet tal-parti li tkun sofriet il-ħsara u jfittex rimbors għall-ispejjeż tal-ħlas tal-pretensjoni mingħand l-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi fil-pajjiż ta’ oriġini tal-persuna responsabbli (Uffiċċju B);</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="ITALIC">l-Uffiċċju B, mingħajr ma jwettaq kwalunkwe investigazzjoni indipendenti jew mingħajr ma jitlob għal informazzjoni addizzjonali, jilqa’ t-talba għar-rimbors tal-Uffiċċju A;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="ITALIC">l-Uffiċċju B jibda proċeduri legali kontra l-konvenuti (il-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza) fejn jitlob għal kumpens għall-ispejjeż li huwa ġarrab,</HT></P></ITEM><ITEM><P>l-applikant f’dawk il-proċeduri (Uffiċċju B) jista’ jibbaża l-pretensjoni tiegħu kontra l-konvenuti (il-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza) biss abbażi tal-fatt ta’ ħlas tal-ispejjeż magħmul lill-Uffiċċju A u huwa (l-applikant) ma għandu l-ebda obbligu li jistabbilixxi li r-rekwiżiti li jirregolaw ir-responsabbiltà ċivili tal-konvenut/persuna responsabbli kienu ssodisfatti (żball tiegħu, atti illegali, rabta kawżali u l-ammont ta’ danni), u ma għandu l-ebda obbligu li jistabbilixxi li l-liġi barranija kienet ġiet applikata kif suppost meta l-parti li sofriet il-ħsara ġiet ikkumpensata?</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-punt (c) tal-ħames subparagrafu tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2009/103 u l-Artikolu 3(1) u (4) tar-Regolamenti Interni (flimkien jew separati, iżda mingħajr limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li l-Uffiċċju A għandu, qabel ma jieħu d-deċiżjoni finali li jħallas il-kumpens għad-dannu mġarrab mill-parti li tkun sofriet il-ħsara, jinforma, b’mod ċara u li jinftiehem (inkluż fir-rigward tal-lingwa li fiha hija pprovduta l-informazzjoni), lill-persuna responsabbli u lill-proprjetarju tal-karozza (jekk dawn ma humiex l-istess persuna) dwar il-bidu tal-proċess li jittratta l-pretensjoni u l-progress tiegħu, u jagħtihom żmien suffiċjenti sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni, jew l-oġġezzjonijiet għad-deċiżjoni li għandha tittieħed biex jitħallas il-kumpens u/jew l-ammont ta’ dak il-kumpens?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija negattiva (jiġifieri, il-konvenuti (il-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza) jistgħu jirrikjedu li l-applikant (Uffiċċju B) jipprovdi evidenza jew jistgħu jqajjmu oġġezzjonijiet jew dubji dwar, inter alia, iċ-ċirkustanzi tal-inċident tat-traffiku, l-applikazzjoni tal-qafas regolatorju dwar ir-responsabbiltà ċivili tal-persuna responsabbli, l-ammont tad-danni u kif dan ġie kkalkolat), l-Artikoli 2, 10(1) u 24(2) tad-Direttiva 2009/103 u t-tieni subparagrafu tal-Artikoli 3(4) tar-Regolamenti Interni (flimkien jew separati, iżda mingħajr limitazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li, minkejja l-fatt li l-Uffiċċju B ma kienx, qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni finali, talab lill-Uffiċċju A sabiex jipprovdi informazzjoni dwar l-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-pajjiż fejn seħħ l-inċident tat-traffiku u dwar il-ħlas tal-pretensjoni, l-Uffiċċju A għandu fi kwalunkwe każ jipprovdi din l-informazzjoni lill-Uffiċċju B jekk dan tal-aħħar jitlobha sussegwentement, flimkien ma kwalunkwe informazzjoni oħra neċessarja għall-Uffiċċju B sabiex jistabbilixxi l-pretensjoni tiegħu [għall-kumpens] kontra l-konvenuti (il-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda hija pożittiva (jiġiferi, l-Uffiċċju A għandu jinforma lill-persuna responsabbli u l-proprjetarju tal-karozza dwar il-proċess li jitratta l-pretensjoni u jgħatihom l-opportunità li jissottomettu oġġezzjonijiet dwar ir-responsabbiltà jew l-ammont tad-danni), il-fatt li l-Uffiċċju A jonqos milli josserva l-obbligu tiegħu li jipprovdi informazzjoni x’konsegwenzi jkollu:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fuq l-obbligu tal-Uffiċċju B li jilqa’ t-talba għal rimbors ippreżentata mill-Uffiċċju A;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fuq l-obbligu tal-persuna responsabbli u tal-proprjetarju tal-karozza li jikkumpensaw lill-Uffiċċju B għall-ispejjeż li ġarrab?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikoli 5(1) u 10 tar-Regolamenti Interni għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li l-ammont imħallas bħala kumpens mill-Uffiċċju A lill-parti li tkun sofriet il-ħsara għandu jitqies bħala riskju li ma huwiex rimborsabbli meħud mill-Uffiċċju A innifsu (sakemm dan ir-riskju ma jkunx ittieħed mill-Uffiċċju B) iktar milli obbligu pekunjarju fuq il-persuna l-oħra involuta fl-istess inċident tat-traffiku, fid-dawl, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, taċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><HT TYPE="ITALIC">inizjalment, il-korp ta’ kumpens (Uffiċċju A) ċaħad il-pretensjoni għall-kumpens tal-parti li sofriet il-ħsara;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="ITALIC">għal din ir-raġuni, il-parti li sofriet il-ħsara ħadet azzjoni legali sabiex tikseb kumpens;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="ITALIC">l-azzjoni meħuda kontra l-Uffiċċju A ġiet miċħuda mill-qrati inferjuri għaliex infondata u mhux iġġustifikata minn evidenza;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="ITALIC">ftehim bonarju bejn il-parti li sofriet il-ħsara u l-Uffiċċju A ntlaħaq biss fil-qorti superjuri, fejn din tal-aħħar sostniet li, jekk il-partijiet jirrifjutaw li jiftiehmu bonarjament, il-każ jiġi mibgħut lura għal eżami mill-ġdid;</HT></P></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><P><HT TYPE="ITALIC">l-Uffiċċju A ġġustifika d-deċiżjoni tiegħu li jiftiehem bonarjament essenzjalment abbażi tal-fatt li dan kellu jevita spejjeż addizzjonali dovuti għal tilwim ipprolongat;</HT></P></ITEM><ITEM><P><HT TYPE="ITALIC">f’dawn il-proċedimenti, l-ebda qorti ma stabbiliet ir-responsabbiltà (tort) tal-konvenut involut fl-inċident tat-traffiku?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></HT></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati mill-Uffiċċju B, mill-Gvern Ċek u mill-Gvern Taljan kif ukoll mill-Kummissjoni. Il-Gvern Litwan u l-Kummissjoni ppreżentaw sottomissjonijiet orali fis-seduta tal-<DATE ISO="20161214">14 ta’ Diċembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Dawn il-konklużjonijiet għandhom l-istruttura li ġejja: billi d-domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja jirreferu kemm għad-Direttiva kkonsolidata kif ukoll għar-Regolamenti Interni, l-ewwel ser nagħti ħarsa lejn ir-relazzjoni bejn dawn iż-żewġ settijiet ta’ regoli (A). Bla ħsara għall-verifika mill-qorti nazzjonali, dan il-każ jaqa’ taħt is-sistema tal-karta l-ħadra, li hija stabbilita mir-Regolamenti Interni. Dan l-att tal-aħħar ma tfassalx minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk ser neżamina jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex ġurisdizzjoni biex tinterpretah (B). Wara dan ser nevalwa x’rekwiżiti jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet proċedurali tal-kokonvenuti (C).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sistemi paralleli: il-karta l-ħadra u d-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta</HT><HT TYPE="BOLD">’ vetturi bil-mutur</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Storikament, is-sewwieq li jkun qed jivvjaġġa għandu jipprova, meta jaqsam fruntiera, li huwa kienet assigurat sabiex jivvjaġġa barra mill-pajjiż. Barra minn hekk, l-assigurazzjoni ta’ vettura bil-mutur għar-responsabbiltà ċivili ta’ spiss kellha ssir ma’ assiguratur lokali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Merkin, R. u Hemsworth, M., <HT TYPE="ITALIC">The Law of Motor Insurance</HT>, it-Tieni Edizzjoni, Sweet &amp; Maxwell, London, 2015, p. 26 u 27, punt I‑26. Ara wkoll is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19770609">9 ta’ Ġunju 1977</DATE>, <NAME.CASE>Ufficio van Ameyde</NAME.CASE> (<NO.CASE>90/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:101">EU:C:1977:101</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 1094, punt 8).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Id-diffikultajiet fir-rigward tal-ivvjaġġar barra mill-pajjiż u l-assigurazzjoni kienu indirizzati fi ftehim ffirmat fis-<DATE ISO="19531217">17 ta’ Diċembru 1953</DATE> taħt l-awspiċi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Wara r-Rakkomandazzjoni Nru 5 adottata fl-1949 mill-Grupp ta’ Ħidma dwar it-Trasport bit-Triq tal-Kumitat tat-Trasport Intern tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti, E/ECE/TRANS/145, E/ECE/TRANS/SCI/39, p. 2.</P></NOTE>. Dan huwa magħruf bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Ftehim Standard bejn l-Uffiċċji<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Ftehim tal-1953<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19921112">12 ta’ Novembru 1992</DATE>, <NAME.CASE>Fournier</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:431">EU:C:1992:431</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Il-Ftehim tal-1953 wassal għas-sistema tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>karti l-ħodor<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>sistema tal-karta l-ħadra<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara l-Artikolu 2(11) tar-Regolamenti Interni u l-Artikolu 1(5) tad-Direttiva kkonsolidata.</P></NOTE>. Il-karta l-ħadra hija ċertifikat internazzjonali li tiċċertifika li s-sewwieq huwa assigurat għar-responsabbiltà ċivili għal kwalunkwe inċident li jista’ jseħħ fil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>pajjiż ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>. Tiċċertifika wkoll li l-obbligi li jirriżultaw minn dik ir-responsabbiltà jiġu osservati mill-assiguratur tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>pajjiż ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> jew mill-uffiċċju tal-assiguraturi tal-vetturi bil-mutur rispettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Kien hemm sostituzzjonijiet sussegwenti għall-Ftehim tal-1953, fejn l-iktar waħda reċenti hija r-Regolamenti Interni. Bħalissa, l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi ta’ 48 pajjiż (inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE) jipparteċipaw fis-sistema tal-karta l-ħadra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Ir-Regolamenti Interni ġew adottati u huma amministrati mill-Kunsill tal-Uffiċċji (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>KU<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), assoċjazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta’ lukru rregolata mid-dritt Belġjan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Ir-Regolamenti Interni jistabbilixxu l-obbligu għall-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi rispettivi (membri tal-KU) sabiex jipprovdu kumpens għall-inċidenti li seħħew fit-territorju tagħhom, u li kienu ġew ikkawżati minn vetturi li normalment huma bbażati fi Stat ieħor. Dawn jobbligaw wkoll lill-uffiċċju ta’ reġistrazzjoni ta’ dawn il-vetturi li jiggarantixxi r-rimbors tal-ammonti mħallsa mill-uffiċċju li jinsab fil-pajjiż fejn seħħ l-inċident.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għalkemm is-sistema tal-karta l-ħadra kienet progressiva madankollu din ħalliet bla soluzzjoni problemi oħra konnessi mas-sewqan barra mill-pajjiż. Dawn kienu jinkludu kontrolli fil-fruntiera fuq vetturi bil-mutur, diskrepanzi bejn id-diversi regoli nazzjonali dwar il-kumpens għad-danni u l-kumplessitajiet tal-litigazzjoni transkonfinali relatata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Merkin, R., Hemsworth, M., <HT TYPE="ITALIC">The Law of Motor Insurance</HT>, it-Tieni Edizzjoni, Sweet &amp; Maxwell, London, 2015, p. 27, punt I‑27.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Fl-Unjoni Ewropea, dawn l-aspetti ġew indirizzati permezz tal-ħames direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>L-Ewwel, it-Tieni u r-Raba’ Direttiva (imsemmija iktar ’il fuq fin-noti ta’ qiegħ il-paġna 2 sa 4), id-Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-<DATE ISO="19900514">14 ta’ Mejju 1990</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249) (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Tielet Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>) u d-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2005">ĠU 2005 L 149, p. 14</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Ħames Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>).</P></NOTE>, li issa ġew ikkodifikati u mibdula bid-Direttiva kkonsolidata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Imsemmija iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 5.</P></NOTE>. Mill-bidu tagħha, is-sistema fl-Unjoni Ewropea tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur kienet iddisinjata primarjament bħala għodda sabiex tiffaċilita l-moviment liberu ta’ persuni u biex b’hekk ttejjeb l-funzjonament tas-suq intern<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-premessa 1 tal-Ewwel Direttiva. Sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19770609">9 ta’ Ġunju 1977</DATE>, <NAME.CASE>Ufficio van Ameyde</NAME.CASE> (<NO.CASE>90/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:101">EU:C:1977:101</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 1123, punt 13, p. 1124, punt 18), tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19921112">12 ta’ Novembru 1992</DATE>, <NAME.CASE>Fournier</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:431">EU:C:1992:431</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Carvalho Ferreira Santos</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑484/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:158">EU:C:2011:158</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150326">26 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Litaksa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑556/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:202">EU:C:2015:202</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Unjoni Ewropea bbażat ruħha fuq, u f’xi aspetti espandiet, is-sistema tal-karta l-ħadra. Huwa ċar li ż-żewġ sistemi żviluppaw b’mod parallel, jibnu fuq xulxin, u jirreferu għal xulxin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>L-Ewwel Direttiva kienet teħtieġ li kull Stat Membru jpoġġi fis-seħħ assigurazzjoni obbligatorja ta’ terzi u jieqaf milli jagħmel kontrolli fuq l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi bbażati normalment fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Madankollu, din l-abolizzjoni ta’ kontrolli fil-fruntiera fuq l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur kienet tiddependi fuq il-konklużjoni ta’ ftehim bejn l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi rispettivi tal-Istati Membri<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>L-Artikolu 2 tal-Ewwel Direttiva kien jipprovdi li l-konklużjoni ta’ dan il-ftehim huwa prerekwiżit u kienet tistabbilixxi d-data ta’ referenza sabiex jidħlu fis-seħħ ir-regoli tad-Direttiva. Ara l-Artikolu 2 tad-Direttiva kkonsolidata.</P></NOTE>. B’risposta għal dan, l-hekk imsejjaħ Ftehim Supplimentari bejn l-Uffiċċji ġie ffirmat fis-<DATE ISO="19721016">16 ta’ Ottubru 1972</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Ftehim tal-1972<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-Rakkomandazzjoni 73/185, il-Kummissjoni qalet li l-Ftehim tal-1972 issodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Ewwel Direttiva. Hija ffissat id-data minn meta kien irrakkomandat li l-Istati Membri jieqfu mill-kontrolli fil-fruntieri fuq l-assigurazzjoni (l-<DATE ISO="19730701">1 ta’ Lulju 1973</DATE>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Rakkomandazzjoni tal-<DATE ISO="19730515">15 ta’ Mejju 1973</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="194" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="1973">ĠU 1973, L 194, p. 13</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Sussegwentement, din ir-rakkomandazzjoni ġiet segwita bid-Deċiżjoni 74/166 fejn, bis-saħħa tal-Artikolu 2(2) tal-Ewwel Direttiva, il-Kummissjoni stabbilixxiet obbligu għall-Istati Membri biex<?PAGE NO="10"?> jieqfu mill-kontrolli fil-fruntieri fuq l-assigurazzjoni mill-<DATE ISO="19740515">15 ta’ Mejju 1974</DATE> ’il quddiem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>L-Ewwel Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/166/KEE, tas-<DATE ISO="19740206">6 ta’ Frar 1974</DATE>, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 72/166/EEC, tal-<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għal din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="087" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="1974">ĠU 1974 L 87, p. 13</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Dan kien fir-rigward tal-vetturi li normalment ikunu bbażati fit-territorju Ewropew ta’ Stat Membru ieħor u li huma s-suġġett ta’ ftehim rispettiv tal-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi. L-istrument rilevanti msemmi kien verżjoni tal-ftehim imsemmi iktar ’il fuq mill-1973 (iktar ’il quddiem il<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Ftehim tal-1973<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ippubblikat f’anness tat-Tieni Deċiżjoni tal-Kummissjoni 74/167/KEE, tas-<DATE ISO="19740206">6 ta’ Frar 1974</DATE>, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għal din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="087" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="1974">ĠU 1974 L 87 p. 14</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>B’mod simili, skont l-Artikolu 7(2) tal-Ewwel Direttiva, il-Kummissjoni adottat it-tieni deċiżjoni (id-Deċiżjoni 74/167) li teħtieġ li l-Istati Membri jieqfu milli jagħmlu kontrolli ekwivalenti fir-rigward ta’ vetturi li huma normalment ibbażati f’pajjiżi terzi elenkati u li jidħlu fit-territorju tal-Komunità (mill-<DATE ISO="19740515">15 ta’ Mejju 1974</DATE> ’il quddiem)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara t-Tieni Deċiżjoni tal-Kummissjoni, imsemmija iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19.</P></NOTE>. Din il-possibbiltà li dawk il-vetturi jiġu ttrattati bħala li huma normalment bbażati fil-Komunità kienet suġġetta wkoll għal garanzija. Din il-garanzija kellha tiġi pprovduta mill-uffiċċji nazzjonali tal-Istati Membri kollha fir-rigward tal-ħlas tat-talbiet relatati ma’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom ikkawżati minn dawn il-vetturi. Din id-deċiżjoni kienet sussegwentement adattata għall-ambitu territorjali tagħha li kien qed jespandi progressivament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, pereżempju, it-Tielet Deċiżjoni tal-Kummissjoni 75/23 KEE, tat-<DATE ISO="19741213">13 ta’ Diċembru 1974</DATE>, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għal din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="006" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="1974">ĠU 1974 L 6 p. 33</REF.DOC.OJ>); il-Ħames Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/219/KEE, tas-<DATE ISO="19860516">16 ta’ Mejju 1986</DATE>, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għal din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153" PAGE.FIRST="53" DATE.PUB="1986">ĠU 1986 L 153, p. 53</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Flimkien mal-obbligu li jieqfu milli jagħmlu kontrolli fil-fruntieri fuq l-assigurazzjoni, l-Ewwel Direttiva obbligat lill-Istati Membri jiżguraw li l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi, stabbiliti taħt is-sistema tal-karta l-ħadra, jiksbu u jikkomunikaw informazzjoni lil xulxin, dwar it-territorju fejn normalment tkun ibbażata l-vettura, il-marka ta’ reġistrazzjoni tagħha u l-assigurazzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>L-Artikolu 5 tal-Ewwel Direttiva u l-Artikolu 6 tad-Direttiva kkonsolidata. Għad-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>uffiċċji<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> ara l-Artikolu 1(3) tal-Ewwel Direttiva u l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva kkonsolidata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>It-Tieni, it-Tielet, ir-Raba’ u l-Ħames Direttiva armonizzaw aspetti oħra tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġewwa l-Unjoni Ewropea li ma humiex direttament rilevanti għall-każ preżenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Għal deskrizzjoni konċiża tad-direttivi dwar l-assigurazzjoni għall-vetturi bil-mutur rispettivi, ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Stix-Hackl fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Farrell</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑356/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:653">EU:C:2006:653</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-rabtiet reċiproċi bejn is-sistema tal-karta l-ħadra u s-sistema stabbilita mid-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, il-Ħames Direttiva speċifikat l-obbligi tal-Istati Membri li jistabbilixxu proċedura għall-ħlas ta’ talbiet, billi dik il-proċedura hija applikabbli wkoll għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>inċidenti li jistgħu jiġu mħallsa mis-sistema ta’ uffiċċji nazzjonali ta’ assiguraturi<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Li temenda it-Tielet Direttiva. Ara l-Artikolu 4 tal-Ħames Direttiva, l-Artikolu 4e tat-Tielet Direttiva u l-Artikolu 19 tad-Direttiva kkonsolidata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-istorja leġiżlattiva turi li xi modifiki magħmula mill-Ħames Direttiva kienu ispirati mill-KU<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, b’riferiment għall-Kunsill tal-Uffiċċji, il-formola tal-valutazzjoni tal-impatt annessa mal-Proposta għall-Ħames Direttiva taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Konsultazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, punt 6(3) (COM(2002) 244 finali) (<REF.DOC.OJ COLL="X" NO.OJ="227E" PAGE.FIRST="387" DATE.PUB="2002">ĠU 2002 E 227, p. 387</REF.DOC.OJ>) fejn ingħad li l-KU <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>esprima l-appoġġ tiegħu għad-dispożizzjonijiet ewlenin li hemm fil-proposta u ta l-kooperazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni sabiex jiġu solvuti sew xi problemi diffiċli bħal dawk li jirrigwardaw vetturi mingħajr pjanċa tar-reġistrazzjoni jew li jkollhom pjanċa mhux korrispondenti jew il-kopertura ta’ assigurazzjoni għal vetturi importati<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (traduzzjoni mhux uffiċjali).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dokumenti legali dwar l-evoluzzjoni tas-sistema tal-karta l-ħadra, il-Ftehim tal-1973 ġie ppubblikat fis-serje L tal-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Ġurnal Uffiċjali<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>) bħala anness tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara t-Tieni Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-<DATE ISO="19740206">6 ta’ Frar 1974</DATE> imsemmija iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 19. Ara wkoll is-Sitt Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/220/KEE, tas-<DATE ISO="19860516">16 ta’ Mejju 1986</DATE>, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għal din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153" PAGE.FIRST="54" DATE.PUB="1986">ĠU 1986 L 153 p. 54</REF.DOC.OJ>) u d-Disa’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/369/KEE, tat-<DATE ISO="19880518">18 ta’ Mejju 1988</DATE>, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għal din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="181" PAGE.FIRST="47" DATE.PUB="1988">ĠU 1988 L 181 p. 47</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-istess soluzzjoni ntużat ukoll għall-hekk imsejjaħ Ftehim ta’ Garanzija Multilaterali bejn l-Uffiċċji Nazzjonali tal-Assiguraturi ffirmat f’Madrid fil-<DATE ISO="19910315">15 ta’ Marzu 1991</DATE>, li ġabar flimkien u ssostitwixxa d-diversi ftehimiet ta’ qabel dwar is-sistema tal-karta l-ħadra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/323/KEE, tat-<DATE ISO="19910530">30 ta’ Mejju 1991</DATE>, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għal din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="177" PAGE.FIRST="25" DATE.PUB="1991">ĠU 1991 L 177 p. 25</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Sussegwentement, dan l-istrument ġie ssostitwit bir-Regolamenti Interni li huma rilevanti għall-każ preżenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Imsemmi iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6.</P></NOTE>. L-istess bħall-predeċessuri tagħhom, ir-Regolamenti Interni jgħidu li l-att huwa adottat skont il-prinċipji tal-Ewwel Direttiva. Ir-Regolamenti Interni fihom tliet annessi, u wieħed minnhom huwa l-Ewwel Direttiva. L-emenda sussegwenti tal-2008 tar-Regolamenti Interni tiddikjara li tieħu inkunsiderazzjoni il-Ħames Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Dan l-aħħar punt huwa dak li forsi jesprimi l-aħjar l-iskop tad-deskrizzjoni ddettaljata tal-evoluzzjoni u tal-koeżistenza taż-żewġ sistemi mogħtija f’din it-taqsima – il-grad sa liema dawn iż-żewġ sistemi żviluppaw flimkien. F’termini ta’ teknika leġiżlattiva, kollox jixbah pupa Russa: deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi għandha fiha anness bir-Regolamenti Interni, u fihom, mehmuża ma’ dak l-anness, hemm strument legali tal-Unjoni ieħor, l-Ewwel Direttiva. Saff jiddependi fuq l-ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fil-qosor, huwa pjuttost ċar li llum il-ġurnata, fi ħdan l-Unjoni Ewropea, is-sistema tal-karta l-ħadra u d-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur huma interkonnessi b’mod profond. Is-sistema tal-karta l-ħadra kienet ġiet qabel fiż-żmien, segwita mid-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur. Id-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur ġew introdotti bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>żieda speċifika għall-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, li influwenzaw parzjalment is-sistema tal-karta l-ħadra. Minn dakinhar, iż-żewġ sistemi evolvew b’mod parallel fejn l-Unjoni Ewropea siltet numru ta’ rekwiżiti u kundizzjonijiet mis-sistema tal-karta l-ħadra għall-Istati Membri tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tinterpreta r-Regolamenti Interni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-Gvern Litwan ikkonferma fis-seduta li t-talba inkwistjoni fil-kawża prinċipali (inizjalment ittrattata mill-Uffiċċju A) mgħoddija lill-Uffiċċju B kienet koperta mis-sistema tal-karta l-ħadra. Din iċ-ċirkustanza, li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju, tqanqal madankollu l-mistoqsija jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kellhiex ġurisdizzjoni tinterpreta r-Regolamenti Interni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>B’riferiment għas-sentenzi Demouche<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19871006">6 ta’ Ottubru 1987</DATE>, <NAME.CASE>Demouche <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>152/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:421">EU:C:1987:421</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Fournier<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19921112">12 ta’ Novembru 1992</DATE>, <NAME.CASE>Fournier</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:431">EU:C:1992:431</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Kummissjoni sostniet fis-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha u waqt is-seduta orali li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni tinterpreta r-Regolamenti Interni. Il-Kummissjoni qalet li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 267(b) TFUE hija limitata għal atti ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea biss. Ir-Regolamenti Interni ma humiex att ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tinterpretahom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Jiena ma naqbilx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Hemm żewġ modi kif jista’ jiġi eżaminat l-istatus tar-Regolamenti Interni fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea: formalment (1) jew b’mod iktar sostantiv (2). Madankollu, irrispettivament mill-approċċ argumentattiv, nasal għall-istess konklużjoni: il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tinterpreta r-Regolamenti Interni f’każ bħal dan.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Approċċ Formali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-Regolamenti Interni ġew ippubblikati bħala anness tad-Deċiżjoni 2003/564<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564/KE, imsemmija iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 6.</P></NOTE>. Din id-deċiżjoni nnifisha hija parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea. B’mod ġenerali, jista’ jiġi preżunt li l-annessi ta’ atti legali għandhom l-istess forza legali bħal dawk l-atti legali nnifishom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara b’analoġija s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030911">11 ta’ Settembru 2003</DATE>, <NAME.CASE>L-Awstrija vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑445/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:445">EU:C:2003:445</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), fejn tgħid li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>il-protokolli u l-annessi ma’ att ta’ adeżjoni jikkostitwixxu dispożizzjonijiet tad-dritt primarju li, sakemm dak l-att ma jipprovdix mod ieħor, ma’ jistgħux jiġu sospiżi, emendati jew imħassra ħlief skont il-proċeduri stabbiliti għall-istħarriġ tat-Trattati oriġinali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>It-tieni nett, id-Deċiżjoni 2003/564 ġiet ippubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali, li fiha leġiżlazzjoni vinkolanti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, li s-serje <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>C<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> hija intiża għall-pubblikazzjoni biss ta’ informazzjoni, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet dwar l-Unjoni Ewropea, fis-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Polska Telefonia Cyfrowa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑410/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:294">EU:C:2011:294</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Expedia</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑226/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:795">EU:C:2012:795</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>DHL Express (Italy) u DHL Global Forwarding (Italy)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑428/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:587">EU:C:2015:587</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, nota ta’ qiegħ il-paġna 17).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>It-tielet nett, hemm obbligu ċar impost fuq l-Istati Membri fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni nnifisha biex jieqfu milli jagħmlu kontrolli fil-fruntiera fuq l-assigurazzjoni ta’ vetturi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi li huma suġġetti għar-Regolamenti Interni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564/KE, li tirriferi għaliha n-nota ta’ qiegħ il-paġna 6: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>[m]ill-<DATE ISO="20030801">1 ta’ Awwissu 2003</DATE>, kull Stat Membru għandu jżomm lura li jagħmel verifiki fuq assigurazzjoni dwar responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ vetturi li huma normalment ibbażati fi Stat Membru ieħor jew fit-territorju [ta’...], li huma suġġetti għall-ftehim tat-<DATE ISO="20020530">30 ta’ Mejju 2002</DATE>, bejn l-Uffiċċji ta’ l-Assiguraturi Nazzjonali ta’ l-Istati Membri u ż-Żona Ekonomika Ewropea u Stati Assoċjati oħra, mehmuża bħala appendiċi ma’ l-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</P></NOTE>. Barra minn hekk, l-Artikolu 6 tad-Direttiva kkonsolidata (li qabel kien l-Artikolu 5 tal-Ewwel Direttiva) jistabbilixxi l-obbligu tal-Istati Membri biex jiżguraw li l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi (li altrimenti huma rregolati mir-Regolamenti Interni) jiskambjaw ċerta informazzjoni. Dawn l-obbligi, li t-twettiq tagħhom jippresupponi l-aċċettazzjoni tar-Regolamenti Interni, huma b’mod ċar eżegwibbli bħala kwistjoni ta’ dritt tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Il-forza kkombinata ta’ dawn l-elementi għandha, fil-fehma tiegħi, konsegwenzi legali ċari: jiġifieri inkorporazzjoni formali ta’ att estern fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea. Dan il-fatt jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tinterpreta dak l-att, li sar parti mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Approċċ sostantiv</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Anki jekk wieħed iħaddan l-approċċ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>sustanza minflok forma<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, ma naħsibx li l-konklużjoni tkun differenti. Għall-kuntrarju: jekk wieħed iħares f’iktar dettall lejn il-kuntest kumplessiv u l-applikazzjoni tar-Regolamenti Interni fi ħdan id-dritt tal-Unjoni, fil-fehma tiegħi, bilfors wieħed għandu jikkonkludi li r-Regolamenti Interni huma parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>L-istruttura tal-elaborazzjoni tiegħi ta’ dan il-punt huwa kif ġej: l-ewwel nett, ser inqiegħed is-sentenza Demouche fil-kuntest ġurisprudenzjali tagħha (a). It-tieni nett, ser niddiskuti l-fehma tiegħi dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik is-sentenza (b). It-tielet nett, ser nikkunsidra l-evoluzzjoni ġenerali tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur wara s-sentenza Demouche (c). Ir-raba’ nett, ser nagħti<?PAGE NO="13"?> ħarsa lejn il-ġurisprudenza l-iktar reċenti u li qed tiżviluppa dwar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpreta atti esterni (d). Il-ħames nett, ser nikkonċentra fil-qosor fuq kap ta’ ġurisdizzjoni potenzjali u usa’, li taħtu jaqgħu r-regoli dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur: il-moviment liberu ta’ persuni (e).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenza Demouche f’kuntest usa</HT></HT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">’</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Is-sentenza Demouche ma kinitx każ iżolat. Meta wieħed jara l-ġurisprudenza ta’ din il-Qorti tal-Ġustizzja qabel u wara s-sentenza Demouche, huwa ċar biżżejjed li l-approċċi interpretattivi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Avukat Ġenerali tagħha dwar il-Ftehim tal-1972, il-predeċessur legali tar-Regolamenti Interni, varjaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Van Ameyde, l-Avukat Ġenerali Reichl iddeċieda li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>jeżamina<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> l-Ftehim tal-1972 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>għad-determinazzjoni tal-kamp tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju li huma kkompletati b’[dak] il-ftehim u li l-interpretazzjoni tagħhom għandha taqbel mal-interpretazzjoni tal-Ftehim<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, peress li dan tal-aħħar huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>b’ċertu mod<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>komponent tar-regoli Komunitarji<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Reischl fil-kawża Ufficio van Ameyde (<REF.DOC.ECR><NO.CASE>90/76</NO.CASE>, mhux ippubblikati, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:76">EU:C:1977:76</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 1135). Il-Qorti tal-Ġustizzja ma ħadet l-ebda pożizzjoni espliċita dwar l-istatus tal-ftehimiet tal-karta l-ħadra fi ħdan id-dritt tal-Unjoni fis-sentenza tagħha. Hija qalet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>s-sistema tal-karta l-ħadra, irrikonoxxuta u pperfezjonata mid-dispożizzjonijiet tal-Komunità, hija intiża biex tiffaċilita l-moviment liberu tal-persuni u tal-oġġetti filwaqt li tissalvagwarda l-interessi tal-persuni li sofrew telf jew korriment […]<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19770609">9 ta’ Ġunju 1977</DATE>, <NAME.CASE>Ufficio van Ameyde</NAME.CASE> (<NO.CASE>90/76</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1977:101">EU:C:1977:101</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 1124, punt 18).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Demouche, l-Avukat Ġenerali Slynn ma ħaddanx għal kollox dak l-approċċ. B’mod partikolari, huwa esprima xi riżervi dwar jekk il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Reichl kellhomx jinftiehmu bħala li jfissru li l-Ftehim tal-1972 kien att tal-istituzzjonijiet tal-Komunità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Slynn fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Demouche <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>152/83</NO.CASE>, mhux ippubblikati, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1987:319">EU:C:1987:319</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, p. 3845).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Sussegwentement, fis-sentenza Fournier, il-Qorti tal-Ġustizzja rfinat l-approċċ tagħha fl-interpretazzjoni tal-ftehim tas-sistema tal-karta l-ħadra rispettiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19921112">12 ta’ Novembru 1992</DATE>, <NAME.CASE>Fournier</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:431">EU:C:1992:431</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Id-domanda preliminari f’dik il-kawża kienet tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>vettura normalment ibbażata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> skont l-Artikolu 1(4) tal-Ewwel Direttiva. Huwa interessanti li l-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet l-interpretazzjoni mitluba mill-qorti nazzjonali għalkemm kien ċar li l-fatti tal-kawża kienu jaqgħu taħt is-sistema tal-karta l-ħadra u mhux taħt id-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Dan huwa nnutat ukoll fil-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tesauro fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kleinwort Benson</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/93</NO.CASE>, mhux ippubblikati, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1995:17">EU:C:1995:17</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Preżumibbilment għal dik ir-raġuni, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet tgħid li l-kliem użat fil-Ftehim tal-1972 u fl-Ewwel Direttiva ma għandux neċessarjament l-istess tifsira u li kienet il-qorti nazzjonali li kellha tagħti lill-kliem ta’ dak il-ftehim <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>it-tifsira li kkunsidrat xierqa, mingħajr ma tkun marbuta […] bit-tifsira […] attribwita lill-istess espressjoni […] [fl-Ewwel Direttiva]<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19921112">12 ta’ Novembru 1992</DATE>, <NAME.CASE>Fournier</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:431">EU:C:1992:431</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>It-tfittxija għal post għall-istrumenti tal-karta l-ħadra fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea tirriżulta wkoll mill-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża Fournier<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fournier</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/89</NO.CASE>, mhux ippubblikati, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:222">EU:C:1992:222</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, p. I-5646).</P></NOTE>. Huwa qal li għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma setgħetx tinterpreta l-Ftehim tal-1972, dak ma kienx ifisser li l-Qorti tal-Ġustizzja <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>ma kellha l-ebda ġurisdizzjoni biex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-qorti nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. Filwaqt li xebbah il-każ ma’ dak tal-kawża Dzodzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901018">18 ta’ Ottubru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Dzodzi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑297/88 u C‑197/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:360">EU:C:1990:360</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u l-ġurisprudenza relatata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19901108">8 ta’ Novembru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Gmurzynska-Bscher</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑231/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:386">EU:C:1990:386</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-Avukat Ġenerali Jacobs kkunsidra li l-kompetenza interpretattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja kellha<?PAGE NO="14"?> tapplika għaliex il-Ftehim tal-1972 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>mhux talli ma huwiex kuntratt ordinarju rregolat mid-dritt privat, imma talli [kien] element essenzjali tas-sistema mwaqqfa mill-[Ewwel Direttiva]. Mhux biss [dak] il-ftehim kien ikkontemplat mid-direttiva; il-konklużjoni tiegħu kienet kundizzjoni preċedenti għad-dħul fis-seħħ tal-parti l-kbira tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Fournier</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑73/89</NO.CASE>, mhux ippubblikati, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:222">EU:C:1992:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-pożizzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Avukat Ġenerali fil-kawża Fournier, kif ukoll il-pożizzjoni tal-Avukat Ġenerali fil-kawża Van Ameyde jixhdu l-fatt li qatt ma kien ġie stabbilit b’mod ċar jekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandhiex ġurisdizzjoni sħiħa jew inkella l-ebda ġurisdizzjoni, fejn sempliċi riferiment għas-sentenza Demouche mingħajr il-kuntest tagħha seta’ jwassal lil dak li jkun jaħseb hekk. Kien hemm ċertu ambigwità. Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet fil-passat li s-sistema tal-karta l-ħadra hija marbuta mill-qrib mal-istrumenti tad-dritt tal-Unjoni u ma tistax tiġi sempliċiment injorata mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Madankollu, is-soluzzjoni magħżula hemmhekk kienet ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>stil Dzodzi<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> ibbażata fuq paralleliżmu interpretattiv bejn id-dispożizzjonijiet tad-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u s-sistema tal-karta l-ħadra. Filwaqt li dan l-approċċ għadu possibbli, għar-raġunijiet msemmija fil-punti li ġejjin ta’ din it-taqsima, ma naħsibx li dan jirrifletti b’mod preċiż il-funzjonament ġenwin u, minn dakinhar, kunsiderevolment evolut tas-sistema tal-karta l-ħadra ġewwa l-Unjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kamp ta</HT></HT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">’ applikazzjoni tas-sentenza Demouche</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Id-domanda preliminari li saret fil-kawża Demouche kienet pjuttost limitata u speċifika: kienet tikkonċerna l-klawżola ta’ arbitraġġ ipprovduta fil-Ftehim tal-1972, u b’mod iktar partikolari tibdil magħmul f’din il-klawżola minn dak il-ftehim kuntrarjament għall-Ftehim tal-1953 inizjali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Għad hemm klawżola ta’ arbitraġġ fil-verżjoni kurrenti tar-Regolamenti Interni (Artikolu 19).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, il-kawża Demouche kienet tirrigwarda esklużivament il-funzjonament <HT TYPE="ITALIC">intern</HT> tas-sistema tal-karta l-ħadra, kif ifformulata dak iż-żmien, u l-funzjonament ta’ mekkaniżmu ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim biex jintuża mill-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi. Dik il-kawża ma qajmet l-ebda kwistjoni dwar l-interazzjoni possibbli tar-Regolamenti Interni mas-sistema stabbilita mid-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur kif kienet teżisti dak iż-żmien, jew l-impatt ta’ dik is-sistema fuq id-drittijiet ta’ terzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>B’kuntrast, fil-kawża preżenti, il-qorti tar-rinviju qed tagħmel domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja biex taċċerta, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-garanziji proċedurali li jingħataw lill-persuni li jitqiesu responsabbli għal inċident u huma esposti għal azzjoni ta’ rkupru għad-danni fi Stat Membru differenti. Din l-azzjoni hija konsegwenza tal-funzjonament tas-sistema tal-karta l-ħadra li ġiet inkorporata espressament fid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Id-domandi magħmula fil-kawża ineżami għalhekk jestendu ferm lil hinn mill-iskema interna tar-Regolamenti Interni. Huma ta’ natura differenti ħafna. Dawn jirrigwardaw, essenzjalment, il-konsegwenzi legali <HT TYPE="ITALIC">esterni</HT> tal-applikazzjoni tar-Regolamenti Interni fuq id-drittijiet u l-obbligi ta’ terzi. Minn dan l-aspett, jiena nqis din it-talba għal deċiżjoni preliminari bħala li hija differenti ħafna minn dik li tressqet fil-kawża Demouche.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kuntest u l-evoluzzjoni ġenerali tal-assigurazzjoni ta</HT></HT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">’ vetturi bil-mutur</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Apparti mill-fatt li l-kawża Demouche kellha tip ta’ domanda differenti, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma kinitx meħtieġa tesplora l-implikazzjonijiet iktar wiesgħin tas-sistema tal-karta l-ħadra fid-dritt tal-Unjoni, għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-qasam li jirregola l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur permezz tas-sistema tal-karta l-ħadra u tas-sistema stabbilita mid-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur żviluppa iktar minn mindu ġiet deċiża l-kawża Demouche fl-1987.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fi ftit kliem, is-sistema tal-karta l-ħadra u s-sistema stabbilita mid-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur saru iktar u iktar interkonnessi fil-livelli sostantivi, istituzzjonali kif ukoll proċedurali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>L-interkonnessjoni <HT TYPE="ITALIC">sostantiva</HT> diġà ġiet esplorata fil-punti 32 sa 53 ta’ dawn il-konklużjonijiet. L-abolizzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri fuq l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur taħt l-Ewwel Direttiva kienet tiddependi minn dak li sar l-Ftehim tal-1972. Din l-abolizzjoni tibqa’ tiddependi fuq iż-żamma fis-seħħ tar-Regolamenti Interni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>L-interazzjoni <HT TYPE="ITALIC">istituzzjonali</HT> bejn iż-żewġ sistemi tmur lil hinn iktar minn hekk. B’mod ġenerali, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> jipprovdu kumpens taħt is-sistema tal-karta l-ħadra. Taħt id-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur l-entitajiet li għandhom rwol simili huma msemmija bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>korpi ta’ kumpens<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>. Madankollu, fil-verità entità waħda tista’ taġixxi kemm bħala uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi kif ukoll korp ta’ kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>F’ċerti Stati Membri, entità waħda tittratta talbiet imressqa kemm taħt is-sistema tal-karta l-ħadra, kif ukoll taħt d-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur. Għalhekk, għal kull fini prattiku, lanjant diffiċilment ikun jaf meta l-istess awtorità tkun qed taġixxi taħt id-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u meta tkun qed taġixxi taħt is-sistema tal-karta l-ħadra, billi ta’ spiss il-proċedura nazzjonali hija l-istess ukoll. Eżempju ta’ dan hija l-Litwanja stess. B’kuntrast, fil-Ġermanja, ir-rwol sabiex jingħata kumpens huwa maqsum bejn żewġ korpi differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Konnessjonijiet <HT TYPE="ITALIC">proċedurali</HT> jistgħu jintwerew pereżempju mill-Artikolu 6 tad-Direttiva kkonsolidata (li kien l-Artikolu 5 tal-Ewwel Direttiva). Skont dan l-artikolu l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw l-iskambju ta’ ċerta informazzjoni bejn l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi li huma rregolati mis-sistema tal-karta l-ħadra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-ħlas ta’ talbiet li jirriżultaw minn sistema waħda jew oħra għandu jiġi pproċessat taħt l-istess proċedura, kif meħtieġ mill-Artikolu 19 tad-Direttiva kkonsolidata (li kien l-Artikolu 4e tat-Tielet Direttiva)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>L-Artikolu 4e kien iddaħħal fit-Tielet Direttiva mill-Ħames Direttiva. Ara l-premessa 22 tal-Ħames Direttiva. Bl-istess mod, is-sit elettroniku tal-KU jagħti l-istorja li tikkombina, f’ordni kronoloġika, l-iżviluppi kemm fis-sistema tal-karta l-ħadra kif ukoll fi ħdan l-Unjoni Ewropea: http://www.cobx.org. Għodda ta’ riċerka hija disponibbli għall-vittmi ta’ inċidenti tat-traffiku fil-paġni tas-sit elettroniku tal-KU bil-possibbiltà li ssir għażla bejn il-korpi taħt sistema waħda jew oħra.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Fuq nota purament anċillari, jista’ jingħad ukoll li d-dokumenti tal-KU nnifsu, li huma disponibbli għall-pubbliku, jirriflettu wkoll in-natura mħallta tas-sistema tal-karta l-ħadra u tad-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur. Huma jirreferu għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>pilastru tal-karta l-ħadra<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> u għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>pilastru tad-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> li tista’ tgħid jippreżentawhom bħala subelementi ta’ skema iktar komprensiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Dak li ntqal iktar ’il fuq juri, fil-fehma tiegħi, li s-sistema tal-karta l-ħadra, għalkemm formalment awtonoma, saret tant interkonnessa mas-sistema tal-Unjoni Ewropea li effettivament jifformaw ħaġa waħda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ta’ min iżid jgħid li l-qorti suprema tar-Renju Unit reċentement ħadet pożizzjoni analoga dwar ir-rabta bejn ir-Raba’ Direttiva u ftehim bejn il-korpi ta’ kumpens u l-fondi ta’ garanzija previsti mir-Raba’ Direttiva, bl-istess mod kif ingħad fl-Ewwel Direttiva fir-rigward tal-Ftehim tal-1972. Hija kkonkludiet li r-relazzjoni bejn iż-żewġ sistemi ma għandhiex titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>teknika żżejjed<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> u għandha pjuttost <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>titqies bħala parti minn skema konsistenti, li għandha tiġi kkunsidrata u interpretata b’mod kumplessiv<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>: Moreno vs The Motor Insurers’ Bureau [2016] UKSC 52, punt 33 (minn Lord Mance).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Ġurisprudenza riċenti dwar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tinterpreta atti esterni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Apparti mill-evoluzzjoni interna tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, il-kuntest usa’ ta’ ġurisprudenza iktar riċenti dwar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 267 TFUE huwa ta’ rilevanza wkoll. Sa mis-sentenza Sevince<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kellha ġurisdizzjoni biex tinterpreta deċiżjonijiet adottati minn awtorità, meta l-awtorità tkun ġiet stabbilita minn ftehim internazzjonali konkluż mill-Unjoni, u li fir-rigward tiegħu l-awtorità kellha r-responsabbiltà ta’ implementazzjoni. Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900920">20 ta’ Settembru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Sevince</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑192/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:322">EU:C:1990:322</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19930121">21 ta’ Jannar 1993</DATE>, <NAME.CASE>Deutsche Shell</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑188/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1993:24">EU:C:1993:24</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-ġurisdizzjoni interpretattiva tagħha taħt l-Artikolu 267 TFUE ma hijiex limitata għal atti adottati, strettament, minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni. Dik il-ġurisdizzjoni testendi wkoll għal atti, li għalkemm adottati barra mill-qafas istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea, sussegwentement saru parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea. Din il-ġurisdizzjoni hija ġġustifikata mill-għan stess tal-Artikolu 267 TFUE, li huwa li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet kollha li jiffurmaw parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19900920">20 ta’ Settembru 1990</DATE>, <NAME.CASE>Sevince</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑192/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:322">EU:C:1990:322</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>James Elliott Construction</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑613/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:821">EU:C:2016:821</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Reċentement, fil-kawża Elliott, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat il-ġurisdizzjoni tagħha li tinterpreta standard armonizzat adottat minn CEN (organizzazzjoni rregolata mid-dritt privat) li kien ġie ppubblikat fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali. Il-Qorti tal-Ġustizzja nnutat li dan l-istandard jifforma parti mid-dritt tal-Unjoni, iżjed u iżjed jekk il-konformità ma’ dawn l-istandards qed tiġi infurzata mill-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>James Elliott Construction</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑613/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:821">EU:C:2016:821</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Jekk konklużjoni bħal dik tgħodd għal standard tekniku ppubblikat bħala sempliċi <HT TYPE="ITALIC">komunikazzjoni</HT> fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali, jiena jkolli nikkonkludi li l-istess japplika, <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT>, għal dik il-parti tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali bħala <HT TYPE="ITALIC">leġiżlazzjoni vinkolanti</HT> fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali. Barra minn hekk, kif ingħad diġà iktar ’il fuq, hemm obbligi eżegwibbli li jirriżultaw minn dik id-deċiżjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Ara l-punti 58 sa 61 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> li aktarx jiġu eżegwiti mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>Din il-pożizzjoni hija sostnuta ulterjorment minn argument kostituzzjonali usa’. Reċentement, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet fil-kawża Ledra Advertising<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160920">20 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Ledra Advertising <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni u Il‑BĊE</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/15 P sa C‑10/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:701">EU:C:2016:701</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> li għalkemm att partikolari ma jistax jiġi kkunsidrat bħala att ta’ istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea li jista’ jiġi kkontestat f’azzjoni taħt l-Artikolu 263 TFUE, dan ma jipproteġix lill-Unjoni Ewropea minn talbiet għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali skont l-Artikolu 340 TFUE. B’analoġija dan ifisser li anki jekk l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jaġixxu f’kuntest u b’mod kemxejn atipiku, dan ma jfissirx li jaħarbu kompletament minn stħarriġ ġudizzjarju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>L-istess loġika hija, fil-fehma tiegħi, applikabbli anki b’iktar saħħa ladarba istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea tiddeċiedi li tinkorpora att legali oriġinarjament estern fid-dritt tal-Unjoni u tislet minnu l-konsegwenzi legali billi effettivament teżegwih internament. Jekk jiġri hekk, l-istess istituzzjoni ma tistax wara tagħlaq għajnejha u tissuġġerixxi li billi dak l-att kien oriġinarjament fformulat minn terz, għalhekk ma huwiex att ta’ dik l-istituzzjoni. Jekk wieħed iħalli dawn il-lakuni fl-istħarriġ ġudizzjarju dan ikun inkompatibbli mal-viżjoni ta’ Unjoni bbażata fuq l-istat tad-dritt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19860423">23 ta’ April 1986</DATE>, <NAME.CASE>Les Verts vs Parliament</NAME.CASE> (<NO.CASE>294/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1986:166">EU:C:1986:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020725">25 ta’ Lulju 2002</DATE>, <NAME.CASE>Unión de Pequeños Agricultores vs Il‑Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑50/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:462">EU:C:2002:462</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120626">26 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Polonja vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑335/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:385">EU:C:2012:385</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Regoli inkorporati li jaffettwaw il-moviment liberu ta</HT></HT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">’ persuni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett hemm punt tal-aħħar, forsi pjuttost anċillari imma xorta rilevanti, li għandu jissemma: il-kuntest ġenerali li fih joperaw ir-Regolamenti Interni u d-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur, kif ukoll l-għan li għalih iż-żewġ sistemi ġew introdotti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Kif spjegat diġà iktar ’il fuq, iż-żewġ sistemi ġew stabbiliti bħala għodda għall-implementazzjoni tal-moviment liberu tal-persuni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Ara l-punt 39 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Sussegwentement, elementi oħra tal-moviment liberu ta’ persuni bħas-servizzi, pereżempju l-provvista ta’ servizzi ta’ assigurazzjoni (kif irrikonoxxut mir-Raba’ Direttiva u mid-Direttiva kkonsolidata) saru konnessi maż-żewġ sistemi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara pereżempju l-premessi 1 u 2 tar-Raba’ Direttiva jew il-premessa 2 tad-Direttiva kkonsolidata.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-kawża, huwa partikolarment rilevanti li l-parteċipazzjoni ta’ Stat Membru fis-sistema tal-karta l-ħadra kif stabbilit fir-Regolamenti Interni jew il-predeċessur tagħha għaldaqstant taffettwa b’mod ċar il-libertà ta’ persuni li jiċċaqilqu minn fruntiera għal oħra ġewwa l-Unjoni Ewropea<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Ara pereżempju l-eċċezzjoni dwar il-Greċja kif ipprovdut fir-Raba’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/21/KEE, tas-<DATE ISO="19860516">16 ta’ Mejju 1986</DATE>, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni għal din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153" PAGE.FIRST="52" DATE.PUB="1986">ĠU 1986 L 153, p. 52</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Għalhekk, mod alternattiv (jew komplementari) kif tiġi ttrattata l-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jkunx permezz tal-Artikolu 267(b) TFUE, imma pjuttost permezz tal-Artikolu 267(a) TFUE. Ma hemmx dubju li s-suġġett inkwistjoni fil-kawża preżenti jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat dwar il-moviment liberu. Wara kollox, ir-regoli tad-dritt sekondarju tal-Unjoni fil-forma tad-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u tad-Direttiva kkonsolidata, li jkopru l-istess qasam sostantiv bħar-Regolamenti Interni, ġew adottati sabiex jittejjeb il-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Din għandha żewġ konsegwenzi. L-ewwel nett, fid-dawl tan-natura interkonnessa taż-żewġ sistemi, hemm bżonn li jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-elementi rispettivi tad-dritt sekondarju tal-Unjoni, jiġifieri d-Direttiva kkonsolidata u r-Regolamenti Interni, tkun konsistenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Kemm mill-aspett tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, kif inhu l-każ f’din it-taqsima, kif ukoll minn punt ta’ osservazzjoni orizzontali, li jerġa’ jwassal għall-applikazzjoni magħmula fis-sentenza Fournier tal-paralleliżmu mħaddan mill-Avukat Ġenerali Jacobs fil-kawża Dzodzi (ara l-punt 68 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 40 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>. It-tieni nett, huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-funzjonament ta’ dawn l-istrumenti ma jaffettwax b’mod negattiv il-moviment liberu tal-persuni, bħall-persuni meqjusa bħala responsabbli għal inċident, b’mod li jkun inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Il-fatt li s-suġġett kopert jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu għandu impatt ukoll fuq l-applikabbiltà ta’ drittijiet proċedurali tal-partijiet ikkonċernati, kif stabbilit b’mod partikolari fl-Artikolu 47 tal-Karta u kif imsemmi mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 51(1) tal-Karta, id-dispożizzjonijiet tagħha huma indirizzati lill-Istati Membri biss meta qed jimplementaw d-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151006">6 ta’ Ottubru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Delvigne</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑650/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:648">EU:C:2015:648</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160525">25 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Meroni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑559/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:349">EU:C:2016:349</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Paoletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑218/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:748">EU:C:2016:748</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Meta jikkonformaw ruħhom mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinkorpora r-Regolamenti Interni fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri jkunu qed jimplementaw id-dritt tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 51(1) tal-Karta. Għal din ir-raġuni l-garanziji pprovduti mill-Karta jsiru wkoll applikabbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija, kemm formali kif ukoll sostantivi, il-konklużjoni provviżorja tiegħi hija li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni biex tinterpreta r-Regolamenti Interni annessi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Drittijiet ta</HT><HT TYPE="BOLD">’ terzi fil-kuntest tal-applikazzjoni tar-Regolamenti Interni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-Direttiva kkonsolidata u r-Regolamenti Interni jagħmluhiex possibbli għal uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi, <HT TYPE="ITALIC">in casu</HT> l-Uffiċċju B, li jibbaża t-talba tiegħu għall-ħlas kontra persuni bħall-kokonvenuti għas-sempliċi fatt li l-ħlas tal-ammont mitlub sar mill-Uffiċċju B lil uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi ieħor, <HT TYPE="ITALIC">in casu</HT> l-Uffiċċju A. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi b’mod iktar speċifiku jekk l-Uffiċċju B (bħala r-rikorrent) għandux jistabbilixxi għalkollox ir-responsabbiltà sottostanti t-talba tiegħu u għaldaqstant l-ammont ta’ danni fl-Istat Membru tal-konvenut (l-ewwel domanda).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-portata tal-obbligi ta’ informazzjoni li l-Uffiċċju A għandu fil-konfront ta’ persuni bħall-kokonvenuti u r-rikorrent (it-tieni u t-tielet domandi). Hija tistaqsi wkoll dwar il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-obbligu (ir-raba’ domanda). Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-ammont irrimborsat minn uffiċċju wieħed lil ieħor għandux jitqies, fid-dawl tar-Regolamenti Interni, bħala riskju mhux rimborsabbli pjuttost milli obbligu pekunjarju (il-ħames domanda).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>L-ewwel domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju tirrigwarda essenzjalment l-oneru tal-prova li għandu jaqa’ fuq ir-rikorrent fil-kawża prinċipali. Dan imbagħad jirrigwarda l-kwistjoni ta’ garanziji proċedurali li għandhom jiġu pprovduti lill-kokonvenuti. Jiena nqis li din id-domanda hija fundamentali għall-eżitu tat-talba fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>B’kuntrast, id-domandi li jifdal huma konnessi mal-obbligi bejn l-Uffiċċju A u l-Uffiċċju B. Ma naħsibx li risposta għal dawn id-domandi tipprovdi gwida utli sa fejn huma kkonċernati d-drittijiet u l-obbligi konkreti li jirriżultaw mir-relazzjoni legali bejn l-Uffiċċju B u l-kokonvenuti, li jikkostitwixxi s-suġġett tal-kawża prinċipali quddiem il-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tirrispondi għall-ewwel domanda preliminari, u jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi s-suġġeriment tiegħi dwar ir-risposta għal dik id-domanda, id-domandi preliminari l-oħra magħmula jsiru, fil-biċċa l-kbira, żejda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Mill-bidu għandu jiġi mtenni li d-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur ma japplikawx għall-kawża ineżami. Kif qalet il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, u kif ikkonferma l-Gvern Litwan fis-seduta, it-talba relatata mal-inċident inkwistjoni kienet ipproċessata taħt is-sistema tal-karta l-ħadra. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika din il-konstatazzjoni fattwali. Madankollu, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe element kuntrarju, jiena tal-fehma li d-domanda magħmula għandha titwieġeb fid-dawl tar-Regolamenti Interni biss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Madankollu, ir-Regolamenti Interni ma jgħidu xejn dwar il-kundizzjonijiet proċedurali li taħthom uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi, issurrogat fid-drittijiet ta’ uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi ieħor, jista’ jressaq azzjoni bħall-azzjoni fil-kawża prinċipali. Dawn jirrigwardaw ir-relazzjonijiet bejn l-uffiċċji nazzjonali tal-assiguraturi rispettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Għalhekk isegwi li r-regoli dwar kemm il-proċedura kif ukoll is-sustanza ta’ azzjoni għad-danni, bħal azzjoni ta’ rkupru li r-rikorrent ressaq fil-proċeduri prinċipali, ikunu rregolati għalkollox mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun saret il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Madankollu, kif spjegajt iktar ’il fuq fil-parti B ta’ dawn il-konklużjonijiet, ir-Regolamenti Interni ġew inkorporati f’deċiżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, isiru parti mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, billi jiffunzjonaw bħala għodda li ttejjeb il-moviment liberu tal-persuni u għalhekk jaqgħu bla dubju fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, japplikaw l-istandards minimi pprovduti mill-Karta. Huwa f’dan il-kuntest li ser nikkunsidra r-referenza tal-qorti nazzjonali għall-Artikolu 47 tal-Karta (dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali) fl-ewwel domanda tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Għalhekk hemm il-bżonn li jiġi żgurat li l-eżekuzzjoni ġudizzjarja ta’ talbiet li jirriżultaw mir-Regolamenti Interni tkun konformi mal-garanziji proċedurali minimi previsti mill-Karta. Dawn il-garanziji mhux biss huma applikabbli għall-vittmi tal-inċidenti tat-traffiku imma wkoll għal persuni allegatament responsabbli għal dawk l-inċidenti li huma suġġetti għal talbiet ta’ kumpens relatati. Approċċ ibbilanċjat huwa ferm iktar importanti f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali fejn ir-responsabbiltà għall-inċident inkwistjoni jidher li nqasmet bejn iż-żewġ sewwieqa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107.</NO.P><TXT>Bħala paragun orizzontali, id-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fihom regoli, għalkemm rudimentali ħafna, dwar id-dritt ta’ surroga ta’ korp ta’ kumpens kontra persuna responsabbli għall-inċident li affettwa vittma barra mill-Istat ta’ residenza tiegħu jew tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Din ir-regola ġiet introdotta mir-Raba’ Direttiva (ara l-Artikoli 20 sa 26 tad-Direttiva kkonsolidata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108.</NO.P><TXT>Għalkemm il-kawża ineżami ma hijiex ikkonċernata b’dan ix-xenarju<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Il-fatti pprovduti mill-qorti tar-rinviju ma jindikawx li K. Floros sofra dannu barra mill-Istat Membru fejn jirrisjedi.</P></NOTE>, huwa diffiċli tifhem li garanziji proċedurali minimi applikati f’tali każ ma għandhomx jiġu interpretati b’mod konsistenti ma’ talbiet għal surroga mressqa f’każijiet oħra bħal fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109.</NO.P><TXT>Wara li tittieħed inkunsiderazzjoni n-natura interkonnessa tad-direttivi dwar l-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u s-sistema tal-karta l-ħadra ġewwa l-Unjoni Ewropea, jiena tal-fehma li għandu jkun hemm protezzjoni proċedurali minima komuni għall-inċidenti. Jekk din il-protezzjoni hija pprovduta f’sistema waħda, l-oħra ma għandhiex tevolvi b’mod iżolat fi ħdan l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110.</NO.P><TXT>F’dan l-isfond u b’dawn il-kunsiderazzjonijiet f’moħħna, x’inhi l-protezzjoni minima li għandha tkun meħtieġa fir-rigward ta’ azzjoni ta’ rkupru bħal dik fil-kawża prinċipali?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111.</NO.P><TXT>It-talba fil-kawża prinċipali tidher li hija talba taħt id-dritt ċivili għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali/delittwali. F’termini ta’ garanziji proċedurali, id-drittijiet tal-partijiet għal rimedju effettiv u imparzjali u smigħ pubbliku skont l-Artikolu 47 tal-Karta essenzjalment ifisser<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>Ara f’dan is-sens, pereżempju, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130228">28 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE>RX-II</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑334/12</NO.CASE> <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:134">EU:C:2013:134</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE>, <NAME.CASE>P FLSmidth</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑238/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:284">EU:C:2014:284</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160525">25 ta’ Mejju 2016</DATE>, <NAME.CASE>Meroni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑559/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:349">EU:C:2016:349</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> li l-kokonvenuti għandu jkollhom l-opportunità li jikkontestaw allegazzjoni ta’ responsabbiltà u l-ammont ta’ danni mitluba. Din il-possibbiltà għandha tingħata jew fil-proċeduri fil-qorti fl-Istat Membru tal-inċident (jekk saru tali proċeduri) jew fi proċeduri fil-qorti fl-Istat Membru fejn inbdiet l-azzjoni ta’ rkupru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112.</NO.P><TXT>Ikun inkompatibbli ma’ dawn ir-rekwiżiti jekk il-persuna meqjusa responsabbli għal inċident tiġi ffaċċjata b’eżekuzzjoni awtomatika ta’ ftehim bonarju li ġie konkluż fl-Istat Membru tal-inċident fejn hija ma kellha l-ebda sehem. Wieħed jasal għall-istess konklużjoni kemm jekk tali sitwazzjonijiet jissejħu bħala <HT TYPE="ITALIC">res inter alios acta</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P><HT TYPE="ITALIC">Res inter alios acta aliis neque nocere, neque prodesse potest</HT>. Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Seagon vs Deko Marty Belgium</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑339/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:575">ECLI:EU:C:2008:575</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u nota ta’ qiegħ il-paġna 12).</P></NOTE> jew inkella jekk jiġu kkunsidrati mill-perspettiva tal-kunċett relatat tal-limitazzjoni tal-effetti tal-kuntratti bejn il-partijiet kontraenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130207">7 ta’ Frar 2013</DATE>, <NAME.CASE><HT TYPE="ITALIC">Refcomp SpA</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑543/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:62">ECLI:EU:C:2013:62</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) li tirreferi għad-dritt Franċiż. Ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mazák għall-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Masdar</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑47/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:342">ECLI:EU:C:2008:342</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, l-eżekuzzjoni ta’ talba għad-danni f’azzjoni ta’ rkupru skont is-sistema tal-karta l-ħadra ma tistax topera fuq il-bażi ta’ rikonoxximent reċiproku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Dan ikun paragunabbli mas-sistema skont ir-Regolament Nru 1215/2012. Din l-aħħar sistema tippreżupponi l-eżistenza ta’ sentenza, li tiżgura bħala prinċipju li jkunu ġew osservati l-garanziji proċedurali applikabbli. Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012 L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Jidher mill-fatti tal-proċess, madankollu, li dan kien l-approċċ adottat fis-sentenza tal-ewwel istanza fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113.</NO.P><TXT>Id-dettalji preċiżi tal-garanziji proċedurali li għandhom japplikaw għal persuni bħall-kokonvenuti fil-kawża prinċipali għandhom jiġu fformulati mill-Istati Membri. Iżda, il-fatt li uffiċċju wieħed tal-assiguraturi sempliċiment jinforma uffiċċju ieħor fi Stat Membru ieħor li l-kumpens tħallas skont ir-Regolamenti Interni ma jistax jiġi kkunsidrat bħala prova suffiċjenti ta’ responsabbiltà u għaldaqstant tal-ammont tad-dannu mitlub. Il-provi li jsostnu talba mressqa minn uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi f’azzjoni ta’ rkupru kontra persuna meqjusa responsabbli għal inċident tat-traffiku fl-Istat Membru fejn il-karozza kienet rreġistrata għandhom jiġu stabbiliti <HT TYPE="ITALIC">għalkollox</HT> skont ir-regoli nazzjonali dwar ir-responsabbiltà ċivili ta’ dak l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114.</NO.P><TXT>Fi ftit kliem: Anki jekk inkorporati fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni Ewropea minn deċiżjoni tal-Kummissjoni, ir-Regolamenti Interni ma jistabbilixxux sistema ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>rikonoxximent reċiproku<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>. Kif għandha titwettaq preċiżament azzjoni ta’ rkupru potenzjali hija kwistjoni tad-dritt nazzjonali. Madankollu, l-Artikolu 47 tal-Karta jeħtieġ li l-persuna li titqies responsabbli għal inċident tat-traffiku tingħata l-opportunità li tinstema’ minn qorti jekk tikkontesta r-responsabbiltà tagħha. Dan jista’ jiġri fl-Istat Membru tal-inċident jew fl-Istat Membru fejn l-azzjoni ta’ rkupru tkun tressqet kontra dak l-individwu. Fi kwalunkwe każ, id-dritt għal smigħ xieraq ma jistax, fil-frattemp, jintilef. Ma jistax jaqa’ fix-xquq ta’ bejn is-sistemi legali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="21"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għall-ewwel domanda preliminari magħmula mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (qorti suprema, il-Litwanja) kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P>Ir-Regolamenti Interni tal-Kunsill tal-Uffiċċji adottati mill-Ftehim tat-<DATE ISO="20020530">30 ta’ Mejju 2002</DATE> mehmuż bħala appendiċi mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/564/KE, tat-<DATE ISO="20030728">28 ta’ Lulju 2003</DATE>, dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE dwar verifiki fuq assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, ma jistgħux jiġu interpretati fis-sens li jeħtieġu l-eżekuzzjoni awtomatika ta’ ftehim bonarju milħuq mingħajr il-parteċipazzjoni tal-persuna meqjusa responsabbli fl-Istat Membru fejn seħħ l-inċident kontra dik il-persuna fl-Istat Membru fejn kienet irreġistrata l-karozza.</P><P>L-elementi ta’ tali talba mressqa mill-uffiċċju nazzjonali tal-assiguraturi fl-Istat Membru fejn kienet irreġistrata l-karozza f’azzjoni ta’ rkupru kontra persuna meqjusa responsabbli għal inċident tat-traffiku għandhom jiġu stabbiliti għalkollox taħt ir-regoli nazzjonali dwar ir-responsabbiltà ċivili ta’ dak l-Istat Membru, filwaqt li jiġu osservati b’mod partikolari l-garanziji tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.</P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>