32004L0059



Official Journal L 120 , 24/04/2004 P. 0030 - 0038


Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/59/KE

tat-23 ta' April 2004

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/643/KEE dwar il-livelli massimi tal-fdalijiet tal-bromopropilat iffissati mid-direttiva

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE tas-27 ta' Novembru 199 dwar li jiġu ffissati l-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi fi u fuq ċerti prodotti ta' oriġni mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2002 ta' Novembru 2002 li jestendi l-perjodu taż-żmien riferit fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jirrigwarda n-nuqqas ta' inklużjoni ta' ċerti sustanzi attivi fl-Anness I ma' din id-Direttiva u l-irtirar ta l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom dawn is-sustanzi [2], jippermetti lil ċerti Stati Membri li jżommu fis-seħħ, sat-30 ta' Ġunju 2007, awtorizzazzjonijiet għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom ċerti sustanzi, li għalihom jipprovdi n-nuqqas ta' inklużjoni fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE [3].

(2) Il-livelli massimi tal-fdalijiet (MRL) jirriflettu l-użu tal-kwantitajiet minimi tal-pestiċidi għalbiex tinkiseb protezzjoni effettiva għall-pjanti, applikata hekk illi l-ammont tal-fdal ikun l-iżgħar prattikabbli u jkun aċċettabbli tossikoloġikament, b'mod partikolari fit-teħid dietarju stmat.

(3) Il-MRL huma ffissati fil-limitu iktar baxx ta' l-istabbilizzazzjoni analitika meta l-użi awtorizzati tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma jirriżultawx f'livelli li jistgħu jingħarfu tal-fdal tal-pestiċidi ġewwa jew fuq il-prodott ta' l-ikel, jew meta ma jkun hemm ebda użi awtorizzati, jew meta l-użi li jkunu ġew awtorizzati mill-Istati Membri ma jkunux ġew appoġġjati bl-informazzjoni meħtieġa, jew meta l-użi f'pajjiżi terzi li jirriżultaw fi fdalijiet ġewwa jew fuq il-prodotti ta' l-ikel li jistgħu jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq Komunitarju ma jkunux ġew appoġġjati minn din l-informazzjoni meħtieġa.

(4) Il-MRL għall-pestiċidi għandhom jinżammu taħt rivista. Jistgħu jiġu mibdula għalbiex iqisu użi, tagħrif u informazzjoni ġodda

(5) It-tagħrif dwar l-użi essenzjali fil-kwadru tad-Direttiva 91/414/KEE ġie nnotifikat lill-Kummissjoni rigward il-bromopropilat. It-tagħrif jipprovdi bażi adegwata għal stima tat-teħid mill-konsumaturi Ewropej.

(6) L-awtorizzazzjonijiet tal-bromopropilat iridu jiġu rtirati l-iktar tard sal-31 ta' Lulju 2007. Filwaqt li jitqies iż-żmien li jittieħed għalbiex il-fdalijiet tal-bromopropilat iħallu l-katina ta' l-ikel, huwa approprjat illi jiġu rivisti l-MRL temporanji relatati ma' dawn l-użi essenzjali l-iktar tard sal-31 ta' Diċembru 2008.

(7) Ġiet stmata u vvalutata l-esposizzjoni tul il-ħajja tal-konsumaturi għall-bromopropilat permezz tal-prodotti ta' l-ikel li jista' jkun fihom il-fdalijiet ta' dan il-pestiċida. Ġie kkalkolat illi l-MRL ijiet kif emendati jridu jiżguraw illi ma jinqabiżx it-teħid ta' kuljum aċċettabbli.

(8) Ġiet stmata u vvalutata l-esposizzjoni akuta tal-konsumaturi għall-bromopropilat permezz tal-prodotti ta' l-ikel li jista' jkun fihom il-fdalijiet ta' dan il-pestiċida. Ġie kkalkolat illi l-MRL kif emendati jridu jiżguraw illi ma tinqabiżx id-doża akuta tar-riferiment.

(9) Għalhekk huwa approprjat li jiġu emendati l-livelli massimi tal-fdlijiet tal-bromopropilat.

(10) Id-Direttiva 90/642/KEE għandha għalhekk tiġi emendata kif jixraq.

(11) Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Il-livelli massimi tal-fdalijiet tal-pestiċidi għall-bromopropilat fl-Anness II mad-Direttiva 90/642/KEE huma mibdula b'dawk fl-Anness ma' din id-Direttiva.

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw mhux iktar tard mill-24 ta' Ottubru 2004 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għalbiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-disposizzjonijiet u tabella tal-korrelazzjoni bejn dawn id-disposizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawn id-disposizzjonijiet l-iktar tard sal-25 ta' Ottubru 2004.

Meta L-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-referenza.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ewliena fil-liġijiet nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 350, ta’ l-14.12.1990, pġ. 71. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/2/KE (ĠU L. 14, tal- 21.1.2004, pġ. 10).

[2] ĠU L 319, tat-23.11.2002, pġ. 3. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1336/2003 (ĠU L 187, tas-26.7.2003, pġ. 21).

[3] ĠU L 230, tad-19.8.1991, pġ. 1. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/20/KE (ĠU L. 70, tad- 9.3.2004, pġ. 32).

--------------------------------------------------

ANNESS

"Il-Gruppi u l-eżempji tal-prodotti individwali li għalihom il-MRLijiet ikunu japplikaw | Il-Fdal tal-pestiċida u l-livell massimu tal-fdalijiet (mg/kg) |

Il-Bromopropilat |

1.Il-frott, frisk, imnixxef jew mhux imsajjar, ippriservat bil-konġelazzjoni, li ma jkunx fih zokkor miżjud; il-ġewż | |

i)IL-FROTT TAĊ-ĊITRU | 2 |

Il-Grapefruit | |

Il-Lumi | |

L-Ixkomb | |

Il-Mandolin (inklużi l-klementina u ibridi oħra) | |

Il-Larinġ: | |

Il-Pomelos | |

Oħrajn | |

ii)IL-ĠEWŻ TAS-SIĠAR (bil-qoxra jew mingħajr il-qoxra) | 0,05 |

Il-Lewż | |

Il-Brazil nuts | |

Il-Cashew nuts | |

Il-Qastan | |

Il-Ġewż ta' l-Indi | |

Il-Ġellewż | |

Il-Macadamia | |

Il-Pecan nuts | |

Iż-Żerriegħa tal-Prinjol | |

Il-Pistaċċi | |

Il-Ġewż | |

Oħrajn | |

iii)IL-FROTT TAL-POMA | 2 |

It-Tuffieħ ta' Belludja | |

Il-Lanġas | |

L-Isfarġel | |

Oħrajn | |

iv)IL-FROTT TA' L-GĦADMA | 0,05 |

Il-Berquq | |

Iċ-Ċirasa | |

Il-Ħawħ (inklużi n-nettarin u ibridi simili) | |

L-Għanbaqar | |

Oħrajn | |

v)IL-BERRIESU FROTT ŻGĦIR | |

a)L-Għeneb tal-mejda u ta' l-inbid | 2 |

L-Għeneb tal-mejda | |

L-Għeneb ta' l-inbid | |

b)Il-Frawli (għajr dak selvaġġ) | 0,05 |

c)Il-Frott tal-Qasab (għajr dak selvaġġ) | 0,05 |

It-Tut | |

Iċ-Ċawsli l-iswed | |

Il-Loganberries | |

Il-Lampun | |

Oħrajn | |

d)Frott żgħir ieħor u berries (għajr dawk selvaġġi) | 0,05 |

Il-Bilberries | |

Il-Cranberries | |

Il-Passolina (ħamra, sewda u bajda) | |

Il-Gooseberries | |

Oħrajn | |

e)Il-Berries selvaġġi u l-frott selvaġġ | 0,05 |

vi)MIXXELLANJI | 0,05 |

L-Avokado | |

Il-Banana | |

It-Tamal | |

It-Tin | |

Il-Kiwi | |

Il-Kumquat | |

Il-Litchi | |

Il-Mango | |

Iż-Żebbuġ | |

Il-Passion Fruit | |

L-Ananas | |

Ir-Rummien | |

Oħrajn | |

2.Il-Ħxejjex ta' l-ikel, friski jew mhux imsajra, ikkonġelati jew imnixxfa | |

i)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAL-GĦERUQ U TAT-TUBERI | 0,05 |

Il-Pitravi | |

Iz-Zunnarija | |

Iċ-Ċelerjakk | |

L-Għerq tal-mustarda | |

L-Artiċokk | |

Iz-Zunnarija bajda | |

L-Għeruq tat-tursin | |

Ir-Ravanell | |

Is-Sassefrika | |

Il-Patata ħelwa | |

Il-Lift Żvediż | |

Il-Lift | |

Il-Yam | |

Oħrajn | |

ii)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAL-BASLA | 0,05 |

It-Tewm | |

Il-Basal | |

Ix-Xalott | |

Il-Basal aħdar | |

Oħrajn | |

iii)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAL-FROTT | |

a)Is-Solanaċja | |

It-Tuffieħ tadam | 1 |

Il-Bżar | |

Il-Brunġiel | |

Oħrajn | 0,05 |

b)L-Għeruq tal-qara' tal-fliexken — il-qoxra li tittiekel | 0,05 |

Il-Ħjar | |

Il-Gherkin | |

Il-Qarabagħli | |

Oħrajn | |

c)L-Għeruq tal-qara' tal-fliexken — tal-qoxra li ma tittekilx | 0,05 |

Il-Bettieħ | |

Il-Kukurbit | |

Id-Dulliegħ | |

Oħrajn | |

d)Il-Qamħirrum ħelu | 0,05 |

iv)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAL-BRASSIKA | 0,05 |

a)Il-Brassika tal-fjuri | |

Il-Brokkoli (inkluża l-Pastarda Kalabriża) | |

Pastard | |

Oħrajn | |

b)Il-Brassika tar-ras | |

Il-Brussels sprouts | |

Il-Kaboċċa tar-ras | |

Oħrajn | |

c)Il-Brassika tal-weraq | |

Il-Kaboċċa Ċiniża | |

Il-Kale | |

Oħrajn | |

d)Il-Ġidra | |

v)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAL-WERAQ U L-ĦWAWAR FRISKI | 0,05 |

a)Il-Ħass u simili | |

Il-Krexxun | |

Il-Ħass ta' Lamb | |

Il-Ħass | |

Is-Scarole (l-Indivja tal-werqa wiesgħa) | |

Oħrajn | |

b)L-Ispinaċi u simili | |

L-Ispinaċi | |

Il-Weraq tal-pitravi (chard) | |

Oħrajn | |

c)Il-Krexxun ta' l-ilma | |

d)Il-Witloof | |

e)Il-Ħwawar friski | |

Il-Maxxita | |

Il-Kurrat | |

It-Tursin | |

Il-Weraq tal-Krafes | |

Oħrajn | |

vi)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAL-LEGUMI (friski) | |

Il-Ful/Fażola (bil-fosdqa) | 1 |

Il-Ful/Fażola (mingħajr il-fosdqa) | |

Il-Piżelli (bil-fosdqa) | |

Il-Piżelli (mingħajr il-fosdqa) | |

Oħrajn | 0,05 |

vii)IL-ĦXEJJEX TA' L-IKEL TAZ-ZOKK (friski) | 0,05 |

L-Asparagu | |

Il-Kardun | |

Il-Krafes | |

Il-Bużbież | |

Il-Qaqoċċ | |

Il-Kurrat | |

Ir-Rabarbru | |

Oħrajn | |

viii)IL-FUNĠI | 0,05 |

a)Il-Faqqiegħ ikkultivat | |

b)Il-Faqqiegħ selvaġġ | |

3.Il-Ħxejjex tal-miżwed | 0,05 |

Il-Ful/Fażola | |

Il-Lentikki | |

Il-Piżelli | |

Oħrajn | |

4.Iż-Żerriegħa taż-żejt | 0,1 |

Iż-Żerriegħa tal-kittien | |

Il-Karawett | |

Iż-Żerriegħa tal-Peprin | |

Iż-Żerriegħa tal-Ġunġlien | |

Iż-Żerriegħa tal-Ward tax-Xemx | |

Iż-Żerriegħa tal-Lift | |

Iż-Żerriegħa tas-Soya | |

Iż-Żerriegħa tal-Mustarda | |

Iż-Żerriegħa tal-Qoton | |

Oħrajn | |

5.Il-Patata | 0,05 |

Il-Patata bikrija | |

Il-Patata tal-ħażna | |

6.It-Te (il-weraq imnixxfa u z-zkuk imnixxfa, iffermentati jew inkella, il-Camelia sinensis) | 0,1 |

7.Il-Ħopp (imnixxef), inkluż il-gerbub tal-ħopp u t-trab mhux ikkonċentrat | 0,1 |

--------------------------------------------------