02016L1629 — MT — 01.01.2026 — 007.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DIRETTIVA (UE) 2016/1629 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Settembru 2016

li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE

(ĠU L 252 16.9.2016, p. 118)

Emendata bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/970 tat-18 ta' April 2018

  L 174

15

10.7.2018

 M2

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1668 tas-26 ta’ Ġunju 2019

  L 256

1

7.10.2019

 M3

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1308 tat-28 ta’ April 2021

  L 284

1

9.8.2021

►M4

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2477 tat-30 ta’ Awwissu 2023

  L 2477

1

7.11.2023

►M5

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2177 tad-9 ta’ Settembru 2025

  L 2177

1

26.11.2025


Ikkoreġuta bi:

►C1

Rettifika, ĠU L 181, 5.7.2019, p.  123 (2016/1629)




▼B

DIRETTIVA (UE) 2016/1629 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta' Settembru 2016

li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, li temenda d-Direttiva 2009/100/KE u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE



KAPITOLU 1

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U ŻONI TA' PASSAĠĠI FUQ L-ILMA

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi:

(a) 

ir-rekwiżiti tekniċi neċessarji biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-inġenji li jinnavigaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni msemmija fl-Artikolu 4; u

(b) 

il-klassifikazzjoni ta' dawk il-passaġġi fuq l-ilma interni.

Artikolu 2

Ambitu tal-applikazzjoni

1.  

Din id-Direttiva tapplika għall-inġenji li ġejjin:

(a) 

bastimenti b'tul (L) ta' 20 metru jew aktar;

(b) 

bastimenti li għalihom il-prodott tat-tul (L), il-wisa' (B) u l-fundar (T) huwa volum ta' 100 metru kubu jew aktar;

(c) 

rimonkjaturi u rimonkjaturi li jimbottaw maħsuba biex jirmunkaw jew jimbottaw, jew lill-inġenji msemmija fil-punti (a) u (b) jew lit-tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma, jew maħsuba biex imexxu tali inġenji jew tali tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma ma' ġenbhom;

(d) 

bastimenti tal-passiġġieri;

(e) 

tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma.

2.  

Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a) 

tragetti;

(b) 

bastimenti navali;

(c) 

bastimenti tat-tbaħħir, inklużi rimonkjaturi u rimonkjaturi tat-tbaħħir li jimbottaw, li:

(i) 

joperaw jew huma bbażati f'ilmijiet ta' marea; jew

(ii) 

joperaw temporanjament fuq passaġġi fuq l-ilma interni,

dment li jkollhom mill-inqas:

— 
ċertifikat li juri l-konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS) tal-1974, jew ċertifikat ekwivalenti; ċertifikat li juri konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-1966, jew l-ekwivalenti, u ċertifikat internazzjonali għall-prevenzjoni tat-tniġġiż miż-żejt (IOPP) li juri l-konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri (MARPOL) tal-1973/78;
— 
fil-każ ta' bastimenti tat-tbaħħir li mhumiex koperti minn SOLAS, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Linji tat-Tagħbija tal-1966 jew MARPOL, iċ-ċertifikati rilevanti u l-marki tal-freeboard meħtieġa mil-liġijiet tal-istati tal-bandiera tagħhom;
— 
fil-każ ta' bastimenti tal-passiġġieri mhux koperti mill-ebda Konvenzjoni msemmija fl-ewwel inċiż, ċertifikat dwar ir-regoli u l-istandards ta' sikurezza għall-bastimenti tal-passiġġieri maħruġ skont id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); jew
— 
fil-każ ta' inġenji rikreattivi li mhumiex koperti mill-ebda Konvenzjoni kollha msemmija fl-ewwel inċiż, ċertifikat tal-pajjiż tal-bandiera tiegħu li juri livell adegwat ta' sikurezza.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

“inġenju” tfisser bastiment jew oġġett ta' tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma;

(b) 

“bastiment” tfisser bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew bastiment tat-tbaħħir;

(c) 

“bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni” tfisser bastiment maħsub biss jew prinċipalment għan-navigazzjoni fuq passaġġi fuq l-ilma interni;

(d) 

“rimonkjatur” tfisser bastiment mibni apposta biex iwettaq operazzjonijiet ta' rmonk;

(e) 

“rimonkjatur li jimbotta” tfisser bastiment mibni apposta biex jimbotta konvoj 'il quddiem;

(f) 

“bastiment tal-passiġġieri” tfisser bastiment ta' vjaġġi ta' ġurnata jew bil-kabini, mibni u mgħammar biex iġorr iktar minn 12-il passiġġier;

(g) 

“tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma” tfisser installazzjoni li żżomm f'wiċċ l-ilma li ġġorr tagħmir tax-xogħol bħal krejnijiet, tagħmir għat-tħammil, tagħmir li jwaħħal il-puntali jew elevaturi;

(h) 

“stabbiliment li jżomm f'wiċċ l-ilma” tfisser kwalunkwe installazzjoni li normalment mhix maħsuba biex titmexxa, bħal pixxina, baċir, moll jew kamra għaż-żamma tad-dgħajjes;

(i) 

“oġġett li jżomm f'wiċċ l-ilma” tfisser ċattra jew struttura, oġġett, assemblaġġ ieħor tajjeb għan-navigazzjoni, li mhuwiex bastiment jew tagħmir jew stabbiliment li jista' jżomm f'wiċċ l-ilma;

(j) 

“inġenji rikreattivi” tfisser bastiment għajr bastiment tal-passiġġieri, maħsub għall-isport jew għad-divertiment;

(k) 

“bastiment b'veloċità għolja” tfisser inġenju bil-magna li kapaċi jilħaq veloċità ta' aktar minn 40 km fis-siegħa b'relazzjoni mal-ilma;

(l) 

“spostament tal-ilma” tfisser il-volum mgħarraq tal-bastiment, f'metri kubi;

(m) 

“tul (L)” tfisser it-tul massimu tal-buq f'metri, minbarra t-tmun u l-pupress;

(n) 

“wisa' (B)” tfisser il-wisa' massima tal-buq f'metri, imkejla sat-tarf ta' barra tal-pjanċi tal-qoxra (minbarra r-roti tal-palella, il-parabordi, u affarijiet simili);

(o) 

“fundar (T)” tfisser id-distanza vertikali f'metri bejn il-punt l-aktar baxx tal-buq mingħajr ma jkun ikkunsidrat il-prim jew aċċessorji oħra fissi u l-linja ta' fundar massima;

(p) 

“passaġġi fuq l-ilma interni kollegati” tfisser passaġġi fuq l-ilma ta' Stat Membru li huma kollegati, permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni li jistgħu jiġu nnavigati taħt il-liġi nazzjonali jew internazzjonali minn inġenji li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, mal-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Stat Membru ieħor.

Artikolu 4

Klassifikazzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni

1.  

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni għandhom jiġu klassifikati kif ġej:

(a) 

Iż-żoni 1, 2, 3 u 4:

(i) 

Iż-żoni 1 u 2: il-passaġġi fuq l-ilma elenkati fil-Kapitolu 1 tal-Anness I;

(ii) 

Iż-żona 3: il-passaġġi fuq l-ilma elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness I;

(iii) 

Iż-żona 4: il-passaġġi fuq l-ilma interni l-oħrajn kollha li jistgħu jiġu nnavigati skont il-liġi nazzjonali minn inġenji li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva.

(b) 

Iż-żona R: dawk il-passaġġi fuq l-ilma msemmija fil-punt (a) li għalihom iridu jinħarġu ċertifikati skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu skont kif dak l-Artikolu hu fformulat fis-6 ta' Ottubru 2016.

2.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 rigward emendi għall-Anness I sabiex timmodifika l-klassifikazzjoni ta' passaġġi fuq l-ilma, inkluż ż-żieda u t-tħassir ta' passaġġi fuq l-ilma. Tali emendi għall-Anness I jistgħu jsiru biss fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat, għal passaġġi fuq l-ilma fit-territorju tiegħu.

KAPITOLU 2

ĊERTIFIKATI TAN-NAVIGAZZJONI

Artikolu 5

Konformità mar-rekwiżiti tekniċi u ta' sikurezza

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-inġenji msemmija fl-Artikolu 2(1) li joperaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 jinbnew u jinżammu f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.
2.  
Konformità ta' inġenju mal-paragrafu 1 għandha tkun attestata permezz ta' ċertifikat maħruġ skont din id-Direttiva.

Artikolu 6

Ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  
Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont din id-Direttiva. Malli jinħareġ ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-inġenju inkwistjoni ma jkunx diġà nħariġlu ċertifikat validu kif jissemma fl-Artikolu 7.
2.  
Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jitfassal skont il-mudell previst fl-Anness II.
3.  
Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan, inkluża kwalunkwe bidla fil-lista. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti fuq sit elettroniku adatt.
4.  
Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ għal inġenji wara li tkun saret spezzjoni teknika, imwettqa qabel ma l-inġenju jitpoġġa fis-servizz u bl-intenzjoni li jsir kontroll ta' jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V.
5.  
Il-konformità ta' inġenju mar-rekwiżiti addizzjonali msemmija fl-Artikolu 23(1) u (2) għandha, fejn xieraq, tiġi kkontrollata matul l-ispezzjonijiet tekniċi previsti fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 29, jew waqt spezzjoni teknika mwettqa fuq talba ta' sid l-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu.
6.  
Il-proċeduri biex issir talba għal spezzjoni u biex jiġu stabbiliti l-post u l-ħin ta' dik l-ispezzjoni, għandha taqa' taħt is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li joħorġu ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. L-awtorità kompetenti għandha tiddetermina liema dokumenti għandhom jiġu sottomessi. Il-proċedura għandha ssir b'tali mod li jkun żgurat li l-ispezzjoni tista' ssir fi żmien raġonevoli wara li tkun tressqet it-talba.
7.  
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom, fuq talba tas-sid tal-inġenju jew tar-rappreżentant tiegħu, joħorġu ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal inġenju li mhuwiex soġġett għal din id-Direttiva, jekk dak l-inġenju jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva.

Artikolu 7

L-obbligu tal-ġarr ta' ċertifikat

L-inġenji li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4 għandu jkollhom id-dokumenti oriġinali li ġejjin:

(a) 

meta jkunu qed joperaw fuq passaġġ fuq l-ilma taż-Żona R:

— 
ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu; jew inkella
— 
ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jattesta l-konformità sħiħa tal-inġenju, fejn ikun applikabbli skont id-dispożizzjonijiet transizzjonali taħt l-Anness II għal din id-Direttiva għal inġenji li jinnavigaw fuq ir-Renu (Żona R), mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V għal din id-Direttiva li għalihom tkun ġiet stabbilita l-ekwivalenza mar-rekwiżiti tekniċi stipulati b'applikazzjoni tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli;
(b) 

meta jkunu qed joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma oħrajn, ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe ċertifikat supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont l-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 8

Iċ-ċertifikati supplementari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  
L-inġenji li jkollhom ċertifikat validu tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew ċertifikat maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu għandhom jiġu pprovduti b'ċertifikat supplementari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva.
2.  
Iċ-ċertifikat supplementari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jitfassal skont il-mudell previst fl-Anness II u għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti taħt il-kondizzjonijiet stipulati għall-passaġġi fuq l-ilma kkonċernati.

Artikolu 9

Ċertifikati proviżorji tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu joħorġu ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna:

(a) 

għal inġenji li biħsiebhom jivvjaġġaw lejn ċertu post bil-permess tal-awtorità kompetenti sabiex jinkiseb ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna;

(b) 

għal inġenji li ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tagħhom jkun intilef, saritlu ħsara jew ġie temporanjament irtirat kif imsemmi fl-Artikoli 13 u 15 jew fl-Annessi II u V;

(c) 

għal inġenji li ċ-ċertifikat tal-Unjoni tagħhom għan-navigazzjoni interna jkun qed jitħejja wara spezzjoni b'suċċess;

(d) 

għal inġenji li ma ma jkunux ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha meħtieġa biex jinkiseb ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna f'konformità mal-Annessi II u V;

(e) 

għal inġenji li tant għandhom ħsara li ma għadhomx aktar konformi maċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tagħhom;

(f) 

għal stabbilimenti jew oġġetti li jżommu f'wiċċ l-ilma f'każijiet fejn l-awtoritajiet responsabbli għal operazzjonijiet speċjali ta' trasport taw l-awtorizzazzjoni biex titwettaq operazzjoni ta' trasport speċjali soġġetta għall-kisba ta' ċertifikatproviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna bħal dan, kif previst fir-regolamenti applikabbli tal-awtorità tan-navigazzjoni tal-Istati Membri;

(g) 

għal inġenju li jibbenefikaw minn deroga mill-Annessi II u V, skont l-Artikoli 25 u 26 ta' din id-Direttiva, sakemm jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni rilevanti.

2.  
Iċ-ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ biss fejn in-navigabbiltà tal-inġenju, tal-istabbiliment li jżomm f'wiċċ l-ilma jew tal-oġġett li jżomm f'wiċċ l-ilma tkun tidher li ġiet adegwatament żgurata. Ghandu jitfassal skond il-mudell previst fl-Anness II.
3.  

Iċ-ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinkludi l-kondizzjonijiet meqjusa neċessarji mill-awtorità kompetenti u għandu jkun validu:

(a) 

fil-każijiet imsemmija fil-punti (a), (d), (e) u (f) tal-paragrafu 1, għal vjaġġ speċifiku wieħed li jrid isir f'perjodu xieraq li ma għandux ikun iktar minn xahar;

(b) 

fil-każijiet imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1, għal tul ta' żmien xieraq;

(c) 

fil-każijiet imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1, għal sitt xhur; iċ-ċertifikat proviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jista' jiġi estiż b'sitt xhur kull darba sakemm jiġi adottat l-att ta' implimentazzjoni rilevanti.

Artikolu 10

Il-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  

Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jinħarġu għal inġenji li jkunu għadhom kemm inbnew għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti u ma għandux jeċċedi:

(a) 

ħames snin fil-każ ta' bastimenti tal-passiġġieri u b'veloċità għolja;

(b) 

għaxar snin fil-każ tal-inġenji l-oħra kollha.

Il-perjodu ta' validità għandu jkun iddikjarat fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

2.  
Fil-każ ta' inġenji li jkunu diġà joperaw qabel ma tkun saret l-ispezzjoni teknika, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont il-każ, fid-dawl tar-riżultati tal-ispezzjoni. Madankollu, il-perjodu ta' validità ma għandux jeċċedi l-perjodi stipulati fil-paragrafu 1.

Artikolu 11

Estensjoni eċċezzjonali tal-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Il-validità ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tista' tiġi estiża eċċezzjonalment mingħajr spezzjoni teknika għal mhux aktar minn sitt xhur skont l-Annessi II u V, mill-awtorità kompetenti li ħarġet jew ġeddet iċ-ċertifikat. L-estensjoni għandha tiġi indikata f'dak iċ-ċertifikat.

Artikolu 12

It-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  
Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jiġġedded malli jiskadi l-perjodu ta' validità tiegħu skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6, wara spezzjoni teknika maħsuba biex tikkontrolla jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V. Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jistgħu jiġġeddu minn kwalunkwe awtorità kompetenti li tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 6(3).
2.  
Fejn ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jkunu mġedda, id-dispożizzjonijiet transitorji previsti fl-Anness II għandhom japplikaw għall-inġenji skont il-kondizzjonijiet speċifikati f'dak l-Anness.

Artikolu 13

Il-bdil taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li bihom jista' jiġi sostitwit ċertifikat validu tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jkun intilef jew li tkun saritlu xi ħsara. Dawk il-kondizzjonijiet għandhom jirrikjedu lill-inġenji li japplikaw għas-sostituzzjoni, fil-każ ta' telf, biex jipprovdudikjarazzjoni rigward it-telf taċ-ċertifikat jew fil-każ ta' ħsara, li jirritorna ċ-ċertifikat li tkun saritlu l-ħsara. Iċ-ċertifikat sostitwit għandu jiddikjara li dan hu duplikat.

Artikolu 14

Alterazzjonijiet kbar jew tiswijiet kbar għall-inġenju

Fil-każ ta' alterazzjonijiet kbar jew tiswijiet kbar li jaffettwaw il-konformità tal-inġenju mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V li jikkonċernaw is-solidità strutturali, in-navigazzjoni, il-manuvrabbiltà jew il-karatteristiċi speċjali tiegħu, dak l-inġenju għandha ssirlu, qabel kwalunkwe vjaġġ ieħor, l-ispezzjoni teknika prevista fl-Artikolu 6.

Wara dik l-ispezzjoni, iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna eżistenti għandu jiġi emendat biex jirrifletti l-karatteristiċi tekniċi mibdula tal-inġenju jew dak iċ-ċertifikat għandu jiġi rtirat u jinħareġ wieħed ġdid. Jekk iċ-ċertifikat il-ġdid jinħareġ fi Stat Membru differenti minn dak li ħareġ jew ġedded iċ-ċertifikat inizjali, l-awtorità kompetenti li ħarġet jew ġeddet iċ-ċertifikat għandha tiġi informata skont dan fi żmien 30 jum mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat il-ġdid.

Artikolu 15

Rifjut għall-ħruġ jew it-tiġdid, u l-irtirar ta', ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1.  
Kwalunkwe deċiżjoni li ma jiġix maħruġ jew imġedded ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandha tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Is-sid tal-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiġi nnotifikat b'dan u għandu jiġi infurmat dwar il-proċedura ta' appell u l-limiti ta' żmien applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat.
2.  
Kwalunkwe ċertifikat validu tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jista' jiġi irtirat mill-awtorità kompetenti li ħarġitu jew ġedditu jekk l-inġenju ma jibqax konformi mar-rekwiżiti tekniċi stipulati fiċ-ċertifikat tiegħu.

Artikolu 16

Rikonoxximent ta' ċertifikati tan-navigazzjoni ta' inġenji minn pajjiżi terzi

Sakemm jidħlu fis-seħħ il-ftehimiet dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati tan-navigazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jirrikonoxxu ċ-ċertifikati tan-navigazzjoni ta' inġenji minn pajjiżi terzi għan-navigazzjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 17

Reġistri taċ-ċertifikati

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom iżommu reġistru taċ-ċertifikati kollha li jkunu ħarġu jew ġeddew skont l-Artikoli 6, 8, 9 u 12. Dak ir-reġistru għandu jinkludi l-informazzjoni li tinsab fil-mudell previst fl-Anness II

KAPITOLU 3

IDENTIFIKAZZJONI, SPEZZJONIJIET U REKWIŻITI TEKNIĊI ALTERATI TA' BASTIMENTI

Artikolu 18

Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull inġenju jkun assenjat Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment (ENI), skont l-Annessi II u V.
2.  
Kull inġenju għandu jkollu ENI, wieħed biss li għandu jibqa' l-istess tul il-ħajja kollha tiegħu.
3.  
Meta jinħareġċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, l-awtorità kompetenti għandha tinkludi l-ENI fih.
4.  
Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika l-awtoritajiet kompetenti responsabbli li jassenjaw ENI u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan,kif ukoll kwalunkwe bidla fil-lista. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti fuq sit elettroniku adatt.

Artikolu 19

Bażi tad-Data Ewropea dwar il-Buq

1.  
Il-Kummissjoni għandha żżomm l-EHDB sabiex tappoġġa l-miżuri amministrattivi biex jinżammu s-sikurezza u navigazzjoni bla xkiel u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Istati Membri għandu jitwettaq f'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Kummissjoni għandu jitwettaq f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

2.  

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għal kull inġenju, l-awtoritajiet kompetenti jdaħħlu, mingħajr dewmien, fl-EHDB:

(a) 

id-data li tidentifika u tiddeskrivi l-inġenju skont din id-Direttiva;

(b) 

id-data relatata maċ-ċertifikati maħruġin, imġedda, sostitwiti u rtirati, kif ukoll dik relatata mal-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat, skont din id-Direttiva;

(c) 

kopja diġitali taċ-ċertifikati kollha maħruġin mill-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva;

(d) 

id-data dwar kwalunkwe applikazzjoni rifjutata jew pendenti għal ċertifikati skont din id-Direttiva; u

(e) 

kwalunkwe bidla fid-data msemmija fil-punti (a) sa (d).

3.  

Id-data msemmija fil-paragrafu 2 tista' tiġi pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-partijiet kontraenti tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu u pajjiżi terzi li huma fdati b'kompiti relatati mal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), għall-finijiet li ġejjin:

(a) 

l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tad-Direttiva 2005/44/KE;

(b) 

l-iżgurar tal-ġestjoni kemm tat-traffiku tal-passaġġi fuq l-ilma kif ukoll tal-infrastruttura;

(c) 

iż-żamma jew l-infurzar tas-sikurezza tan-navigazzjoni;

(d) 

il-ġbir ta' data statistika.

4.  
L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tittrasferixxi data personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali dment li hi tagħmel dan skont il-każ biss u li r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/679, u b'mod partikolari dawk stipulati fil-Kapitolu V tiegħu, jiġu ssodisfati. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasferiment ikun neċessarju għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma jittrasferixxux id-data lil pajjiż terz ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali oħra sakemm ma jingħatawx espressament awtorizzazzjoni bil-miktub biex jagħmlu dan u jikkonformaw mal-kondizzjonijiet speċifikati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
5.  
Il-Kummissjoni tista', skont il-każ, tittrasferixxi data personali jew tagħti aċċess għall-EHDB lil awtorità ta' pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali dment li t-trasferiment jew l-aċċess huwa neċessarju għall-finijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, u dment li r-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jiġu ssodisfati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-trasferiment jew l-aċċess ikun neċessarju għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma jittrasferixxux id-data lil pajjiż terz ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali oħra sakemm ma jingħatawx espressament awtorizzazzjoni bil-miktub u jikkonformaw mal-kondizzjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni.
6.  
L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li d-data relatata ma' inġenju titħassar mill-bażi tad-data msemmija fil-paragrafu 1 meta dan l-inġenju jiġi ruttamat.
7.  

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 li jispeċifikaw ulterjorment:

(a) 

id-data li għandha tiddaħħal fil-bażi tad-data mill-Istati Membri;

(b) 

it-tipi ta' aċċess permessi, b'kont meħud tal-kategoriji ta' riċevituri tad-data u l-finijiet li għalihom tali data hija pproċessata msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu;

(c) 

l-istruzzjonijiet rigward l-użu u t-tħaddim tal-bażi tad-data, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri ta' sigurtà tad-data, il-kodifikazzjoni u l-ipproċessar ta' data u l-interkonnessjoni tal-bażi tad-data mar-reġistri msemmija fl-Artikolu 17.

Artikolu 20

Twettiq ta' spezzjonijiet tekniċi

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 jwettqu l-ispezzjonijiet inizjali, perjodiċi, speċjali u volontarji msemmija f'din id-Direttiva.
2.  
Dawk l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrifjutaw li l-inġenju jew parti minnu jiġi sottomess għal spezzjoni teknika fejn ikun evidenti minn attestazzjoni valida, maħruġa minn soċjetà rikonoxxuta għall-klassifikazzjoni skont l-Artikolu 21, li l-inġenju jissodisfa bis-sħiħ jew parzjalment ir-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V.
3.  
Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika l-awtoritajiet kompetenti tiegħu li huma responsabbli biex iwettqu l-ispezzjonijiet tekniċi u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan, inkluż kwalunkwe bidla fil-lista. Il-Kummissjoni għandha żżomm lista aġġornata tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi ta' spezzjoni fuq sit elettroniku adatt.
4.  
Kull Stat Membru għandu jikkonforma mar-rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-korpi ta' spezzjoni u t-talba għal spezzjoni, previst fl-Annessi II u V.

Artikolu 21

Rikonoxximent tas-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni

1.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tirrikonoxxi soċjetà tal-klassifikazzjoni li tissodisfa l-kriterji elenkati fl-Anness VI, jew li tirtira r-rikonoxximent, skont il-proċedura prevista fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).
2.  
Applikazzjoni għal rikonoxximent għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni mill-Istat Membru li fih is-soċjetà tal-klassifikazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha jew minn sussidjarja awtorizzati biex joħorġu attestazzjonijiet li inġenju jissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Annessi II u V skont din id-Direttiva. Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi vverifikat li l-kriterji għal rikonoxximent huma ssodisfati.
3.  
Kwalunkwe Stat Membru jista' jippreżenta talba lill-Kummissjoni biex jirtira r-rikonoxximent jekk iqis li soċjetà tal-klassifikazzjoni ma tkunx aktar tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Anness VI. It-talba għall-irtirar għandha tkun akkumpanjata minn evidenza dokumentata.
4.  
Is-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni li, sas-6 ta' Ottubru 2016, ikunu ngħataw ir-rikonoxximent skont id-Direttiva 2006/87/KE għandhom iżommu r-rikonoxximent tagħhom.
5.  
Il-Kummissjoni għandha tippubblika għall-ewwel darba sas-7 ta' Ottubru 2017, u għandha żżomm aġġornata f'sit elettroniku adatt, lista tas-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni rikonoxxuti skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla li għandha x'taqsam mal-ismijiet jew l-indirizzi tas-soċjetajiet tal-klassifikazzjoni fejn ikunu applikaw għar-rikonoxximent.

Artikolu 22

Kontroll tal-konformità

1.  
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistgħu fi kwalunkwe ħin jikkontrollaw jekk inġenju jkollux ċertifikat validu skont l-Artikolu 7 u jekk jissodisfax ir-rekwiżiti għall-ħruġ ta' tali ċertifikat.

F'każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri adatti skont il-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu. Għandhom ukoll jitolbu li s-sid tal-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jirrimedja s-sitwazzjoni fi żmien skadenza stipulata mill-awtoritajiet kompetenti.

L-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat li jkollu l-inġenju għandha tiġi infurmata b'tali nuqqasijiet fi żmien sebat ijiem mill-kontroll.

2.  
Fejn l-inġenju ma jkollux ċertifikat validu, l-inġenju jista' jinżamm milli jkompli bil-vjaġġ tiegħu.
3.  
Jekk, waqt il-kontroll, l-awtoritajiet isibu li l-inġenju jikkostitwixxi periklu ċar għall-persuni abbord, l-ambjent jew is-sikurezza tan-navigazzjoni, dawn jistgħu jwaqqfu l-inġenju milli jkompli bil-vjaġġ tiegħu sakemm jittieħdu l-passi neċessarji biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jippreskrivu miżuri proporzjonati li jippermettu lill-inġenju jipproċedi bla periklu, fejn ikun il-każ wara tmiem l-operazzjonijiet tiegħu ta' trasport, lejn post fejn jew issirlu spezzjoni jew tiswijiet.

4.  
Stat Membru li jkun impedixxa inġenju milli jipproċedi bil-vjaġġ tiegħu, jew li jkun innotifika lis-sid tal-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu bl-intenzjoni tiegħu li jiġi impedit dan jekk id-difetti misjuba ma jiġux rimedjati, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li ħarġet jew ġeddet l-aħħar iċ-ċertifikat tal-inġenju, fi żmien sebat ijiem bid-deċiżjoni li ħa jew li beħsiebu jieħu.
5.  
Kwalunkwe deċiżjoni meħuda biex jiġi interrott il-passaġġ ta' inġenju fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tindika fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom din hija bbażata. Tali deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi informata bil-proċeduri ta' appell disponibbli taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u bl-iskadenzi tagħhom.

Artikolu 23

Rekwiżiti tekniċi alterati għal ċerti żoni

1.  
L-Istati Membri jistgħu, fejn applikabbli u soġġett għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, jadottaw rekwiżiti tekniċi addizzjonali ma' dawk imsemmija fl-Annessi II u V għal inġenji li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 1 u 2 fit-territorju tagħhom. Tali rekwiżiti addizzjonali għandhom jkopru biss l-elementi elenkati fl-Anness III.
2.  
Fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma interni mhux konnessi taż-Żona 3, kull Stat Membru jista' jżomm rekwiżiti tekniċi addizzjonali għal dawk imsemmija fl-Annessi II u V. Tali rekwiżiti addizzjonali għandhom jkopru biss l-elementi elenkati fl-Anness III.
3.  
Fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji imsemmija fl-Anness II tkun tirriżulta fi tnaqqis tal-istandards eżistenti nazzjonali ta' sikurezza, Stat Membru jista' ma japplikax dawk id-dispożizzjonijiet tranżitorji fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri li joperaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tiegħu li mhumiex konnessi. F'tali ċirkostanzi, l-Istat Membru kkonċernat jista' jeħtieġ li, mit-30 ta' Diċembru 2008, tali bastimenti tal-passiġġieri li joperaw fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni mhux konnessi tiegħu jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V.
4.  
Stat Membru jista' jippermetti applikazzjoni parzjali tar-rekwiżiti tekniċi jew jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi li jkunu inqas stretti minn dawk imsemmija fl-Annessi II u V fir-rigward ta' inġenji li joperaw esklussivament fuq il-passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 3 u 4 fit-territorju tiegħu. Ir-rekwiżiti tekniċi inqas stretti jew l-applikazzjoni parzjali tar-rekwiżiti tekniċi għandhom ikopru biss l-elementi elenkati fl-Anness IV.
5.  
Fejn Stat Membru japplika l-paragrafu 1, 2, 3 jew 4, hu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'dan mill-inqas sitt xhur qabel id-data maħsuba ta' applikazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif meħtieġ.

Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tapprova r-rekwiżiti tekniċi addizzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).

6.  
Il-konformità mar-rekwiżiti tekniċi alterati skont il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 għandha tiġi speċifikata fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew fiċ-ċertifikat supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Artikolu 24

Derogi għal ċerti kategoriji ta' inġenji

1.  

Filwaqt li jżommu livell adegwat ta' sikurezza, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi minn din id-Direttiva kollha jew minn partijiet minnha għal:

(a) 

inġenji li joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma interni mhux konnessi;

(b) 

inġenji li għandhom piż li ma jaqbiżx it-350 tunnellata jew inġenji mhux maħsuba għat-trasport ta' merkanzija u li għandhom spostament tal-ilma ta' inqas minn 100 metru kubu, li kienu varati qabel l-1 ta' Jannar 1950 u li joperaw esklussivament fit-territorju tagħhom.

2.  
Mingħajr preġudizzju għall-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, fir-rigward tan-navigazzjoni fit-territorju tagħhom, derogi minn din id-Direttiva għal inġenji li jagħmlu vjaġġi limitati ta' interess lokali jew f'żoni portwarji. Id-derogi u l-vjaġġi jew iż-żoni li għalihom ikunu validi għandhom jiġu speċifikati fiċ-ċertifikat tal-inġenju.
3.  
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-derogi awtorizzati skont il-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra kif meħtieġ.

Artikolu 25

Użu ta' teknoloġiji ġodda u derogi għal inġenji speċifiċi

1.  

Sabiex jiġu mħeġġa l-innovazzjoni u l-użu ta' teknoloġiji ġodda fin-navigazzjoni interna. il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ta' implimentazzjoni li jippermettu derogi jew li jirrikonoxxu l-ekwivalenza ta' speċifikazzjonijiet tekniċi għal inġenji speċifiċi fir-rigward ta':

(a) 

il-ħruġ ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jirrikonoxxi l-użu, jew il-preżenza, abbord inġenju ta' materjali, installazzjonijiet jew oġġetti ta' tagħmir oħrajn, jew l-adozzjoni ta' arranġamenti jew aspetti ta' disinn minbarra dawk inklużi fl-Annessi II u V, dment li jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' sikurezza;

(b) 

il-ħruġ ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal skopijiet ta' prova għal perjodu limitat li jinkorpora speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda li jidderogaw mir-rekwiżiti tal-Annessi II u V, dment li jiġi żgurat livell adegwat ta' sikurezza.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).

2.  
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jispeċifikaw kwalunkwe deroga u rikonoxximenti ta' ekwivalenzi msemmija fil-paragrafu 1 fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

Artikolu 26

Diffikultà

1.  
Wara l-iskadenza tad-dispożizzjonijiet tranżitorji għal rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Anness II, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jippermettu derogi mir-rekwiżiti tekniċi stipulati f'dak l-Anness li kienu soġġetti għal dispożizzjonijiet tranżitorji, fejn dawk ir-rekwiżiti jkunu teknikament diffiċli biex jiġu applikati jew fejn l-applikazzjoni tagħhom tista' tinvolvi spejjeż sproporzjonati.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33(2).

2.  
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għandhom jispeċifikaw kwalunkwe derogi applikabbli msemmija fil-paragrafu 1 fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Artikolu 27

Reġistru ta' tagħmir approvat skont it-tip

Il-Kummissjoni għandha tippubblika f'sit elettroniku adatt reġistru ta' tagħmir li jkun ġie approvat skont it-tip f'konformità mal-Annessi II u V.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 28

Dispożizzjonijiet transitorji dwar l-użu ta' dokumenti

▼C1

Id-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u li jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2006/87/KE qabel is-6 ta' Ottubru 2018 għandhom jibqgħu validi sa meta jiskadu.

▼B

Artikolu 29

Inġenji esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 82/714/KEE

1.  
Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ għal inġenji esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE ( 5 ), iżda għandu jkun kopert minn din id-Direttiva skont l-Artikolu 2(1) ta' din id-Direttiva, wara spezzjoni teknika biex jiġi kkontrollat jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V ta' din id-Direttiva. Dik l-ispezzjoni teknika għandha ssir meta jiskadi ċ-ċertifikat attwali tal-inġenju, fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mit-30 ta' Diċembru 2018.
2.  
Kwalunkwe nuqqas biex jintlaħqu r-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V għandu jiġi speċifikat fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Sakemm l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li dawn in-nuqqasijiet ma jikkostitwixxux periklu ċar, l-inġenji msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu joperaw sa meta dawk il-komponenti jew partijiet tal-inġenju li kienu ġew iċċertifikati bħala li ma jissodisfawx dawk ir-rekwiżiti jiġu sostitwiti jew alterati, u wara dan dawk il-komponenti jew partijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V.
3.  
Is-sostituzzjoni tal-partijiet eżistenti ma' partijiet identiċi jew partijiet ta' teknoloġija u disinn ekwivalenti waqt tiswijiet u manutenzjoni ta' rutina ma għandhiex titqies bħala sostituzzjoni jew alterazzjoni skont it-tifsira tal-paragrafu 2.
4.  
Periklu ċar skont it-tifsira tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu jkun preżunt b'mod partikolari meta jiġu affettwati r-rekwiżiti rigward is-solidità strutturali,in-navigazzjoni jew il-manuvrabbiltà jew il-karatteristiċi speċjali tal-inġenju skont ir-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V. Id-derogi li huma previsti fir-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Annessi II u V ma għandhomx jiġu identifikati bħala nuqqasijiet li jikkostitwixxu periklu ċar.

Artikolu 30

Dispożizzjonijiet transitorji li jikkonċernaw ir-rekwiżiti temporanji skont id-Direttiva 2006/87/KE

Ir-rekwiżiti temporanji adottati skont l-Artikolu 1.06 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/87/KE għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu.

Artikolu 31

Adattament tal-Annessi

1.  
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex tadatta l-Anness II, biex taġġorna, mingħajr dewmien żejjed, ir-referenza għall-aktar verżjoni reċenti tal-istandard ES-TRIN u biex tistabbilixxi d-data ta' applikazzjoni tiegħu.
2.  
B'deroga mill-paragrafu 1, fejn ikun debitament ġustifikat minn analiżi adatta u fin-nuqqas ta' standards internazzjonali rilevanti u aġġornati biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni jew fejn bidliet fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-CESNI ikunu jikkompromettu l-interessi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Anness II biex tipprovdi rekwiżiti tekniċi adatti.
3.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 dwar l-adattamenti tal-Annessi III u IV minħabba progress xjentifiku u tekniku.
4.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 dwar l-adattamenti tal-Anness V biex taġġorna u tirrazzjonalizza dispożizzjonijiet amministrattivi.
5.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 dwar l-adattamenti tal-Anness VI biex temenda l-kriterji għar-rikonoxximent ta' soċjetajiet ta' klassifikazzjoni biex tiġi żgurata s-sikurezza tan-navigazzjoni.
6.  
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 sabiex taġġorna r-referenzi f'din id-Direttiva għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Annessi II u V biex jitqiesu l-emendi li jkunu saru f'dawn l-Annessi.

Artikolu 32

Eżerċizzju tad-delega

1.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.
2.  
Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 19 u 31 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-6 ta' Ottubru 2016. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix din l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.
3.  
Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 19 u 31 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ il-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar 'il quddiem speċifikata fid-deċiżjoni. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.
4.  
Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.
5.  
Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6.  
Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 19 u 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu ġew avżati dwar dak l-att jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 33

Proċedura tal-kumitat

1.  
Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artiklu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE ( 6 ) (minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat”). Il-Kumitat huwa kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2.  
Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn ikun meħtieġ li l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza għall-ħruġ tal-opinjoni, il-presidenza tal-kumitat tiddeċiedi hekk.

Artikolu 34

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, qabel is-7 ta' Ottubru 2021, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina l-effettività tal-miżuri introdotti minn din id-Direttiva, partikolarment fir-rigward tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u l-iżvilupp ta' standards tekniċi għan-navigazzjoni interna. Ir-rapport għandu jirrevedi wkoll il-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti għan-navigazzjoni interna. Ir-rapport għandu, jekk xieraq, jiġi akkumpanjat minn proposta leġislattiva biex jissimplifika iżjed il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-ħolqien ta' standards li tkun tista' ssir referenza għalihom fl-atti legali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti rapport simili wara kull żvilupp kbir fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni.

Artikolu 35

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u diżważivi.

Artikolu 36

Emenda għad-Direttiva 2009/100/KE

Id-Direttiva 2009/100/KE hija emendata kif ġej:

(1) 

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Din id-Direttiva tapplika għal bastimenti użati għat-trasport tal-merkanzija bil-passaġġi fuq l-ilma interni u li jkollhom piż totali ta' 20 tunnellata metrika jew aktar:

(a) 

b'tul ta' inqas minn 20 metru; u

(b) 

li għalihom il-prodott tat-tul (L), il-wisa' (B) u l-fundar (T) huwa anqas minn 100 metru kubu.

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-Regolament ta' Spezzjoni ta' Bastiment tar-Renu u għall-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta' Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN).”.

(2) 

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a) 

Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.  
L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu l-bastimenti li jġorru oġġetti perikolużi kif imfisser fl-ADN biex iħarsu r-rekwiżiti stabbiliti f'dak il-Ftehim. Bħala evidenza ta' dan, jistgħu jeħtieġu illi l-awtorizzazzjoni prevista f'dak il-Ftehim tiġi prodotta.”;
(b) 

it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Kondizzjonijiet speċjali għat-trasport ta' oġġetti perikolużi għandhom jiġu kkunsidrati ssodisfati fil-kanali tal-ilma navigabbli tal-Komunità kollha jekk il-bastimenti jħarsu r-rekwiżiti tal-ADN. L-evidenza ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti tista' tiġi pprovduta permezz tal-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.”.

Artikolu 37

Traspożizzjoni

1.  
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mis-7 ta' Ottubru 2018 u li għandhom japplikaw minn din id-data. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw miżuri bħal dawn, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandhom jiġu stipulati mill-Istati Membri.

2.  
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
3.  
Kwalunkwe Stat Membru li, minħabba derogi awtorizzati skont l-Artikolu 24(1) u (2), ma jkollu l-ebda inġenju soġġett għal din id-Direttiva li jkun qed jopera fuq il-passaġġi fuq l-ilma tiegħu ma għandux jintalab jittrasponi l-Kapitolu 2, l-Artikolu 18(3) u l-Artikoli 20 u 21.

Artikolu 38

Revoka

Id-Direttiva 2006/87/KE titħassar b'effett mis-7 ta' Ottubru 2018.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li tinsab fl-Anness VII.

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 40

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri minbarra d-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Ċipru, il-Latvja, Malta, il-Portugall, is-Slovenja u l-Finlandja.




LISTA TA' ANNESSI

Anness I:

Lista ta' passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni maqsuma ġeografikament f'Żoni 1, 2 u3

Anness II:

Rekwiżiti tekniċi minimi applikabbli għall-inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni taż-żoni 1, 2, 3 u 4

Anness III:

Suġġetti għal rekwiżiti tekniċi addizzjonali possibbli applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Żoni 1, 2u 3 mhux konnessi

Anness IV:

Suġġetti għal tnaqqis possibbli tar-rekwiżiti tekniċi applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni ta' Żoni 3 u 4

Anness V:

Dispożizzjonijiet proċedurali dettaljati

Anness VI:

Soċjetajiet ta' klassifikazzjoni

Anness VII:

Tabella ta' korrelazzjoni

▼M4




ANNESS I

LISTA TA’ PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TAL-UNJONI MAQSUMA ĠEOGRAFIKAMENT F’ŻONI 1, 2 U 3

KAPITOLU 1

Żona 1

Il-Ġermanja



Ems

Minn linja li tgħaqqad dak li qabel kien il-fanal ta’ Greetsiel u l-moll tal-punent tad-daħla tal-port f’Eemshaven fid-direzzjoni tal-baħar sal-latitudni 53° 30′ N u l-lonġitudni 6° 45′ E, jiġifieri kemxejn lejn il-baħar miż-żona tal-ħatt għat-trasportaturi ta’ tagħbija xotta f’Alte Ems (1)

(1)   

Fil-każ ta’ bastimenti domiċiljati fi Stat ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tat-Trattat ta’ Ems-Dollart tat-8 ta’ April 1960 (BGBl. 1963 II p. 602).

Franza

Il-Gironde mil-limitu trasversali tal-baħar, definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe de Grave mal-Pointe de Suzac, sal-linja li tgħaqqad il-Pointe de Grave mal-punt tal-Lvant tal-kunjett ta’ Pontaillac.

Il-Loire mil-limitu trasversali tal-baħar, definit mil-linja li tgħaqqad il-ponta ta’ Mindin mal-punt ta’ Penoët, mal-linja li tgħaqqad il-Pointe du Pointeau mal-fanal tad-diga ta’ Villès-Martin f’Saint-Nazaire.

Is-Seine mil-limitu trasversali tal-baħar (ikkaratterizzat mil-linja li tibda minn Cape Hode, fuq ix-xatt tal-lemin, u tispiċċa fuq ix-xatt tax-xellug, fil-punt fejn id-diga proġettata tingħaqad mal-kosta ’l isfel minn Berville) sal-limitu ffurmat minn linja orjentata f’245° li tibda mill-fanal ta’ Sainte Adresse u li tasal sal-intersezzjoni tal-meridjan ta’ Greenwich. Minn din l-intersezzjoni, il-limitu jiġi estiż b’linja li tgħaddi mit-Tramuntana għan-Nofsinhar sal-intersezzjoni ta’ linja li timxi mil-Lvant għall-Punent mill-fanal ta’ Falaise des Fonds li jinsab fil-Punent ta’ Honfleur.

Id-Delta tar-Rhône:

Il-Golf ta’ Fos: mil-limiti taż-żona 3 sat-Tramuntana u l-Lvant, sal-linja miksura li tibda mill-fanal tad-diga tal-Kanal St-Louis, li tgħaddi mill-baga kardinali tat-Tramuntana tat-Tey de la gracieuse u l-baga kardinali tal-Punent ta’ Lavéra u li tispiċċa f’Pointe Bonnieu.

Il-parti tan-Nofsinhar tal-Etang de Berre bejn Martigues (il-ponta ta’ Brise Lames) u l-port ta’ La Pointe (tmiem id-diga tat-Tramuntana).

Il-Polonja

Il-parti tal-bajja tal-Bajja ta’ Pomorska n-naħa tan-nofsinhar mil-linja li tgħaqqad NordPerd fuq il-Gżira Rugen u l-fanal ta’ Niechorze

Il-parti tal-Bajja ta’ Gdańska n-naħa tan-nofsinhar mil-linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Hel u l-baga tad-daħla fil-port ta’ Baltijsk

L-Iżvezja

Il-Lag Vänern, ikkonfinat fin-Nofsinhar mal-parallel tal-latitudni mill-fanal ta’ Bastugrunds.

Il-Lag Vättern

Brofjorden–Donsö

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 jew 3 u minn linja mill-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Grötö mill-punt l-aktar fil-Punent ta’ Gåsö; il-punt l-aktar fit-Tramuntana ta’ Härmanö; Härmanö; huvud (kap ta’ Härmanö); Vedholmen; Danholmen; iċ-ċentru ta’ Mollön; il-fanal ta’ Räbbehuvud; il-fanal t’isfel ta’ Sankt Olov; il-punt l-aktar lejn ix-Xlokk ta’ Flatholmen; il-fanal ta’ Åstol; il-fanal ta’ Marstrand; il-fanal ta’ Sälö; il-fanal ta’ t’isfel ta’ Kågholmen; il-fanal ta’ Tynneskär; il-fanal ta’ Buskärs Knöte; u l-fanal ta’ Rivö sal-fanal ta’ Rivö

Öregrundsgrepen tat-Tramuntana

Iż-żona bejn il-kontinent u Gräsö, ikkonfinata fit-Tramuntana mil-linja parallela ta’ latitudni li tgħaddi mill-fanal ta’ Engelska grundet u fin-Nofsinhar mill-parallel ta’ lonġitudni sal-fanal ewlieni ta’ fuq ta’ Öregrund

Söderarm–Sandhamn

Iż-żona kkonfinata mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-fanal ewlieni ta’ Tyvö via l-fanal ta’ Söderarm; il-fanal ewlieni ta’ fuq tal-port pilota ta’ Söderarm; u l-fanal ta’ Prästkobben sal-fanal ta’ Korsö

Jungfrufjärden

Iż-żona kkonfinata mill-fruntiera kontinentali jew mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-punt l-aktar fil-Punent ta’ Nämdö mill-punt l-aktar fil-Punent ta’ Mörtö-Bunsö sal-fanal ta’ Ornöhuvud

Mysingen–Landsort

Iż-żona kkonfinata mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-fanal ta’ Utö via l-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Nåttarö; il-fanal ta’ Måsknuv; u l-fanal ta’ Viksten sal-fanal ta’ Landsort

Landsort–Arkö

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 jew 3, u minn linja mill-fanal ta’ Landsort via l-punt l-aktar fin-Nofsinhar tal-fanal ta’ Enskär u Norra Kränkan sa Marö Kupa

Il-bajja ta’ Valdemarsviken u l-arċipelagu Gryt

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 u minn linja mill-fanal ta’ Gubbö Kupa via l-fanal ta’ Häradsskär u l-fanal ta’ Hägerökarten sal-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Kvädö

It-Tramuntana ta’ Kalmar Sound–Västervik

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent u minn linja minn Hallmare Skackel via l-fanal ta’ Aleskär; il-fanal ta’ Idö; il-fanal ta’ Idö Stångskär; il-fanal ta’ Strupö Ljungskär, il-pożizzjoni N 57 20,0 E016 48,0; u l-baga kardinali tal-Punent ta’ Enerumsgrund lejn il-punt l-aktar fit-Tramuntana ta’ Öland u ’l hinn mal-kosta tal-Majjistral ta’ Öland u fin-Nofsinhar sal-parallel tal-latitudni N 56° 15,00′

Is-Sonda ta’ Kalmar tan-Nofsinhar

Iż-żona bejn il-kontinent u Öland, konfinata fit-Tramuntana minn linja mill-punt ta’ Dunö (fil-kontinent) sa Bejershamn fuq Öland, u fin-Nofsinhar mill-parallel tal-latitudni N 56° 15,00′

Żona 2

Iċ-Ċekja

Id-diga tal-Lag Lipno

Il-Ġermanja



Ems

Minn linja mal-Ems qrib id-daħla tal-port ta’ Papenburg bejn dak li qabel kien l-istazzjon tal-ippumpjar ta’ Diemen u l-fetħa tad-diga f’Halte sa linja li tgħaqqad dak li qabel kien il-fanal ta’ Greetsiel u l-moll tal-Punent tad-daħla tal-port f’Eemshaven (1)

Leda

Mid-daħla tal-port ta’ barra tal-magħluq tal-baħar ta’ Leer sal-bokka fl-Ems

Jade

In-naħa tal-art ta’ linja li tgħaqqad il-fanal ta’ fuq preċedenti ta’ Schillig u l-kampnar tal-knisja f’Langwarden

Weser

Mit-tarf tal-majjistral tal-pont tal-ferrovija fi Bremen sa linja li tgħaqqad il-kampnari ta’ Langwarden u Cappel, inklużi l-fergħat laterali ta’ Weser magħrufa bħala Rekumer Loch, Rechter Nebenarm u Schweiburg

Hunte

Minn linja 140 m ’l isfel mill-pont ta’ Amalienbrücke f’Oldenburg sal-bokka fil-Weser

Lesum

Mill-konfluenza tal-Hamme u l-Wümme (0,00 km) sal-bokka fil-Weser

Elbe

Mil-limitu l-aktar baxx tal-port ta’ Hamburg sal-linja li tgħaqqad is-sinjal markatur f’Döse mat-tarf tal-Punent tad-diga Friedrichskoog (Dieksand) inklużi:

— Il-Loch ta’ Mühlenberger

— Ruthenstrom (minn 3,75 km sal-bokka fl-Elbe)

— Nebenelben:

— 

— Hahnöfer Nebenelbe (bejn l-estensjoni tas-sinjali tal-Elbe minn 635,00 km sas–644,00 km)

— Lühesander Süderelbe (bejn l-estensjoni tas-sinjali tal-Elbe minn 646,50 km sas–650,50 km)

— Bütztflether Süderelbe (minn 0,69 km sal-bokka fl-Elbe)

— Haseldorfer Binnenelbe (bejn l-estensjoni tas-sinjali tal-Elbe minn 653,00 km sas–658,00 km)

— Pagensander Nebenelbe (bejn l-estensjoni tas-sinjali tal-Elbe minn 659,00 km għal sas–664,00 km)

— Schwarztonensander Nebenelbe (bejn l-estensjoni tas-sinjali tal-Elbe minn 661,00 km sas–664,00 km)

— Wischhafener Süderelbe (minn 8,03 km sal-bokka fl-Elbe)

— Glückstädter Nebenelbe (bejn l-estensjoni tas-sinjali tal-Elbe minn 672,00 km sas–676,00 km)

Este

Mill-ilma taħt il-magħluq ta’ Buxtehude (0,25 km) sal-bokka fl-Elbe

Lühe

Mill-konfluenza tal-Hamme u l-Wümme (0,00 km) sal-bokka fil-Elbe

Schwinge

Mit-tarf tat-Tramuntana tal-magħluq ta’ Salztor fi Stade sal-bokka fl-Elbe

Pinnau

Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont tal-ferrovija f’Pinneberg sal-bokka fl-Elbe

Krückau

Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont tal-ferrovija Wedenkamp f’Elmshorn sal-bokka fl-Elbe

Stör

Mill-kejl tal-marea ta’ Rensing sal-bokka fl-Elbe

Freiburger Hafenpriel

Mit-tarf tal-Lvant tas-sieqa fi Freiburg an der Elbe sal-bokka fl-Elbe

Oste

Minn 210 m kontra l-kurrent tal-ilma tal-assi tal-pont tat-triq fuq id-diga mobbli ta’ Oste (69,36 km) sal-bokka fl-Elbe

Meldorfer Bucht

’Il ġewwa fin-naħa tal-art minn linja li tgħaqqad it-tarf tal-punent tad-diga ta’ Friedrichskoog (Dieksand) u r-ras tal-moll tal-punent f’Büsum

Eider

Kontra l-kurrent tal-ilma mill-bokka tal-Kanal Gieselau (22,64 km) sal-linja bejn in-nofs tal-fortizza (Tränke) u l-kampnar tal-knisja ta’ Vollerwiek

Gieselaukanal

Mill-bokka fl-Eider sal-bokka fil-Kanal ta’ Nord-Ostsee

Flensburger Förde

’Il ġewwa fin-naħa tal-art minn linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Kegnäs u Birknack u lejn it-Tramuntana mill-fruntiera bejn il-Ġermanja u d-Danimarka fil-Flensburger Förde

Schlei

’Il ġewwa fin-naħa tal-art minn linja bejn l-irjus tal-moll ta’ Schleimünde

Eckernförder Bucht

’Il ġewwa fin-naħa tal-art minn linja li tgħaqqad il-Boknis-Eck u l-ponta tal-grigal tal-art kontinentali ħdejn Dänisch Nienhof

Kieler Förde

’Il ġewwa fin-naħa tal-art minn linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Bülk u l-memorjal navali ta’ Laboe

Nord-Ostsee-Kanal inkluż Audorfer See u Schirnauer See

Minn linja li tgħaqqad l-irjus tal-moll fi Brunsbüttel sa linja li tgħaqqad id-dwal tad-dħul f’Kiel-Holtenau, inklużi Borgstedter See u Enge, Flemhuder See u l-Kanal ta’ Achterwehrer

Trave

Mit-tarf tal-Majjistral tal-pont tal-lift tal-ferrovija f’Lübeck mal-Pötenitzer Wiek, u d-Dassower See sa linja li tgħaqqad l-irjus tal-moll tan-Nofsinhar ta’ ġewwa u tat-Tramuntana ta’ barra fi Travemünde

Wismarbucht, inklużi Kirchsee, Breitling, Salzhaff u ż-żona tal-port ta’ Wismar

Limitati lejn il-baħar minn linja li tgħaqqas Hoher Wieschendorf Huk u l-fanal ta’ Timmendorf u linja li tgħaqqad il-fanal ta’ Gollwitz fuq il-gżira ta’ Poel u l-ponta tan-nofsinhar tal-peniżola ta’ Wustrow

Warnow u Unterwarnow

inklużi l-fergħat ta’ Breitling u l-fergħat sekondarji (mingħajr fergħa laterali fil-Punent tal-Badewieseninsel)

Mit-tarf tan-Nofsinhar tal-pont ferrovjarju Rostock-Stralsund sa linja li tgħaqqad ir-ras tat-Tramuntana tal-moll tal-Punent u r-ras tat-Tramuntana tal-moll tal-Lvant f’Rostock-Warnemünde

Ilmijiet imdawra mill-art kontinentali u l-peniżoli ta’ Darß u Zingst u l-gżejjer ta’ Bock, Hiddensee u Rügen (inkluża ż-żona tal-port ta’ Stralsund)

In-naħa tal-baħar hija limitata bejn

— Il-peniżola ta’ Zingst u l-Gżira ta’ Bock: bil-parallel tal-latitudni 54° 26′ 42 ′ N,

— Il-gżira ta’ Bock u l-gżira ta’ Hiddensee: mil-linja li tgħaqqad il-ponta tat-Tramuntana tal-gżira ta’ Bock mal-ponta tan-Nofsinhar tal-gżira ta’ Hiddensee,

— Il-gżira ta’ Hiddensee u l-gżira ta’ Rügen (Bug): mil-linja li tgħaqqad il-ponta tax-Xlokk ta’ Neubessin u Buger Haken

Greifswalder Bodden u ż-żona tal-port ta’ Greifswald, inkluż ir-Ryck

Mit-tarf tal-Lvant ta’ Steinbecker Brücke fi Greifswald sa linja li tgħaqqad il-ponta tal-Lvant ta’ Thiessower Haken (Südperd) sal-ponta tal-Lvant tal-gżira ta’ Ruden, u sal-ponta tat-Tramuntana tal-gżira ta’ Usedom (54° 10′ 37 ′ N, 13° 47′ 51 ′ E)

Ilmijiet imdawra mill-art kontinentali u l-gżira ta’ Usedom (il-Peenestrom, inkluża ż-żona tal-port ta’ Wolgast u Achterwasser, u Stettiner Haff)

Lejn il-Lvant sal-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Polonja fi Stettiner Haff

Uecker

Mit-tarf tal-Lbiċ tal-pont tat-triq fil-Uekermünde sal-linja li tgħaqqad fuq it-truf tan-naħa tal-baħar tal-irjus tal-mollijiet

(1)   

Fil-każ ta’ bastimenti domiċiljati fi Stat ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tat-Trattat ta’ Ems-Dollart tat-8 ta’ April 1960 (BGBl. 1963 II p. 602).

Franza

Il-Gironde mill-punt tal-kilometru (PK 48,50) sal-parti tan-naħa tad-direzzjoni tax-xmara tal-punt tal-Ile de Patiras, sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe de Grave mal-Pointe de Suzac

Il-Loire minn Cordemais (PK 25) sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe de Mindin mal-Pointe de Penhoët

Is-Seine mill-bidu tat-Tancarville Canal sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja minn Cape Hode, fuq in-naħa tal-lemin tax-xmara, sal-punt, fuq in-naħa tax-xellug tax-xmara, fejn id-diga ppjanata tiltaqa’ max-xatt taħt Berville-sur-Mer

Il-Vilaine mill-Arzal Dam sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaqqad il-Pointe du Scal mal-Pointe du Moustoir

Il-Lag ta’ Ġinevra

L-Ungerija

Lag Balaton

In-Netherlands

Dollard

Eems

Waddenzee: inklużi l-kollegamenti mal-Baħar tat-Tramuntana

IJsselmeer: inluż il-Markermeer u l-Ijmeer iżda mhux il-Gouwzee

Nieuwe Waterweg u x-Scheur

Calandkanaal in-naħa tal-punent mill-port ta’ Benelux

Hollands Diep

Breeddiep, Beerkanaal u l-portijiet kollegati tiegħu

Haringvliet u Vuile Gat: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Goeree-Overflakkee fuq naħa waħda u Voorne-Putten u Hoeksche Waard fuq in-naħa l-oħra

Hellegat

Volkerak

Krammer

Grevelingenmeer u Brouwershavensche Gat: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma kollha bejn Schouwen-Duiveland u Goeree-Overflakkee

Keten, Mastgat, Zijpe, Krabbenkreek, Eastern Scheldt u Roompot: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Walcheren, Noord-Beveland u Zuid-Beveland fuq naħa waħda u Schouwen-Duiveland u Tholen fuq in-naħa l-oħra, iżda mhux il-Kanal Scheldt-Rhine

Scheldt u Western Scheldt u l-ftuħ tagħha fuq il-baħar: inklużi l-passaġġi fuq l-ilma bejn Zeeland Flanders, fuq naħa waħda, u Walcheren u Zuid-Beveland, fuq in-naħa l-oħra, iżda mhux il-Kanal Scheldt-Rhine

Il-Polonja

Laguna ta’ Szczecin

Laguna ta’ Kamień

Laguna ta’ Wisła

Bajja ta’ Puck

Ġibjun ta’ Włocławski

Lag Śniardwy

Lag Niegocin

Lag Mamry

L-Iżvezja

Lysekil–Orust–Tjörn

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent, u minn linja minn Släggö f’Lysekil sa Skaftölandet f’170 grad; linja mill-fanal ta’ Islandsberg sa Lavösund; linja mill-fanal ta’ Lyr f’300 grad lejn il-Lvant ta’ Mollösund; linja mill-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Lyr sa Björholmen; u fil-parti tat-Tramuntana ta’ Hakefjorden mil-linja kkostitwita mil-linja parallela tal-latitudni N 58 01,00

L-arċipelagu tan-Nofsinhar ta’ Gothenburg

Iż-żona kkonfinata mill-fruntiera kontinentali jew taż-żona 3 u minn linja mill-parti tal-Punent tal-port ta’ Arendal via Knippelholmen; il-fanal ta’ Rivö, il-fanal ta’ fuq ta’ Rivö; il-fanal ta’ Känsö torn; il-fanal ta’ Kårholmen; u l-fanal ewlieni ta’ Rättarens sa Askims nabbe

Öregrund–Norrtälje

Iż-żona bejn il-kontinent u Gräsö, limitata fit-Tramuntana mil-linja parallela tal-lonġitudni mill-fanal ewlieni ta’ fuq ta’ Öregrund, u kkonfinata lejn il-baħar b’linja bejn Äspskäret u l-fanal ta’ Råstensudde; linja minn naħa għal oħra ta’ Singsundet; mill-pontijiet li jaqsmu Fygdströmmen; linja minn Dejeudden via l-fanal ta’ Arholma sal-fanal ta’ Tyvö

Norrtälje–Nämdö

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 2 jew 3 u b’linja mill-fanal ta’ Tyvö via l-fanal ta’ Idskärskobben; il-punt l-aktar fil-punent ta’ Svartlöga; il-fanal ta’ Stenkobbsgrund, il-fanal ta’ Korså; u l-punt l-aktar fil-punent ta’ Nämdö sal-punt l-aktar fin-Nofsinhar ta’ Björnö

Dalarö–Torö

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent u minn linja mill-fanal ta’ Ornöhuvud via Klacknäset; Näset f’Ornö; il-punt l-aktar fit-Tramuntana ta’ Utö; il-fanal ta’ Utö; il-fanal ta’ Älvsnabben; Norra Stegholmen; Yttre Gården; Valsudden fuq Järflotta; u Långsudden fuq Järflotta sal-punt l-aktar lejn il-Lvant ta’ Torö

Torö–Oxelösund

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent jew mill-konfini taż-żona 3 u b’linja mill-knisja ta’ Torö via l-fanal ta’ Fifång; il-fanal ta’ Kockehällan; Lacka torn; il-punt l-aktar lejn il-Lvant ta’ Kittelö; il-fanal ta’ Trutbådan, il-fanal ta’ Beten; u l-fanal ta’ Femörehuvud lejn Svartudden fit-Tramuntana tal-fanal ta’ fuq ta’ Kungshamn.

Bråviken, Slätbaken u l-archipelagu ta’ Östergötland

Iż-żona kkonfinata mill-kontinent (fil-Punent ta’ Bråviken mill-pont Hamnbron f’Norrköping; fil-Punent ta’ Slätbaken mill-magħluq ta’ Mem), u b’linja mill-fanal ta’ Gullängsberget permezz tas-sinjal ta’ Arkö; Marö Kupa; il-fanal ta’ Kupa klint; il-punt l-aktar fil-punent ta’ Birkskär; u l-fanal ta’ Gubbö Kupa sa Dalaudde fin-Nofsinhar ta’ Orren

Kalmar Sound Ċentrali

Iż-żona kkonfinata fil-Punent mill-kontinent, fil-Lvant minn Öland, fit-Tramuntana mal-parallel tal-latitudni N 56° 51.00′ u fin-Nofsinhar b’linja mill-punt ta’ Dunö (fil-kontinent) sa Bejershamn fuq Öland

KAPITOLU 2

Żona 3

Il-Belġju

Maritime Scheldt (‘l isfel mill-ankraġġ miftuħ ta’ Antwerp)

Il-Bulgarija

Id-Danubju: minn rkm 845,650 sa rkm 374,100

Iċ-Ċekja

Lagi artifiċjali: Brněnská (Kníničky), Jesenice, Nechranice, Orlík, Rozkoš, Slapy, Těrlicko, Žermanice u Nové Mlýny III

Lagi tat-tħaffir ta’ żrar ramli: Ostrožná Nová Ves u Tovačov

Il-Ġermanja



Id-Danubju

Minn Kelheim (km 2 414,72 ) sal-fruntiera Ġermaniża-Awstrijaka

Ir-Renu

Inkluż Lampertheimer Altrhein (minn 4,75 km sar-Renu), Altrhein Stockstadt-Erfelden (minn 9,80 km sar-Renu)

Mll-fruntiera Ġermaniża-Żviżżera f’Basel sal-fruntiera Ġermaniża-Netherlandiża f’Millingen

Elbe (Norderelbe) inkluż Süderelbe u Köhlbrand

Mill-bokka tal-kanal Elbe-Seiten sal-limitu inferjuri tal-port ta’ Hamburg

Müritz

 

Franza

L-Adour mill-Bec du Gave sal-baħar

L-Aulne mill-magħluq f’Châteaulin sal-limitu trasversali tal-baħar definit mill-Passage de Rosnoën

Il-Blavet minn Pontivy sal-Pont du Bonhomme

Il-Calais Canal

Il-Charente mill-pont f’Tonnay-Charente sal-limitu trasversali tal-baħar definit mil-linja li tgħaddi miċ-ċentru tad-dawl fid-direzzjoni tax-xmara fuq ix-xatt tax-xellug tax-xmara u miċ-ċentru tal-Fort de la Pointe

Id-Dordogne mill-konfluwenza mal-Lidoire sal-Bec d’Ambès

Il-Garonne mill-pont f’Castet en Dorthe sal-Bec d’Ambès

Il-Gironde mill-Bec d’Ambès sal-linja trasversali fi 48,50 PK u jgħaddi mill-punt lejn id-direzzjoni tax-xmara tal-Ile de Patiras

Il-Hérault mill-port ta’ Bessan sal-baħar, sal-limitu ta’ fuq tal-parti tax-xatt li tinkesa mill-marea

L-Isle mill-konfluwenza mad-Dronne sal-konfluwenza mad-Dordogne

Il-Loire mill-konfluwenza mal-Maine sa Cordemais (25 PK)

Il-Marne mill-pont f’Bonneuil (169bis900 PK) u l-magħluq f’St Maur sal-konfluwenza mas-Seine

Ir-Renu

In-Nive mid-diga ta’ Haïtze f’Ustaritz sal-konfluwenza mal-Adour

L-Oise mill-magħluq ta’ Janville sal-konfluwenza mas-Seine

L-Orb minn Sérignan sal-baħar, sal-limitu ta’ fuq tal-parti tax-xatt li tinkesa mill-marea

Ir-Rhône mill-fruntiera mal-Iżvizzera sal-baħar, minbarra l-Petit Rhône

Is-Saône mill-pont tal-Pont de Bourgogne sa Chalon-sur-Saône sal-konfluwenza mar-Rhône

Is-Seine mill-magħluq f’Nogen-sur-Seine sal-bidu tat-Tancarville Canal

Is-Sèvre Niortaise mill-magħluq f’Marans fil-limitu trasversali tal-baħar faċċata tad-dar tal-għassa sal-ħalq

Is-Somme min-naħa tad-direzzjoni tax-xmara tal-pont tal-Pont de la Portelette f’Abbeville sal-vjadott tan-Noyelles sal-istazzjon ferrovjarju ta’ Saint-Valéry-sur-Somme

Il-Vilaine minn Redon (89,345 PK) sad-Diga Arzal

Il-Lag Amance

Il-Lag Annecy

Il-Lag Biscarosse

Il-Lag Bourget

Il-Lag Carcans

Il-Lag Cazaux

Il-Lag Der-Chantecoq

Il-Lag Guerlédan

Il-Lag Hourtin

Il-Lag Lacanau

Il-Lag Orient

Il-Lag Pareloup

Il-Lag Parentis

Il-Lag Sanguinet

Il-Lag Serre-Ponçon

Il-Lag Temple

Il-Kroazja

Id-Danubju: minn rkm 1 295  + 500 sa rkm 1 433  + 100

Ix-Xmara Dráva: minn rkm 0 sa rkm 198 + 600

Ix-xmara Sava: minn rkm 210 + 800 sa rkm 594 + 000

Ix-xmara Kupa: minn rkm 0 sa rkm 5 + 900

Ix-xmara Una: minn rkm 0 sa rkm 15

L-Ungerija

Id-Danubju: minn rkm 1 812 sa rkm 1 433

Moson tad-Danubju: minn rkm 14 sa rkm 0

Szentendre tad-Danubju: minn rkm 32 sa rkm 0

Ráckeve tad-Danubju: minn rkm 58 sa rkm 0

Xmara Tisza: minn rkm 685 sa rkm 160

Xmara Dráva: minn rkm 198 sa rkm 70

Xmara Bodrog: minn rkm 51 sa rkm 0

Xmara Kettős-Körös: minn rkm 23 sa rkm 0

Xmara Hármas-Körös: minn rkm 91 sa rkm 0

Kanal Sió: minn rkm 23 sa rkm 0

Lag Velence

Lag Fertő

In-Netherlands

Ir-Renu

Sneekermeer, Koevordermeer, Heegermeer, Fluessen, Slotermeer, Tjeukemeer, Beulakkerwijde, Belterwijde, Ramsdiep, Ketelmeer, Zwartemeer, Veluwemeer, Eemmeer, Alkmaardermeer, Gouwzee, Buiten IJ, Afgesloten IJ, Noordzeekanaal, il-port ta’ IJmuiden, iż-żona tal-port ta’ Rotterdam, Nieuwe Maas, Noord, Oude Maas, Beneden Merwede, Nieuwe Merwede, Dordische Kil, Boven Merwede, Waal, Kanal Bijlandsch, Boven Rijn, Pannersdensch Canal, Geldersche IJssel, Neder Rijn, Lek, Amsterdam-Rhine-Canal, Veerse Meer, Kanal-Schelde-Rhine sal-ħalq fil-Volkerak, Amer, Bergsche Maas, il-Meuse taħt Venlo, Gooimeer, Europort, Calandkanaal (lejn il-lvant mill-port ta’ Benelux), Hartelkanaal

L-Awstrija

Id-Danubju: mill-fruntiera mal-Ġermanja sal-fruntiera mas-Slovakkja

Inn: mill-bokka sal-Impjant tal-Enerġija ta’ Passau-Ingling

Traun: mill-bokka sa km 1,80

Enns: mill-bokka sa km 2,70

March: sa km 6,00

Il-Polonja

Xmara Biebrza mill-estwarju tal-Kanal Augustowski sal-estwarju tax-xmara Narwia

Xmara Brda mill-kollegament mal-Kanal Bydgoski f’Bydgoszcz sal-estwarju tax-xmara Wisła

Xmara Bug mill-estwarju tax-xmara Muchawiec sal-estwarju tax-Xmara Narwia

Il-Lag Dąbie sal-fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni

Kanal Augustowski mill-kollegament max-xmara Biebrza sal-fruntiera tal-istat, flimkien mal-lagi li jinsabu tul ir-rotta ta’ dan il-Kanal

Kanal Bartnicki mil-Lag Ruda Woda sal-Lag Bartężek, flimkien mal-Lag Bartężek

Kanal Bydgoski

Kanal Elbląski mil-Lag Druzno sal-Lag Jeziorak u l-Lag Szeląg Wielki, flimkien ma’ dawn il-lagi u mal-lagi fuq ir-rotta tal-Kanal, u passaġġ separat fid-direzzjoni ta’ Zalewo mill-Lag Jeziorak sal-Lag Ewingi, inklużi

Il-Kanal Gliwicki flimkien mal-Kanal Kędzierzyński

Kanal Jagielloński mill-kollegament max-Xmara Elbląg sax-xmara Nogat

Kanal Łączański

Kanal Ślesiński mal-lagi li jinsabu tul ir-rotta ta’ dan il-Kanal u l-Lag Gopło

Kanal Żerański

Ix-Xmara Martwa Wisła mix-xmara Wisła fi Przegalina sal-fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni

Xmara Narew mill-estwarju tax-xmara Biebrza sal-estwarju tax-xmara Wisła, flimkien mal-Lag Zegrzyński

Xmara Nogat mix-xmara Wisła sal-estwarju tal-Laguna ta’ Wisła

Xmara Noteć (in-naħa ta’ fuq) mill-Lag Gopło sal-kollegament mal-Kanal Górnonotecki u l-Kanal Górnonotecki u x-xmara Noteć (in-naħa ta’ isfel) mill-kollegament tal-Kanal ta’ Bydgoski sal-estwarju tax-xmara Warta

Xmara Nysa Łużycka minn Gubin sal-estwarju għax-xmara Odra

Xmara Odra mill-belt ta’ Racibórz sal-kollegament max-Xmara Odra tal-Lvant li ddur fix-Xmara Regalica minn Piercing Klucz-Ustowo, flimkien ma’ dik ix-xmara u l-fergħat tagħha sal-Lag Dąbie kif ukoll passaġġ separat tax-Xmara Odra mill-magħluq ta’ Opatowice sal-magħluq fil-belt ta’ Wrocław

Ix-Xmara Odra tal-Punent minn diga f’Widuchowa (704,1 km tax-Xmara Odra) sa fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni, flimkien mal-fergħat laterali kif ukoll il-Piercing Klucz-Ustowo li tgħaqqad ix-Xmara Odra tal-Lvant max-Xmara Odra tal-Punent

Ix-Xmara Parnica u l-Piercing Parnicki mix-Xmara Odra tal-Punent sa fruntiera mal-ilmijiet tal-baħar interni

Xmara Pisa mil-Lag Roś sal-estwarju tax-Xmara Narew

Xmara Szkarpawa mix-Xmara Wisła sal-estwarju tal-Laguna ta’ Wisła

Xmara Warta mil-Lag ta’ Ślesiński sal-estwarju tax-Xmara Odra

Wielkie Jeziora Mazurskie li tinkludi l-lagi marbuta ma’ xulxin bix-xmajjar u l-kanali li jiffurmaw rotta ewlenija mil-Lag Roś (inkluż) f’Pisz sal-Kanal Węgorzewski (inklużiv) f’Węgorzewo, flimkien mal-Lagi Seksty, Mikołajskie, Tałty, Tałtowisko, Kotek, Szymon, Szymoneckie, Jagodne, Boczne, Tajty, Kisajno, Dargin, Łabap, Kirsajty u Święcajty, flimkien mal-Kanal Giżycki u l-Kanal Niegociński u l-Kanal Piękna Góra, u passaġġ sekondarju tal-Lag Ryńskie (inkluż) f’Ryn sal-Lag Nidzkie (sa 3 km, li jifforma fruntiera mar-riżerva naturali tal-“Lag Nidzkie”), flimkien mal-lagi Bełdany, Guzianka Mała u Guzianka Wielka

Xmara Wisła mill-estwarju tax-Xmara Przemsza sal-kollegament mal-Kanal Łączański kif ukoll mill-estwarju ta’ dak il-Kanal fi Skawina sal-estwarju tax-Xmara Wisła sal-Bajja ta’ Gdańsk, bl-esklużjoni tal-Ġibjun ta’ Włocławski

Ir-Rumanija

Id-Danubju: mill-fruntiera bejn is-Serbja u r-Rumanija (1 075  km) sal-Baħar l-Iswed fuq il-Fergħa tal-Kanal ta’ Sulina

Il-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed (tul ta’ 64,410 km): minn fejn jingħaqad max-xmara Danubju, 299,300 km mid-Danubju fi Cernavodă (u km 64,410 tal-Kanal rispettivament), sal-Port ta’ Constanta South-Agigega (km “0” tal-Kanal)

Il-Kanal Poarta Albă- Midia Năvodari (tul ta’ 34,600 km): minn fejn jingħaqad mal-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed fil-km 29,410 f’Poarta Albă (rispettivament km 27,500 tal-Kanal) sal-Port ta’ Midia (km “0” tal-Kanal)

Is-Slovakkja

Id-Danubju: minn rkm 1 880,26 sa rkm 1 708,20

Il-Kanal tad-Danubju: minn rkm 1 851,75 sa rkm 1 811,00

Ix-Xmara Váh: minn rkm 0,00 sa rkm 70,00

Ix-Xmara Morava: minn rkm 0,00 sa rkm 6,00

Xmara Bodrog: minn rkm 49,68 sa rkm 64,85

Lagi artifiċjali: Oravská Priehrada, Liptovská Mara, Zemplínska Šírava

L-Iżvezja

Il-Lag Mälaren

Saltsjön, il-portijiet ta’ Stokkolma u Värmdölandet

Iż-żona mill-iżbokki tal-Lag Mälaren fi Stokkolma, f’Norrström, Slussen u Hammarbyslussen rispettivament, li hija kkonfinata mill-kontinent u mill-pont Lidingöbron, u minn linja li tgħaddi mill-fanal ta’ Elfviksgrund f’135–315 gradi; linja bejn Mellangårdsholmen u Högklevsudde f’Baggensfjärden; Örsundet bejn Ingarö u Fågelbrolandet; linja minn Rönnäsudd via l-fanal ta’ Tegelhällan u l-fanal ta’ Runö sa Talatta fuq Djurö; linja li taqsam Vindöström bejn Vindö u Värmdölandet; u, barra minn hekk, mill-gżejjer fiż-żona

Il-kanal ta’ Södertälje u l-portijiet ta’ Södertälje

Il-Kanal Södertälje u l-portijiet ta’ Södertälje, ikkonfinati fit-Tramuntana mal-magħluq ta’ Södertälje u fin-Nofsinhar mal-parallel tal-latitudni N 59° 09′ 00″

Trollhätte Canal, Göta älv u Nordre älv

Iż-żona mil-linja parallela tal-latitudni li tgħaddi mill-fanal ta’ Bastugrund fil-parti tan-Nofsinhar tal-Lag Vänern sal-pont Älvsborg u x-Xmara Nordre älv sal-parallel tal-lonġitudni E 11° 45′ 00″

Il-kanal ta’ Göta

Fil-Lvant mill-magħluq ta’ Mem sal-pont ta’ Motala, inkluż il-Lag Asplången, il-Lag Roxen u l-Lag Boren; fil-Punent mil-linja parallela tal-lonġitudni mill-fanal ta’ Rödesund Norra Yttre f’Karlsborg sal-magħluq ta’ Sjötorp, inkluża s-sistema tal-lag li minnha jgħaddi l-kanal.

▼M5




ANNESS II

REKWIŻITI TEKNIĊI MINIMI APPLIKABBLI GĦALL-INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TAŻ-ŻONI 1, 2, 3 U 4

Ir-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-inġenji huma dawk stabbiliti fl-istandard ES-TRIN 2025/1.

▼B




ANNESS III

SUĠĠETTI GĦAL REKWIŻITI TEKNIĊI ADDIZZJONALI POSSIBBLI APPLIKABBLI GĦAL INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TA' ŻONI 1, 2 U 3 MHUX KONNESSI

Kull rekwiżit tekniku addizzjonali adottat minn Stat Membru skont l-Artikolu 23(1) u (2) ta' din id-Direttiva għal inġenji li jkunu qed joperaw f'dak l-Istat Membru huwa limitat għas-suġġetti li ġejjin:

1. 

Definizzjonijiet

— 
Meħtieġa għall-fehim tar-rekwiżiti addizzjonali

▼M1

2. 

Tisħiħ u stabbiltà

— 
Tisħiħ u stabbiltà tal-istruttura
— 
Ċertifikat/attestazzjoni minn soċjetà ta' klassifikazzjoni rikonoxxuta

▼B

3. 

Distanza ta' sikurezza u freeboard

— 
Freeboard
— 
Distanza ta' sikurezza
4. 

Kemm il-fetħiet tal-buq u s-sovrastrutturi huma mqalfta

— 
Is-sovrastrutturi
— 
Bibien
— 
It-twieqi u t-tamboċċi
— 
L-isportelli tal-istiva
— 
Fetħiet oħra (il-pajpijiet tal-ventilazzjoni, il-pajpijiet tal-egżost, eċċ.)
5. 

Tagħmir

— 
L-ankri u l-ktajjen tal-ankri
— 
Dwal ta' navigazzjoni
— 
Is-sinjali tal-ħoss
— 
Il-boxxla
— 
Ir-radar
— 
L-installazzjonijiet ta' trażmettituri u riċevituri
— 
Tagħmir ta' salvataġġ
— 
Id-disponibbiltà ta' mapep nawtiċi
6. 

Id-dispożizzjonijiet oħra għall-bastimenti tal-passiġġieri

— 
L-istabilità (il-qawwa tar-riħ, il-kriterji)
— 
Tagħmir ta' salvataġġ
— 
Freeboard
— 
Distanza ta' sikurezza
— 
Il-viżibilità mill-kabina tat-tmunier
7. 

Il-konvojs u t-trasport ta' kontejners

— 
Il-konnessjoni bejn rimonkjatur li jimbotta u ċ-ċattra-inġenju
— 
L-istabilità tal-inġenji jew taċ-ċattri li jkunu qed iġorru kontejners

▼M1

8. 

Makkinarju

— 
Sistemi tal-ikkwartjar
— 
Xaftijiet tal-iskrejjen u aċċessorji
— 
Magni ta' propulsjoni, akkoppjamenti u aċċessorji
— 
Preżenza ta' tagħmir li jimbotta l-pruwa
— 
Sistemi ta' sentina u installazzjonijiet tat-tifi tan-nar
— 
Sorsi tal-enerġija ta' emerġenza u installazzjonijiet elettriċi
— 
Ċertifikat/attestazzjoni minn soċjetà ta' klassifikazzjoni rikonoxxuta

▼B




ANNESS IV

SUĠĠETTI GĦAL TNAQQIS POSSIBBLI TAR-REKWIŻITI TEKNIĊI ADDIZZJONALI POSSIBBLI APPLIKABBLI GĦAL INĠENJI FIL-PASSAĠĠI FUQ L-ILMA INTERNI TA' ŻONI 3 U 4

Kull rekwiżit tekniku mnaqqas permess minn Stat Membru skont l-Artikolu 23(4) ta' din id-Direttiva għal bastimenti li joperaw esklussivament fil-passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 3 jew taż-Żona 4 fit-territorju ta' dak l-Istat Membru huwa ristrett għas-suġġetti li ġejjin:

Żona 3
— 
It-tagħmir tal-ankra, inkluż it-tul tal-ktajjen tal-ankra
— 
Il-veloċità ('il quddiem)
— 
It-tagħmir għas-salvataġġ kollettiv
— 
Status ta' kompartiment tnejn
— 
Il-viżibilità mill-kabina tat-tmunier
Żona 4
— 
It-tagħmir tal-ankra, inkluż it-tul tal-ktajjen tal-ankra
— 
Il-veloċità ('il quddiem)
— 
Tagħmir ta' salvataġġ
— 
Status ta' kompartiment tnejn
— 
Il-viżibilità mill-kabina tat-tmunier
— 
It-tieni sistema indipendenti ta' propulsjoni




ANNESS V

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI DETTALJATI

Artikolu 2.01

Il-korpi ta' spezzjoni

1. 

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu korpi ta' spezzjoni.

2. 

Il-korpi ta' spezzjoni għandhom jikkonsistu minn president u esperti.

Tal-inqas dawn li ġejjin għandhom jifformaw parti minn kull korp bħala esperti:

(a) 

uffiċjal mill-amministrazzjoni li hi responsabbli għan-navigazzjoni interna;

(b) 

espert fuq id-disinn ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u l-magni tagħhom;

▼M1

(c) 

espert nawtiku li jkollu liċenzja ta' kaptan ta' inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni, li tawtorizza lid-detentur ibaħħar il-bastiment li jrid jiġi spezzjonat;

▼M1

(d) 

espert ta' inġenju tradizzjonali għall-ispezzjoni ta' inġenju tradizzjonali.

▼B

3. 

Il-President u l-esperti f'kull korp għandhom jiġu nnominati mill-awtoritajiet fl-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-korp. Meta jibdew jaqdu d-dmirijiet tagħhom, il-President u l-esperti għandhom jissottomettu dikjarazzjoni bil-miktub li huma ser iwettqu dmirijiethom b'mod kompletament indipendenti. Ma għandha tkun meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni mill-uffiċjali.

4. 

Il-korpi ta' spezzjoni jistgħu jkunu megħjuna minn esperti speċjalisti skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li japplikaw.

Artikolu 2.02

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.03

Il-preżentazzjoni tal-inġenju għall-ispezzjoni

1. 

Is-sid, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jippreżenta l-inġenju fi stat mhux mgħobbi, imnaddaf u mgħammar. Huwa għandu jipprovdi kull għajnuna meħtieġa għall-ispezzjoni, billi per eżempju jipprovdi dingi adatt u persunal, u billi jikxef il-partijiet tal-buq jew it-tagħmir li ma jidhirx jew mhux aċċessibbli direttament.

2. 

L-ewwel darba, il-korp ta' spezzjoni għandu jirrikjedi spezzjoni fix-xott. Dik l-ispezzjoni fix-xott tista' tiġi eżentata jekk jiġi ppreżentat ċertifikat tal-klassifikazzjoni jew ċertifikat minn soċjetà ta' klassifikazzjoni rikonoxxuta li juri li l-kostruzzjoni tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa, jew jekk jiġi ppreżentat ċertifikat li juri li diġà twettqet spezzjoni fix-xott għal skopijiet oħra minn awtorità kompetenti. Fejn issir spezzjoni perjodika jew spezzjoni, kif previst fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva, il-korp ta' spezzjoni jista' jeżiġi spezzjoni barra mill-ilma.

Il-korp ta' spezzjoni għandu jwettaq provi tan-navigazzjoni waqt spezzjoni tal-bidu fuq bastimenti bil-magna jew konvojs jew fejn isiru modifiki kbar fit-tagħmir tal-propulsjoni jew tal-kontroll tad-direzzjoni.

3. 

Il-korp ta' spezzjoni jista' jeżiġi aktar testijiet operazzjonali u dokumenti oħra ta' sostenn. Dik id-dispożizzjoni għandha tapplika wkoll matul il-bini tal-inġenju.

Artikolu 2.04

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.05

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.06

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.07

Id-dettalji fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u l-emendi għalih

1. 

Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jiġbed l-attenzjoni tal-awtorità kompetenti rigward kwalunkwe bidla fl-isem jew is-sjieda ta' inġenju, kwalunkwe teħid ta' kejl mill-ġdid, u kwalunkwe bidla fir-reġistrazzjoni jew fil-port ta' domiċilju, u għandu jibgħat iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna lil dik l-awtorità għal emenda.

2. 

Kull awtorità kompetenti tista' żżid kwalunkwe informazzjoni jew bidla fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

3. 

Fejn awtorità kompetenti żżid kwalunkwe bidla jew informazzjoni f'ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, hija għandha tinforma dwar dan lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Artikolu 2.08

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.09

L-ispezzjoni perjodika

1. 

Inġenju għandu jkun soġġett għal spezzjoni perjodika qabel ma jiskadi ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tiegħu.

2. 

L-awtorità kompetenti għandha terġa' tistabbilixxi l-perijodu tal-validità taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont ir-riżultati ta' dik l-ispezzjoni.

3. 

Il-perjodu tal-validità għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u jinġieb għall-attenzjoni tal-awtorità li tkun ħarġet dak iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

4. 

Jekk, minflok ma jiġi estiż il-perjodu tal-validità tiegħu, ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jiġi sostitwit b'verżjoni ġdida, iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ta' qabel għandu jingħata lura lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġitu.

Artikolu 2.10

L-ispezzjoni volontarja

Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, jista' volontarjament jitlob li ssir spezzjoni fi kwalunkwe mument.

Għandha tittieħed azzjoni għal dik it-talba għal spezzjoni.

Artikolu 2.11

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.12

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.13

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.14

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.15

L-ispejjeż

Is-sid ta' inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu jħallas l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-ispezzjoni tal-inġenju u l-ħruġ taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont lista speċjali ta' tariffi mfassla minn kull wieħed mill-Istati Membri.

Artikolu 2.16

Informazzjoni

L-awtorità kompetenti tista' tippermetti li persuni li juru interess ġustifikat jiġu mgħarrfa dwar il-kontenut ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u tista' tipprovdi lil dawk il-persuni estratti jew kopji taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ċċertifikati bħala awtentiċi u approvati bħala tali.

Artikolu 2.17

Reġistru taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna

1. 

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu l-oriġinal, jew kopja taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna maħruġa minnhom, u fuq dawn għandhom idaħħlu kull informazzjoni jew modifika, kif ukoll kull kanċellazzjoni jew sostituzzjoni ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Huma għandhom jaġġornaw ir-reġistru msemmi fl-Artikolu 17 ta' din id-Direttiva skont dan.

2. 

Sabiex jitwettqu miżuri amministrattivi għaż-żamma tas-sikurezza u tan-navigazzjoni mingħajr xkiel u għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 2.02 sa 2.15 ta' dan l-Anness kif ukoll l-Artikoli 6, 9, 10, 13, 14, 15, 20, 21 u 22 ta' din id-Direttiva se jingħata biss aċċess għall-qari (read only) għar-reġistru skont il-mudell stabbilit fl-Anness II lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-Istati Kontraenti tal-Konvenzjoni ta' Mannheim u, sa fejn jiġi garantit livell ekwivalenti ta' privatezza, lil pajjiżi terzi abbażi ta' ftehimiet amministrattivi.

Artikolu 2.18

Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastiment

1. 

In-Numru Uniku Ewropew ta' Identifikazzjoni tal-Bastimenti (ENI) jikkonsisti fi tmien figuri numeriċi Għarab skont l-Anness II għal din id-Direttiva.

2. 

Sakemm l-inġenju ma jkollux ENI meta jinħariġlu ċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, dan għandu jingħata lill-inġenju mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn l-inġenju jkun ġie rreġistrat jew ikollu l-port ta' domiċilju tiegħu.

Fir-rigward ta' inġenji minn pajjiżi li ma jkunux jistgħu jingħataw ENI, ENI li għandu jitniżżel fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jiġi assenjat mill-awtorità kompetenti li toħroġ iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

3. 

Sid l-inġenju, jew ir-rappreżentant tiegħu, għandu japplika għand l-awtorità kompetenti biex jiġi assenjat l-ENI. Is-sid, jew ir-rappreżentant tiegħu, huwa wkoll responsabbli biex iwwaħħal mal-inġenju l-ENI li jitniżżel fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.

Artikolu 2.19

(Jitħalla vojt)

Artikolu 2.20

Notifiki

Kull Stat Membru, jew l-awtoritajiet kompetenti tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra jew lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra:

(a) 

rigward l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi li, flimkien mal-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom huma responsabbli għall-applikazzjoni tal-Anness II;

(b) 

rigward il-folja tad-dejta murija fl-Anness II dwar it-tipi ta' impjanti għat-trattament tad-dranaġġ abbord li tkun ħarġet l-approvazzjoni tagħha mill-aħħar notifika;

(c) 

rigward l-approvazzjonijiet tat-tip rikonoxxuti għas-sistemi tat-trattament tad-dranaġġ abbord abbażi ta' standards differenti minn dawk stipulati fl-Anness II, għall-użu tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Istati Membri;

(d) 

rigward kull irtirar ta' approvazzjoni tat-tip fi żmien xahar kif ukoll rigward ir-raġunijiet għal dan l-irtirar għas-sistemi tat-trattament tad-dranaġġ abbord;

(e) 

rigward kull ankra speċjali awtorizzata wara l-applikazzjoni biex titnaqqas il-massa tal-ankra, filwaqt li jiġu speċifikati d-deżinjazzjoni tat-tip u t-tnaqqis awtorizzat tal-massa tal-ankra. L-awtorità kompetenti toħroġ awtorizzazzjoni lill-applikant mhux qabel tliet xhur minn meta tkun avżat lill-Kummissjoni sakemm din tal-aħħar ma ssib l-ebda oġġezzjoni;

(f) 

rigward it-tagħmir għan-navigazzjoni bir-radar u l-indikaturi tar-rata tad-dawran li għalihom ikunu ħarġu approvazzjoni tat-tip. L-avviż rilevanti għandu jinkludi n-numru tal-approvazzjoni tat-tip assenjat, kif ukoll id-deżinjazzjoni tat-tip, l-isem tal-manifattur, l-isem tad-detentur tal-approvazzjoni tat-tip u d-data tal-approvazzjoni tat-tip;

(g) 

rigward l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-approvazzjoni ta' ditti speċjalizzati li jistgħu jwettqu l-installazzjoni, is-sostituzzjoni, it-tiswija jew il-manutenzjoni tat-tagħmir tan-navigazzjoni bir-radar u tal-indikaturi tar-rata tad-dawran.




ANNESS VI

SOĊJETAJIET TA' KLASSIFIKAZZJONI

Kriterji għar-rikonoxximent tas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni

Is-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni li jfittxu rikonoxximent skont l-Artikolu 21 ta' din id-Direttiva għandhom jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(1) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun tista' tiddokumenta esperjenza estensiva fil-valutazzjoni tad-disinn u l-kostruzzjoni ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. Is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandu jkollha regoli u regolamenti komprensivi għad-disinn, il-kostruzzjoni u l-ispezzjoni perjodika ta' bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, b'mod partikolari għall-kalkolu tal-istabilità skont il-Parti 9 tar-Regolamenti annessi mal-ADN kif imsemmi fl-Anness II. Dawk ir-regoli u regolamenti għandhom jiġu ppubblikati mill-inqas bin-Netherlandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, u għandhom jiġu aġġornati u mtejba kontinwament permezz ta' riċerka u programmi ta' żvilupp. Ir-regoli u r-regolamenti ma għandhomx jiġu f'konflitt mad-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni jew ma' ftehimiet internazzjonali fis-seħħ;

(2) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tippubblika r-reġistru tagħha ta' bastimenti kull sena;

(3) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni ma għandhiex tkun ikkontrollata minn propjetarji ta' bastimenti jew tarznara jew minn oħrajn involuti b'mod kummerċjali fid-disinn, il-manifattura, it-tagħmir, it-tiswija, it-tħaddim jew l-assigurazzjoni tal-bastimenti. Is-soċjetà ta' klassifikazzjoni ma għandhiex tkun dipendenti għad-dħul tagħha minn intrapriża kummerċjali waħda;

(4) 

il-kwartieri ġenerali tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jew xi sussidjarja awtorizzata biex tagħti sentenza u biex taġixxi fl-oqsma kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha skont ir-regolamenti li jirregolaw it-trasport f'passaġġi fuq l-ilma interni, għandhom ikunu f'wieħed mill-Istati Membri;

(5) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni u l-esperti tagħha għandu jkollhom reputazzjoni tajba fil-qasam tat-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni; l-esperti għandhom ikunu kapaċi jagħtu prova tal-kapaċitajiet professjonali tagħhom. Huma għandhom jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni;

(6) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandu jkollha b'mod sinifikanti persunal tekniku, amministrattiv, ta' appoġġ, ta' spezzjoni u ta' riċerka, bi proporzjon mal-kompiti u l-bastimenti klassifikati u tieħu ħsieb ukoll tiżviluppa l-kapaċitajiet u l-aġġornament tar-regolamenti. Hija għandu jkollha spetturi f'tal-inqas Stat Membru wieħed;

(7) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun irregolata b'kodiċi ta' etika;

(8) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun immexxija u amministrata b'tali mod li tkun żgurata l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni meħtieġa minn Stat Membru;

(9) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tkun ippreparata li tipprovdi informazzjoni rilevanti lil Stat Membru;

(10) 

il-maniġment tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandu jiddefinixxi u jiddokumenta l-politika u l-objettivi tiegħu għal, u l-impenn tiegħu favur, il-kwalità u jiżgura li din il-politika tkun mifhuma, implimentata u miżmuma fil-livelli kollha tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni;

(11) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha tħejji u timplimenta u għandha żżomm sistema ta' kwalità interna effettiva bbażata fuq il-partijiet rilevanti tal-istandards tal-kwalità rikonoxxuti internazzjonalment u tkun konformi mal-EN ISO/IEC 17020 2004, kif interpretat mir-Rekwiżiti tal-Iskema ta' Ċertifikazzjoni tas-Sistemi ta' Kwalità tal-IACS. Is-sistema ta' kwalità għandha tkun iċċertifikata minn korp indipendenti ta' awdituri rikonoxxuti mill-amministrazzjoni tal-Istat fejn is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha jew fergħa, kif previst fil-punt (4), u li, fost oħrajn, tiżgura li:

(a) 

ir-regoli u r-regolamenti tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jkunu stabbiliti u miżmuma b'mod sistematiku;

(b) 

ir-regoli u r-regolamenti tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jiġu rispettati;

(c) 

ikunu ssodisfati r-rekwiżiti tal-ħidma statutorja li għaliha tkun awtorizzata s-soċjetà ta' klassifikazzjoni;

(d) 

ir-responsabbiltajiet, is-setgħat u l-interrelazzjoni tal-persunal li xogħlu jaffettwa l-kwalità tas-servizzi tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni jkunu definiti u dokumentati;

(e) 

ix-xogħol kollu jitwettaq f'kundizzjonijiet ikkontrollati;

(f) 

ikun hemm sistema ta' superviżjoni li timmonitorja l-azzjonijiet u x-xogħol imwettaq mis-servejers u mill-persunal tekniku u amministrattiv impjegati direttament mis-soċjetà ta' klassifikazzjoni;

(g) 

ir-rekwiżiti tal-ħidma statutorja prinċipali li hija awtorizzata għaliha s-soċjetà ta' klassifikazzjoni huma mwettqa biss jew direttament sorveljati mis-servejers esklussivi tagħha jew minn servejers esklussivi ta' soċjetajiet ta' klassifikazzjoni rikonoxxuti oħra;

(h) 

tiġi implimentata sistema għall-kwalifikazzjoni tas-servejers u l-aġġornament kontinwu tal-għarfien tagħhom;

(i) 

jinżammu reġistri, li juru l-kisbiet tal-istandards meħtieġa fil-punti koperti mis-servizzi mwettqa, kif ukoll il-ħidma effettiva tas-sistema ta' kwalità; u

(j) 

teżisti fil-postijiet kollha sistema komprensiva ta' awditjar intern ippjanata u ddokumentata tal-attivitajiet relatati mal-kwalità;

(12) 

is-sistema ta' kwalità għandha tkun iċċertifikata minn korp indipendenti ta' awdituri rikonoxxuti mill-amministrazzjoni tal-Istat Membru fejn is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha jew fergħa, kif previst fil-punt (4);

(13) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha timpenja ruħha li ġġib ir-rekwiżiti tagħha f'konformità mad-direttivi xierqa tal-Unjoni u li tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha rilevanti fi żmien debitu;

(14) 

is-soċjetà ta' klassifikazzjoni għandha timpenja ruħha li perjodikament tikkonsulta mas-soċjetajiet ta' klassifikazzjoni li diġà huma rikonoxxuti sabiex tiggarantixxi l-ekwivalenza tal-istandards tekniċi tagħhom u tal-implimentazzjoni tagħhom, u li tippermetti l-parteċipazzjoni fl-iżvilupp tar-regoli u r-regolamenti tagħha minn rappreżentanti ta' Stat Membru u partijiet oħra kkonċernati.




ANNESS VII

TABELLA TA' KORRELAZZJONI



Direttiva 2006/87/KE

Din id-Direttiva

—

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

—

Artikolu 3

Artikolu 1

Artikolu 4

—

Artikolu 5

Artikolu 9

Artikolu 6(1) u (3)

Artikolu 8(1)

Artikolu 6(2) u (4)

Artikolu 8(4)

Artikolu 6(5)

Artikolu 3

Artikolu 7

Artikolu 4

Artikolu 8

Artikolu 11(2)

Artikolu 9

Artikolu 11(1)

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 13

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 15

Artikolu 18

Artikolu 16

—

Artikolu 17

—

Artikolu 18

—

Artikolu 19

Artikolu 10

Artikolu 20

—

Artikolu 21

Artikolu 17

Artikolu 22

Artikolu 5

Artikolu 23

Artikolu 6 tħassar bid-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

—

Artikolu 7(1) sa (3)

Artikolu 24

—

Artikolu 25

—

Artikolu 26

—

Artikolu 27

—

Artikolu 28

Artikolu 8(2) u(3)

Artikolu 29

—

Artikolu 30

Artikolu 20(1)

Artikolu 31

Artikolu 20(2)

—

Artikolu 22

—

—

Artikolu 32

Artikolu 19

Artikolu 33

—

Artikolu 34

Artikolu 24

Artikolu 35

Artikolu 21

Artikolu 36

Artikolu 23

Artikolu 37(1) u (2)

Artikolu 7(4)

Artikolu 37(3)

—

Artikolu 38

—

Artikolu 39

Artikolu 25

—

Artikolu 26

—

Artikolu 27

Artikolu 40

(1)   

Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi (ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13).



( 1 ) Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).

( 2 ) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

( 3 ) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

( 4 ) Id-Direttiva 2005/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar is-Servizzi Armonizzati ta' Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) f'passaġġi fuq l-ilma interni fil-Komunità (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 152).

( 5 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE tal-4 ta' Ottubru 1982 li tistabbilixxi ħtiġijiet tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 301, 28.10.1982, p. 1).

( 6 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tal-boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u ta' passiġġieri permezz ta' passaġġi interni fuq l-ilma (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29).