Official Journal L 196 , 26/07/1984 P. 0046 - 0046
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0231
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 31 P. 0192
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0231
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 31 P. 0192
Id-Deċiżjoni tal-kummissjoni tat-3 ta' Lulju 1984 li tistabbilixxi l-karatteristiċi tal-marka speċjali għal-laħam frisk msemmi fl-Artikolu 5(a) tad-Direttiva 64/433/KEE (84/371/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/433/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 fuq problemi ta' saħħa li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-laħam frisk [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 83/90/KEE [2], u partikolarment Artikolu 5(a) tiegħu, Billi Artikolu 5(a) tad-Direttiva 64/433/KEE jipprovdi li xi kategoriji ta' laħam jistgħu jintbagħtu mit-territorju ta' Stat Membru lil dak ta' Stat Membru ieħor biss fejn il-laħam huwa maħsub li jgħaddi mi xi wieħed mit-trattamenti provduti fid-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE [3], u jkollu marka speċjali; Billi jeħtieġ li tkun adottata marka li tintgħaraf malajr u li tagħti l-garanziji meħtieġa għad-differenzazzjoni tal-laħam; Billi l-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-marka msemmija f'Artikolu 5(a) tad-Direttiva 64/433/KEE għandha tkun imfissra fl-Anness. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula f'Brussel, fit-3 ta' Lulju 1984. Għall-Kummissjoni Poul Dalsager Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU Ċ 121, tad- 29.7.1964, p. 2012/64. [2] ĠU L 59, tal-5.3.1983, p. 10. [3] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85. -------------------------------------------------- ANNESS Il-marka speċjali għandha tkun marka ovali, kif definita fil-punt 49 tal-kapitlu X ta' Anness I tad-Direttiva 64/433/KEE, koperta b'żewġ linji paralleli, b'distanza minn lanqas ta' 1 ċm, li taqsam it-timbru matul id-dijametru prinċipali u l-informazzjoni fuqha tibqa leġibbli, u ż-żewġ linji paralleli ikunu evidenti daqs it-tarf estern tal-marka. --------------------------------------------------