21.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 349/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1396/2013

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-Ħalibatt tal-Groenlandja fiż-żona NAFO 3LMNO minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tal-21 ta’ Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f’ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2013.

(2)

Skont l-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk li hemm referenza għalih fl-Anness ta’ dan ir-Regolament li saru minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2013.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd għall-2013 allokata lill-Istat Membru li hemm referenza għalih fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk, għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f’dak l-Anness. B’mod partikolari għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, li jiġi ttrasferit, jiġi ttrażbordat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)   ĠU L 23, 25.1.2013, p. 54.


ANNESSI

Nru

82/TQ40

Stat Membru

Spanja

Stokk

GHL/N3LMNO

Speċi

Ħalibatt tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides)

Żona

Iż-żona 3LMNO tan-NAFO

Data Tal-Għeluq

4.12.2013