<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑145/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0145</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:130">EU:C:2017:130</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>mamostecjeSENTENZA TAS-<DATE ISO="20170216">16.2.2017</DATE> – KAWŻA C-145/16</P><P>ARAMEX NEDERLAND</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>* Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2658/87</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali u tariffa doganali komuni</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni tariffarja</KEYWORD><KEYWORD>Nomenklatura Magħquda</KEYWORD><KEYWORD>Validità</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 301/2012</KEYWORD><KEYWORD>Intestaturi 8703 u 8711</KEYWORD><KEYWORD>Vettura bi tliet roti msejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Spyder<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑145/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Gerechtshof Amsterdam (qorti tal-appell ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160308">8 ta’ Marzu 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20160314">14 ta’ Marzu 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Aramex Nederland BV</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Inspecteur van de Belastingdienst/Douane,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, C. G. Fernlund u S. Rodin (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali : N. Wahl,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Aramex Nederland BV, minn W. de Wit u O. R. L. Gemin, konsulenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. K. Bulterman u M. H. S. Gijzen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Caeiros u P. Vanden Heede, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID><CONSID><P>rat id-deċiżjoni meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</P></CONSID></GR.CONSID><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda, essenzjalment, l-interpretazzjoni tal-intestaturi 8703 u 8711 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382), fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012, tad-<DATE ISO="20121009">9 ta’ Ottubru 2012</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="304" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 304, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>NM<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Aramex Nederland BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Aramex<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u l-Inspecteur van de Belastingdienst/Douane, dwar il-klassifikazzjoni tariffarja ta’ vettura bi tliet roti msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Spyder<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> fi ħdan in-NM.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>In-NM, stabbilita mir-Regolament Nru 2658/87, hija bbażata fuq is-sistema armonizzata ta’ deskrizzjoni u kodifikazzjoni tal-merkanzija (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>SA<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), ippreparata mill-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali, li sar l-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana (ODD), u adottata bil-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, konkluża fi Brussell fl-<DATE ISO="19830614">14 ta’ Ġunju 1983</DATE>. Din il-konvenzjoni ġiet approvata, flimkien mal-Protokoll ta’ Emenda tagħha tal‑<DATE ISO="19860624">24 ta’ Ġunju 1986</DATE>, f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE, tas‑<DATE ISO="19870407">7 ta’ April 1987</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 288).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-intestatura 8703 tan-NM hija strutturat b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="6"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>8703</P><P>[...]</P></CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">Karozzi bil-mutur u vetturi oħrajn bil-mutur prinċipalment maħsubin għat-trasport ta’ persuni (ħlief dawk ta’ titlu 8702), inklużi station wagons u karozzi tat-tlielaq:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8703 21</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">— — B’ċilindrata mhux akbar minn <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> ċm<HT TYPE="SUP">3</HT> :</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8703 21 10</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">– – – Ġodda</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><P>8703 21 90</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">– – – Użati</CELL></ROW></CORPUS></TBL></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-intestatura 8711 tan-NM hija strutturata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><TBL NO.SEQ="0002" CLASS="GEN" COLS="6"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>8711</P><P>[...]</P></CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">Muturi (inklużi roti mutur (mopeds)) u roti mgħammrin b’mutur awżiljarju, bis-side-cars jew le; side-cars:</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">8711 50 00</CELL><CELL COLSPAN="5" COL="2">– B’magna b’pistuni b’kombustjoni interna bil-moviment alternat b’ċilindrata akbar minn 800 ċm<HT TYPE="SUP">3</HT></CELL></ROW></CORPUS></TBL><P>[...] <QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 301/2012, tat-<DATE ISO="20120402">2 ta’ April 2012</DATE>, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, adottat bis-saħħa tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament Nru 2658/87, jikklassifika fin-NM il-prodotti indikati<?PAGE NO="3"?> fl-ewwel kolonna tat-Tabella li jidhru hemm taħt il-kodiċi indikat fir-rigward ta’ dawn il-prodotti fit-tieni kolonna ta’ din it-Tabella. Fir-rigward tas-sotto-intestatura 8703 21 10, l-imsemmija tabella tipprovdi:</TXT><TBL NO.SEQ="0003" CLASS="GEN" COLS="3"><CORPUS><ROW><CELL COL="1"><P>Vettura bil-mutur ġdida bi tliet roti, li tingrana fuq wara, għat-trasport ta’ persuni, b’kombustjoni interna li tixgħel bi xrara (spark ignition) b’magna bil-pistuni b’moviment alternat b’ċilindrata 998 cm<HT TYPE="SUP">3</HT>.</P><P>Ir-roti ta’ quddiem huma madwar 130 cm ’l bogħod minn xulxin. Il-vettura ma għandhiex differenxjal.</P><P>Il-vettura għandha sistema tal-istering bħal tal-karozzi. Hija tikkwartja bl-użu ta’ manubriju b’żewġt imqabad li jinkorporaw it-tagħmir ta’ kontroll.</P><P>Il-vettura għandha ħames gerijiet biex timxi ’l quddiem u ger għar-rivers.</P></CELL><CELL COL="2">8703 21 10</CELL><CELL COL="3"><P>Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u tal-kliem użat fil-kodiċi tan-NM 8703, 8703 21 u 8703 21 10 .</P><P>Vetturi bi tliet roti huma kklassifikati taħt l-intestatura 8711 sakemm dawn ma jkollhomx il-karattru ta’ vetturi bil-mutur tal-intestatura 8703 (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni HS għall-intestatura 8711, il-ħames paragrafu).</P><P>L-intestatura 8703 tinkludi vetturi ħfief bi tlett roti ta’ għamla sempliċi, bħal dawk mgħammra b’magna u r-roti ta’ mutur, li, minħabba l-istruttura mekkanika tagħhom, għandhom karatteristiċi ta’ karozzi konvenzjonali, jiġifieri sistema tal-istering bħal ta’ karozza bil-mutur (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni HS għall-intestatura 8703, it-tieni paragrafu).</P><P>Kif il-vettura għandha sistema tal-istering bħal tal-karozzi bil-mutur, karatteristika ta’ vetturi bil-mutur konvenzjonali koperti minn intestatura 8703, il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8711 hija eskluża.</P><P>Għaldaqstant il-vettura għandha tiġi kklassifikata bħala vettura ġdida bil-mutur prinċipalment maħsub għat-trasport ta’ persuni skont il-kodiċi tan-NM 8703 21 10.</P></CELL></ROW></CORPUS></TBL></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">In-noti ta</HT></HT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">’ spjega tas-SA</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1) tal- Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata ta’ Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija, kumitat imsemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Kumitat tas-Sistema Armonizzata<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> kompost mir-rappreżentanti ta’ kull parti kontraenti, ġie mwaqqaf fi ħdan il-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Doganali. Ix-xogħol tiegħu jikkonsisti, b’mod partikolari, f’li jipproponi emendi għall-imsemmija konvenzjoni u f’li jifformula noti ta’ spjega (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Noti ta’ Spjega tas-SA), opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni u opinjonijiet oħra dwar l-interpretazzjoni tas-SA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>In-nota ta’ spjega tas-SA dwar l-intestatura 8703 hija hekk ifformulata:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Bl-eċċezzjoni ta’ vetturi bil-mutur għat-trasport tal-persuni previsti taħt in-Nru 87.02, din l-intestatura tinkludi l-karozzi bil-mutur ta’ kull tip, inklużi l-vetturi bil-mutur anfibji għat-trasport tal-persuni, indipendentament mill-magna li tħaddimhom (magna bil-pistuni li taqbad fil-berqa jew bil-kompressjoni, magna elettrika,turbina li taħdem bil-gass, eċċ). (traduzzjoni mhux uffiċjali)</P><?PAGE NO="4"?><P>Hija tkopri wkoll il-vetturi ħfief bi tliet roti b’mod partikolari:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>dawk li jużaw muturi b’roti ta’ motoċikletti, eċċ, li, bl-istruttura mekkanika tagħhom, jippreżentaw il-karatteristiċi tal-vetturi bil-mutur stess: preżenza ta’ sistema tal-istering bħal ta’ karozza bil-mutur, jew, kemm ger għar-rivers kif ukoll differenxjal; (traduzzjoni mhux uffiċjali);</P></ITEM><ITEM><P>dawk immuntati fuq xażi f’forma ta’ T b’żewġ roti ta’ wara huma misjuqa minn muturi elettriċi separati mħaddmin minn batteriji. Dawn il-vetturi huma normalment ikkontrollat b’lieva ċentrali uniku li jippermetti, minn naħa waħda, il-bidu u l-aċċelerazzjoni u diċelerazzjoni, il-waqfien u l-ger għar-rivers u, min-naħa l-oħra, it-tidwir lejn il-lemin jew lejn ix-xellug permezz ta’ koppja ta’ differenzjar għall-roti tas-sewqan jew bil-kontroll fuq ir-rota ta’ quddiem. (traduzzjoni mhux uffiċjali)</P></ITEM></LIST></P><P>[...]</P><P>Jaqgħu, b’mod partikolari taħt din l-intestatura:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>Il-vetturi b’erba’ roti, b’xażi tubulari, mgħammra b’sistema tal-istering bħal ta’ karozza bil-mutur, per eżempju bbażata fuq il-prinċipju Ackerman. [...] <QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. (traduzzjoni mhux uffiċjali)</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>In-Nota ta’ Spjega tas-SA rigward l-intestatura 8711 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Din l-intestatura tkopri, minn naħa, il-vetturi bil-mutur kollha, b’żewġ roti intiżi essenzjalment għat-trasport ta’ persuni. (traduzzjoni mhux uffiċjali)</P><P>[...]</P><P>Huma wkoll ikklassifikati hawn il-vetturi bi tliet roti (tat-tip tal-iskuter, pereżempju), bil-kundizzjoni li ma jippreżentawx in-natura ta’ vettura bil-mutur tan-Nru 87.03 (ara n-Nota ta’ Spjega Nru 87.03). (traduzzjoni mhux uffiċjali)</P><P>[...]</P><P>Huma, min-naħa l-oħra, esklużi:</P><P>[...]</P><P>Il-vetturi b’erba’ roti, għat-trasport ta’ persuni, b’xażi tubulari, mgħammra b’sistema tal-istering bħal ta’ karozza, pereżempju bbażata fuq il-prinċipju Ackerman (Nru 87.03)<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. (traduzzjoni mhux uffiċjali)</P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130417">17 ta’ April 2013</DATE>, wara dikjarazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera ta’ vettura indikata bħala RD Spyder RS-S 990 SM5 DR 12 EUR (iktar ’il quddiem l-’iSpyder<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) effettwata minn Aramex, l-amministrazzjoni fiskali Olandiża bagħtet lil din il-kumpannija avviż ta’ taxxa li jikkorrispondi għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-iSpyder fis-sotto-intestatura 8703 21 10. Fit-<DATE ISO="20130528">28 ta’ Mejju 2013</DATE>, Aramex ressqet ilment kontra dan l-avviż, fejn qieset li l-iSpyder kellha tiġi kklassifikata fis-sotto-intestatura 8711 50 00. Dan l-ilment ġie miċħud fl-<DATE ISO="20130910">10 ta’ Settembru 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Ir-rikors ippreżentat minn Aramex quddiem ir-Rechtbank Noord-Holland (qorti tal-Olanda tat-Tramuntana, il-Pajjiżi l-Baxxi) kontra l-imsemmi avviż ta’ taxxa ġie miċħud bħala infondat minn sentenza tat-<DATE ISO="20141208">8 ta’ Diċembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150116">16 ta’ Jannar 2015</DATE>, ir-rikorrenti appellat minn din is-sentenza quddiem il-Gerechtshof Amsterdam (qorti tal-appell ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi). Din il-qorti tal-aħħar qieset li ma huwiex possibbli li jiġi determinat b’mod inekwivoku jekk l-iSpyder, fid-dawl tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet objettivi tagħha, għandha tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>motoċikletta<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jew bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>vettura bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-partijiet għall-proċedura quddiem il-qorti tar-rinviju ma jikkontestawx il-fatt li l-iSpyder serviet ta’ mudell għar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 301/2012, li fuq il-bażi tagħha din il-vettura ġiet ikklassifikata fl-intestatura 8703. Madankollu, Aramex tqis li dan ir-regolament huwa invalidu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrimarka, fl-ewwel lok, li l-iSpyder hija mgħammra b’roti li d-dimensjonijiet tat-tajers tagħha huma komuni għall-vetturi bil-mutur iżda li dawn it-tajers huma mmanifatturati b’mod speċjali għall-motoċikletti bi tliet roti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-iSpyder tippreżenta ġeometrija tal-istering li tissodisfa l-prinċipju Ackermann u għandha għall-bqija stering differenti ħafna minn dik ta’ vettura. Minflok ma għandha stering tal-vettura, hija mgħammra b’manubriju tat-tip ta’ motoċikletta, b’żewġ manki li fuqhom huma mmuntati l-kontrolli. Bid-differenza tal-istering ta’ vettura, wieħed ma jistax idawwar dan il-manubriju kompletament, peress li l-portata massima lejn il-lemin jew lejn ix-xellug hija ta’ madwar 45 grad, kif jagħmel il-manubriju ta’ motoċikletta. Barra minn hekk, ma hemm la xaft u lanqas kaxxa tal-istering li tikkonverti, bħal f’vettura bil-mutur, il-moviment ta’ rotazzjoni tax-xaft tal-istering f’moviment lineari minkejja li l-moviment ta’ rotazzjoni ta-xaft tal-istering tal-iSpyder huwa kkonvertit f’dan il-moviment minn mezz ieħor, jiġifieri bl-għajnuna ta’ konnessjoni pendenti. Ix-xebh mal-istering ta’ vettura bil-mutur huwa limitat għall-preżenza ta’ xaft tal-istering, vireg, roti u l-ġeometrija tal-istering diġà evokata li jissodisfaw il-prinċipju Ackerman. Madankollu, il-qorti tar-rinviju tqis li ma jirriżultax espressament mill-kliem tan‑Nota ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 8703 li l-preżenza, f’vettura ħafifa bi tliet roti, ta’ sistema tal-istering li tibbaża fuq il-prinċipju Ackerman huwa suffiċjenti biex wieħed ikun jista’ jitkellem fuq stering tat-tip ta’ karozza bil-mutur bħalma huwa l-każ għall-vetturi b’erba’ roti skont in-Nota ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 8703, punt 6.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, il-karatteristiċi mqajma fiż-żewġ punti preċedenti ta’ din is-sentenza jistgħu jkunu rilevanti biex jiġi determinat jekk l-iSpyder tikkorrispondi għall-kategorija ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>vetturi ħfief bi tliet roti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> imsemmija fl-ewwel eżempju tan-Nota ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 8703. Madankollu, din il-qorti tirrikonoxxi li dawn l-eżempji ma humiex limitattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li għalkemm l-ewwel kolonna tal-Anness tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 301/2012 tindika bħala karatteristika reali li l-iSpyder hija mgħammra b’sistema tal-istering tat-tip ta’ karozza bil-mutur, ebda element stabbilit fit-tielet kolonna ta’ dan l-Anness ma jippermetti li wieħed ikun jaf jekk il-Kummissjoni Ewropea effettivament ivverifikat u fuq il-bażi ta’ liema kriterji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, in-nutrizzjoni tad-dubji inkwantu għall-fondatezza tal-klassifikazzjoni rakkomandata mill-Kummissjoni, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 301/2012 huwa validu?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija l-kompetenza ta’ din tal-aħħar li tagħti lill-qorti nazzjonali risposta utli li tgħinha tiddeċiedi l-kawża quddiemha. F’dan id-dawl, huwa obbligu, jekk inhu l-każ, tal-Qorti tal-Ġustizzja li tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu ġew sottomessi lilha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161013">13 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>M. u S</NAME.CASE>., <NO.CASE>C-303/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:771">EU:C:2016:771</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-Qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk in-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li vettura bi tliet roti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mgħammra b’tajers immanifatturati għall-motoċikletti bi tliet roti iżda simili għal dawk għall-vetturi bil-mutur, ikkontrollat permezz ta’ manubriju u mgħammar b’sistema tal-istering bbażat fuq il-prinċipju Ackermann, li jaqa’ taħt l-intestatura 8703 tan-NM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi mfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li aġixxa b’kooperazzjoni mal-esperti tad-dwana tal-Istati Membri, attribwixxa lill-Kummissjoni setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex tippreċiża l-kontenut tal-intestaturi tariffarji li fihom għandha tiġi kklassifikata merkanzija partikolari. Madankollu s-setgħa tal-Kummissjoni li tieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(1)(a), (b), (d), u (e) tar-Regolament Nru 2658/87, bħala l-istabbiliment ta’ Noti kumplimentarji, ma tawtorizzahiex li temenda l-kontenut tal-intestaturi tariffarji li ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-SA, stabbilita permezz tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-SA, li fiha l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha, bis-saħħa tal-Artikolu 3 ta’ din tal-aħħar, li ma temendax il-portata (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150212">12 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Raytek u Fluke Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑134/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:82">EU:C:2015:82</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-interess taċ-ċertezza legali u tal-faċilità tal-ispezzjonijiet, il-kriterju deċiżiv għall-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija għandha titfittex, b’mod ġenerali, fil-karatteristiċi proprji u fil-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, kif iddefiniti mill-kliem tal-intestatura tan-NM u min-noti ta’ taqsima jew ta’ kapitolu (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lemnis Lighting</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑600/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:937">EU:C:2016:937</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Ċertament, id-destinazzjoni tal-prodott tista’ tikkostitwixxi kriterju oġġettiv ta’ klassifikazzjoni sa fejn hija inerenti għall-imsemmi prodott, peress li l-inerenza għandha tkun tista tiġi evalwata skont il-karatteristiċi u l-proprjetajiet oġġettivi tagħha. Madankollu, id-destinazzjoni tal-prodott hija kriterju rilevanti biss jekk il-klassifikazzjoni ma tistax issir fuq il-bażi biss tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tal-prodott (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160609">9 ta’ Ġunju 2016</DATE>, <NAME.CASE>MIS</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑288/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:424">EU:C:2016:424</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li n-Noti ta’ Spjega tas-SA jikkostitwixxu motivi importanti biex jiżguraw applikazzjoni uniformi tat-tariffa doganali komuni u jipprovdu, bħala tali, elementi validi għall-interpretazzjoni tagħha (is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161208">8 ta’ Diċembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lemnis Lighting</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑600/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:937">EU:C:2016:937</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex jiġi eżaminat jekk vettura bi tliet roti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tista’ taqa’ taħt l-intestatura 8703, għandu jiġi kkonstatat qabelxejn li l-klassifikazzjoni tal-vetturi bi tliet roti fl-intestatura 8711 għandha natura sussidjarja meta mqabbla mal-klassifikazzjoni tagħhom fl-intestatura 8703, peress li, skont in-Nota ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 8711, din tal-aħħar tkopri biss dawn il-vetturi bil-kundizzjoni li ma jippreżentawx il-karatteristiċi ta’ vettura bil-mutur li taqa’ taħt l-intestatura 8703.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-kwisjtoni jekk hemm lok li jittieħed inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ vettura bi tliet roti fl-intestatura 8703, il-fatt li din tuża jew le roti ta’ motoċikletti, għandu jiġi rrilevat li n-Nota ta’ Spjega tas-SA dwar din l-intestatura tindika li<?PAGE NO="7"?> l-imsemmija intestatura tkopri, b’mod partikolari, il-vetturi ħfief bi tliet roti li jużaw muturi u roti ta’ motoċikletti u li, permezz tal-istruttura mekkanika tagħhom, jippreżentaw il-karatteristiċi ta’ vetturi bil-mutur infushom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat, f’dan ir-rigward, li n-Nota ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 8703 b’hekk tipprovdi xi eżempji ta’ vetturi bi tliet roti li għandhom jiġu kklassifikati f’din l-intestatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Għaldaqstant, anki jekk il-vetturi msemmija bħala eżempji f’din in-nota jippreżentaw xi tagħmir analogu għal dak tal-motoċikletti, b’mod partikolari l-użu ta’ roti ta’ motoċikletti, l-eżistenza ta’ tali tagħmir ma tikkostitwixxix kundizzjoni tal-klassifikazzjoni fl-intestatura 8703 ta’ vetturi bi tliet roti li, bl-istruttura mekkanika tagħhom, jippreżentaw il-karatteristiċi ta’ vetturi bil-mutur. Minn dan isegwi li l-fatt li vettura ma tużax roti ta’ motoċikletta ma tostakolax il-klassifikazzjoni tagħha f’din l-intestatura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tad-domanda jekk il-vetturi bi tliet roti mgħammra b’sistema tal-istering li x-xebh tagħha ma’ dik li tgħammar il-vetturi bil-mutur hija limitata għall-fatt li tibbaża fuq il-prinċipju Ackermann huma li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>għandh[om] sistema tal-istering bħal tal-karozzi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tan-Nota ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 8703, għandu jitfakkar li din in-nota tistabbilixxi, essenzjalment, li l-vetturi li jidħlu f’din l-intestatura huma l-vetturi ta’ kull tip li jippreżentaw ċerti karatteristiċi tekniċi bħal stering tat-tip ta’ karozza bil-mutur li tibbaża fuq il-prinċipju Ackermann (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060427">27 ta’ April 2006</DATE>, <NAME.CASE>Kawasaki Motors Europe</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑15/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:259">EU:C:2006:259</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk huwa veru li l-ewwel eżempju pprovdut min-Nota ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 8703 ma tiddefinixxix il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>sistema tal-istering bħal tal-karozzi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, din l-istess nota tipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>[i]l-vetturi b’erba’ roti, b’xażi tubulari, mgħammra b’sistema tal-istering bħal ta’ karozza, pereżempju bbażata fuq il-prinċipju Ackerman<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jaqgħu taħt din l-intestatura. (traduzzjoni mhux uffiċjali)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-vetturi bi tliet roti mgħammra b’sistema tal-istering li x-xebh tagħhom ma’ dik li tgħammar il-vetturi bil-mutur hija limitata għall-fatt li tibbaża fuq il-prinċipju Ackerman għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>sistema tal-istering bħal tal-karozzi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tan-Nota ta’ Spjega tas-SA dwar l-intestatura 8703.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ vettura bi tliet roti mgħammra b’manubriju fl-intestatura 8703, kif previst mir-Regolament Nru 301/2012, għandu jiġi kkonstatat li din il-karatteristika ma tidher la fil-kliem tal-intestatura 8711 u lanqas fin-Nota ta’ Spjega tas-SA dwar din l-intestatura. Għaldaqstant, il-fatt li vettura bi tliet roti hija mgħammra b’manubriju ma tipprekludix il-klassifikazzjoni tagħha fl-intestatura 8703.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Ladarba l-fatt li s-sistema tal-istering ta’ vettura, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, hija operata permezz ta’ manubriju u tibbaża fuq il-prinċipju Ackermann jikkostitwixxi karatteristika oġġettiva tagħha, li tippermetti li tkun ikklassifikata fl-intestatura 8703, id-destinazzjoni ta’ tali vettura ma hijiex, kuntrarjament għal dak li Aramex argumentat, kriterju rilevanti għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-validità tar-Regolament Nru 301/2012, għandu jiġi kkonstatat li l-eżaminazzjoni tad-domanda preliminari ma rrilevat l-ebda element ta’ natura li taffettwa l-validità ta’ dan ir-regolament, sa fejn jipprevedi l-klassifikazzjoni fis‑sotto-intestatura 8703 21 00 ta’ vettura ġdida bil-mutur bi tliet roti mgħamra b’sistema tal-istering tat-tip ta’ karozza bil-mutur ikkontrollata permezz ta’ manubriju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal hawn fuq, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula li n-NM għandha tiġi interpretata fis-sens li vettura bi tliet roti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mgħammra b’tajers immanifatturati għall-motoċikletti bi tliet roti iżda simili għal dawk għall-vetturi bil-mutur, ikkontrollata permezz ta’ manubriju u mgħammra b’sistema tal-istering bbażat fuq il-prinċipju Ackermann, taqa’ taħt l-intestatura 8703 tan-NM.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-<DATE ISO="19870723">23 ta’ Lulju 1987</DATE>, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012, tad-<DATE ISO="20121009">9 ta’ Ottubru 2012</DATE>, għandha tiġi interpretata fis-sens li vettura bi tliet roti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mgħammra b’tajers immanifatturati għall-motoċikletti bi tliet roti iżda simili għal dawk għall-vetturi bil-mutur, ikkontrollata permezz ta’ manubriju u mgħammra b’sistema tal-istering bbażat fuq il-prinċipju Ackermann, taqa’ taħt l-intestatura 8703 ta’ din in-nomenklatura</HT>.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>