Official Journal L 281 , 07/11/2000 P. 0021 - 0022
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2000 li tapprova pjani ta’ kontinġenza fuq il-kontroll ta’ l-influwenza avjana u tal-marda ta’ Newcastle (innotifikata taħt dokument numru K(2000) 3136) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (2000/680/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropeja, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/40/KEE ta’ d-19 ta’ Mejju 1992 li ddaħħal miżuri tal-Komunità għall-kontroll ta’ influwenza avjana [1], kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Awstrija, il-Fillandja u l-Isveżja, u partikolarment l-Artikolu 17(4) dwar dan, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ Newcastle [2], kif emendata l-aħħar bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Awstrija, il-Fillandja u l-Isveżja, u partikolarment l-Artikolu 21(4) tiegħu, Fejn illi: (1) L-influwenza avjana u l-marda ta’ Newcastle huma mard li jaffettwaw l-ispeċi avjani. (2) Il-kriterji li għandhom jiġu applikati meta jiġu mfassla pjani ta’ kontinġenza għall-kontroll ta’ l-influwenza avjana u ghall-marda ta’ Newcastle huma stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 92/40/KEE u fl-Anness VII tad-Direttiva 92/66/KEE, rispettivament. (3) Il-kriterji għall-pjani ta’ kontinġenza elenkati fiż-żewġ annessi li għalihom saret riferenza hawn fuq huma identiċi. (4) Il-miżuri għall-kontroll tal-mard li għandhom jiġu applikati fil-każ ta’ l-influwenza avjana jew il- marda ta’ Newcastle jsegwu l-istess prinċipji u jolqtu lill-produtturi ta’ tiġieġ, operaturi ta’ biċċeriji u impjanti ta’ rendiment, veterinarji speċjalizzati f’dan il-qasam u l-laboratorji dijanostiċi. Huwa għalhekk possibli li jiġi mhejji pjan ta’ kontinġenza li jkopri fl-istess hin l-influwenza avjana u l-marda ta’ Newcastle. (5) L-Istati Membri ssottomettew għall-approvazzjoni pjani ta’ kontinġenza nazzjonali li jelenkaw u jispeċifikaw il-miżuri li għandhom jittieħdu f’każ li tfeġġ l-influwenza avjana u l-marda ta’ Newcastle. (6) Wara li jiġu eżaminati dawn il-pjani jeżawrixxu l-kriterji stabbiliti u jippermettu li l-oġġettiv mixtieq jintlaħaq sakemm l-implimentazzjoni tagħhom issir b’mod ta’ implimentazzjoni effettiv. (7) L-Istati Membri għandhom iwettqu studji ta’ xenarji differenti u jwettqu eżerċizzi simulattivi sabiex jiġi assigurat li l-pjani jkunu effettivi.. (8) L-Istati Membri għandhom l-obbligu li jaġġornaw il-pjani fuq bażi regolari. (9) Il-miżuri stabbiliti fit-tali Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat PermanentiVeterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-pjani ta’ kontinġenza għall-kontroll ta’ influwenza avjana u għall-marda ta’ Newcastle sottomessi mill-Istati membri elenkati fl-Anness huma approvati. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Ottubru 2000. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 167, tat-22.6.1992, p. 1. [2] ĠU L 260, tal-5.9.1992, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Awstrija Fillandja Ġermanja Greċja Irlanda Lussemburgu Portugall Olanda Spanja Svezja --------------------------------------------------