|
15.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 371/134 |
P9_TA(2020)0194
Linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Lulju 2020 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill fir-rigward ta' linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (COM(2020)0070 – C9-0079/2020 – 2020/0030(NLE))
(Konsultazzjoni)
(2021/C 371/26)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2020)0070), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0079/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A9-0124/2020), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Emenda 1
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 2
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 3
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 4
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 5
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 6
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 37
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 7
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 8
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 8
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 9
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 9
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 10
Proposta għal deċiżjoni
Premessa 10
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
||||
|
|
Emenda 11
Proposta għal deċiżjoni
Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-linji gwida stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu riveduti sa mhux aktar tard minn sena wara l-adozzjoni tagħhom biex titqies il-kriżi tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali u dawk għall-impjiegi tagħha, u biex nirrispondu aħjar għal kriżijiet simili fil-ġejjieni. Sabiex jissaħħaħ il-proċess deċiżjonali demokratiku, il-Parlament Ewropew għandu jiġi involut fid-definizzjoni tal-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi fuq bażi ugwali mal-Kunsill. |
Emenda 12
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 5 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu b'mod attiv ekonomija tas-suq soċjali sostenibbli u jiffaċilitaw u jappoġġaw l-investiment fil-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità . Għal dan il-għan, jenħtieġ li jnaqqsu l-ostakoli li n-negozji jiffaċċjaw biex jimpjegaw in-nies, irawmu l-intraprenditorija responsabbli u l-impjieg indipendenti ġenwin u, b'mod partikolari, jappoġġjaw il-ħolqien u t-tkabbir ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, inkluż permezz tal-aċċess għall-finanzi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu b'mod attiv l-iżvilupp tal-ekonomija soċjali, irawmu l-innovazzjoni soċjali u l-intrapriżi soċjali, u jinkoraġġixxu dawk il-forom innovattivi ta' xogħol, joħolqu opportunitajiet ta' impjiegi ta' kwalità u jiġġeneraw benefiċċji soċjali fil-livell lokali. |
L-Istati Membri għandhom jippromwovu b'mod attiv impjiegi sħaħ u ta' kwalità abbażi ta' ekonomija b'saħħitha . Filwaqt li jirrikonoxxu li l-investiment tal-Istat għandu rwol kruċjali fil-ħolqien tal-impjiegi, l-Istati Membri għandhom ivaraw investiment pubbliku kbir u politiki tal-impjiegi intelliġenti u ambizzjużi biex joħolqu l-impjiegi. L-Istati Membri għandhom jadattaw il-politiki tal-impjiegi tagħhom u jikkoordinaw, fil-livell tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-miżuri temporanji li jipproteġu lill-ħaddiema u lis-swieq tax-xogħol kollha. Tali miżuri għandhom jinkludu sussidji tal-pagi; appoġġ għall-introjtu u estensjoni tal-iskemi ta' benefiċċji tal-qgħad; l-estensjoni tal-liv tal-mard imħallas u tal-liv ta' familjari li jindukraw u arranġamenti ta' telexogħol. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw it-trasformazzjoni tal-intrapriżi Ewropej biex jiżguraw l-awtosuffiċjenza, b'mod partikolari fir-rigward tat-tagħmir protettiv u l-apparat mediku. L-Istati Membri għandhom iżidu l-appoġġ tagħhom għan-negozji li qed ibatu minħabba l-kriżi dment li dawk in-negozji jżommu l-persunal kollu tagħhom. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ukoll li jissospendu s-sensji matul il-perjodu ta' kriżi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-involviment tas-sħab soċjali fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' tali miżuri. Dawn il-miżuri għandhom jiġu sostnuti matul iż-żmien sakemm jintlaħaq irkupru ekonomiku sħiħ, u mbagħad għandhom jitneħħew gradwalment. Għandha tingħata attenzjoni partikolari li jiġu ggarantiti d-drittijiet u l-impjiegi tal-ħaddiema mobbli u fruntalieri li ġew affettwati ħażin ħafna mill-għeluq tal-fruntieri. L-Istati Membri għandhom irawmu l-intraprenditorija responsabbli , anki fost in-nisa u ż-żgħażagħ, u l-impjieg indipendenti ġenwin u, b'mod partikolari, jappoġġaw il-ħolqien u t-tkabbir ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, inkluż permezz tal-aċċess għall-finanzi. L-Istati Membri għandhom jippromwovu b'mod attiv l-iżvilupp tal-ekonomija ċirkolari u soċjali, irawmu l-innovazzjoni soċjali u l-intrapriżi soċjali u jsaħħu s-sostenibbiltà tagħhom , u jinkoraġġixxu dawk il-forom ta' xogħol li joħolqu opportunitajiet ta' impjiegi ta' kwalità u jiġġeneraw benefiċċji soċjali fil-livell lokali , b'mod partikolari f'setturi strateġiċi b'potenzjal qawwi ta' tkabbir, bħas-settur diġitali u dak tal-ekonomija ekoloġika . F'dak ir-rigward, politiki li jappoġġaw il-ħolqien tal-impjiegi għandhom jiġu implimentati wkoll, b'mod partikolari fis-servizzi pubbliċi jew privati ta' interess ġenerali, b'mod partikolari l-indukrar tat-tfal, il-kura tas-saħħa u l-akkomodazzjoni. |
Emenda 13
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 5 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li jitneħħa l-piż fiskali minn fuq ix-xogħol u jiżdied fuq sorsi oħra ta' tassazzjoni li jappoġġjaw l-impieg u t-tkabbir inklużiv u fl-istess ħin jiġi allinjat mal-objettivi klimatiċi u ambjentali, filwaqt li jittieħed kont tal-effett ridistributtiv tas-sistema fiskali , filwaqt li jiġi protett id-dħul għal protezzjoni soċjali adegwata u l-infiq li jsaħħaħ it-tkabbir . |
It-tassazzjoni għandha titneħħa minn fuq ix-xogħol u tiżdied fuq sorsi oħra fejn ikollha effett inqas ta' ħsara fuq it-tkabbir inklużiv u fl-istess ħin tiżgura l-allinjament sħiħ mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u mal-objettivi klimatiċi u ambjentali, kif definiti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, filwaqt li jiżdied l-impatt ridistributtiv tas-sistema fiskali u jiġi protett id-dħul għal protezzjoni soċjali u investiment pubbliku adegwati . |
Emenda 14
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 5 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li l-Istati Membri li għandhom fis-seħħ mekkaniżmi nazzjonali għall-iffissar ta' pagi minimi statutorji jiżguraw involviment effettiv tas-sħab soċjali b'mod trasparenti u prevedibbli li jippermetti rispons adegwat tal-pagi għal żviluppi fil-produttività u jipprovdu pagi ġusti għal standard ta' għajxien deċenti , u jagħtu attenzjoni partikolari lill-gruppi bi dħul baxx u medju bl-għan ta' konverġenza 'l fuq. Jenħtieġ li dawn il-mekkaniżmi jqisu l-prestazzjoni ekonomika bejn ir-reġjuni u s-setturi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv bil-għan li jiġu stabbiliti l-pagi . Filwaqt li jirrispettaw il-prattiki nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri u s-sħab soċjali jiżguraw li l-ħaddiema kollha jkunu intitolati għal pagi adegwati u ġusti permezz ta' ftehimiet kollettivi jew pagi minimi statutorji adegwati, filwaqt li jitqies l-impatt tagħhom fuq il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-faqar fost dawk li jaħdmu. |
Politiki li jiżguraw li pagi ġusti jippermettu standard ta' għajxien deċenti jibqgħu importanti biex joħolqu l-impjiegi u jnaqqsu l-faqar fl-Unjoni kif inhuma dawk li jiżguraw il-kompatibbiltà tax-xogħol imħallas u l-intitolament għall-allowances tal-Istat li jikkumpensaw għall-ostakli li jiffaċċjaw il-gruppi emarġinati. L-Istati Membri li għandhom fis-seħħ mekkaniżmi nazzjonali għall-iffissar ta' pagi minimi statutorji għandhom jiżguraw l-involviment effettiv tas-sħab soċjali fil-proċedura relatata tal-iffissar tal-pagi b'mod trasparenti u prevedibbli . L-iżvilupp ta' pagi minimi għandu jqis l-iżviluppi fil-produttività biex jiġu miġġielda l-prekarjat u l-faqar fost min għandu xogħol , filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-gruppi b'introjtu baxx u medju bl-għan ta' konverġenza 'l fuq Dawn il-mekkaniżmi għandhom iqisu l-indikaturi tal-faqar speċifiċi għal kull Stat Membru u l-prestazzjoni ekonomika bejn ir-reġjuni u s-setturi. L-Istati Membri għandhom isaħħu d-djalogu soċjali u jieħdu miżuri biex jestendu l-kopertura tan-negozjar kollettiv. Filwaqt li jirrispettaw il-prattiki nazzjonali u l-awtonomija tas-sħab soċjali , l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom jeliminaw id-diskriminazzjoni fil-pagi minħabba l-età jew il-ġeneru u jiżguraw li l-ħaddiema kollha jkunu intitolati għal pagi adegwati u ġusti permezz ta' ftehimiet kollettivi jew pagi minimi statutorji adegwati, filwaqt li jitqies l-impatt pożittiv tagħhom fuq il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi u l-faqar fost dawk li jaħdmu. |
Emenda 15
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 5 – paragrafu 3a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istati Membri se jkunu jistgħu jitolbu l-assistenza mill-istrument ta' solidarjetà “Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta' Qgħad f'Emerġenza” (SURE). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assistenza finanzjarja f'dan ir-rigward tingħata biss lill-intrapriżi li jirrispettaw il-ftehimiet kollettivi applikabbli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intrapriżi benefiċjarji joqogħdu lura milli jagħmlu riakkwisti tal-ishma jew iħallsu dividendi lill-azzjonisti u bonusijiet lid-diriġenti, u li dawn l-intrapriżi ma jkunux irreġistrati f'rifuġji fiskali. |
Emenda 16
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 6 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fil-kuntest ta' tranżizzjonijiet teknoloġiċi u ambjentali, kif ukoll ta' tibdil demografiku, jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu s-sostenibbiltà , il-produttività, l-impjegabbiltà u l-kapital uman , irawmu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi rilevanti tul il-ħajja tax-xogħol tal-persuni, filwaqt li jirrispondu għall-ħtiġijiet attwali u futuri tas-suq tax-xogħol. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jadattaw u jinvestu fis-sistemi tagħhom ta' edukazzjoni u ta' taħriġ biex jipprovdu edukazzjoni ta' kwalità għolja u inklużiva, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-intrapriżi u partijiet ikkonċernati oħra biex jindirizzaw id-dgħufijiet strutturali fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, u jtejbu l-kwalità u r-rilevanza tas-suq tax-xogħol, bil-ħsieb ukoll li jħaffu t-tranżizzjoni ambjentali. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-isfidi tal-professjoni tat-tagħlim. Jenħtieġ li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ jgħammru lill-istudenti kollha b'kompetenzi ewlenin, inkluż il-ħiliet bażiċi u diġitali kif ukoll il-kompetenzi trasversali biex jinbnew il-pedamenti għall-adattabbiltà aktar tard fil-ħajja. Jenħtieġ li l-Istati Membri jfittxu li jiżguraw it-trasferiment ta' intitolamenti ta' taħriġ matul bidliet professjonali fil-karriera, inkluż , fejn xieraq, permezz ta' kontijiet individwali ta' tagħlim. Jenħtieġ li dawn jippermettu lil kulħadd biex jantiċipa u jadatta aħjar għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol b'mod partikolari permezz ta' taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet kontinwi, bil-ħsieb li jiġu appoġġati tranżizzjonijiet ekwi u ġusti għal kulħadd, jissaħħu l-eżiti soċjali, jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-suq tax-xogħol u titjieb ir-reżiljenza ġenerali tal-ekonomija għax-xokkijiet. |
Fil-kuntest tat-tranżizzjonijiet teknoloġiċi u ambjentali kontinwi , it-tibdil demografiku u l-isfidi preżenti , l-Istati Membri għandhom jippromwovu d-drittijiet soċjali, is-sostenibbiltà , il-produttività, l-impjegabbiltà u l-kapaċitajiet tal-bniedem , irawmu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi rilevanti tul il-ħajja tax-xogħol tal-persuni, filwaqt li jirrispondu għall-kriżi tal-qgħad attwali u jindirizzaw il-ħtiġijiet attwali u futuri tas-suq tax-xogħol. Il-ħtiġijiet tal-Istati Membri ta' taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom sabiex jirrispondu għall-kriżi għandhom jissaħħu permezz ta' investiment fis-sistemi pubbliċi tagħhom ta' edukazzjoni u ta' taħriġ biex jipprovdu edukazzjoni ta' kwalità għolja u inklużiva, inkluż it-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim formali u informali tul il-ħajja . L-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali, il-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-intrapriżi , l-organizzazzjonijiet mhux governattivi soċjali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra biex jindirizzaw id-dgħufijiet strutturali u ġodda fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, u jtejbu l-kwalità u r-rilevanza tas-suq tax-xogħol . L-Istati Membri għandhom jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-setturi b'nuqqas ta' ħiliet kroniċi, bil-ħsieb ukoll li jħaffu t-tranżizzjoni ambjentali simultanja kif ukoll il-bidliet teknoloġiċi u diġitali li jmorru lejn soluzzjonijiet ibbażati fuq l-intelliġenza artifiċjali . Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-isfidi tal-professjoni tat-tagħlim. Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom jgħammru lill-istudenti kollha b'kompetenzi ewlenin, inkluż il-ħiliet bażiċi u diġitali kif ukoll il-kompetenzi trasversali biex jinbnew il-pedamenti għall-adattabbiltà aktar tard fil-ħajja u għandhom iħejju lill-għalliema biex ikunu jistgħu jipprovdu dawn il-kompetenzi lill-istudenti tagħhom . L-Istati Membri għandhom ifittxu li jiżguraw it-trasferiment ta' intitolamenti ta' taħriġ matul bidliet professjonali fil-karriera, inkluż permezz ta' kontijiet individwali ta' tagħlim. Fl-istess ħin, għandhom jiggarantixxu li dan l-approċċ ma jipperikolax in-natura umanistika tal-edukazzjoni kif ukoll l-aspirazzjonijiet tal-individwi. Huwa kruċjali li l-Istati Membri jieħdu azzjoni bikrija biex jevitaw l-effett negattiv għall-individwi u s-soċjetajiet li jkunu barra s-suq tax-xogħol b'mod partikolari permezz ta' taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet kontinwi, bil-ħsieb li jiġu appoġġati tranżizzjonijiet ekwi u ġusti għal kulħadd, b'kopertura u livell ta' benefiċċji tal-qgħad suffiċjenti, jissaħħu l-eżiti soċjali, jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-suq tax-xogħol u titjieb ir-reżiljenza ġenerali tal-ekonomija għax-xokkijiet. |
Emenda 17
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 6 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li l-Istati Membri jrawmu opportunitajiet indaqs għal kulħadd billi jindirizzaw l-inugwaljanzi fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, inkluż billi jipprovdu aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità tajba fit-tfulija bikrija. Jenħtieġ li jgħollu l-livelli ġenerali tal-edukazzjoni, inaqqsu l-għadd ta' żgħażagħ li jitilqu kmieni mill-iskola, iżidu l-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja u li jitlestew l-istudji relatati, iżidu l-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim kontinwu, partikolarment fost studenti ġejjin minn ambjenti żvantaġġati, dawk l-inqas kwalifikati. Filwaqt li jqisu rekwiżiti ġodda f'soċjetajiet diġitali, ekoloġiċi u li qed jixjieħu, jenħtieġ li l-Istati Membri jsaħħu t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali tagħhom (ETV) (inkluż permezz ta' apprendistati ta' kwalità u effettivi) u jżidu l-għadd ta' gradwati fix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika (Science, Technology, Engineering and Mathematics – STEM) kemm fl-ETV f'livell medju kif ukoll fl-edukazzjoni terzjarja. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jtejbu r-rilevanza għas-suq tax-xogħol tal-edukazzjoni terzjarja u tar-riċerka, itejbu l-monitoraġġ u t-tbassir tal-ħiliet, jagħmlu l-ħiliet aktar viżibbli u l-kwalifiki komparabbli, inkluż dawk miksuba barra mill-pajjiż, u jżidu l-opportunitajiet għar-rikonoxximent u l-validazzjoni tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali. Jenħtieġ li jtejbu u jżidu l-provvista u l-użu tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kontinwi flessibbli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jappoġġaw ukoll lill-adulti b'ħiliet baxxi biex iżommu jew jiżviluppaw l-impjegabbiltà fit-tul tagħhom billi jzidu l-aċċess għal opportunitajiet ta' tagħlim ta' kwalità u t-twettiq tagħhom, permezz tal-implimentazzjoni ta' Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet, inkluż permezz ta' valutazzjoni tal-ħiliet, offerta ta' edukazzjoni u taħriġ li taqbel mal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol u l-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet miksuba . |
L-Istati Membri għandhom irawmu opportunitajiet indaqs għal kulħadd billi jeliminaw l-inugwaljanzi fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, inkluż billi jipprovdu aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità tajba , universali u inklużiva fit-tfulija bikrija. Għandhom jgħollu l-livelli ġenerali tal-edukazzjoni, inaqqsu l-għadd ta' żgħażagħ li jitilqu mill-iskola, iżidu l-aċċess għall-edukazzjoni terzjarja u li jitlestew l-istudji relatati, iżidu l-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim kontinwu, partikolarment fost studenti ġejjin minn ambjenti żvantaġġati, spiss dawk l-inqas kwalifikati. Filwaqt li jqisu rekwiżiti ġodda f'soċjetajiet diġitali, ekoloġiċi u li qed jixjieħu, kif ukoll stereotipi fir-rigward tal-ġeneru, l-Istati Membri għandhom isaħħu t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fis-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali tagħhom (ETV) (inkluż permezz ta' apprendistati ta' kwalità u effettivi) u , filwaqt li ma jissottovalutawx l-importanza tal-investiment kontinwu fix-xjenzi umani, iżidu l-għadd ta' gradwati fix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija u l-Matematika (Science, Technology, Engineering and Mathematics – STEM) permezz ta' approċċ ibbilanċjat fir-rigward tal-ġeneru kemm fl-ETV f'livell medju kif ukoll fl-edukazzjoni terzjarja. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom itejbu r-rilevanza għas-suq tax-xogħol tal-edukazzjoni terzjarja u tar-riċerka , isaħħu t-taħriġ duwali u kooperattiv , itejbu l-monitoraġġ u t-tbassir tal-ħiliet, jagħmlu l-ħiliet aktar viżibbli u l-kwalifiki komparabbli, inkluż dawk miksuba barra mill-pajjiż, u jżidu l-opportunitajiet għar-rikonoxximent u l-validazzjoni formali tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba kemm mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali kif ukoll minn barra . Għandhom itejbu u jżidu l-provvista u l-użu tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kontinwi aktar flessibbli u inklużivi . L-Istati Membri għandhom jinvestu fl-impjiegi u fl-iskemi ta' protezzjoni soċjali għal dawk li ma jkunux kapaċi jitħarrġu mill-ġdid, u jappoġġaw , permezz ta' servizzi pubbliċi, lill-adulti b'ħiliet baxxi billi jgħinuhom jiksbu aċċess għal impjieg stabbli u ta' kwalità biex iżommu jew jiżviluppaw l-impjegabbiltà fit-tul tagħhom billi jżidu l-aċċess għal opportunitajiet ta' tagħlim ta' kwalità u t-twettiq tagħhom, permezz tal-implimentazzjoni ta' Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet, inkluż permezz ta' valutazzjoni tal-ħiliet, offerta ta' edukazzjoni u taħriġ li taqbel mal-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol. Id-dritt għal liv edukattiv imħallas għal skopijiet professjonali għandu jitħeġġeġ, skont il-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) li jippermettu lill-ħaddiema jattendu programmi ta' taħriġ fil-ħinijiet tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippromwovu l-aċċess universali għall-apprendiment u t-taħriġ mill-bogħod, filwaqt li jqisu bis-sħiħ il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżadiżabbiltàà. |
Emenda 18
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 6 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lill-persuni qiegħda u inattivi b'assistenza effettiva, f'waqtha, ikkoordinata u mfassla apposta, li tkun ibbażata fuq l-appoġġ għat-tfittix ta' impjieg, it-taħriġ, ir-rikwalifikazzjoni u l-aċċess għal servizzi oħra ta' sostenn. Jenħtieġ li jitwettqu strateġiji komprensivi li jinkludu valutazzjoni individwali fil-fond dwar il-qgħad kemm jista' jkun malajr bil-ħsieb li jitnaqqas u jiġi evitat b'mod sinifikanti i strutturali u fit-tul. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-kwistjoni ta' żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, mill-impjieg jew mit-taħriġ, jenħtieġ li jiġu indirizzati permezz tal-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola u t-titjib strutturali fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol , inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ (15). |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-persuni qiegħda b'assistenza effettiva, f'waqtha, ikkoordinata u mfassla apposta, li tkun ibbażata fuq l-appoġġ għat-tfittix ta' impjieg, it-taħriġ, ir-rikwalifikazzjoni u l-aċċess għal servizzi oħra ta' sostenn , b'mod partikolari fl-oqsma tas-saħħa u tal-akkomodazzjoni . Għandhom jitwettqu strateġiji komprensivi li jinkludu valutazzjoni individwali fil-fond tal-persuni qiegħda kemm jista' jkun malajr, bil-ħsieb li jitnaqqas u jiġi evitat b'mod sinifikanti r-riskju ta' żieda tal-qgħad strutturali u fit-tul , inklużi strateġiji biex jitnaqqas il-qgħad fost il-persuni b'diżabbiltà u gruppi żvantaġġati oħra . L-Istati Membri, bl-involviment tas-sħab soċjali, għandhom jistabbilixxu jew isaħħu l-mekkaniżmi u s-sistemi ta' appoġġ għat-tranżizzjoni tal-impjiegi, b'appoġġ mill-Fond Soċjali Ewropew. Il-qgħad fost iż-żgħażagħ , il-kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji fost iż-żgħażagħ u l-kwistjoni ta' żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, mill-impjieg jew mit-taħriġ (NEETs) , għandhom jibqgħu jiġu indirizzati bħala prijorità permezz tal-prevenzjoni tat-tluq bikri mill-iskola , l-aċċess għat-taħriġ għal setturi orjentati lejn il-futur bħall-ekonomiji ekoloġiċi u diġitali fi ħdan it-titjib strutturali fit-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità biex tiġi indirizzata ż-żieda fil-prekarjetà għaż-żgħażagħ. Il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata wkoll permezz ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ imġedda u effettiva li tkun kapaċi tipprovdi offerti ta' xogħol, edukazzjoni jew taħriġ ta' kwalità għolja, li tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha b'mod sinifikanti . |
Emenda 19
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 6 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li l-Istati Membri jneħħu l-ostakli u d-diżinċentivi għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, u jipprovdu l-inċentivi għaliha , b'mod partikolari għal ħaddiema bi dħul baxx, ħaddiema li huma t-tieni sors ta' dħul u dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-Istati Membri jappoġġaw ambjent adattat għax-xogħol għal persuni b'diżabbiltà, inkluż permezz ta' appoġġ finanzjarju u servizzi finanzjarji mmirati li jippermettulhom li jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà. |
L-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli u d-diżinċentivi għall-aċċess għas-suq tax-xogħol, u jipprovdu inċentivi għall-aċċess għalih , b'mod partikolari għal gruppi żvantaġġati u dawk l-aktar imbiegħda mis-suq tax-xogħol. L-Istati Membri għandhom jappoġġaw ambjent adattat għax-xogħol għal persuni b'diżabbiltà, inkluż permezz ta' appoġġ finanzjarju u servizzi finanzjarji mmirati li jippermettulhom li jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà. |
Emenda 20
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 6 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi u aktar parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' opportunitajiet indaqs u progressjoni tal-karriera u t-tneħħija tal-ostakli għall-parteċipazzjoni fit-tmexxija fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa jenħtieġ li tiġi indirizzata . Jenħtieġ li jkun żgurat li jkun hemm paga ugwali għal xogħol ugwali, jew xogħol ta' valur ugwali, u t-trasparenza fil-pagi. Jenħtieġ li tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol, il-familja u l-ħajja privata kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, b'mod partikolari permezz ta' aċċess għal kura fit-tul u servizzi tal-edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-ġenituri u persuni oħra b'responsabbiltajiet ta' kura jkollhom aċċess għal liv tal-familja adegwat u arranġamenti flessibbli tax-xogħol sabiex jintlaħaq bilanċ bejn ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata, u jippromwovu użu bilanċjat ta' dawn l-intitolamenti bejn in-nisa u l-irġiel. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u aktar parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż permezz ta' opportunitajiet indaqs u progressjoni tal-karriera u t-tneħħija tal-ostakli għall-parteċipazzjoni fit-tmexxija fil-livelli kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex japprovaw u jimplimentaw il-perċentwal minimu kif stabbilit fid-direttiva proposta dwar it-titjib tal-bilanċ bejn il-ġeneri f'bordijiet korporattivi (1a) . Id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, il-pensjonijiet u l-impjiegi għandha tispiċċa . Il-perjodi ta' liv tal-maternità u tal-ġenituri għandhom jiġu vvalutati b'mod xieraq kemm f'termini ta' kontribuzzjonijiet imħallsa kif ukoll f'termini ta' intitolamenti tal-pensjoni, sabiex tiġi riflessa l-importanza li jiġu edukati l-ġenerazzjonijiet futuri, speċjalment fil-kuntest ta' soċjetà li qed tixjieħ. Għandhom jiġu żgurati paga ugwali għal xogħol ugwali, jew xogħol ta' valur ugwali, u trasparenza fil-pagi , anke bl-istabbiliment ta' indiċi ta' ekwità tal-pagi li jqabbel in-nisa mal-irġiel . Għandha tiġi promossa r-rikonċiljazzjoni tax-xogħol, il-familja u l-ħajja privata kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel, b'mod partikolari permezz ta' aċċess għal kura fit-tul u servizzi tal-edukazzjoni tul il-ħajja u kura bikrija tat-tfal. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ġenituri u persuni oħra b'responsabbiltajiet ta' kura jkollhom aċċess għal liv tal-familja adegwat u arranġamenti flessibbli tax-xogħol sabiex jintlaħaq bilanċ bejn ix-xogħol, il-familja u l-ħajja privata, u jippromwovu użu bilanċjat ta' dawn l-intitolamenti bejn in-nisa u l-irġiel. Għandhom jimxu lejn liv tal-maternità u tal-ġenituri mħallas bis-sħiħ. |
Emenda 21
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 7 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Sabiex jibbenefikaw minn forza tax-xogħol dinamika u produttiva, minn xejriet tax-xogħol u mudelli kummerċjali ġodda, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, trasparenti u prevedibbli, li jibbilanċjaw id-drittijiet u l-obbligi. Għandhom inaqqsu u jipprevjenu s-segmentazzjoni fis-swieq tax-xogħol, jiġġieldu kontra x-xogħol mhux iddikjarat u jrawmu it-transizzjoni lejn forom ta' impjieg miftuħa. Jenħtieġ li r-regoli dwar il-protezzjoni tal-impjiegi, il-liġi tax-xogħol u l-istituzzjonijiet jipprovdu lkoll kemm ambjent adatt għar-reklutaġġ, kif ukoll il-flessibbiltà meħtieġa għall-impjegaturi biex jadattaw malajr għal bidliet fil-kuntest ekonomiku, filwaqt li jiġu preservati ambjenti tax-xogħol adegwati, siguri u tajbin għas-saħħa, sikuri u adattati tajjeb għall-ħaddiema, li jipproteġu d-drittijiet tax-xogħol u jiżguraw il-protezzjoni soċjali. Jenħtieġ li jiġu evitati relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kondizzjonijiet tax-xogħol prekarji, inkluż fil-każ ta' ħaddiema tal-pjattaformi u billi jiġi miġġieled l-abbuż ta' kuntratti atipiċi. L-aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim effettiv u imparzjali u dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat, għandhom jiġu żgurati f'każijiet ta' tkeċċija inġusta. |
Sabiex jibbenefikaw minn forza tax-xogħol dinamika u produttiva, minn xejriet tax-xogħol u mudelli kummerċjali ġodda, l-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien mas-sħab soċjali fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, trasparenti u prevedibbli, li jibbilanċjaw id-drittijiet u l-obbligi. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri konkreti biex jippromwovu u jsaħħu d-djalogu soċjali fil-livelli kollha u n-negozjar kollettiv, inkluża d-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1a) . Għandhom inaqqsu u jipprevjenu s-segmentazzjoni fis-swieq tax-xogħol, jiġġieldu kontra x-xogħol mhux iddikjarat u l-impjieg indipendenti fittizju u jrawmu t-tranżizzjoni lejn forom ta' impjieg miftuħa. Ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-impjiegi, il-liġi tax-xogħol u l-istituzzjonijiet għandhom jipprovdu lkoll ambjent adatt għall-ħolqien ta' impjiegi stabbli u ta' kwalità filwaqt li jiġu preservati ambjenti tax-xogħol adegwati, siguri u tajbin għas-saħħa, sikuri u adattati tajjeb għall-ħaddiema, li jiżguraw id-drittijiet tax-xogħol u jiżguraw protezzjoni soċjali deċenti . Dawn għandhom ukoll jaħdmu flimkien mar-rappreżentanti tat-trade unions biex jiżguraw ambjent tax-xogħol tajjeb għas-saħħa u sikur, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-prevenzjoni ta' inċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol. Għandhom jiġu evitati relazzjonijiet tax-xogħol li jwasslu għal kondizzjonijiet tax-xogħol prekarji u kompetizzjoni fil-pagi , inkluż fil-każ ta' ħaddiema tal-pjattaformi . M'għandu jkun hemm ebda abbuż ta' kuntratti atipiċi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-ħaddiema kollha jibbenefikaw b'mod effettiv minn kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti, drittijiet soċjali u aċċess għal protezzjoni soċjali adegwata u rappreżentanza aħjar. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw bis-sħiħ il-Konvenzjoni tal-1947 tal-ILO dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol u jinvestu fi spezzjonijiet tax-xogħol effettivi minn awtoritajiet kompetenti li jingħataw setgħat biżżejjed, u jikkoordinaw u jikkooperaw fil-qafas tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu l-abbuż transfruntier. L-aċċess għal riżoluzzjoni tat-tilwim effettiv u imparzjali u dritt għal rimedju, inkluż kumpens adegwat, għandhom jiġu żgurati f'każijiet ta' tkeċċija inġusta. L-Istati Membri għandhom jibnu fuq in-Network Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjieg u l-aġenziji Ewropej biex jidentifikaw prattiki tajbin ibbażati fuq l-evidenza, iħeġġu t-tagħlim reċiproku u jippromwovu koordinazzjoni akbar tal-politiki tal-impjieg. |
Emenda 22
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 7 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li l-politiki jkollhom l-għan li jtejbu u jappoġġaw il-parteċipazzjoni, it-tlaqqigħ u t-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-Istati Membri jħeġġu u jsostnu b'mod effettiv lil dawk li jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li l-Istati Membri jsaħħu l-effettività ta' politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jagħmluhom aktar immirati, mifruxa u jilħqu aktar 'il bogħod u jorbtuhom aħjar mal-appoġġ għall-introjtu għal dawk qiegħda, waqt li jkunu qed ifittxu x-xogħol u abbażi tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom . L-Istati Membri jenħtieġ li jimmiraw għal servizzi pubbliċi tal-impjiegi aktar effettivi u effiċjenti billi jiżguraw assistenza f'waqtha u mfassla apposta li tappoġġa lil dawk li qed ifittxu impjieg, jappoġġaw id-domanda tas-suq tax-xogħol u jimplimentaw ġestjoni bbażata fuq il-prestazzjoni . |
Il-politiki għandu jkollhom l-għan li jtejbu u jappoġġaw il-parteċipazzjoni, it-tlaqqigħ u t-tranżizzjonijiet tas-suq tax-xogħol , b'mod partikolari t-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi u li jtejbu l-impjiegi anki fit-territorji żvantaġġati . L-Istati Membri għandhom b'mod effettiv jagħtu inċentivi lil dawk li jistgħu jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol biex isibu impjiegi ta' kwalità . L-Istati Membri għandhom isaħħu l-effettività ta' politiki attivi tas-suq tax-xogħol billi jagħmluhom aktar immirati, mifruxa u jilħqu aktar 'il bogħod u jiżguraw appoġġ għall-introjtu deċenti għal dawk qiegħda, waqt li jkunu qed ifittxu x-xogħol. L-Istati Membri għandhom jimmiraw għal servizzi pubbliċi tal-impjiegi aktar effettivi u effiċjenti , anki għall-ħaddiema transfruntieri, billi jiżguraw assistenza f'waqtha u mfassla apposta li tappoġġa lil dawk li qed ifittxu impjieg u jappoġġaw id-domanda tas-suq tax-xogħol. L-impjiegi ta' kwalità għandhom ikunu l-objettiv ta' tali servizzi. |
Emenda 23
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 7 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdu lil dawk qiegħda b'benefiċċji tal-qgħad adegwati ta' tul taż-żmien raġonevoli , konformi mal-kontribuzzjonijiet u r-regoli ta' eliġibbiltà nazzjonali tagħhom. Jenħtieġ li tali benefiċċji ma jkunux ta' diżinċentiv għal ritorn ta' malajr għax-xogħol u jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn politiki attivi tas-suq tax-xogħol |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lil dawk qiegħda b'benefiċċji tal-qgħad adegwati ta' tul taż-żmien suffiċjenti , konformi mal-kontribuzzjonijiet u r-regoli ta' eliġibbiltà nazzjonali tagħhom. Dan għandu jkun akkumpanjat minn politiki attivi tas-suq tax-xogħol u bl-appoġġ ta' mekkaniżmi ta' tagħlim reċiproku bejn l-Istati Membri. |
Emenda 24
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 7 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li l-mobbiltà tal-istudenti u tal-ħaddiema tkun appoġġata b'mod adegwat bil-għan li jittejbu l-impjegabbiltà , il-ħiliet u jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew, filwaqt li jiġu żgurati wkoll kundizzjonijiet ġusti għal dawk kollha li qed iwettqu attività transfruntiera u żieda fil-kooperazzjoni amministrattiva fost l-amministrazzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-ħaddiema mobbli. Jenħtieġ li jitneħħew l-ostakli għal mobbiltà fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-pensjonijiet okkupazzjonali u personali u fir-rikonoxximent ta' kwalifiki u li jiġi ssimplifikat ir-rikonoxximent tal-kwalifiki. Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu azzjoni biex jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi ma jkunux ostaklu bla bżonn għall-ħaddiema minn Stati Membri oħra li jkunu ser jibdew fl-impjieg, inkluż għall-ħaddiema transkonfinali . Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevjenu wkoll l-abbuż tar-regoli eżistenti u jindirizzaw il-kawżi sottostanti tal-“eżodu ta' mħuħ” minn ċerti reġjuni permezz ta' miżuri ta' żvilupp reġjonali xierqa. |
L-Istati Membri huma obbligati jappoġġaw il-mobbiltà tax-xogħol fl-Ewropa kollha bħala mod kif jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' impjieg għall-ħaddiema. Il-mobbiltà tal-istudenti għandha tkun appoġġata b'mod adegwat waqt it-taħriġ tagħhom, b'mod partikolari billi jissaħħaħ il-programm ta' mobbiltà ERASMUS+, li jippermetti lill-istudenti jżidu l-għarfien espert tagħhom u jtejbu l-ħiliet tagħhom. Il-ħaddiema għandhom jitħeġġu wkoll, bil-għan li jittejbu l-impjegabbiltà u l-ħiliet, biex jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tas-suq tax-xogħol Ewropew. Filwaqt li jiġu żgurati d-drittijiet u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti għal dawk kollha li qed iwettqu attività transfruntiera , il-portabbiltà tad-drittijiet u l-intitolamenti għandha tiżdied permezz ta' kooperazzjoni amministrattiva fost l-amministrazzjonijiet nazzjonali fir-rigward tal-ħaddiema mobbli. L-ostakli għal mobbiltà fl-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-pensjonijiet okkupazzjonali u personali u fir-rikonoxximent ta' kwalifiki għandhom jitneħħew u r-rikonoxximent tal-kwalifiki għandu jiġi ssimplifikat . L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni biex jiżguraw li l-proċeduri amministrattivi ma jkunux ostaklu bla bżonn għall-ħaddiema minn Stati Membri oħra li jkunu ser jibdew fl-impjieg, inkluż għall-ħaddiema transfruntieri u fruntalieri . L-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom favur id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi sabiex jiffaċilitaw il-mobbiltà ġusta tal-ħaddiema, b'mod partikolari fir-rigward tal-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali. Se jkun importanti li l-Istati Membri jqisu l-ħaddiema mobbli, inklużi l-ħaddiema fruntalieri, meta jimplimentaw miżuri bħall-għeluq tal-fruntieri sabiex itaffu l-firxa tal-COVID-19, pereżempju f'termini ta' saħħa u sikurezza, taxxi u sigurtà soċjali u koordinazzjoni. L-Istati Membri għandhom jippermettu li l-ħaddiema mobbli u fruntalieri jkomplu jaqsmu l-fruntieri, meta jitqies li jkun sikur skont il-linji gwida dwar is-saħħa u s-sikurezza tal-EU-OSHA. L-Istati Membri għandhom jipprevjenu wkoll l-abbuż tar-regoli eżistenti u jindirizzaw il-kawżi sottostanti tal-“eżodu ta' mħuħ” minn ċerti reġjuni li jagħmlu ħsara lill-iżvilupp u lill-attraenza ta' dawk iż-żoni, anki permezz ta' miżuri ta' żvilupp reġjonali xierqa. L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jużaw għodod Ewropej rilevanti, bħan-network tal-impjiegi EURES, u jżidu s-sħubijiet transfruntieri biex jgħinu lill-ħaddiema mobbli fir-reġjuni transfruntieri. |
Emenda 25
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 7 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Filwaqt li jibnu fuq prattiki nazzjonali eżistenti, u sabiex jiksbu djalogu soċjali aktar effikaċi u eżiti soċjoekonomiċi aħjar, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw involviment f'waqtu u sinifikanti tas-sħab soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi u politiki soċjali, tal-impjiegi u, meta rilevanti, ekonomiċi, inkluż permezz ta' appoġġ għal kapaċità akbar tas-sħab soċjali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jrawmu d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv. Is-sħab soċjali għandhom jiġu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ l-awtonomija tagħhom u d-dritt għal azzjoni kollettiva. |
Filwaqt li jibnu fuq prattiki nazzjonali eżistenti, u sabiex jippromwovu u jiksbu djalogu soċjali aktar effikaċi u intensiv kif ukoll eżiti soċjoekonomiċi aħjar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw involviment f'waqtu u sinifikanti tas-sħab soċjali fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' riformi u politiki soċjali, tal-impjiegi u, meta rilevanti, ekonomiċi, inkluż permezz ta' appoġġ għal kapaċità akbar tas-sħab soċjali. L-Istati Membri għandhom isaħħu u jippromwovu d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv. Is-sħab soċjali għandhom jiġu mħeġġa jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi fi kwistjonijiet rilevanti għalihom, filwaqt li jirrispettaw bis-sħiħ l-awtonomija tagħhom u d-dritt għal azzjoni kollettiva. |
Emenda 26
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 7 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn rilevanti u filwaqt li jibnu fuq prattiki nazzjonali eżistenti, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-esperjenza fil-kwistjonijiet soċjali u tal-impjiegi ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti. |
Fejn rilevanti u filwaqt li jibnu fuq prattiki nazzjonali eżistenti, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-esperjenza fil-kwistjonijiet soċjali u tal-impjiegi ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti , inklużi dawk li jirrappreżentaw gruppi li jiffaċċjaw ostakli biex isibu xogħol ta' kwalità . |
Emenda 27
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 7 – paragrafu 6a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Post tax-xogħol tajjeb għas-saħħa u sikur huwa vitali sabiex jiġi miġġieled ir-riskju ta' infezzjoni u t-tixrid ta' viruses u ta' mard ieħor. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impjegaturi jieħdu r-responsabbiltà tagħhom fir-rigward tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema tagħhom u li jipprovdu lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom informazzjoni adegwata, jagħmlu valutazzjonijiet tar-riskju u jieħdu miżuri ta' prevenzjoni. Dan jinkludi t-tnaqqis tal-għadd ta' inċidenti fatali fuq il-post tax-xogħol u ta' kanċers okkupazzjonali għal żero, bl-istabbiliment ta' limiti vinkolanti ta' esponiment okkupazzjonali, u li jitqiesu r-riskji psikosoċjali u okkupazzjonali tas-saħħa u l-mard okkupazzjonali. Biex itejbu l-funzjonament tas-swieq tax-xogħol, l-Istati Membri għandhom jinvestu fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u jiżguraw mezzi u dispożizzjonijiet adegwati għall-ispettorati tax-xogħol u għar-rappreżentanti tas-saħħa u s-sigurtà tat-trade unions. |
Emenda 38
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 7 – paragrafu 6b (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istati Membri għandhom jaħdmu flimkien biex jipprovdu protezzjoni soċjali għall-ħaddiema mobbli inklużi l-ħaddiema għal rashom li jaħdmu fi Stat Membru ieħor. Il-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali għandha tirrifletti l-prinċipji tas-suq tax-xogħol Ewropew, filwaqt li tipprevedi protezzjoni soċjali sostenibbli li tkun universali u transfruntiera, tevita kwalunkwe diskrepanza fil-protezzjoni u, finalment, tiżgura forza tax-xogħol produttiva. |
Emenda 29
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 7 – paragrafu 6c (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istati Membri għandhom jindirizzaw l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq is-suq tax-xogħol billi jappoġġaw lill-ħaddiema li huma temporanjament f'“qgħad tekniku” minħabba li l-impjegaturi kienu sfurzati jagħlqu s-servizzi tagħhom kif ukoll billi jappoġġaw lill-persuni li jaħdmu għal rashom u lin-negozji ż-żgħar biex iżommu l-persunal u jkomplu l-attivitajiet tagħhom. |
Emenda 30
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 8 – paragrafu 1
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li l-Istati Membri jippromwovu swieq tax-xogħol inklużivi u miftuħa għal kulħadd, billi jdaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni u jippromwovu opportunitajiet indaqs għal gruppi li ma jkunux rappreżentati biżżejjed fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jagħtu attenzjoni xierqa għad-dimensjoni reġjonali u territorjali. Jenħtieġ li jiżguraw it-trattament ugwali f'dak li għandu x'jaqsam mal-impjieg, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa u l-kura fit-tul, l-edukazzjoni u l-aċċess għal oġġetti u servizzi, irrispettivament mis-sess , ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. |
L-Istati Membri għandhom jippromwovu d-drittijiet soċjali u swieq tax-xogħol inklużivi , bħala parti minn strateġija integrata għall-inklużjoni attiva, miftuħa għal kulħadd, billi jdaħħlu fis-seħħ miżuri effettivi għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni u jippromwovu opportunitajiet indaqs għal gruppi li ma jkunux rappreżentati biżżejjed fis-suq tax-xogħol, filwaqt li jagħtu attenzjoni xierqa għad-dimensjoni reġjonali u territorjali. Għandhom jiżguraw paga u drittijiet ugwali għal xogħol ugwali fl-istess post kif ukoll trattament ugwali f'dak li għandu x'jaqsam mal-impjieg, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa u l-kura fit-tul, l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u l-aċċess għal oġġetti u servizzi, irrispettivament mill-ġeneru , ir-razza jew l-oriġini etnika, in-nazzjonalità, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. |
Emenda 31
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 8 – paragrafu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li l-Istati Membri jimmodernizzaw is-sistemi tal-protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni soċjali adegwata, effettiva, effiċjenti u sostenibbli fl-istadji kollha tal-ħajja tal-individwu, filwaqt li jrawmu l-inklużjoni soċjali u l-mobilità soċjali 'l fuq, jinċentivaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u jindirizzaw l-inugwaljanzi, inkluż permezz tas-sistemi fiskali u ta' benefiċċji tagħhom. Li nikkumplimentaw approċċi universali ma' approċċi selettivi jtejjeb l-effettività tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali . Jenħtieġ li l-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali twassal għal aċċess, kwalità, adegwatezza u sostenibbiltà aħjar. |
L-Istati Membri għandhom jimmodernizzaw u jinvestu fis-sistemi tal-protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni soċjali adegwata, effettiva, effiċjenti u sostenibbli għal kulħadd fl-istadji kollha tal-ħajja tal-individwu, filwaqt li jiġġieldu kontra l-faqar u jrawmu l-inklużjoni soċjali u l-konverġenza soċjali 'l fuq, jappoġġaw il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta' kwalità u jindirizzaw l-inugwaljanzi, inkluż permezz tal-elaborazzjoni progressiva tas-sistemi fiskali u ta' benefiċċji tagħhom. L-ikkomplementar ta' approċċi universali b'approċċi selettivi addizzjonali jtejjeb l-effettività tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali , u jwassal għal aċċess, kwalità, adegwatezza u sostenibbiltà aħjar. |
Emenda 32
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 8 – paragrafu 3
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżviluppaw u jintegraw it-tliet linji ta' inklużjoni attiva: appoġġ ta' dħul adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' sostenn ta' kwalità, li jissodisfaw il-ħtiġijiet individwali. Jenħtieġ li s-sistemi ta' protezzjoni soċjali jiżguraw benefiċċji adegwati tad-dħul minimu għal dawk kollha li ma għandhomx biżżejjed riżorsi u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jħeġġu lin-nies jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq tax-xogħol u s-soċjetà, inkluż permezz ta' servizzi soċjali mmirati . |
L-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jintegraw it-tliet linji ta' inklużjoni attiva: appoġġ ta' dħul adegwat, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta' kwalità, li jissodisfaw il-ħtiġijiet individwali. Is-sistemi ta' protezzjoni soċjali għandhom jiżguraw benefiċċji adegwati tal-introjtu minimu għal dawk kollha li ma għandhomx biżżejjed riżorsi u jippromwovu l-inklużjoni soċjali billi jappoġġaw lin-nies biex jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq tax-xogħol u s-soċjetà, inkluż permezz ta' servizzi soċjali speċifiċi . |
Emenda 33
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 8 – paragrafu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Id-disponibbiltà ta' servizzi affordabbli, aċċessibbli u ta' kwalità bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, il-kura barra l-iskola, l-edukazzjoni, it-taħriġ, l-akkomodazzjoni, is-servizzi tas-saħħa u l-kura fit-tul hija kundizzjoni neċessarja biex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, inkluż il-faqar fost dawk li jaħdmu u l-faqar fost it-tfal. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess għas-servizzi essenzjali . Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw aċċess għal akkomodazzjoni soċjali adegwat jew assistenza ta' akkomodazzjoni għal dawk fil-bżonn jew f'qagħda vulnerabbli. B'relazzjoni ma' dawn is-servizzi jenħtieġ li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' persuni b'diżabilità , inkluż l-aċċessibilità . Jenħtieġ li tiġi indirizzata b'mod speċifiku l-problema ta' persuni mingħajr dar. |
Filwaqt li jitqiesu l-livelli allarmanti kontinwi ta' faqar, li huma sostanzjalment ogħla mill-objettiv dwar il-faqar stabbilit fl-2010 fl-istrateġija Ewropa 2020, u l-impatt mistenni tal-kriżi tal-COVID-19, jenħtieġu aktar sforzi biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali, b'enfasi speċjali fuq il-ħaddiema foqra, it-tfal, l-anzjani, il-ġenituri waħedhom u speċjalment l-ommijiet waħedhom, il-minoranzi etniċi, il-migranti, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni mingħajr dar, u bi strateġiji orizzontali dwarhom. Fl-istess ħin, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-impatt potenzjali tal-kriżi tal-COVID-19 fuq gruppi oħra, bħall-persuni b'xogħol prekarju jew il-persuni li għadhom kif tilfu xogħolhom. Fir-rigward tal-investiment fit-tfal, l-Istati Membri għandhom jadottaw Garanzija għat-Tfal li tindirizza l-faqar fost it-tfal u tippromwovi l-benesseri tat-tfal, biex b'hekk tikkontribwixxi għall-aċċess ugwali għat-tfal għal kura tas-saħħa b'xejn, edukazzjoni b'xejn, indukrar b'xejn, akkomodazzjoni deċenti u nutrizzjoni adegwata . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kulħadd ikollu aċċess għal servizzi ta' kwalità . L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għal akkomodazzjoni soċjali adegwat jew assistenza ta' akkomodazzjoni għal dawk fil-bżonn jew f'qagħda vulnerabbli , investiment fi stokk ta' djar aċċessibbli għall-persuni b'mobbiltà mnaqqsa, jieħdu miżuri biex jiżguraw tranżizzjoni ġusta fir-rigward tat-titjib tal-effiċjenza enerġetika tad-djar eżistenti u biex tiġi indirizzata l-problema tal-faqar enerġetiku fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, kif ukoll servizzi adegwati għall-persuni mingħajr dar . L-Istati Membri għandhom jindirizzaw il-problema tal-evizzjonijiet, li qed jiżdiedu. B'relazzjoni ma' dawn is-servizzi għandhom jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi ta' persuni b'diżabbiltà , inkluż l-aċċessibbiltà . Għandha tiġi indirizzata b'mod deċiżiv il-problema ta' persuni mingħajr dar u dan għandu jsir abbażi tal-approċċ “Housing First” . |
Emenda 34
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 8 – paragrafu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċess f'waqtu għal kura tas-saħħa kurattiva, preventiva u affordabbli u kura fit-tul ta' kwalità tajba, filwaqt li jissalvagwardjaw is-sostenibbiltà fit-tul . |
Il-kriżi tal-COVID-19 turi l-ħtieġa ta' aktar investiment pubbliku biex jiġu żgurati livelli suffiċjenti ta' persunal imħarreġ sew u aċċess għall-kura tas-saħħa għal kulħadd, inklużi l-gruppi vulnerabbli. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu l-aċċess universali għal kura tas-saħħa pubblika u fit-tul kurattiva, preventiva u affordabbli ta' kwalità għolja u sostenibbli . |
Emenda 35
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 8 – paragrafu 5a (ġdid)
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
L-Istati Membri għandhom iħarsu s-saħħa tal-anzjani, jiggarantixxu li dawn ikollhom aċċess għall-isptarijiet u t-trattament u li tiġi evitata kull xorta ta' diskriminazzjoni abbażi tal-età. |
Emenda 36
Proposta għal deċiżjoni
Anness I – Linja gwida 8 – paragrafu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
F'kuntest ta' lonġevità u tibdil demografiku li qed jiżdiedu, jenħtieġ li l-Istati Membri jassiguraw l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet għall-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom u jipprovdu opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel biex jiksbu drittijiet tal-pensjoni , inkluż permezz ta' skemi supplimentari biex jiġi żgurat introjtu adegwat . Ir-riformi fil-pensjoni jenħtieġ li jiġu appoġġati minn miżuri li jestendu l-ħajja tax-xogħol , pereżempju biż-żieda tal-età effettiva tal-irtirar, u jitqiegħdu f'kuntest ta' strateġiji għat-tixjiħ attiv . Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu djalogu kostruttiv mas-sħab soċjali u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti oħra , u jippermettu introduzzjoni gradwali adatta tar-riformi . |
F'kuntest ta' lonġevità u tibdil demografiku li qed jiżdiedu, l-Istati Membri għandhom jassiguraw l-adegwatezza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet għall-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom u jipprovdu opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel biex jiksbu drittijiet tal-pensjoni fl-iskemi pubbliċi jew okkupazzjonali sabiex jiġi żgurat introjtu tal-irtirar deċenti 'l fuq mil-linja tal-faqar . Ir-riformi fil-pensjoni għandhom jiġu appoġġati minn miżuri bbażati fuq it-tixjiħ attiv permezz tal-ottimizzazzjoni tal-opportunitajiet għall-ħaddiema ta' kull età biex jaħdmu f'kundizzjonijiet ta' kwalità tajba, produttivi u tajbin għas-saħħa sal-età legali tal-irtirar, filwaqt li jirrispettaw id-deċiżjonijiet taċ-ċittadini anzjani li jew jibqgħu ekonomikament attivi għal perjodu itwal, jew li ma jibqgħux jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol. Għandhom jiġu identifikati miżuri speċifiċi fil-qasam tad-demografija tal-forza tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-ġestjoni tal-ħiliet u tal-kompetenzi, l-organizzazzjoni tax-xogħol għal ħajja tax-xogħol sana u produttiva , fi ħdan approċċ interġenerazzjonali . Dan jiffaċilita kemm l-impjieg taż-żgħażagħ kif ukoll it-tranżizzjoni ta' qabel l-irtirar, flimkien mat-trasferiment tal-għarfien u l-esperjenza minn ġenerazzjoni għal oħra. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu djalogu kostruttiv mas-sħab soċjali , mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti l-oħra , inkluż djalogu dirett ma' dawk li qed jiffaċċjaw il-faqar u l-esklużjoni fl-anzjanità, u jippermettu introduzzjoni gradwali adatta ta' kwalunkwe riforma . |
(5) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 tal-14 ta' Lulju 2015 dwar linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 192, 18.7.2015, p. 27).
(5) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1184 tal-14 ta' Lulju 2015 dwar linji gwida ġenerali għall-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 192, 18.7.2015, p. 27).
(6) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.
(8) ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.
(10) ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.
(11) ĠU C 189, 5.6.2019, p. 4.
(12) ĠU C 387, 15.11.2019, p. 1.
(6) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.
(8) ĠU C 484, 24.12.2016, p. 1.
(10) ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.
(11) ĠU C 189, 5.6.2019, p. 4.
(12) ĠU C 387, 15.11.2019, p. 1.
(13) Ir-Riżoluzzjoni tan-NU A/RES/70/1
(13) Ir-Riżoluzzjoni tan-NU A/RES/70/1
(14) ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.
(14) ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.
(15) ĠU C 120, 26.4.2013, p. 1.
(1a) COM(2012)0614.
(1a) Id-Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta' Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta' informazzjoni u ta' konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 122, 16.5.2009, p. 28).