<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑420/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0420</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:408">EU:C:2017:408</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>5</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>5</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170531">31.5.2017</DATE> – KAWŻA C-420/15</P><P>U</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20170531">31 ta’ Mejju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 45 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Moviment liberu tal-ħaddiema</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura li hija proprjetà ta’ persuna residenti fil-Belġju u intiża li tintuża fl-Italja</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-420/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-tribunal de première instance francophone de Bruxelles (qorti tal-ewwel istanza frankofona ta’ Brussell, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150612">12 ta’ Ġunju 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20150730">30 ta’ Lulju 2015</DATE>, fil-proċedura kriminali kontra</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">U,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça (Relatur), President tal-Awla, M. Berger, A. Borg Barthet, E. Levits u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal U, minn J. Waldron, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn S. Papaïoannou u K. Nasopoulou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Martin u M. Kellerbauer, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 18, 20, 45, 49 u 56 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali mressqa kontra U, ċittadin Taljan, uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea, talli saq fil-Belġju b’vettura rreġistrata fl-Italja.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku Belġjan</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20010720">20 ta’ Lulju 2001</DATE>, dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tat-<DATE ISO="20010808">8 ta’ Awwissu 2001</DATE>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20010720">20 ta’ Lulju 2001</DATE><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Vettura ma tistax titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni jekk ma tkunx irreġistrata u jekk ma jkollhiex il-pjanċa ta’ reġistrazzjoni mogħtija waqt ir-reġistrazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, ir-reġistrazzjoni ma hijiex madankollu obbligatorja għal serje ta’ vetturi, minħabba l-karatteristiċi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ dan id-digriet jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Il-persuni residenti fil-Belġju għandhom jirreġistraw il-vetturi li jixtequ jqiegħdu fiċ-ċirkulazzjoni fil-Belġju fir-reġistru tal-vetturi msemmi fl-Artikolu 6, anki jekk dawn il-vetturi huma diġa rreġistrati f’pajjiż barrani.</ALINEA><ALINEA><P>Ir-residenza fil-Belġju tfisser li dawn il-persuni jissodisfaw waħda mis-segwenti kundizzjonijiet:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikunu mniżla fir-reġistri tal-popolazzjoni ta’ komun Belġjan;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA><ALINEA>[…].<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jelenka l-ipoteżijiet li fihom ir-reġistrazzjoni fil-Belġju tal-vetturi rreġistrati barra mill-pajjiż u li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni mill-persuni li huma residenti f’dan l-Istat Membru ma hijiex obbligatorja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti fil-kawża prinċipali u t-talba għal deċiżjoni preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju tat-<DATE ISO="20131122">22 ta’ Novembru 2013</DATE>, jirriżulta li U kien suġġett għal stħarriġ tal-pulizija ta’ Brussell (il-Belġju), filwaqt li kien qed isuq il-vettura tiegħu rreġistrata fl-Italja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li, rapport tal-investigazzjoni tal-pulizija, U għandu r-residenza prinċipali tiegħu fil-Belġju u għandu liċenzja tas-sewqan Taljana u Belġjana.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Quddiem l-imsemmija qorti, U ppreċiża li huwa uffiċjal tal-Kummissjoni u li huwa jikkondividi r-residenza tiegħu bejn il-Belġju u l-Italja, fejn huwa jmur kull ġimgħa sabiex jgħallem fl-Università ta’ Pisa u kif ukoll għal raġunijiet familjari, marbuta b’mod partikolari mal-marda ta’ missieru. Huwa indika li huwa proprjetarju ta’ żewġ vetturi, waħda irreġistrata fil-Belġju u l-oħra fl-Italja, din tal-aħħar hija intiża li tintuża prinċipalment f’dan it-tieni Stat Membru. Huwa espona wkoll li fil-jum tal-istħarriġ, kulma għamel huwa li għadda minn ġewwa l-Belġju mill-Italja fejn kien il-jum ta’ qabel, sabiex jagħti passaġġ, lejn Brussell, lil persuna oħra, li magħha kellu jattendi seminar fil-Ġermanja. Fi tmiem dan is-seminar, U kien se jerġa’ lura lejn l-Italja, u kien se jħalli din il-vettura hemm u jerġa’ lura lejn Brussell bl-ajru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz tat-tribunal de police de Bruxelles (il-Belġju) (qorti distrettwali tal-kontravenzjonijiet ta’ Brussell) tal-10 tas-Settembru 2014, U ġie kkundannat għal multa, b’mod partikolari, peress li qiegħed fiċ-ċirkolazzjoni fit-triq pubblika vettura mhux irreġistrata fil-Belġju, bi ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20010720">20 ta’ Lulju 2001</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Meta ġiet adita bl-appell minn U, il-qorti tar-rinviju tfakkar li l-kwistjoni tal-eventwali inkompatibbiltà bejn l-Artikoli 2 u 3 tad-Digriet Irjali tal-20 tal-Lulju 2001 u d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE fil-qasam taċ-ċirkulazzjoni libera ta’ persuni kien is-suġġett, minn naħa, tal-Avviż 31.530/4, tat-<DATE ISO="20010613">13 ta’ Ġunju 2001</DATE>, tal-Conseil d’État (kunsill tal-istat, il-Belġju) u, min-naħa l-oħra, tad-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Nadin u Nadin-Lux</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-151/04 u C-152/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:775">EU:C:2005:775</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (qorti tal-ewwel istanza frankofona ta’ Brussell, il-Belġju) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Artikoli 2 u 3 tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20010720">20 ta’ Lulju 2001</DATE> […], dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi jinsabu f’kontradizzjoni mal-Artikoli 18, 20, 45, 49 u 56 tat-[TFUE], sa fejn, sabiex jinstaqu fil-Belġju – anki jekk sempliċement sabiex jgħaddu mill-pajjiż – il-vetturi li jappartjenu lil resident ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ieħor għajr [ir-Renju ta]l-Belġju u li jkunu rreġistrati f’dan l-Istat Membru ieħor għandhom ikunu s-suġġett ta’ reġistrazzjoni Belġjana meta l-persuna tkun ukoll residenti fil-Belġju?<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Preliminarjament, fir-rigward tad-dispożizzjoni tat-Trattat FUE applikabbli għall-kawża prinċipali, għandu jiġi rrilevat li ċittadin tal-Unjoni, bħalma hu U, li jaħdem għal istituzzjoni jew organu tagħha fi Stat Membru ieħor li ma huwiex l-Istat Membru ta’ oriġini jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001003">3 ta’ Ottubru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Ferlini</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-411/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:530">EU:C:2000:530</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041216">16 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>My</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-293/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:821">EU:C:2004:821</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Adrien <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-466/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:749">EU:C:2016:749</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 49 TFUE, li jipprojbixxi ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-istabbiliment, ma huwiex rilevanti fil-kuntest tal-kawża prinċipali, peress li din il-libertà tirrigwarda l-aċċess għall-attivitajiet ta’ persuni li jaħdmu għal rashom u għall-eżerċizzju tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Lanqas ma huwa rilevanti fil-kuntest tal-Artikolu 56 TFUE, sa fejn il-proċess li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja ma jirrivela l-ebda prova li tippermetti li tiġi stabbilita rabta bejn is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali u l-eżerċizzju tal-libertà ta’ provvista ta’ servizzi prevista f’dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 18 TFUE, ma huwiex intiż sabiex japplika b’mod awtonomu biss f’sitwazzjonijiet irregolati mid-dritt tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom it-Trattat FUE ma jistabbilixxix regoli speċifiċi ta’ nondiskriminazzjoni. Madankollu, il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni ġie implementat, fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema, permezz tal-Artikolu 45 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Prete</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-367/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:668">EU:C:2012:668</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-Artikolu 20 TFUE, filwaqt li jistabbilixxi ċ-ċittadinanza tal-Unjoni jillimita sabiex jipprevedi li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom igawdu d-drittijiet u huma suġġetti għad-dmirijiet previsti mit-Trattat. Għaldaqstant, f’dan ir-rigward, dan l-artikolu ma jistax jiġi applikat indipendentament mid-dispożizzjonijiet speċifiċi tat-Trattat li jirregolaw id-drittijiet u d-dmirijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041216">16 ta’ Diċembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>My</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-293/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:821">EU:C:2004:821</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-Artikoli 18, 20, 49 u 56 TFUE ma għandhomx rilevanza fil-kuntest tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandha tiġi fformulata mill-ġdid id-domanda preliminari bħala li hija intiża li tistaqsi jekk l-Artikolu 45 TFUE għandux jiġi interpretat f’dan is-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga ħaddiem residenti fi Stat Membru li jirreġistra fl-imsemmi Stat, sabiex ikun jista’ jiċċirkola fih, anki jekk biss sporadikament, vettura li tagħha l-ħaddiem huwa proprjetarju u li hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, l-Artikolu 45 TFUE jipprekludi kull miżura li, anki jekk applikabbli mingħajr diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tista’ tfixkel jew tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju, miċ-ċittadini tal-Unjoni, tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat FUE (is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161006">6 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Adrien <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-466/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:749">EU:C:2016:749</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).Għaldaqstant, restrizzjoni għal moviment liberu tal-persuni anki jekk ta’ portata dgħajfa jew ta’ importanza minuri hija pprojbita mill-Artikolu 45 TFUE (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Spanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-269/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:439">EU:C:2012:439</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat li l-obbligu li huwa impost fuq il-ħaddiema li jirresjedu fi Stat Membru, ta’ reġistrazzjoni, f’dan l-istat ta’ vetturi ta’ kumpannija, imqiegħda għad-dispożizzjoni tagħhom minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor kien jikkostitwixxi ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-15 tas-Settembru 2005, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-464/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:546">EU:C:2005:546</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Nadin u Nadin-Lux</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-151/04 u C-152/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:775">EU:C:2005:775</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija ddeċidiet li tista’ toħloq ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema leġiżlazzjoni li, anki jekk tapplika indipendentement min-nazzjonalità tal-ħaddiema kkonċernati, taffettwa mhux biss fuq is-suq tax-xogħol, iżda wkoll fuq il-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju ta’ attività ekonomika (is-sentenza tal-15 tas-Settembru 2005, Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kummissjoni vs Id-Danimarka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-464/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:546">EU:C:2005:546</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ tilwima dwar l-applikazzjoni tal-istess Artikolu 3 tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20010720">20 ta’ Lulju 2001</DATE> inkwistjoni fil-kawża prinċipali, qieset, essenzjalment, li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu obbligu ta’ reġistrazzjoni bħal dak previst f’dan l-artikolu seta’ jiġi aċċettat, f’dak li jirrigwarda vettura ta’ kumpannija mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ ħaddiem li jaħdem għal rasu li jirresjedi fil-Belġju u li tkun diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor, meta din il-vettura tkun intiża, b’mod permanenti, li tkun użata essenzjalment fit-territorju ta’ dan l-ewwel Stat Membru jew meta kienet, fil-fatt, użata b’dan il-mod (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20051215">15 ta’ Diċembru 2005</DATE>, <NAME.CASE>Nadin u Nadin-Lux</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-151/04 u C-152/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:775">EU:C:2005:775</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, skont l-Artikoli 2 u 3 tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20010720">20 ta’ Lulju 2001</DATE>, l-awtoritajiet Belġjani imponew multa fuq ir-residenti fil-Belġju li jiċċirkolaw fin-network stradali ta’ dan l-Istat Membru b’vettura li tkun tagħhom u li tkun rreġistrata fi Stat Membru ieħor</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li tali prattika tipprekludi ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi fil-Belġju li jkun telaq mill-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu u jkun għamel użu tad-dritt tiegħu għall-moviment liberu bħala ħaddiem, li juża, anki jekk b’mod marġinali, in-network stradali Belġjan b’vettura li tagħha huwa proprjetarju u li hija rreġistrata fi Stat Membru ieħor</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-obbligu ta’ reġistrazzjoni, bħal dak stabbilit fl-Artikoli 2 u 3 tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20010720">20 ta’ Lulju 2001</DATE>, anki jekk japplika għal kull resident fil-Belġju, mingħajr distinzjoni ta’ nazzjonalità, jista’ jirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju tal-libertà fundamentali prevista fl-Artikolu 45 TFUE. Konsegwentement, tali obbligu jikkostitwixxi ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-ġustifikazzjoni possibbli ta’ dan l-ostaklu, mill-informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-vettura li hija proprjetà ta’ U u hija rreġistrata fl-Italja kienet intiża essenzjalment li tintuża fl-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Jekk dak deskritt huwa effettivament l-użu ta’ din il-vettura, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, il-kundizzjoni ta’ kollegament mal-Istat Membru li jimponi l-obbligu ta’ reġistrazzjoni u previst fil-punt 23 ta’ din is-sentenza ma jkunx sodisfatt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>B’hekk, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tista’ tiġi ġġustifikata biss abbażi ta’ miżuri derogatorji espressament previsti fl-Artikolu 45(3) TFUE jew bħala li tfittex għan leġittimu kompatibbli mat-trattat u li hija ġġustifikata minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Madankollu, huwa meħtieġ, f’każijiet bħal dawn, l-evalwazzjoni tagħhom tkun adegwata sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan inkwistjoni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan (is-sentenza tal-15 tas-Settembru 2005, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-464/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:546">EU:C:2005:546</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju ma indikat ebda raġuni li tista’ tiġġustifika l-ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiemali jikkostitwixxu l-Artikoli 2 u 3 tad-Digriet Irjali tal-<DATE ISO="20010720">20 ta’ Lulju 2001</DATE>, kif applikati mill-awtoritajiet Belġjani. Bl-istess mod, il-Gvern Belġjan astjena milli jinvoka kwalunkwe ġustifikazzjoni għal dawn id-dispożizzjonijiet</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, ir-risposta li għandha tingħata lid-domanda magħmula hija li l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha ħaddiem residenti għandu l-obbligu li jirreġistra f’dan l-Istat Membru vettura li huwa l-proprjetarju tagħha iżda li hija diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor u hija intiża essenzjalment sabiex tiġi użata fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha ħaddiem residenti għandu l-obbligu li jirreġistra f’dan l-Istat Membru vettura li huwa l-proprjetarju tagħha iżda li hija diġà rreġistrata fi Stat Membru ieħor u hija intiża essenzjalment sabiex tiġi użata fit-territorju ta’ dan l-aħħar Stat.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>