1.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 113/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/711

tat-28 ta' April 2015

dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Stat Terz għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) ATALANTA/4/2015

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà ATALANTA/3/2009 tal-21 ta' April 2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bi ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (2009/369/PESK) (2),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi.

(2)

Fid-29 ta' April 2014, il-KPS adotta d-Deċiżjoni ATALANTA/2/2014 (3) li emendat id-Deċiżjoni ATALANTA/3/2009.

(3)

Konsegwentement għall-ittra datata l-10 ta' Diċembru 2014 mill-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, ir-rakkomandazzjoni dwar kontribut mir-Repubblika tal-Korea mid-Deputat Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE fid-9 ta' April 2015 u r-rakkomandazzjoni mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea fil-15 ta' April 2015, il-kontribut mir-Repubblika tal-Korea għandu jiġi aċċettat.

(4)

Il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea hija soġġetta għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Korea f'operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-immaniġġar ta' kriżijiet (4), iffirmat fit-23 ta' Mejju 2014.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-kontribut mir-Repubblika tal-Korea għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) huwa aċċettat u huwa meqjus bħala sinifikanti.

2.   Ir-Repubblika tal-Korea hi eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-Atalanta.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.

(2)   ĠU L 112, 6.5.2009, p. 9.

(3)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà Atalanta/2/2014 tad-29 ta' April 2014 dwar l-aċċettazzjoni ta' kontribut ta' Pajjiż Terz għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li temenda d-Deċiżjoni ATALANTA/3/2009 (2014/244/PESK) (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 63).

(4)   ĠU L 166, 5.6.2014, p. 3.