02011R0692 — MT — 01.01.2020 — 002.003
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT (UE) Nru 692/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE (ĠU L 192 22.7.2011, p. 17) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 253/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013 |
L 79 |
5 |
21.3.2013 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1681 tal-1 ta’ Awwissu 2019 |
L 258 |
1 |
9.10.2019 |
|
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1569 tat-23 ta’ Lulju 2020 |
L 359 |
1 |
29.10.2020 |
|
REGOLAMENT (UE) Nru 692/2011 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Lulju 2011
dwar l-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 95/57/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid sistematiċi tal-istatistika Ewropea dwar it-turiżmu.
Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiġbru, jikkumpilaw, jipproċessaw u jittrażmettu statistika armonizzata dwar il-forniment u d-domanda tat-turiżmu.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:
“perjodu ta’ referenza” tfisser perjodu li tirreferi għalih id-data;
“sena ta’ referenza” tfisser perjodu ta’ referenza ta’ sena kalendarja waħda;
“NACE Rev. 2” tfisser il-klassifika statistika komuni ta’ attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni, kif stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“NUTS” tfisser il-klassifika komuni ta’ unitajiet territorjali għall-produzzjoni ta’ statistika reġjonali fl-Unjoni, kif stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
“ambjent tas-soltu” tfisser iż-żona ġeografika, għalkemm mhux neċessarjament waħda kontigwa, li fiha l-individwu jgħix il-ħajja tiegħu b’rutini regolari u għandha tiġi stabbilita abbażi ta’ dawn il-kriterji: il-qsim ta’ fruntieri amministrattivi jew id-distanza mill-post ta’ residenza tas-soltu, id-dewmien taż-żjara, il-frekwenza taż-żjara, l-għan taż-żjara;
“it-turiżmu” tfisser l-attività tal-viżitaturi li jagħmlu vjaġġ għal destinazzjoni ewlenija barra mill-ambjent tas-soltu tagħhom, għal inqas minn sena, għal kwalunkwe għan ewlieni inkluż in-negozju, il-ħin liberu, jew għan ieħor personali, għajr għal impjieg minn entità residenti fil-post li fih issir iż-żjara;
“turiżmu domestiku” tfisser żjarat fi Stat Membru minn viżitaturi li huma residenti ta’ dak l-Istat Membru;
“turiżmu ’l ġewwa” tfisser żjarat fi Stat Membru minn viżitaturi li mhumiex residenti ta’ dak l-Istat Membru;
“turizmu ’l barra” tfisser żjarat minn residenti ta Stat Membru barra minn dak l-Istat Membru;
“turiżmu nazzjonali” tfisser it-turiżmu domestiku u t-turiżmu ’l barra;
“turiżmu intern” tfisser it-turiżmu t-turiżmu domestiku u t-turiżmu ’l ġewwa;
“stabbiliment għall-akkomodazzjoni turistika” tfisser unità lokali tat-tip tal-attività, kif iddefinita fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità ( 3 ), li jipprovdi bħala servizz imħallas - għalkemm il-prezz jista’ jkun parzjalment jew kompletament issussidjat - servizzi ta’ akkomodazzjoni għal waqfiet qosra kif deskritt fil-gruppi 55.1 (lukandi u akkomodazzjoni simili), 55.2 (akkomodazzjoni għal btajjel u għal waqfiet qosra oħra) u 55.3 (postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet) ta’ NACE Rev. 2;
“akkomodazzjoni mhix mikrija” tfisser, inter alia, akkomodazzjoni mingħajr ħlas ipprovduta minn familja jew ħbieb u akkomodazzjoni fi djar ta’ vaganza okkupati mis-sid, inklużi proprjetà time share;
“żjarat fl-istess jum” tfisser iż-żjarat mingħajr waqfa għal-lejl li jsiru minn residenti barra mill-ambjent tas-soltu tagħhom u li orġinaw mill-post ta’ residenza tas-soltu tagħhom.
Artikolu 3
Suġġetti koperti u karatteristiki tad-data meħtieġa
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-data li għandha tiġi trażmessa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 għandha tirrelata ma’:
it-turiżmu intern, fir-rigward tal-kapaċità u l-okkupanza tal-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, għall-elementi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 1, 2 u 3 tal-Anness I;
it-turiżmu intern, fir-rigward tal-iljieli turistiċi mqattgħin fl-akkomodazzjoni mhux mikrija għall-fatturi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsima 4 tal-Anness I;
it-turiżmu nazzjonali, fir-rigward tad-domanda tat-turiżmu, li tikkonċerna l-parteċipazzjoni fit-turiżmu, il-karatteristiki tal-vjaġġi turistiċi u tal-viżitaturi, għall-fatturi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness II;
it-turiżmu nazzjonali, fir-rigward tad-domanda tat-turiżmu, li jikkonċerna l-karatteristiki ta’ żjarat fl-istess jum għall-fatturi varjabbli, il-perjodiċità u l-analiżijiet stabbiliti fit-Taqsima 3 tal-Anness II.
Artikolu 4
L-ambitu ta’ osservazzjoni
L-ambitu ta’ osservazzjoni għar-rekwiżiti stabbiliti:
fl-Artikolu 3(1)(a) għandu jkun l-stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turististika kollha kemm huma, kif iddefinit fl-Artikolu 2(1)(l), sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-Anness I;
fl-Artikolu 3(1)(b) għandu jkun l-iljieli turistiċi kollha mqattgħin minn residenti u dawk mhux residenti f’akkomodazzjoni mhux mikrija;
fl-Artikolu 3(1)(c), fir-rigward tad-data dwar il-parteċipazzjoni fit-turiżmu, għandu jkun l-individwi kollha li joqogħdu fit-territorju tal-Istat Membru, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 1 tal-Anness II;
fl-Artikolu 3(1)(c), fir-rigward tad-data dwar karatteristiki ta’ vjaġġi turistiċi u tal-viżitaturi, għandu jkun il-vjaġġi turistiċi kollha b’mill-inqas żjara ta’ lejl wieħed barra mill-ambjent tas-soltu mill-popolazzjoni residenti u li ntemmu waqt il-perjodu ta’ referenza, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 2 tal-Anness II;
fl-Artikolu 3(1)(d), fir-rigward tal-karatteristiki ta’ żjarat fl-istess jum, għandu jkun iż-żjarat kollha fl-istess jum kif definiti fl-Artikolu 2(1)(n), sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Taqsima 3 tal-Anness II.
Artikolu 5
Studji pilota
Artikolu 6
Kriterji tal-kwalità u rapporti
Artikolu 7
Rapport ta’ evalwazzjoni
Sat-12 ta’ Awwissu 2016 u, wara, kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni dwar l-istatistika miġbura abbażi ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari, dwar ir-rilevanza tagħha u l-piż fuq is-settur tan-negozju.
Artikolu 8
Sorsi ta’ data
Fir-rigward tal-bażi li fuqha tinġabar id-data, l-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżuri li dawn iqisu bħala xierqa biex iżommu l-kwalità tar-riżultati. L-Istati Membri jistgħu jipproduċu d-data statistika neċessarja billi jużaw kombinazzjoni tas-sorsi differenti li ġejjin:
stħarriġ, fejn unitajiet ta’ rappurtaġġ jintalbu jagħtu data f’waqtha, eżatta u kompluta;
sorsi oħra xierqa, inkluża data amministrattiva jekk din tkun attwali u rilevanti;
proċeduri xierqa għall-istima statistika.
Artikolu 9
It-trażmissjoni tad-data
L-Istati Membri għandhom jittrażmettu:
id-data validata annwali mniżżla fit-Taqsimiet 1 u 2 tal-Anness I fi żmien sitt (6) xhur wara tmiem il-perjodu ta’ referenza, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness I;
id-data validata ta’ kull xahar elenkata fit-Taqsima 2 tal-Anness I fi żmien tmien (8) ġimgħat wara tmiem il-perjodi ta’ referenza għas-snin ta’ referenza 2020 u 2021, u fi żmien sitt (6) ġimgħat wara tmiem il-perjodu ta’ referenza mis-sena ta’ referenza 2022;
id-data validata mniżżla fit-Taqsima 4 tal-Anness I fi żmien disa’ (9) xhur wara tmiem il-perjodu ta’ referenza, jekk l-Istat Membru kkonċernat jagħżel li jittrażmettiha;
id-data validata mniżżla fl-Anness II fi żmien sitt (6) xhur wara tmiem il-perjodu ta’ referenza.
Artikolu 10
Manwal Metodoloġiku
Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tħejji u taġġorna b’mod regolari manwal metodoloġiku li għandu jkun fih linji gwida dwar l-istatistika prodotta skont dan ir-Regolament, inklużi d-definizzjonijiet li se jiġu applikati għall-karatteristiki tat-tagħrif meħtieġ u l-istandards komuni mfassla biex jiżguraw il-kwalità tad-data.
Artikolu 11
Eżerċitar tad-delega
Artikolu 12
Kumitat
Artikolu 13
Revoka
Id-Direttiva 95/57/KE hija b’dan imħassra.
L-Istati Membri għandhom jipprovdu riżultati skont id-Direttiva 95/57/KE għall-perjodi ta’ referenza kollha għall-2011.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
TURIŻMU INTERN
Taqsima 1
KAPAĊITÀ TA’ STABBILIMENTI GĦALL-AKKOMODAZZJONI TURISTIKA
A. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi
1. Fil-livell 2 reġjonali NUTS u fil-livell nazzjonali għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali
|
Tip ta’ akkomodazzjoni |
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet |
|
NACE 55.1 |
In-numru ta’ stabbilimenti In-numru ta’ sodod In-numru ta’ kmamar tas-sodda |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) |
|
NACE 55.2 |
In-numru ta’ stabbilimenti In-numru ta’ sodod |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) |
|
NACE 55.3 |
In-numru ta’ stabbilimenti In-numru ta’ sodod |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) |
2. [fakultattiv] Fil-livell nazzjonali għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali
|
Tip ta’ akkomodazzjoni |
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet |
|
NACE 55.1 |
In-numru ta’ stabbilimenti In-numru ta’ sodod In-numru ta’ kmamar tas-sodda |
Klassi tad-daqsijiet |
3. Fil-livell nazzjonali għandhom jiġu trażmessi għad-data trijennali
|
Tip ta’ akkomodazzjoni |
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet |
|
NACE 55.1 |
In-numru ta’ stabbilimenti li jkollhom kamra tas-sodda waħda jew iżjed aċċessibbli għal persuni b’mobilità mnaqqsa, inklużi dawk li jużaw siġġu tar-roti |
|
B. Limitazzjoni tal-ambitu
1. Għal “lukandi u akkomodazzjoni simili” u għal “akkomodazzjoni għal btajjel u għal waqfiet qosra oħra”, l-ambitu tal-osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 10 sodod jew aktar.
2. Għal “postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet”, l-ambitu ta’ osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom spazju ta’ 10 jew aktar.
3. L-Istati Membri li jkopru inqas minn 1 % tan-numru totali annwali tal-iljieli mqattgħin fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika fl-Unjoni Ewropea jistgħu jnaqqsu aktar l-ambitu ta’ osservazzjoni, biex jinkludu għall-inqas l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 20 sodda jew aktar (spazju ta’ 20 jew aktar).
C. Perjodiċità
L-ewwel sena ta’ referenza għall-fattur varjabbli trijennali elenkat taħt it-titolu A(3) għandha tkun l-2015.
Taqsima 2
OKKUPAZZJONI TA’ STABBILIMENTI GĦALL-AKKOMODAZZJONI TURISTIKA (DOMESTIKA U ’L ĠEWWA)
A. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali
1. Fil-livell 2 reġjonali NUTS u fil-livell nazzjonali
|
Tip ta’ akkomodazzjoni |
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet |
|
Total (kull tip ta’ stabbilimenti tal-akkomodazzjoni turistika) |
In-numru tal-iljieli mqattgħin minn residenti fl-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni turistika In-numru tal-iljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fl-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni turistika |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) Reġjuni tal-livell NUTS 3 Xhur tas-sena ta’ referenza [fakultattivi jekk il-livell NUTS 2 ikun ikopri l-Istat Membru kollu] |
|
NACE 55.1 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
|
Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni tas-sodod Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodod |
|
|
|
NACE 55.2 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
|
NACE 55.3 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
2. Fil-livell nazzjonali
|
Tip ta’ akkomodazzjoni |
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet |
|
Total (kull tip ta’ stabbilimenti tal-akkomodazzjoni turistika) |
In-numru tal-iljieli mqattgħin minn residenti fl-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni turistika In-numru tal-iljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fl-istabbilimenti tal-akkomodazzjoni turistika |
Tip ta’ lokalità (a) flimkien ma’ Tip ta’ lokalità (b) Bliet |
|
NACE 55.1 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti [fakultattiva] Klassi tad-daqsijiet |
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti |
|
|
Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni tas-sodod Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodod |
[fakultattiva] Klassi tad-daqsijiet |
|
|
NACE 55.2 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti |
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti |
|
|
NACE 55.3 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
Tip ta’ lokalità (a) u (b) Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti |
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
Il-pajjiż jew iż-żona ġeografika tal-ospiti |
|
B. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi għad-data ta’ kull xahar fil-livell nazzjonali
|
Tip ta’ akkomodazzjoni |
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet |
|
NACE 55.1 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
|
Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni tas-sodod Ir-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodod |
|
|
|
NACE 55.2 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
|
NACE 55.3 |
In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika In-numru ta’ ljieli mqattgħin minn dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
|
Wasliet ta’ residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika Wasliet ta’ dawk mhux residenti fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika |
|
C. Limitazzjoni tal-ambitu
1. Għal “lukandi u akkomodazzjoni simili” u għal “akkomodazzjoni għal btajjel u waqfiet qosra oħra”, l-ambitu tal-osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 10 sodod jew aktar.
2. Għal “postijiet għall-kampeġġ, parkeġġi għal vetturi ta’ rikreazzjoni u parkeġġi għal karrijiet”, l-ambitu ta’ osservazzjoni għandu mill-inqas jinkludi l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom spazju ta’ 10 jew aktar.
3. L-Istati Membri li jkopru inqas minn 1 % tan-numru totali annwali tal-iljieli mqattgħin fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika fl-Unjoni Ewropea jistgħu jnaqqsu aktar l-ambitu ta’ osservazzjoni, biex għall-inqas jinkludu l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 20 sodda jew aktar (spazju ta’ 20 jew aktar).
4. Meta tiġi applikata limitazzjoni għall-ambitu kif deskritt skont (1), (2) jew (3), għandha tiġi trażmessa kull sena stima tan-numru totali ta’ ljieli mqattgħin waqt is-sena ta’ referenza minn residenti u dawk mhux residenti fl-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika esklużi mill-ambitu ta’ osservazzjoni.
5. Għall-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hi mitluba d-data b’dan ir-Regolament, l-istima kif deskritt taħt (4) għandha tiġi trażmessa fi żmien 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza.
6. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu aktar l-ambitu ta’ osservazzjoni għar-rata netta ta’ okkupazzjoni ta’ kmamar tas-sodda fil-lukandi u akkomodazzjoni simili, biex jinkludu mill-inqas l-istabbilimenti kollha għall-akkomodazzjoni turistika li għandhom 25 kamra tas-sodda jew aktar.
▼M2 —————
Taqsima 3
KLASSIFIKAZZJONIJIET LI JIĠU APPLIKATI GĦAT-TAQSIMA 1 U T-TAQSIMA 2
A. Tip ta’ akkomodazzjoni
It-tliet kategoriji li jintużaw għat-tip ta’ akkomodazzjoni, li jirreferu għall-gruppi NACE 55.1, 55.2 u 55.3, huma:
B. Tip ta’ lokalità (a)
It-tliet kategoriji li jintużaw għat-tip ta’ lokalità (a), li jirreferu għall-grad ta’ urbanizzazzjoni tal-muniċipalità (jew unità amministrattiva lokali ekwivalenti) fejn jinsabu l-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, huma:
C. Tip ta’ lokalità (b)
Iż-żewġ kategoriji li jintużaw għat-tip ta’ lokalità (b), li jirreferu għall-post qrib il-baħar tal-muniċipalità (jew unità amministrattiva lokali ekwivalenti) fejn jinsabu l-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, huma:
D. Klassi tad-daqsijiet
It-tliet kategoriji li jintużaw għall-klassi tad-daqsijiet, li jirreferu għan-numru ta’ kmamar tas-sodda fl-istabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika, huma:
E. Pajjiżi u żoni ġeografiċi
Il-kategoriji li jintużaw għall-pajjiż jew iż-żona ġeografika tar-residenza tal-ospiti li qed joqogħdu fi stabbilimenti għall-akkomodazzjoni turistika huma:
F. Bliet
Il-bliet li għalihom għandha tiġi trasmessa d-data għandhom ikunu skont l-Artikolu 4b(3) tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 u għandhom jinkludu mill-inqas:
Għal dan il-għan, il-bliet huma l-unità amministrattiva lokali (LAU) fejn mill-inqas 50 % tal-popolazzjoni tgħix f’ċentri urbani; ċentru urban huwa raggruppament ta’ ċelloli kontigwi tal-grilja ta’ 1 km2 b’densità ta’ mill-inqas 1 500 abitant għal kull km2 u lkoll flimkien jilħqu popolazzjoni ta’ mill-inqas 50 000 abitant. Il-Kummissjoni (Eurostat) flimkien mal-Istati Membri għandha taġġorna l-lista tal-bliet b’mod regolari. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu d-data għall-aktar lista riċenti tal-ibliet disponibbli fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ referenza.
Taqsima 4
IT-TURIŻMU INTERN F’AKKOMODAZZJONI MHUX MIKRIJA
A. Fatturi varjabbli li għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali
[fakultattiv] In-numru ta’ ljieli turistiċi mqattgħin f’akkomodazzjoni mhux mikrija matul is-sena ta’ referenza.
B. Analiżi
[fakultattivi] Il-fatturi varjabbli mniżżla taħt it-Titolu A għandhom jiġu analizzati skont il-pajjiż ta’ residenza tal-viżitaturi safejn ikunu kkonċernati r-residenti tal-Unjoni, filwaqt li viżitaturi li joqogħdu barra l-Unjoni għandhom jinġabru f’kategorija addizzjonali waħda.
ANNESS II
IT-TURIŻMU NAZZJONALI
Taqsima 1
PARTEĊIPAZZJONI FIT-TURIŻMU GĦAL GĦANIJIET PERSONALI
A. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi għad-data annwali
|
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet skont id-dewmien u d-destinazzjoni ta’ vjaġġi turistiċi għal għanijiet personali |
Analiżijiet soċjodemografiċi |
|
1. In-numru ta’ residenti, ta’ 15-il sena jew aktar, li jipparteċipaw fit-turiżmu b’għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza 2. In-numru ta’ residenti, ta’ 15-il sena jew aktar, li ma jipparteċipawx fit-turiżmu b’għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza |
(a) Kwalunkwe vjaġġ (jiġifieri mill-inqas vjaġġ wieħed ta’ mill-inqas lejl wieħed) (b) Vjaġġi domestiċi biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ domestiku wieħed ta’ mill-inqas lejl wieħed, iżda mhux vjaġġi ’l barra) (c) Vjaġġi ’l barra biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ ’il barra wieħed ta’ mill-inqas lejl wieħed, iżda mhux vjaġġi domestiċi) (d) Vjaġġi domestiċi u ’l barra (jiġifieri mill-inqas vjaġġ domestiku wieħed ta’ mill-inqas lejl wieħed u mill-inqas vjaġġ ta’ lejl wieħed ’il barra ta’ mill-inqas lejl wieħed) (e) Vjaġġi qosra (jiġifieri mill-inqas vjaġġ wieħed ta’ lejl wieħed sa tlitt iljieli) (f) Vjaġġi twal (jiġifieri mill-inqas vjaġġ wieħed ta’ erbat iljieli jew aktar) (g) Vjaġġi twal, vjaġġi domestiċi biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ domestiku wieħed ta’ erbat iljieli jew aktar, iżda l-ebda vjaġġ ’il barra ta’ erbat iljieli jew aktar) (h) Vjaġġi twal, vjaġġi ’l barra biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ ’il barra wieħed ta’ erbat iljieli jew aktar, iżda l-ebda vjaġġ domestiku ta’ erbat iljieli jew aktar) (i) Vjaġġi twal, vjaġġi domestiċi u ’l barra biss (jiġifieri mill-inqas vjaġġ domestiku wieħed ta’ erbat iljieli jew aktar u mill-inqas vjaġġ ’il barra ta’ erbat iljieli jew aktar) |
1. Sess |
L-analiżijiet skont id-dewmien u d-destinazzjoni ta’ vjaġġi turistiċi għal għanijiet personali għandhom jingħaqdu mal-analiżijiet soċjodemografiċi.
B. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi bħala data trijennali
|
Fatturi varjabbli |
Analiżijiet skont ir-raġunijiet ewlenin għal min ma jipparteċipax fit-turiżmu għal għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza (b’possibbiltajiet ta’ tweġibiet diversi għal dawk li jwieġbu) |
Analiżijiet soċjodemografiċi |
|
1. In-numru ta’ residenti, ta’15-il sena jew aktar, li jipparteċipaw fit-turiżmu għal għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza (jiġifieri li ma jkunux vjaġġaw b’waqfa ta’ mill-inqas lejl wieħed għal għanijiet personali matul is-sena ta’ referenza) |
(a) Raġunijiet finanzjarji (l-ebda flus disponibbli għal vjaġġi ta’ vaganza, ma jistgħux jippermettu li jmorru għal vaganza) (b) Nuqqas ta’ ħin liberu minħabba impenji tal-familja (c) Nuqqas ta’ ħin liberu minħabba impenji tax-xogħol jew studju (d) Raġunijiet tas-saħħa jew mobilità mnaqqsa (e) Min jippreferi joqgħod id-dar, mingħajr motivazzjoni li jivvjaġġa (f) Sikurezza (g) Raġunijiet oħra |
1. Sess: |
L-analiżijiet skont ir-raġunijiet ewlenin tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fit-turiżmu għal għanijiet personali waqt is-sena ta’ referenza għandhom jingħaqdu mal-analiżijiet soċjodemografiċi.
L-ewwel sena ta’ referenza għall-fatturi varjabbli trijennali għandha tkun l-2013.
C. Il-klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-analiżijiet soċjodemografiċi
|
1. |
Sess : maskili, femminili. |
|
2. |
Grupp ta’ età : inqas minn 15 [fakultattiva], 15-24, 25-34, 35-44, 45-54, 55-64, 65 jew aktar, b’subtotali għal 25-44 u 45-64. |
|
3. |
Livell edukattiv li għandu jintlaħaq : mhux aktar minn sekondarju baxx, sekondarju ogħla u post-sekondarju (mhux terzjarju), terzjarju. |
|
4. |
Sitwazzjoni ta’ impjieg : impjegat (impjegat jew jaħdem għal rasu), qiegħed, student (jew tifel/tifla tal-iskola), oħrajn mhux fil-forza tax-xogħol. |
|
5. |
Dħul ta’ dawk li joqogħdu fl-istess dar: : fi kwartili. |
Taqsima 2
VJAĠĠI TURISTIĊI U VIŻITATURI LI JAGĦMLU L-VJAĠĠI
A. Fatturi varjabbli li għandhom jiġu trażmessi
|
|
Fatturi varjabbli |
Kategoriji li għandhom jiġu trażmessi |
Perjodiċità |
|
1. |
Xahar tat-tluq |
|
Annwali |
|
2. |
Dewmien tal-vjaġġ f’numru ta’ ljieli |
|
Annwali |
|
3. |
[Għal vjaġġi ‘l barra biss] Dewmien tal-vjaġġ: numru ta’ ljieli mqattgħin fit-territorju domestiku |
|
Trijennali |
|
4. |
Pajjiż ewlieni tad-destinazzjoni |
skont il-lista tal-pajjiżi fil-manwal metodoloġiku mfassal skont l-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament |
Annwali |
|
5. |
L-għan ewlieni tal-vjaġġ |
(a) Personali: divertiment, rikreazzjoni u vaganzi (b) Personali: żjarat lil qraba u ħbieb (c) Personali: oħrajn (eż. pellegrinaġġ, trattament tas-saħħa) (d) Professjonali/kummerċjali |
Annwali |
|
6. |
[Għal vjaġġi b’għanijiet personali biss] Tip ta’ destinazzjoni b’diversi possibbiltajiet ta’ tweġibiet |
(a) Belt (b) Ħdejn il-baħar (c) Kampanja (inklużi l-għadajjar, ix-xmajjar, eċċ.) (d) Bastiment tal-kruċieri (e) Muntanji (reġjuni muntanjużi, għoljiet, eċċ.) (f) Oħrajn |
Trijennali |
|
7. |
[Għal vjaġġi b’għanijiet personali biss] Parteċipazzjoni tat-tfal fil-grupp tal-vjaġġ: |
(a) Iva (b) Le |
Trijennali |
|
8. |
Mezz ewlieni tat-trasport |
(a) Bl-ajru (servizzi ta’ titjira, titjira skedata jew mikrija, jew servizzi tal-ajru oħrajn) (b) Bl-ilma (bħal linji tal-passiġġieri u laneċ, kruċjieri, dgħajjes tad-divertiment, bastimenti mikrijin) (c) Ferrovija (d) Xarabank, kowċ (regolari/skedati jew okkażjonali/mhux skedati) (d1) [fakultattiva] Xarabank jew kowċ regolari/skedata (d2) [fakultattiva] Xarabank jew kowċ okkażjonali/mhux skedata (e) Vettura motorizzata privata (proprjetà jew mikrija it-tul, inkluż il-karozza ta’ ħbieb/qraba) (f) Vettura motorizzata mikrija (inklużi pjattaformi ta’ ride-sharing jew car-sharing) (g) Oħrajn (pereżemju bir-rota) |
Annwali |
|
9. |
Mezz ewlieni tal-akkomodazzjoni |
(a) Akkommodazzjoni mikrija: lukandi jew akkomodazzjoni simili (b) Akkommodazzjoni mikrija: siti ta’ kampeġġ, karavan jew parkeġġi tat-trejlers (mhux residenzjali) (c) Akkommodazzjoni mikrija: bħal dar, villa, appartament; kamra jew kmamar mikrija f’residenza (d) Akkommodazzjoni mikrija: akkomodazzjoni oħra mikrija (bħal hostels taż-żgħażagħ, marinas, stabbilimenti tas-saħħa) (e) Akkomodazzjoni mhux mikrija: villeġġjatura privata (f) Akkomodazzjoni mhux mikrija: Akkommodazzjoni pprovduta mingħajr ħlas minn qraba jew ħbieb (g) Akkomodazzjoni mhux mikrija: Akkomodazzjoni mhux mikrija ta’ tip ieħor |
Annwali |
|
10. |
L-ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar bl-Internet tal-mezz ewlieni tal-akkomodazzjoni |
(a) Iva (b) Le |
Triennali |
|
11. |
L-ibbukkjar tal-vjaġġ: il-mod tal-ibbukkjar għall-mezz ewlieni tal-akkomodazzjoni |
(a) Direttament mal-fornitur tal-akkomodazzjoni (b) Permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, operatur turistiku, portal jew aġenzija tal-kiri tal-vaganzi jew ta’ proprjetajiet għal żmien qasir li telenka diversi fornituri tal-akkomodazzjoni (c) Ma kien meħtieġ l-ebda bbukkjar |
Triennali |
|
11a. |
[Għal vjaġġi biss b’akkomodazzjoni bbukkjata bl-Internet permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, operatur turistiku, portal jew aġenzija tal-kiri tal-vaganzi jew ta’ proprjetajiet għal żmien qasir; għal vjaġġi biss li l-mezz ewlieni tal-akkomodazzjoni tagħhom ikun “akkomodazzjoni mikrija: bħal dar, villa, appartament; kamra jew kmamar mikrijin f’residenza”] L-ibbukkjar tal-mezz ewlieni tal-akkomodazzjoni permezz ta’ sit web jew applikazzjoni bħal Airbnb, Booking.com, Expedia, Homeaway |
(a) Iva (b) Le |
Triennali |
|
12. |
L-ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar bl-Internet tal-mezz ewlieni tat-trasport |
(a) Iva (b) Le |
Triennali |
|
13. |
L-ibbukkjar tal-vjaġġ: il-mod tal-ibbukkjar għall-mezz ewlieni tat-trasport |
(a) Direttament mal-fornitur tat-trasport (b) Permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, operatur turistiku, portal (c) Ma kien meħtieġ l-ebda bbukkjar |
Triennali |
|
13a. |
[Fakultattiv] [Għal vjaġġi biss li t-trasport tagħhom hu bbukkjat bl-Internet permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar, operatur turistiku, portal] L-ibbukkjar tal-mezz ewlieni tat-trasport permezz ta’ sit web jew applikazzjoni bħal BlaBlaCar |
(a) Iva (b) Le |
Triennali |
|
14. |
L-ibbukkjar tal-vjaġġ: vjaġġ b’kollox inkluż |
(a) Iva (b) Le |
Triennali |
|
15. |
L-ibbukkjar tal-vjaġġ: ibbukkjar bl-Internet tal-pakkett |
(a) Iva (b) Le |
Triennali |
|
15a. |
In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq il-pakketti |
|
Annwali |
|
16. |
In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq it-trasport |
|
Annwali |
|
17. |
In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq l-akkomodazzjoni |
|
Annwali |
|
18. |
[fakultattiv] In-nefqa tat-turist individwali matul il-vjaġġ fuq ikel u xorb f’kafejiet u ristoranti |
|
Annwali |
|
19. |
Infiq ieħor tat-turist individwali matul il-vjaġġ; (19a) għandhom ikunu rrappurtati separatament: oġġetti dejjiema u ta’ oġġetti ta’ valur |
|
Annwali |
|
20. |
Il-profil tal-viżitatur: is-sess, bl-użu tal-kategoriji li ġejjin |
(a) Maskili (b) Femminili |
Annwali |
|
21. |
Il-profil tal-viżitatur: l-età, fi snin magħluqa |
|
Annwali |
|
22. |
Il-profil tal-viżitatur: il-pajjiż ta’ residenza |
|
Annwali |
|
23. |
►M1 [fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: livell edukattiv li għandu jintlaħaq ◄ |
►M1
|
Annwali |
|
24. |
[fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: sitwazzjoni ta’ impjieg |
(a) Impjegat, (impjegat jew jaħdem għal rasu) (b) Qiegħed (c) Student/a (jew tifel/tifla tal-iskola) (d) Oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol |
Annwali |
|
25. |
[fakultattiv] Il-profil tal-viżitatur: dħul ta’ dawk kollha li joqogħdu fl-istess dar, fi kwartili |
|
Annwali |
B. Limitazzjoni tal-ambitu
L-ambitu ta’ osservazzjoni għandu jkun il-vjaġġi turistiċi kollha b’mill-inqas żjara ta’ lejl wieħed barra mill-ambjent tas-soltu mill-popolazzjoni residenti ta’ 15-il sena jew aktar u li jkunu ntemmu matul il-perjodu ta’ referenza. Id-data dwar il-popolazzjoni ta’ taħt il-15-il sena tista’ tiġi trasmessa separatament fuq bażi fakultattiva.
C. Perjodiċità
1. L-ewwel sena ta’ referenza għall-fatturi varjabbli trijennali u l-kategoriji mniżżla taħt it-titoli A(3), A(6), A(7) għandha tkun l-2013.
2. L-ewwel sena ta’ referenza għall-fatturi varjabbli trijennali u l-kategoriji mniżżla taħt it-titoli A(10) sa A(15) għandha tkun l-2014.
Taqsima 3
ŻJARAT TAL-ISTESS JUM
A. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi fuq bażi annwali (żjarat ’il barra tal-istess jum)
|
Fatturi varjabbli |
[fakultattiv] Analiżijiet |
[fakultattiv] Analiżijiet soċjodemografiċi |
|
1. In-numru ta’ żjarat ‘il barra tal-istess jum għal għanijiet personali 2. In-numru ta’ żjarat ‘il barra tal-istess jum għal għanijiet personali |
(a) skont il-pajjiż tad-destinazzjoni |
1. Sess: |
|
3. In-nefqa għaż-żjarat ‘il barra tal-istess jum għal raġunijiet privati 4. In-nefqa għaż-żjarat ‘il barra tal-istess jum għal raġunijiet professjonali |
(a) skont il-pajjiż tad-destinazzjoni (b) skont il-kategorija ta’ nefqa: trasport, xiri, ristoranti/kafejiet, oħra |
B. Fatturi varjabbli u analiżijiet li għandhom jiġu trażmessi fuq bażi trijennali (żjarat domestiċi tal-istess jum)
|
Fatturi varjabbli |
[fakultattiv] Analiżijiet |
[fakultattiv] Analiżijiet soċjodemografiċi |
|
1. In-numru ta’ żjarat domestiċi tal-istess jum għal għanijiet personali 2. In-numru ta’ żjarat domestiċi tal-istess jum għal raġunijiet professjonali |
|
1. Sess |
|
3. In-nefqa għaż-żjarat domestiċi tal-istess jum għal għanijiet personali 4. In-nefqa għaż-żjarat domestiċi tal-istess jum għal raġunijiet professjonali |
(a) skont il-kategorija ta’ nefqa: trasport, xiri, ristoranti/kafejiet, oħra |
C. Il-klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-analiżijiet soċjodemografiċi
Il-klassifikazzjonijiet li għandhom jiġu applikati għall-analiżijiet soċjodemografiċi huma dawk imniżżla fit-Titolu C tat-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness.
D. Limitazzjoni tal-ambitu
L-ambitu ta’ osservazzjoni għandu jkun iż-żjarat kollha tal-istess jum barra mill-ambjent tas-soltu mill-popolazzjoni residenti ta’ 15-il sena jew aktar. Id-data dwar il-popolazzjoni taħt il-15-il sena tista’ tiġi trażmessa separatament jew fuq bażi fakultattiva.
E. Perjodiċità u perjodi tal-ewwel referenza
1. Il-karatteristiki taż-żjarat tal-istess jum imniżżla taħt it-titolu A għandhom jiġu trażmessi kull sena, b’rappurtar separat tal-erba’ kwarti tas-sena kalendarja ta’ qabel. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2014.
2. Il-karatteristiki taż-żjarat tal-istess jum imniżżla taħt it-titolu B għandhom jiġu trażmessi kull tliet snin, b’rappurtar separat tal-erba’ kwarti tas-sena kalendarja ta’ qabel. L-ewwel perjodu ta’ referenza għandu jibda fl-1 ta’ Jannar 2015. Għall-ewwel perjodu ta’ referenza biss, it-trażmissjoni għandha tkun 693 fakultattiva.
( 1 ) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
( 2 ) ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.
( 3 ) ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1.