6.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 320/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2235

tal-4 ta' Diċembru 2017

li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006 u (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 u (UE) 2017/2200, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006 u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012 u mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006, fir-rigward tad-dati għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni fl-2018 skont il-kwoti tariffarji għaċ-ċereali, ir-ross u ż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996, dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-Ftehim GATT XXIV:6 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 187(e) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 (3), (KE) Nru 969/2006 (4), (KE) Nru 1067/2008 (5) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 (6) u (UE) 2017/2200 tal-Kummissjoni (7) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni tax-xgħir fil-qafas tal-kwota 09.4126, tal-qamħirrum fil-qafas tal-kwota 09.4131 u tal-qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri fil-qafas tal-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133 u ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307, 09.4308, 09.4277, 09.4278 u 09.4279.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 (8) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 (9) jipprevedu dispożizzjonijiet speċifiċi għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladesh fil-qafas tal-kwota 09.4517 u ta' ross imfarrak fil-qafas tal-kwota 09.4079.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (10) jistipula dispożizzjonijiet partikolari għat-tressiq ta' applikazzjonijiet u l-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija fil-qafas tal-kwota 09.4032.

(4)

Meta wieħed iqis il-btajjel tas-sena 2018, jeħtieġ li għal ċerti perjodi tingħata deroga mir-Regolamenti (KE) Nru 2305/2003, (KE) Nru 969/2006, (KE) Nru 1067/2008 u mir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081 u (UE) 2017/2200, mir-Regolament (KE) Nru 1964/2006, u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012 u mir-Regolament (KE) Nru 1918/2006, fir-rigward tad-dati għat-tressiq ta' applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni u l-ħruġ ta' dawn il-liċenzji, biex ikun żgurat li jitħarsu l-volumi tal-kwoti konċernati.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċereali

1.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2018, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tax-xgħir skont il-kwota 09.4126, wara l-Ġimgħa, l-14 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

2.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 2305/2003, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni tax-xgħir imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4126 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (11).

3.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2018, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tal-qamħirrum skont il-kwota 09.4131, wara l-Ġimgħa, l-14 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

4.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 969/2006, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni tal-qamħirrum imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4131 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

5.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2018, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri skont il-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133, wara l-Ġimgħa, l-14 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

6.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1067/2008, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri imressqa fil-qafas tal-kwoti 09.4123, 09.4124, 09.4125 u 09.4133 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

7.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2081, għas-sena 2018, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308 ma jistgħux ikomplu jitressqu wara l-Ġimgħa, l-14 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

8.   B'deroga mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2015/2081, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4306, 09.4307 u 09.4308 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

9.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/2200, għas-sena 2018, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4277, 09.4278 u 09.4279 ma jistgħux ikomplu jitressqu wara l-Ġimgħa, l-14 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

10.   B'deroga mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2017/2200, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ċereali li joriġinaw mill-Ukraina fil-qafas tal-kwoti 09.4277, 09.4278 u 09.4279 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 2

Ir-ross

1.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2018, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Bangladesh skont il-kwota 09.4517 wara l-Ġimgħa, is-7 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

2.   B'deroga mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1964/2006, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladesh imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4517 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

3.   B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2018, ma jistgħux jitressqu aktar applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tar-ross miksur skont il-kwota 09.4079 wara l-Ġimgħa, is-7 ta' Diċembru 2018, fis-13.00, ħin ta' Brussell.

4.   B'deroga mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 480/2012, għas-sena 2018, il-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross miksur imressqa fil-qafas tal-kwota 09.4079 u li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 3

Iż-żejt taż-żebbuġa

1.   B'deroga mill-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għas-sena 2018, l-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija ma jistgħux jitressqu wara t-Tlieta, l-11 ta' Diċembru 2018.

2.   B'deroga mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, il-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet matul il-perjodi msemmija fl-Anness III ta' dan ir-Regolament, għandhom jinħarġu fid-dati korrispondenti li jidhru hawnhekk, soġġetti għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jiskadi fl-1 ta' Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Diċembru 2017.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2305/2003 tad-29 ta' Diċembru 2003 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffali għall-importazzjoni ta' xgħir minn pajjiżi terzi (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 7).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 969/2006 tad-29 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi kwota tariffarja Komunitarja u mod għall-ġestjoni tagħha għall-importazzjoni tal-qamħirrum minn pajjiżi terzi (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1067/2008 tat-30 ta' Ottubru 2008 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffari Komunitarji għal qamħ komuni ta' kwalità differenti minn dik superjuri oriġinanti minn pajjiżi terzi u li tidderoga mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 290, 31.10.2008, p. 3).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2081 tat-18 ta' Novembru 2015 li jwassal għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 302, 19.11.2015, p. 81).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2200 tat-28 ta' Novembru 2017 li jwassal għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji tal-Unjoni għall-importazzjoni ta' ċerti ċereali li joriġinaw mill-Ukraina (ĠU L 313, 29.11.2017, p. 1).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1964/2006 tat-22 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Bangladexx, b'applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3491/90 (ĠU L 408, 30.12.2006, p. 19).

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2012 tas-7 ta' Ġunju 2012 li jiftaħ u jipprovdi għat-tmexxija ta' kwota ta' tariffa għal ross miksur (broken rice) ta' kodiċi NM 1006 40 00 għal produzzjoni ta' tħejjijiet tal-ikel ta' kodiċi NM 1901 10 00 (ĠU L 148, 8.6.2012, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS I

Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taċ-ċereali

Dati tal-ħruġ

Il-Ġimgħa 16 ta' Marzu mis-13.00 sal-Ġimgħa, it-23 ta' Marzu 2018 fis-13.00pm, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tlieta, it-3 ta' April 2018

Il-Ġimgħa 23 ta' Marzu mis-13.00 sal-Ġimgħa, it-30 ta' Marzu 2018 fis-13.00pm, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ġimgħa sas-6 ta' April 2018

Il-Ġimgħa, l-20 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, is-27 ta' April 2018 fis-13:00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tnejn, is-7 ta' Mejju 2018

Il-Ġimgħa, is-27 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, l-4 ta' Mejju 2018 fis-13:00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tnejn, l-14 ta' Mejju 2018

Il-Ġimgħa, it-3 ta' Awwissu mis-13:00 sal-Ġimgħa, l-10 ta' Awwissu 2018 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tnejn, l-20 ta' Awwissu 2018

Il-Ġimgħa, id-19 ta' Ottubru mis-13.00 sal-Ġimgħa, is-26 ta' Ottubru 2018 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tnejn, il-5 ta' Novembru 2018


ANNESS II

Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross

Dati tal-ħruġ

Il-Ġimgħa 16 ta' Marzu mis-13.00 sal-Ġimgħa, it-23 ta' Marzu 2018 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ħamis, it-12 ta' April 2018

Il-Ġimgħa 23 ta' Marzu mis-13.00pm sal-Ġimgħa Il-Ġimgħa, 30 ta' Marzu 2018 fis-13.00pm, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tlieta, Il-Ħamis, 12 ta' April 2018,

Il-Ġimgħa, l-20 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, is-27 ta' April 2018 fis-13:00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ħamis, l-10 ta' Mejju 2018

Il-Ġimgħa, is-27 ta' April mis-13:00 sal-Ġimgħa, l-4 ta' Mejju 2018 fis-13:00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ħamis, is-17 ta' Mejju 2018

Il-Ġimgħa, ir-3 ta' Awwissu mis-13:00 sal-Ġimgħa, l-10 ta' Awwissu 2018 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ħamis, it-23 ta' Awwissu 2018

Il-Ġimgħa, id-19 ta' Ottubru mis-13.00 sal-Ġimgħa, is-26 ta' Ottubru 2018 fis-13.00, ħin ta' Brussell

L-ewwel jum ta' xogħol milll-Ħamis, it-8 ta' Novembru 2018


ANNESS III

Perjodi tat-tressiq tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa

Dati tal-ħruġ

It-Tnejn is-26 jew it-Tlieta is-27 ta' Marzu 2018

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ġimgħa, is-6 ta' April 2018

It-Tnejn is-7 jew it-Tlieta it-8 ta' Mejju 2018

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ġimgħa, it-18 ta' Mejju 2018

It-Tnejn 13 jew it-Tlieta l-14 ta' Awwissu 2018

L-ewwel jum ta' xogħol mit-Tlieta it-22 ta' Awwissu 2018

It-Tnejn 29 jew it-Tlieta it-30 ta' Ottubru 2018

L-ewwel jum ta' xogħol mill-Ħamis, it-8 ta' Novembru 2018