<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑72/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0072</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:712">EU:C:2013:712</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20131107">7.11.2013</DATE> — KAWŻA C‑72/12</P><P>GEMEINDE ALTRIP <HT TYPE="ITALIC">ET</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20131107">7 ta’ Novembru 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 85/337/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni ta’ Aarhus</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/35/KE</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal azzjoni kontra deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni ratione temporis</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni mibdija qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/35/KE</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni meħuda wara din id-data</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà tar-rikors</KEYWORD><KEYWORD>Ksur ta’ dritt</KEYWORD><KEYWORD>Natura tad-difett proċedurali li jista’ jiġi invokat</KEYWORD><KEYWORD>Portata tal-istħarriġ</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑72/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120110">10 ta’ Jannar 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20120213">13 ta’ Frar 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Gemeinde Altrip,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gebrüder Hört GbR,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Willi Schneider</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Land Rheinland-Pfalz,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, J. L. da Cruz Vilaça, G. Arestis, J.‑C. Bonichot (Relatur) u A. Arabadjiev, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20130116">16 ta’ Jannar 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Gemeinde Altrip, Gebrüder Hört GbR u W. Schneider, minn S. Lesch, F. Heß, W. Baumann u C. Heitsch, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal-Land Rheinland-Pfalz, minn M. Schanzenbächer, H. Seiberth u U. Klein, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u A. Wiedmann, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Irlanda, minn E. Creedon, bħala aġent, assistita minn G. Gilmore, BL,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn P. Oliver u G. Wilms, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20130620">20 ta’ Ġunju 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20030526">26 ta’ Mejju 2003</DATE>, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja [aċċess ġudizzjarju] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 466), kif ukoll l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10a tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima [evalwazzjoni] tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248), kif emendata bid-Direttiva 2003/35 (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva 85/337<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn il-Gemeinde Altrip (komun ta’ Altrip, fil-Land ta’ Rheinland-Pfalz), il-kumpannija rregolata mid-dritt ċivili Gebrüder Hört GbR u W. Schneider (iktar ’il quddiem, flimkien, ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>rikorrenti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Land ta’ Rheinland‑Pfalz (ir-reġjun ta’ Rheinland‑Pfalz) dwar deċiżjoni li tapprova pjan ta’ kostruzzjoni ta’ baċir għall-ilma tal-għargħar f’żona tax-xmara Rhein fejn minn dejjem kien jogħla l-livell tal-ilma u li hija ikbar minn 320 ettaru.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja [aċċess ġudizzjarju] fi kwistjonijiet ambjentali, tal-<DATE ISO="19980625">25 ta’ Ġunju 1998</DATE>, approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-<DATE ISO="20050217">17 ta’ Frar 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="17" NO.OJ="164M" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 164M, p. 17</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Konvenzjoni ta’ Aarhus<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), tipprovdi fl-Artikolu 9 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kull parti għandha tiżgura li, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha, il-membri tal-pubbliku kkonċernat</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li għandhom interess suffiċjenti jew, inkella</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li jinvokaw ksur ta’ dritt, meta l-kodiċi ta’ proċedura amministrattiva ta’ parti teħtieġ dan bħala rekwiżit,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>ikunu jistgħu jressqu kawża quddiem qorti tal-liġi u/jew proċedura ta’ reviżjoni quddiem xi korp indipendenti u imparzjali ieħor stabbilit bil-liġi sabiex jikkontestaw il-legalità, sostantiva u proċedurali ta’ kwalunkwe deċiżjoni, att jew ommissjoni li jaqgħu taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 u, fejn ikun hekk previst skont id-dritt nazzjonali u bla ħsara għall-paragrafu 3 iktar ’il quddiem, ta’ dispożizzjonijiet rilevanti oħra ta’ din il-konvenzjoni.</P></ALINEA><ALINEA>Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u ksur ta’ dritt għandu jiġi ddeterminat skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali u f’konformità mal-għan li l-pubbliku kkonċernat jingħata aċċess ġudizzjarju wiesa’ fil-kuntest ta’ din il-konvenzjoni. Għal dan il-għan, l-interess ta’ kull organizzazzjoni mhux governattiva li tissodisfa r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 2(5) għandu jitqies suffiċjenti għall-għanijiet tas-subparagrafu (a) iktar ’il fuq. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li jistgħu jinkisru skont l-għanijiet tas-subparagrafu (b) iktar ’il fuq.</ALINEA><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx jeskludu l-possibbiltà li titressaq proċedura ta’ reviżjoni preliminari quddiem awtorità amministrattiva u ma għandhomx jeludu l-obbligu li jiġu eżawriti r-rimedji amministrattivi qabel ma jingħata bidu għal proċedura ġudizzjarja, meta dan l-obbligu jkun previst fid-dritt nazzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Barra minn hekk, u bla ħsara għall-proċeduri ta’ stħarriġ imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 iktar ’il fuq, kull Parti għandha tiżgura li, meta jkunu sodisfatti l-kriterji stabbiliti fid-dritt nazzjonali tagħha, jekk ikun hemm tali kriterji, il-membri tal-pubbliku jkollhom aċċess għall-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji biex jikkontestaw atti u ommissjonijiet ta’ individwi privati jew ta’ awtoritajiet pubbliċi li jiksru xi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali tagħha dwar l-ambjent.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2003/35</P></TI></TITLE><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/35 huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-mira ta’ din id-Direttiva hija li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-obbligi li joħorġu mill-Konvenzjoni ta’ Århus, b’mod partikolari billi:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ittejjeb il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u tipprovdi dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-ġustizzja [aċċess ġudizzjarju] ġewwa d-Direttivi tal-Kunsill [85/337] u 96/61/KE.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2003/35 jipprovdi għall-inklużjoni ta’ Artikolu 10a fid-Direttiva 85/337.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/35/KE jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE>. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 85/337</P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 għalhekk huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi, skond is-sistema legali nazzjonali rilevanti, il-membri tal-pubbliku interessat [ikkonċernat]:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li jkollhom interess biżżejjed, jew alternattivament,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li jżommu [jinvokaw] l-indebboliment [ksur] ta’ dritt, meta l-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru teħtieġ dan bħala pre-kondizzjoni,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>ikollhom aċċess għal rivista [jistgħu jressqu kawża] quddiem qorti tal-ġustizzja jew [jistgħu jressqu proċedura ta’ reviżjoni quddiem] korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi għalbiex jisfida [jikkontestaw] l-legalità sostanzjali jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.</P></ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu rrikużati [ikkontestati] d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet.</ALINEA><ALINEA>Dak li jikkostiwixxi interess suffiċjenti u l-indebboliment [ksur] ta’ dritt għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-mira li jingħata aċċess għall-ġustizzja [aċċess ġudizzjarju wiesa’] lill-pubbliku interessat [ikkonċernat]. […]</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-VwGO</P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 61 tal-Liġi dwar il-Qorti Amministrattiva (Verwaltungsgerichtsordnung, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>VwGO<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> biex ikunu partijiet għall-proċedura:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>il-persuni fiżiċi u ġuridiċi,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>il-gruppi, sa fejn huma jista’ jkollhom dritt jagħmlu dan,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-UVPG</P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 2(1) tal-Liġi dwar l-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent (Gesetz über die Umweltverträglichkeitsprüfung, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>UVPG<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>) tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>L-evalwazzjoni ambjentali tagħmel parti integrali mill-proċeduri deċiżjonali amministrattivi li jikkontribwixxu għat-teħid tad-deċiżjoni dwar il-legalità tal-proġetti.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(3) tal-UVPG <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[hija deċiżjoni] fi ħdan it-tifsira tal-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 […] id-deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ pjan<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>L-UmwRG</P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Liġi dwar dispożizzjonijiet supplimentari fir-rigward tal-kawżi fi kwistjonijiet ambjentali previsti mid-Direttiva 2003/35/KE (Gesetz über ergänzende Vorschriften zu Rechtsbehelfen in Umweltangelegenheiten nach der EG-Richtlinie 2003/35/EG, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>UmwRG<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) tittrasponi l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1) tal-UmwRG tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Din il-liġi għandha tapplika għall-kawżi mressqa kontra</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>id-deċiżjonijiet fis-sens tal-Artikolu 2(3) tal-[UVPG], fir-rigward tal-legalità tal-proġetti fejn,</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>abbażi tal-[UVPG]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>jista’ jkun hemm obbligu biex titwettaq evalwazzjoni ambjentali.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 4(1) tal-UmwRG tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Tista’ ssir talba għall-annullament ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-legalità ta’ proġett, fis-sens tal-punt 1 tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1) iktar ’il fuq meta</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>evalwazzjoni ambjentali jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>eżami preliminari każ b’każ tal-ħtieġa li titwettaq evalwazzjoni ambjentali</TXT></NP></ITEM></LIST><P>meħtieġa abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-[UVPG] […], ma tkunx saret u li din l-omissjoni ma tkunx ġiet rettifikata iktar tard. […]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(3) tal-UmwRG għalhekk huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Il-paragrafi 1 u 2 ta’ iktar ’il fuq huma applikabbli <HT TYPE="ITALIC">per analogiam</HT> għall-kawżi tal-partijiet fis-sens tal-Artikolu 61(1) u (2) tal-[VwGO].<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tal-UmwRG fih dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Din il-liġi tkun applikabbli għall-proċeduri fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 1(1), li jkunu nbdew jew li kellhom jibdew wara l-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE>. […]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li huma kollha kkonċernati mill-proġett billi sidien jew operaturi tal-artijiet li jinsabu fil-parti li tagħti aċċess għall-proġett inkwistjoni, ressqu quddiem il-Verwaltungsgericht (Qorti Amministrattiva) rikors għal annullament dirett kontra d-deċiżjoni tal-awtorità reġjonali li approvat pjan għall-kostruzzjoni ta’ dan il-proġett. Huma kkontestaw din id-deċiżjoni, billi sostnew li l-evalwazzjoni ambjentali li seħħet qabel kienet insuffiċjenti. Wara li r-rikors tagħhom ġie miċħud, huma appellaw quddiem l-Oberverwaltungsgericht Rheinland-Pfalz (il-Qorti Amministrattiva Superjuri ta’ Rheinland-Pfalz).</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Din il-qorti ċaħdet l-appell billi b’mod partikolari kkunsidrat li r-rikorrenti ma kellhomx dritt għal azzjoni billi skont l-Artikolu 5(1) tal-UmwRG huma ma jistgħux jinvokaw irregolaritajiet li jaffettwaw l-evalwazzjoni ambjentali fi proċedura amministrattiva mibdija qabel il-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE>. F’kull każ, l-Oberverwaltungsgericht esprimiet dubji dwar l-ammissibbiltà tar-rikors minħabba li l-Artikolu 4(3) tal-UmwRG, jipprovdi rimedju biss fil-każ ta’ ommissjoni pura u sempliċi ta’ evalwazzjoni ambjentali u għalhekk ma japplikax f’każijiet ta’ sempliċi irregolarità tal-evalwazzjoni ambjentali.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw appell ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> quddiem il-Bundesverwaltungsgericht (Qorti Amministrattiva Federali). Il-qorti tistaqsi jekk l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tal-UmwRG, sa fejn din teskludi l-applikazzjoni tal-UmwRG għall-proċeduri amministrattivi mibdija qabel il-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE>, anki meta d-deċiżjonijiet li jirriżultaw minn tali proċeduri ġew adottati, bħal f’din il-kawża, wara dik id-data, hija konformi mad-Direttiva 2003/35 peress li din iżżomm din id-data tal-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE>, skont l-Artikolu 6 tagħha, bħala biss id-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk l-Artikolu 4(3) tal-UmwRG, li jillimita d-dritt għal azzjoni għall-każ fejn l-evalwazzjoni ambjentali kienet purament u sempliċement tħalliet barra, jittrasponi korrettament l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 li jeħtieġ dritt għal azzjoni li jippermetti li tiġi kkontestata l-legalità tad-deċiżjonijiet ivvizzjati b’difetti proċedurali. Hija, fl-aħħar nett, tistaqsi jekk hijiex kompatibbli ma’ dan id-dritt ġurisprudenza nazzjonali stabbilita li tgħid li persuna kkonċernata minn proġett suġġett għal evalwazzjoni ambjentali tista’ tkun biss leża fid-drittijiet tagħha meta d-difett proċedurali jkollu rabta kawżali bir-riżultat finali tal-approvazzjoni tal-pjan li taffettwaha negattivament.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Bundesverwaltungsgericht iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/35/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri kellhom l-obbligu li jipprovdu li d-dispożizzjonijiet tad-dritt intern adottati għall-finijiet tat-traspożizzjoni tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE japplikaw ukoll għall-proċeduri amministrattivi ta’ awtorizzazzjoni mibdjia qabel il-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE> li madankollu wasslu għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni biss wara din id-data?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din l-ewwel domanda:</TXT><P>L-Artikolu 10a tad-Direttiva [85/337/KEE], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri kellhom l-obbligu li jestendu l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-dritt intern adottati għall-finijiet tat-traspożizzjoni ta’ din l-istess dispożizzjoni u li jirrigwardaw il-kontestazzjoni tal-legalità ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-proċedura fil-każ ta’ evalwazzjoni ambjentali li tkun saret u li madankollu tkun irregolari?</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din it-tieni domanda:</TXT><P>L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337/KEE għandu, fil-każijiet fejn id-dritt amministrattiv proċedurali ta’ Stat Membru jistipula, kif permess mill-Artikolu [10a(1)(b)] ta’ din l-istess direttiva, il-prinċipju li l-membri tal-pubbliku kkonċernat jistgħu jaġixxu b’azzjoni quddiem korp ġudizzjarju biss sabiex jiġi ddikjarat ksur ta’ dritt, jiġi interpretat fis-sens,</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>li azzjoni ġudizzjarja li tikkontesta l-legalità, fir-rigward tal-proċedura, ta’ deċiżjonijiet li għalihom huma applikabbli d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku, tista’ tirnexxi u twassal għall-annullament tad-deċiżjoni biss meta jkun konkretament prevedibbli, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ inkwistjoni, li d-deċiżjoni kkontestata kienet tkun differenti mingħajr id-difett proċedurali, u li dan id-difett proċedurali jaffettwa wkoll pożizzjoni ġuridika materjali tar-rikorrent, jew</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li, fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja li tikkontesta l-legalità, fir-rigward tal-proċedura, ta’ deċiżjonijiet li għalihom huma applikabbli d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni tal-pubbliku, id-difetti proċedurali għandhom jistgħu jwasslu għall-annullament fuq skala ikbar?</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>Fil-każ li għal din id-domanda għandha tingħata risposta fis-sens propost taħt il-paragrafu b):</P><P>Liema kundizzjonijiet sostantivi għandhom jissodisfaw id-difetti proċedurali sabiex ikunu jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni favur rikorrent fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja li tikkontesta l-legalità ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-proċedura?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, billi tipprevedi li għandha tiġi trasposta sal-iktar tard fil-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE>, id-Direttiva 2003/35, li żiedet l-Artikolu 10a għad-Direttiva 85/337, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati għall-finijiet tat-traspożizzjoni ta’ din l-aħħar dispożizzjoni għandhom jiġu applikati wkoll għall-proċeduri amministrattivi ta’ awtorizzazzjoni qabel il-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE> meta dawn ikunu rriżultaw fil-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni wara din id-data.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Għandu jiġi mfakkar li, bħala prinċipju, dispożizzjoni legali ġdida tapplika sa mid-dħul fis-seħħ tal-att li joħloqha. Jekk hija ma tapplikax għas‑sitwazzjonijiet ġuridiċi maħluqa u miksuba b’mod definittiv taħt is-sistema legali preċedenti, hija tapplika għall-effetti futuri tagħhom, kif ukoll għas‑sitwazzjonijiet ġuridiċi ġodda (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<DATE ISO="20100706">6 ta’ Lulju 2010</DATE>, Monsanto Technology, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-428/08" PAGE.ECR="I-6765" YEAR="2010">C-428/08, Ġabra p. I-6765</REF.DOC.ECR>, punt 66). Dan ikun differenti, u suġġett għall-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività tal-atti ġuridiċi, jekk ir-regola l-ġdida jkollha magħha dispożizzjonijiet speċifiċi li jiddeterminaw, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tagħha (sentenza tas-<DATE ISO="20101216">16 ta’ Diċembru 2010</DATE>, Stichting Natuur en Milieu <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-266/09" PAGE.ECR="I-13119" YEAR="2010">C-266/09, Ġabra p. I-13119</REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/35 ma fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika dwar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-Artikolu 10a l-ġdid tad-Direttiva 85/337.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu wkoll jitfakkar li skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/35, l-Istati Membri kellhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-direttiva mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE>. Fost il-miżuri li għalhekk għandhom jiġu trasposti f’dik id-data hemm l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 li estenda d-dritt għal azzjoni tal-membri tal-pubbliku kkonċernat mid-deċiżjonijiet, mill-atti jew mill-ommissjonijiet imsemmija minn din id-direttiva dwar l-evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-prinċipju li l-proġetti li jista’ jkollhom effetti kunsiderevoli fuq l-ambjent ikunu suġġetti għal evalwazzjoni ambjentali ma huwiex applikabbli fil-każijiet fejn id-data tat-tressiq formali tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ proġett ikunu qabel id-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva 85/337 (sentenzi tal-<DATE ISO="19950811">11 ta’ Awwissu 1995</DATE>, Il‑Kummissjoni vs Il‑Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-431/92" PAGE.ECR="I-2189" YEAR="1995">C-431/92, Ġabra p. I-2189</REF.DOC.ECR>, punti 29 u 32; tat-<DATE ISO="19980618">18 ta’ Ġunju 1998</DATE>, Gedeputeerde Staten van Noord‑Holland, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-81/96" PAGE.ECR="I-3923" YEAR="1998">C-81/96, Ġabra p. I-3923</REF.DOC.ECR>, punt 23, kif ukoll tal-<DATE ISO="20130115">15 ta’ Jannar 2013</DATE>, Križan <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑416/10, punt 94).</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, din id-direttiva hija intiża l-iktar għal proġetti ta’ skala ċerta, fejn it-twettiq tagħhom ta’ spiss jeħtieġ perijodu twil ta’ żmien. B’hekk, ma jkunx opportun li proċeduri diġà kumplessi fuq livell nazzjonali, jiġu mtaqqla u mdewma mill-fatt tar-rekwiżiti speċifiċi imposti minn din id-direttiva, u li sitwazzjonijiet diġà stabbiliti jiġu affettwati (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Gedeputeerde Staten van Noord-Holland, punt 24 kif ukoll Križan <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 95).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-Artikolu 10a tal-istess direttiva ma jistgħux jitqiesu bħala li jtaqqlu u jdewmu, bħala tali, il-proċeduri amministrattivi, bħall-istess issuġġettar tal-proġetti għal evalwazzjoni ambjentali. Fil-fatt, hekk kif qies l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma toħloq l-ebda rekwiżit ġdid ta’ din in-natura iżda għandha l-għan li ttejjeb l-aċċess għal proċedura għat-tressiq ta’ kawża. Barra minn hekk, jekk l-estensjoni tad-dritt għal azzjoni miftuħ għall-pubbliku kkonċernat kontra l-atti jew l-ommissjonijiet relatati ma tali proġetti huwa suxxettibbli li jesponi lil dawn għar-riskju ta’ proċeduri kontenzjużi, tali żieda ta’ riskju eżistenti ma jistax jitqies li huwa jolqot sitwazzjoni diġà fformata.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Jekk ma jistax jiġi eskluż li din l-estensjoni madankollu għandha l-effett, fil-prattika, li tittardja l-proġetti kkonċernati, żvantaġġ ta’ din in-natura huwa inerenti mal-istħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet, tal-atti jew tal-ommissjonijiet suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 85/337 li l-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea, b’mod konformi mal-għanijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, ried jassoċja lill-membri tal-pubbliku kkonċernat li jkollhom interess ġuridiku biżżejjed jew li jallegaw ksur ta’ dritt, sabiex jikkontribwixxu għall-preżervazzjoni, għall-protezzjoni u għat-titjib tal-kwalità tal-ambjent u għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Minħabba f’dawn l-għanijiet, l-iżvantaġġ imsemmi fil-punt preċedenti ma jiġġustifikax li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/35 huma mċaħħda mill-effettività tagħhom fuq is-sitwazzjonijiet attwali fid-data li fiha kellha tiġi trasposta meta dawn ikunu rriżultaw fil-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni wara din id-data.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, bis-saħħa tal-awtonomija proċedurali tagħhom u bla ħsara għall-osservanza tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, għalkemm l-Istati Membri għandhom marġni ta’ flessibbiltà fl-implementazzjoni tal-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 (sentenza tas-<DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, Solvay <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑182/10, punt 47), dawn ma jistgħux għalhekk jirriżervaw l-applikazzjoni biss għall-proċeduri amministrattivi ta’ awtorizzazzjoni mibdija wara l-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Jirriżulta mill-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq li hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li, billi tipprovdi li din għandha tiġi trasposta sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE>, id-Direttiva 2003/35, li żiedet l-Artikolu 10a għad-Direttiva 85/337, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati għat-traspożizzjoni ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-proċeduri amministrattivi ta’ awtorizzazzjoni mibdija qabel il-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE>, anki jekk dawn wasslu għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni wara din id-data.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta għall-ewwel domanda, huwa neċessarju li tiġi eżaminata t-tieni domanda, li permezz tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-Istati Membri jillimitaw l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet ta’ traspożizzjoni ta’ dan l-artikolu biss għall-każ fejn il-legalità ta’ deċiżjoni hija kkontestata fuq il-bażi li l-evalwazzjoni ambjentali tħalliet barra, mingħajr ma jestendiha għall-każ fejn tali evalwazzjoni twettqet iżda hija irregolari.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà tat-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>L-Irlanda ssostni li din il-kwistjoni hija inammissibbli minħabba n-natura ipotetika tal-problema mqajma, u li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tippreċiża l-irregolaritajiet fl-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent li huma inkwistjoni f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif qies l-Avukat Ġenerali fil-punt 45 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-dritt nazzjonali inkwistjoni ma jirrikonoxxi, skont il-qorti tar-rinviju, l-ebda dritt għall-annullament ta’ deċiżjoni bħal dak imsemmi mid-Direttiva 85/337, irrispettivament mid-difett proċedurali invokat, għalhekk twettqet evalwazzjoni tal-effett fuq l-ambjent. Madankollu, il-qorti tar-rinviju ssostni li jekk l-interpretazzjoni tal-Artikolu 10a ta’ din id-direttiva kienet fis-sens li difetti proċedurali jistgħu jiġu kkontrollati fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ din id-direttiva, hija għandha tħassar is-sentenza tal-qorti tal-appell u tirrinvija l-eżami tal-kawża prinċipali peress li l-appellanti fil-kawża prinċipali jsostnu preċiżament li tali difetti jivvizzjaw il-proċedura amministrattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalhekk għandu jiġi kkonstatat li r-risposta għat-tieni domanda hija utli għas-soluzzjoni tal-kawża quddiem il-qorti tar-rinviju u li, konsegwentement, din id-domanda hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Billi l-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 85/337 jipprevedi li d-deċiżjonijiet, l-atti u l-ommissjonijiet previsti fl-imsemmi artikolu għandhom ikunu jistgħu jiġu ssuġġettati għal azzjoni ġudizzjarji sabiex tiġi kkontestata l-legalità tagħhom, fuq il-mertu jew fir-rigward tal-proċedura, dan bl-ebda mod ma jillimita l-motivi li jistgħu jiġu invokati insostenn ta’ tali rikors (sentenza tat-<DATE ISO="20110512">12 ta’ Mejju 2011</DATE>, Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein‑Westfalen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-115/09" PAGE.ECR="I-3673" YEAR="2011">C-115/09, Ġabra p. I-3673</REF.DOC.ECR>, punt 37).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ traspożizzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ma humiex intiżi sabiex jillimitaw l-applikabbiltà tagħhom fil-każ biss fejn il-kontestazzjoni tal-legalità tagħha tistrieħ fuq il-motiv li jirriżulta mill-ommissjoni ta’ evalwazzjoni tal-effett fuq l-ambjent. Li teskludi din l-applikabbiltà fil-każ fejn, wara li tkun saret evalwazzjoni tal-effett fuq l-ambjent li tkun ivvizzjata b’difett, anki gravi, iċċaħħad id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 85/337 dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku mill-effettività essenzjali tagħhom. Tali esklużjoni għalhekk tkun kuntrarja għall-għan li jiġi żgurat aċċess wiesa’ għall-qrati kif imsemmi fl-Artikolu 10a ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li r-risposta għat-tieni domanda tkun li l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-Istati Membri jillimitaw l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet ta’ traspożizzjoni ta’ dan l-artikolu biss għall-każ fejn il-legalità ta’ deċiżjoni hija kkontestata minħabba li l-evalwazzjoni ambjentali tħalliet barra, mingħajr ma jestendiha għall-każ fejn tali evalwazzjoni twettqet iżda hija irregolari.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta għat-tieni domanda, huwa neċessarju li tiġi eżaminata t-tielet domanda, li permezz tagħha l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ammissibbiltà ta’ rikors għal kundizzjonijiet kumulattivi billi l-applikant, sabiex jistabbilixxi l-ksur ta’ dritt fis-sens ta’ dan l-artikolu, jiġġustifika li d-difett proċedurali li jibbaża fuqu huwa tali li huwa possibbli, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża, li d-deċiżjoni kkontestata kienet tkun differenti jekk dan il-vizzju ma kienx jeżisti u li l-pożizzjoni ġuridika materjali tkun effettwata.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq l-ammissibbiltà tat-tielet domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Għall-istess raġuni bħal dik esposta fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, l-Irlanda ssostni li t-tielet domanda tippreżenta natura ipotetika u għalhekk ma hijiex ammissibbli.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Madankollu, jirriżulta mill-preċiżazzjonijiet ipprovduti mill-Bundesverwaltungsgericht li jekk tirreferi l-kawża lill-qorti nazzjonali ta’ appell, din għandha tindika, b’mod vinkolanti, jekk ser iżżomm jew le l-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà ta’ rikors kif invokati fit-tielet domanda. Għalhekk, ir-risposta li ser tingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja, li ser taffettwa l-eżitu tal-kawża quddiem il-qorti tar-rinviju, hija ta’ natura utli. Għalhekk din il-kwistjoni hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq il-mertu</P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda dwar jekk il-kriterji kumulattivi ta’ ammissibbiltà tar-rikorsi kif applikati mill-ġurisprudenza nazzjonali jibqgħu konsistenti mar-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, għandu jitfakkar li dawn jipprevedu żewġ każijiet, fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ din l-ammissibbiltà, dawn jistgħu jiġu suġġetti għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>interess ġuridiku biżżejjed<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jew li r-rikorrenti jsostni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>ksur ta’ dritt<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> skont jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali tirreferix għall-kundizzjoni waħda jew l-oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein-Westfalen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 85/337 tippreċiża barra minn hekk li l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw dak li jikkostitwixxi ksur ta’ dritt, b’mod konformi mal-għan li jipprevedi li jagħti lill-pubbliku kkonċernat aċċess wiesa’ għall-ġustizzja (sentenza Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein‑Westfalen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 39).</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalhekk huwa fir-rigward ta’ dan il-għan li għandha titqies il-konformità mad-dritt tal-Unjoni tal-kriterji invokati mill-qorti tar-rinviju u li jippermettu li jiddeterminaw, skont id-dritt nazzjonali inkwistjoni, il-ksur ta’ dritt meħtieġ bħala kundizzjoni għall-ammissibbiltà tar-rikorsi.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, fl-assenza ta’ regoli fissi f’dan il-qasam mid-dritt tal-Unjoni, huwa għal kull Stat Membru li jirregola, fis-sistema legali tiegħu, ir-regoli proċedurali għar-rikorsi li jiżguraw salvagwardja tad-drittijiet li l-individwi għandhom taħt id-dritt tal-Unjoni, dawn it-termini, hekk kif ġie mfakkar fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, ma għandhomx, skont il-prinċipju ta’ ekwivalenza, ikunu inqas favorevoli minn dawk li jirregolaw rikorsi nazzjonali simili u ma għandhomx skont il-prinċipju ta’ effettività, jirrendu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni (sentenza Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein-Westfalen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Għalhekk, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw, meta s-sistema legali tagħhom tkun tali, kif huwa f’dan il-każ, liema huma d-drittijiet li l-ksur tagħhom jista’ jagħti lok għal rikors fil-qasam tal-ambjent, fil-limiti imposti mill-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, u l-kriterji li jiffissaw għal dan il-għan ma jistgħux jirrendu prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija minn din id-direttiva intiżi li jagħtu lill-pubbliku kkonċernat aċċess wiesa’ għall-ġustizzja, sabiex jikkontribwixxu għall-preżervazzjoni, għall-protezzjoni u għat-titjib tal-kwalità tal-ambjent u għall-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem.</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-każ, u fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-kriterju tar-rabta kawżali li għandu jkun hemm bejn id-difett proċedurali invokat u s-sens tad-deċiżjoni finali kkontestata (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>kriterju ta’ kawżalità<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), għandu jiġi osservat li, billi l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-pubbliku kkonċernat jistgħu jressqu rikors sabiex jikkontestaw il-legalità, fuq il-mertu jew il-proċedura, tad-deċiżjonijiet, tal-atti jew tal-ommissjonijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 85/337, il-leġiżlatur tal-Unjoni, hekk kif ġie mfakkar fil-punt 36 ta’ din is-sentenza, bl-ebda mod ma qiegħed xi<?PAGE NO="11"?> limitu fuq il-motivi li jistgħu jiġu invokati insostenn ta’ rikors. F’kull każ, huwa ma kellux l-intenzjoni li jorbot il- possibbiltà li jiġi invokat difett proċedurali għall-kundizzjoni li dan kellu effett fuq is-sens tad-deċiżjoni finali kkontestata.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li din id-direttiva għandha, b’mod partikolari, l-għan li jiġu ffissati garanziji proċedurali li, b’mod partikolari, jippermettu informazzjoni aħjar u parteċipazzjoni mill-pubbliku fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ta’ proġetti pubbliċi u privati li x’aktarx għandhom effett sinjifikattiv fuq dan l-ambjent, il-konformità mar-regoli tal-proċedura f’dan il-qasam huma ta’ importanza partikolari. B’mod konformi mal-għan intiż li jagħti aċċess wiesa’ għall-ġustizzja, il-pubbliku kkonċernat għandu għalhekk ikun kapaċi, bħala prinċipju, jinvoka kull difett proċedurali insostenn ta’ rikors li jikkontesta l-legalità ta’ deċiżjonijiet taħt din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Madankollu, ma jistax jiġi kkontestat li kull difett proċedurali mhux neċessarjament iwassal għal konsegwenzi li jistgħu jaffettwaw is-sens ta’ tali deċiżjoni u li, konsegwentement, ma jistax f’dan il-każ jitqies li huwa jaffettwa b’mod ħażin id-drittijiet ta’ min jinvokah. F’tali każ, ma jidhirx li l-għan tad-Direttiva 85/337 intiża li tagħti l-pubbliku kkonċernat aċċess wiesa’ għall-ġustizzja, tiġi ppreġudikata jekk il-liġi ta’ Stat Membru tikkunsidra li rikorrent li jinvoka difett ta’ din in-natura għandu jitqies li ma nkisrux id-drittijiet tiegħu u għaldaqstant, li ma huwiex ammissibbli sabiex jikkontesta tali deċiżjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 10a ta’ din id-direttiva jagħti lill-Istati Membri marġni sostanzjali ta’ manuvra sabiex jiddeterminaw dak li jkun jikkostitwixxi ksur ta’ dritt (ara f’dan is-sens, is-sentenza Bund für Umwelt und Naturschutz Deutschland, Landesverband Nordrhein‑Westfalen, iċċitata iktar ’il fuq, punt 55).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jista’ jiġi aċċettat li d-dritt nazzjonali ma jirrikonoxxix il-ksur ta’ dritt fis-sens tal-Artikolu 10a(b) ta’ din id-direttiva jekk jiġi stabbilit li huwa possibbli, skont iċ-ċirkustanzi tal-kawża, li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx differenti mingħajr id-difett proċedurali invokat.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda d-dritt nazzjonali applikabbli fil-kawża prinċipali, madankollu jidher li ġeneralment huwa l-applikant, li sabiex jiġi stabbilit ksur ta’ liġi, għandu jiġġustifika ċ-ċirkustanzi tal-kawża li jagħmluha possibbli li d-deċiżjoni kkontestata kienet tkun differenti mingħajr id-difett proċedurali invokat. Madankollu, din id-devoluzzjoni tal-oneru tal-prova fuq l-applikant, għall-implementazzjoni ta’ kriterju ta’ kawżalità, huwa ta’ natura li jagħmel eċċessivament diffiċli l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija lilu mid-Direttiva 85/337, partikolarment minħabba il-kumplessità tal-proċeduri inkwistjoni jew tal-element tekniku tal-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rekwiżiti l-ġodda kif ukoll il-kwistjonijiet li jirriżultaw mill-Artikolu 10a ta’ din id-direttiva jimplikaw li l-ksur ta’ dritt ma jistax jiġi eskluż ħlief jekk, fid-dawl tal-kawżalità, il-qorti jew il-korp previst taħt dan l-artikolu huma f’pożizzjoni li jikkunsidraw, mingħajr ma bl-ebda mod ma jtaqqlu l-oneru tal-prova f’dan ir-rigward fuq l-applikant, iżda fid-dawl skont il-każ tal-provi prodotti mill-iżviluppatur tal-proġett jew mill-awtoritajiet kontraenti, u b’mod iktar ġenerali mill-atti kollha tal-proċess sottomessi lilhom, li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx differenti mingħajr id-difett proċedurali invokat mill-applikant.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>F’din l-evalwazzjoni, huwa għall-qorti jew għall-korp ikkonċernat li jieħdu kont, b’mod partikolari, tal-grad ta’ serjetà tad-difett invokat u li jivverifikaw, b’mod partikolari, għal dan il-għan, jekk dan ċaħħadx lill-pubbliku kkonċernat minn garanzija prevista b’mod konformi mal-għanijiet tad-Direttiva 85/337, li tippermettilu aċċess għall-informazzjoni u jkun awtorizzat illi jipparteċipa fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kriterju li jirriżulta mill-ksur ta’ pożizzjoni ġuridika materjali tar-rikorrenti, għandu jiġi kkonstatat li l-qorti tar-rinviju stess ma ressqet l-ebda preċiżazzjoni oħra fuq l-elementi konstituttivi tiegħu u li l-ebda wieħed mill-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju ma jippermettu li jiġi ddeterminat jekk eżami ta’ dan il-kriterju jista’ jkun utli għas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok għall-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi f’dan l-istat dwar il-punt jekk id-dritt tal-Unjoni jipprekludix tali kriterju.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li r-risposta għat-tielet domanda tkun li l-Artikolu 10a(b) tad-Direttiva 85/337 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tirrikonoxxix il-ksur ta’ dritt fis-sens ta’ dan l-artikolu jekk jiġi stabbilit li huwa possibbli, skont iċ-ċirkustanzi tal-kawża, li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx differenti mingħajr id-difett proċedurali invokat mill-applikant. Għalhekk huwa biss jekk il-kundizzjoni li l-qorti jew il-korp adit bl-ebda mod ma jtaqqlu l-oneru tal-prova f’dan ir-rigward fuq l-applikant, u li jiddeċiedu skont il-każ fuq il-provi prodotti mill-iżviluppatur tal-proġett jew mill-awtoritajiet kontraenti, u b’mod iktar ġenerali mill-atti kollha tal-proċess sottomessi lilhom, waqt li b’mod partikolari jikkunsidraw il-grad ta’ serjetà tad-difett invokat u li jivverifikaw, b’mod partikolari, għal dan il-għan, jekk dan ċaħħadx lill-pubbliku kkonċernat minn garanzija prevista b’mod konformi mal-għanijiet tad-Direttiva 85/337, li tippermettilu aċċess għall-informazzjoni u jkun awtorizzat illi jipparteċipa fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Billi tipprovdi li din għandha tiġi trasposta sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE>, id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20030526">26 ta’ Mejju 2003</DATE>, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu mal-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE, li żiedet l-Artikolu 10a għad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-<DATE ISO="19850627">27 ta’ Ġunju 1985</DATE>, dwar l-istima [evalwazzjoni] tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, għandha tiġi interpretata fis-sens li d-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati għat-traspożizzjoni ta’ dan l-artikolu għandhom japplikaw ukoll għall-proċeduri amministrattivi ta’ awtorizzazzjoni mibdija qabel il-<DATE ISO="20050625">25 ta’ Ġunju 2005</DATE>, anki jekk dawn wasslu għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni wara din id-data.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 10a tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-Istati Membri jillimitaw l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet ta’ traspożizzjoni ta’ dan l-artikolu għall-każ fejn il-legalità ta’ deċiżjoni hija kkontestata minħabba li l-evalwazzjoni ambjentali tħalliet barra, mingħajr ma jestendiha għall-każ fejn tali evalwazzjoni twettqet iżda hija irregolari.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 10a(b) tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 2003/35, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tirrikonoxxix il-ksur ta’ dritt fis-sens ta’ dan l-artikolu jekk jiġi stabbilit li huwa possibbli, skont iċ-ċirkustanzi tal-kawża, li d-deċiżjoni kkontestata ma kinitx differenti mingħajr id-difett proċedurali invokat mill-applikant. Għalhekk huwa biss jekk il-kundizzjoni li l-qorti jew il-korp adit bl-ebda mod ma jtaqqlu l-oneru tal-prova f’dan ir-rigward fuq l-applikant, u li jiddeċiedu skont il-każ fuq il-provi prodotti mill-iżviluppatur tal-proġett jew mill-awtoritajiet<?PAGE NO="13"?> kontraenti, u b’mod iktar ġenerali mill-atti kollha tal-proċess sottomessi lilhom, waqt li b’mod partikolari jikkunsidraw il-grad ta’ serjetà tad-difett invokat u li jivverifikaw, b’mod partikolari, għal dan il-għan, jekk dan ċaħħadx lill-pubbliku kkonċernat minn garanzija prevista b’mod konformi mal-għanijiet tad-Direttiva 85/337, li tippermettilu aċċess għall-informazzjoni u jkun awtorizzat illi jipparteċipa fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>