13.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/61


Modifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8485 — Hitachi Group/Honda/JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 187/18)

1.

Fit-2 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Hitachi Automotive Systems Ltd (“HIAMS”, il-Ġappun) u Honda Motor Co., Ltd (“Honda”, il-Ġappun) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(4)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-Joint Venture (JV) permezz ta' xiri ta' ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

HIAMS hija attiva fil-produzzjoni u l-forniment ta’ prodotti u teknoloġiji awtomobilistiċi;

—

Honda hija attiva fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ karozzi, muturi u prodotti tal-enerġija;

—

Il-Joint Venture se tkun attiva fil-produzzjoni u l-provvista ta’ muturi elettriċi fil-Ġappun, iċ-Ċina u l-Istati Uniti tal-Amerika.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir- referenza M.8485 — Hitachi Group/Honda/JV, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.