Official Journal L 317 , 21/11/2002 P. 0020 - 0021
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2060/2002 ta' l-20 ta' Novembru 2002 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2019/94 fir-rigward ta' liċenzji meħtieġa għar-residwi ta' l-importazzjoni magħmulin mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrun mill-Istati Uniti ta' l-Amerika IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 ta' l-20 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1666/2000 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2019/94 tat-2 ta' Awissu 1994 dwar l-importazzjoni ta' residwi mill-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrun mill-Istati Uniti ta' l-Amerika [3], kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 396/96 [4], jistabbilixxi disposizzjonijiet speċjali sabiex jiżgura li l-prodott importat jikkonforma mad-definizzjoni mifthema dwar it-tariffi. Dawn id-disposizzjonijiet jinkludu ċertifikat maħruġ mill-industrija ta' l-imtieħen ta' l-ilma ta' l-Istati Uniti. (2) L-aġenzija responsabbli mill-ħruġ ta' dan iċ-ċertifikat inbidlet. L-isem u l-indirizz fuq iċ-ċertifikati għandhom jiġu emendati bix-xieraq. Ikun xieraq ukoll li fiċ-ċertifkat tiżdied referenza għad-data tal-ħruġ tiegħu. (3) Għandu jkun hemm disposizzjoni għal perjodu ta' transizzjoni li matulu jkunu jistgħu jintużaw ċertifikati maħruġa qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. (4) Ir-Regolament (KE) Nru 2019/94 għandu għalhekk jiġi emendat. (5) Il-miżuri li għalihom hemm ipprovdut f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taċ-Ċereali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2019/94, il-mudell 'Ċertifikat ta' Konformità' huwa mibdul mill-mudell fl-Anness għal dan ir-Regolament. Artikolu 2 Ċertifikati maħruġin skond ir-Regolament (KE) Nru 2019/94 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta' Novembru 2002. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 181, ta’ l- 1.7.1992, pġ. 21. [2] ĠU L 193, tad-29.7.2000, pġ. 1. [3] ĠU L 203, tas-6.8.1994, pġ. 5. [4] ĠU L 54, tal-5.3.1996, pġ. 22. -------------------------------------------------- ANEXOBILAGANHANGΠΑΡΑΡΤΗΜΑANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANEXOLIITEBILAGA +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------