<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑569/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016TJ0569</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:285">EU:T:2017:285</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170426">26.4.2017</DATE> – KAWŻA T-569/16</P><P>OU vs IL‑KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Membri tal-persunal bil-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri dixxiplinari</KEYWORD><KEYWORD>Sospensjoni</KEYWORD><KEYWORD>Somma miżmuma fir-rigward tar-remunerazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Twiddiba</KEYWORD><KEYWORD>Rimbors</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑569/16,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">OU</HT>, residenti fi Brussell (il-Belġju), irrappreżentat minn J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn C. Ehrbar u F. Simonetti, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20150313">13 ta’ Marzu 2015</DATE> li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għar-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu għal żmien ta’ sitt xhur b’effett mill-<DATE ISO="20070115">15 ta’ Jannar 2007</DATE> u, min-naħa l-oħra, għar-rimbors tal-imsemmija somom, flimkien ma’ mgħax,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn I. Pelikánová, President, V. Valančius (Relatur) u U. Öberg, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrent, OU, ġie rreklutat mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fl-Ukrajna bħala uffiċjal lokali mill-<DATE ISO="20030701">1 ta’ Lulju 2003</DATE> sat-<DATE ISO="20060430">30 ta’ April 2006</DATE> imbagħad bħala membru tal-persunal bil-kuntratt skont l-Artikolu 3a tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>CEOS<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) għal tul ta’ tliet snin b’effett mill-<DATE ISO="20060501">1 ta’ Mejju 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Diċembru 2005, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fetaħ investigazzjoni interna minħabba suspett ta’ korruzzjoni passiva fir-rigward tar-rikorrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Wara t-trażmissjoni ta’ informazzjoni mill-OLAF lill-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani, inħareġ mandat ta’ arrest kontra r-rikorrent, li tqiegħed f’detenzjoni preventiva mit-30 ta’ Mejju sat-<DATE ISO="20061130">30 ta’ Novembru 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, l-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ASTK<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) tal-Kummissjoni fetħet proċeduri dixxiplinari kontra r-rikorrent u immedjatament issospendiet lil dan tal-aħħar sabiex tistenna deċiżjoni definittiva fuq il-livell penali tal-awtoritajiet ġudizzjarji Belġjani kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-ASTK tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE><QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), ir-rikorrent ġie sospiż mill-funzjonijiet tiegħu għal tul indeterminat. Din id-deċiżjoni kienet tippreċiża, barra minn hekk, li kellha ssir, konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(1) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Regolamenti<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), żamma ta’ kull xahar ta’ EUR 800 fuq ir-remunerazzjoni tiegħu għal tul ta’ sitt xhur, b’effett mill-<DATE ISO="20070115">15 ta’ Jannar 2007</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-ASTK tal-<DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, ir-rikorrent tkeċċa b’effett mill-<DATE ISO="20070701">1 ta’ Lulju 2007</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tat-tribunal de première instance de Bruxelles (tribunal tal-ewwel istanza ta’ Brussell, il-Belġju) tas-<DATE ISO="20111106">6 ta’ Novembru 2011</DATE>, ir-rikorrent ġie kkundannat għal piena ta’ 18-il-xahar priġunerija taħt kondizzjonijiet ristretti u multa ta’ EUR 5,000 għall-fatti ta’ korruzzjoni passiva. Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20140312">12 ta’ Marzu 2014</DATE>, il-cour d’appel de Bruxelles (qorti tal-appell ta’ Brussell) annullat l-imsemmija deċiżjoni u kkundannat lir-rikorrent għal piena ta’ 12-il-xahar ta’ priġunerija sospiżi u multa ta’ EUR 3,000. L-appell ta’ kassazzjoni ippreżentat kontra din is-sentenza ġie miċħud mill-Cour de cassation (qorti tal-kassazzjoni, il-Belġju) b’sentenza tas-<DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Wara s-sentenza tal-Cour de cassation (qorti tal-kassazzjoni) tas-<DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, il-proċeduri dixxiplinari reġgħu bdew u, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150218">18 ta’ Frar 2015</DATE>, l-ASTK imponiet fuq ir-rikorrent sanzjoni ta’ twiddiba, fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tal-Anness IX tar-Regolamenti (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>deċiżjoni ta’ sanzjoni tat-<DATE ISO="20150218">18 ta’ Frar 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>). F’dan ir-rigward, hija ddikjarat li l-gravità tal-fatti allegati lir-rikorrent, stabbiliti mill-qrati kriminali Belġjani wasslu biex jiġi rexiss mingħajr l-avviż tat-temm ta’ impjieg minħabba motiv dixxiplinari l-kuntratt tiegħu kieku kien għadu membru tal-persunal. Madankollu, hija kkunsidrat li, peress li l-kuntratt tar-rikorrent intemm fl-<DATE ISO="20070701">1 ta’ Lulju 2007</DATE>, it-twiddiba kienet tikkostitwixxi s-sanzjoni l-iktar severa li setgħet tiġi imposta fuqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri elettroniċi tat-18 u tas-<DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, ir-rikorrent talab ir-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu wara d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150313">13 ta’ Marzu 2015</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), l-ASTK ċaħdet it-talba għar-rimbors mressqa mir-rikorrent. Billi rreferiet għad-deċiżjoni ta’ sanzjoni tat-<DATE ISO="20150218">18 ta’ Frar 2015</DATE>, hija ddikjarat li l-gravità tal-fatti allegati lir-rikorrent wasslu biex jiġi rexiss mingħajr l-avviż tat-temm ta’ impjieg minħabba motiv dixxiplinari l-kuntratt tiegħu kieku kien għadu membru tal-persunal u li t-twiddiba kienet tikkostitwixxi s-sanzjoni l-iktar severa li setgħet tiġi imposta fuqu. Hija ppreċiżat li, peress li din is-sanzjoni ġiet imposta fuqu biss minħabba l-assenza ta’ kull rabta ta’ impjieg mal-istituzzjoni, l-applikazzjoni tal-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti ma kinitx tkun iġġustifikata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20150508">8 ta’ Mejju 2015</DATE>, ir-rikorrent ressaq ilment skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti kontra d-deċiżjoni kkontestata, li insostenn tiegħu invoka ksur, mill-ASTK, tal-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tal-imsemmija Regolamenti, dwar id-dritt għar-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt meta d-deċiżjoni li ttemm l-proċeduri dixxiplinari tinkludi s-sanzjoni ta’ twiddiba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150902">2 ta’ Settembru 2015</DATE>, l-ASTK ċaħdet dan l-ilment.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-<DATE ISO="20151113">13 ta’ Novembru 2015</DATE>, ir-rikorrent ressaq talba għall-għajnuna legali. Permezz ta’ digriet tal-<DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE>, il-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku aċċetta lir-rikorrent għall-benefiċċju għall-għajnuna legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-<DATE ISO="20160323">23 ta’ Marzu 2016</DATE>, ir-rikorrent ippreżenta dan ir-rikors. Il-kawża ġiet irreġistrata taħt in-numru F‑141/15.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE, Euratom) 2016/1192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20160706">6 ta’ Lulju 2016</DATE> dwar it-trasferiment lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-ġurisdizzjoni fl-ewwel istanza f’tilwimiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-persunal tagħha (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="200" PAGE.FIRST="137" DATE.PUB="2016">ĠU 2016 L 200, p. 137</REF.DOC.OJ>), din il-kawża ġiet ittrasferita lill-Qorti Ġenerali fl-istat li din kienet tinsab fid-data tal-<DATE ISO="20160831">31 ta’ Awwissu 2016</DATE>. Hija ġiet irreġistrata taħt in-numru T‑569/16 u mogħtija lill-Ewwel Awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) iddeċidiet, b’applikazzjoni tal-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, li taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni li tirrimborsah is-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu skont id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE> flimkien ma’ mgħax kompost bir-rata definita fl-Artikolu 12 tal-Anness XII tar-Regolamenti;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrent għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 24(4)tal-Anness IX tar-Regolamenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrent jargumenta li l-ASTK, b’deċiżjoni ta’ sanzjoni tat-<DATE ISO="20150218">18 ta’ Frar 2015</DATE>, għalqet il-proċeduri dixxiplinari miftuħa fir-rigward tiegħu billi imponiet fuqu twiddiba. Għaldaqstant, huwa fondat, bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni, li jikseb ir-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu skont id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE> flimkien ma’ mgħax kompost bir-rata definita fl-Artikolu 12 tal-Anness XII tar-Regolamenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta li l-ASTK ġiet obbligata tirrimborsa s-somom miżmuma lir-rikorrent fuq ir-rimunerazzjoni tiegħu. F’dan ir-rigward, hija tfakkar li ma kienx possibbli timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni iktar severa minn twiddiba u żżid tgħid li din is-sanzjoni ma kinitx tirrifletti l-gravità tan-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu mwettqa. Konsegwentement, fil-fehma tagħha, ir-rimbors tas-somom miżmuma, li tirriżulta minn interpretazzjoni letterali tal-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti, imur kontra l-għan ta’ din id-dispożizzjoni, li huwa li jitħassru l-effetti tas-somom miżmuma kkunsidrati, skont il-proċeduri dixxiplinari, bħala eċċessivi fid-dawl tal-gravità dgħajfa tan-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu stabbiliti. Minn interpretazzjoni letterali ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta wkoll arrikkiment indebitu tal-aġent li jkun irrimborsat is-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu minkejja l-gravità tan-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu allegati kif ukoll vjolazzjoni tal-ugwaljanza fit-trattament bejn l-aġenti li wettqu l-istess nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu meta kienu fis-servizz, abbażi taż-żamma jew le tar-rabtiet legali kontinwi u permanenti ma’ dawn l-aġenti wara l-waqfien tal-funzjonijiet tagħhom. B’hekk, aġenti li ma jkollhomx iżjed, bħar-rikorrent, rabta mal-Kummissjoni jistgħu, minħabba l-impossibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet iktar severi milli t-twiddiba, jiksbu r-rimbors tas-somom miżmuma mwettqa fuq ir-remunerazzjoni tagħhom, għaldaqstant, iġġustifikati bis-sħiħ fil-mument meta huma ġew deċiżi. Il-Kummissjoni żżid tgħid, sussidjarjament, li s-somom għar-rimbors ma jistgħux, jekk ikun il-każ, jiġu miżjuda mgħaxijiet ħlief fil-każ fejn ebda sanzjoni ma ġiet adottata mar-riżultat tal-proċeduri dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24(1) u (4) tal-Anness IX tar-Regolamenti, applikabbli b’analoġija għall-membri tal-persunal bil-kuntratt fis-servizz jew li kienu fis-servizz bis-saħħa tal-Artikoli 50a u 119 tas-CEOS:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjoni li tissospendi uffiċjal għandha tgħid jekk l-uffiċjal għandux ikomplu jieħu r-remunerazzjoni sħiħa tiegħu matul il-perjodu tas-sospensjoni jew liema parti minnha għandha tinżamm.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="024.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Is-somom miżmuma skond il-paragrafu 1 għandhom jitħallsu lill-uffiċjal jekk id-deċiżjoni finali ma timponix piena dixxiplinari aktar ħarxa minn twissija bil-miktub, ċanfira [twiddiba] jew posponiment ta’ promozzjoni għal skala ogħla, jew jekk l-ebda piena dixxiplinarja m’hi imposta; fil-każ ta’ l-aħħar, il-pagament għandu jsir b’imgħax kompost bir-rata definita fl-Artikolu 12 ta’ l-Anness XII [tar-Regolamenti].<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan il-każ, permezz tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>, l-ASTK issospendiet ir-rikorrent mill-funzjonijiet tiegħu għal tul indeterminat u żammet somma ta’ kull xahar ta’ EUR 800 fuq ir-remunerazzjoni tiegħu għal tul ta’ sitt xhur, b’effett mill-<DATE ISO="20070115">15 ta’ Jannar 2007</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni ta’ sanzjoni tat-<DATE ISO="20150218">18 ta’ Frar 2015</DATE>, l-ASTK imponiet fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ twiddiba, fis-sens tal-Artikolu 9(1)(b) tal-Anness IX tar-Regolamenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, l-ASTK ċaħdet it-talba tar-rikorrent intiż għar-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu wara d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>. Billi rreferiet għad-deċiżjoni ta’ sanzjoni tat-<DATE ISO="20150218">18 ta’ Frar 2015</DATE>, hija ddikjarat li l-gravità tal-fatti allegati lir-rikorrent wasslu biex jiġi rexiss mingħajr l-avviż tat-temm ta’ impjieg minħabba motiv dixxiplinari l-kuntratt tiegħu kieku kien għadu membru tal-persunal u li t-twiddiba kienet tikkostitwixxi s-sanzjoni l-iktar severa li setgħet tiġi imposta fuqu. Hija żiedet tgħid li din is-sanzjoni ġiet imposta fuqu biss minħabba ċirkustanza purament aċċidentali, jiġifieri l-assenza ta’ rabta ta’ impjieg mal-Kummissjoni, u mhux minħabba l-gravità dgħajfa tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat. Hija ddeduċiet li l-applikazzjoni tal-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti ma kinitx iġġustifikata f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Finalment, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150902">2 ta’ Settembru 2015</DATE>, l-ASTK ċaħdet ilment imressaq mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni kkontestata. Hija ddikjarat li s-sanzjoni ta’ twiddiba ma kinitx proporzjonata mal-gravità tal-fatti allegati lir-rikorrent u li hija kienet ġiet deċiża biss minħabba l-impossibbiltà materjali li tiġi imposta fuq ir-rikorrent sanzjoni itqal, minħabba l-assenza tar-rabta ta’ impjieg bejnu u l-Kummissjoni u minħabba l-fatt li huwa ma kienx ibbenefika la minn pensjoni u<?PAGE NO="5"?> lanqas minn allokazzjoni mħallsa mill-Kummissjoni. Hija żiedet tgħid li r-rimbors lir-rikorrent tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu jmur kontra r-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> tal-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti u tal-prinċipju li jgħid li s-sanzjoni dixxiplinari għandha tirrifletti l-gravità tan-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatati. Finalment, hija stmat li r-rimbors lir-rikorrent tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu jiggrava biss, għad-detriment tal-Kummissjoni, l-iżbilanċ bejn id-danni li subit u s-sanzjoni li hija finalment imponiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi eżaminat wara jekk, b’mod kuntrarju għal dak li tikkunsidra l-ASTK, ir-rikorrent kien korrett li jitlob, minn naħa, ir-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu bis-saħħa tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE> u, min-naħa l-oħra, iż-żieda ta’ dawn is-somom ta’ mgħaxijiet previsti fl-Artikolu 12 tal-Anness XII tar-Regolamenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kwistjoni jekk l-ASTK ikkunsidrat korrettament li r-rikorrent ma kellux dritt għar-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu, għandu jiġi kkonstatat, kif il-Kummissjoni aċċettat hija stess, li l-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti jissuġġetta biss ir-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni ta’ uffiċjal li kien is-suġġett ta’ miżura ta’ sospensjoni, għall-adozzjoni ta’ ebda sanzjoni jew l-impożizzjoni ta’ twissija bil-miktub, twiddiba jew posponiment ta’ promozzjoni għal skala ogħla fid-deċiżjoni li ttemm il-proċeduri dixxiplinari, mingħajr kundizzjoni jew restrizzjoni oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Ċertament, kif targumenta l-Kummissjoni, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni t-termini tagħha biss iżda għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li minnha tkun tagħmel parti (ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Toshiba Corporation <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑17/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:72">EU:C:2012:72</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960307">7 ta’ Marzu 1996</DATE>, <NAME.CASE>de Rijk vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑362/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1996:35">EU:T:1996:35</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, l-ASTK interpretat l-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti b’mod manifestament kuntrarju għal kliemu ċari u preċiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ASTK ibbażat ir-rifjut tagħha li tilqa’ t-talba għar-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tar-rikorrent fuq il-fatt li n-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu allegati lir-rikorrent kienu ta’ gravità tali li kien iġġustifikat il-waqfien immedjat tal-kuntratt tiegħu għal motiv dixxiplinari, jekk dan tal-aħħar qatt ma kien ġie rexiss, u li, għaldaqstant, ġiet imposta fuqu twiddiba minħabba l-assenza purament inċidentali ta’ rabta ta’ impjieg mal-Kummissjoni u mhux il-gravità dgħajfa tal-imsemmija nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Issa, mill-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti jirriżulta li hija biss is-sanzjoni adottata fid-deċiżjoni li ttemm il-proċeduri dixxiplinari li tippermetti li jiġi determinat jekk is-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni għandhom jiġu rrimborsati, mingħajr l-influwenza f’dan ir-rigward tal-evalwazzjoni tal-gravità tan-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu allegati lill-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li, ċertament, konformement mal-Artikolu 10 tal-Anness IX tar-Regolamenti, is-sanzjoni imposta hija proporzjonata għall-gravità tan-nuqqas imwettaq. Madankollu, is-somma miżmuma fuq ir-remunerazzjoni ma tikkostitwixxix sanzjoni dixxiplinari, iżda biss miżura temporanja meħuda sabiex tistenna l-konklużjoni tal-proċeduri dixxiplinari u, jekk ikun il-każ, l-adozzjoni ta’ sanzjoni dixxiplinari (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980716">16 ta’ Lulju 1998</DATE>, <NAME.CASE>Y vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑219/96</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:178">EU:T:1998:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, somma miżmuma fuq ir-remunerazzjoni ma tistax tippermetti lill-amministrazzjoni li tagħlaq eventwali differenza bejn il-gravità tan-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu allegati lil membru tal-persunal u s-sanzjoni adottata fir-rigward tiegħu mar-riżultat tal-proċeduri dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ASTK, li kienet f’dan il-każ f’sitwazzjoni ta’ kompetenza marbuta, essenzjalment, issuġġettat l-applikazzjoni tal-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolament għal kundizzjoni mhux prevista minn din id-dispożizzjoni, misluta mill-evalwazzjoni tagħha tal-gravità tan-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu sanzjonati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ma tistax tikkonkludi li l-Artikolu 24(4) tal-anness IX tar-Regolamenti huwa affettwat minn lakuna li għandha tiġi kkumpensata fir-rigward tal-uffiċjali jew aġenti li kienu fis-servizz li ma bbenefikawx minn ebda pensjoni jew allokazzjoni jew li bbenefikaw minn pensjoni jew minn allokazzjoni ta’ ammont żgħir wisq biex jiġu adottati fir-rigward tagħhom sanzjonijiet dixxiplinari li għandhom konsegwenzi finanzjarji. Fil-fatt, anki jekk wieħed jippreżupponi din l-allegazzjoni bħala fondata, hija ma tistax, barra minn hekk, twassal lill-qorti li tinterpreta din id-dispożizzjoni minkejja kliemha ċari u preċiżi, u tirrestrinġi bla bżonn il-kamp tal-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Dan japplika wkoll għal xi allegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar, minn naħa, allegat arrikkiment indebitu tal-aġent li jkun irrimborsat is-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu minkejja l-gravità tan-nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu allegati kif ukoll vjolazzjoni tal-ugwaljanza fit-trattament bejn l-aġenti li wettqu l-istess nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu meta kienu fis-servizz, abbażi taż-żamma jew le tar-rabtiet legali kontinwi u permanenti ma’ dawn l-aġenti wara l-waqfien tal-funzjonijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Dawn l-allegazzjonijiet jirriżultaw mill-allegata lakuna li taffettwa l-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti. Għaldaqstant, huma għandhom jiġu miċħuda minħabba r-raġuni esposta fil-punt 35 iktar ’il fuq. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li aġenti li kienu fis-servizz li żammew rabtiet permanenti mal-Kummissjoni li jikkonsistu, pereżempju, fil-ħlas ta’ allokazzjoni jew ta’ pensjoni ma humiex fl-istess sitwazzjoni bħal aġenti li kienu fis-servizz li ma jibbenefikawx mill-ħlas ta’ ebda pensjoni jew allokazzjoni, mill-perspettiva tas-sanzjonijiet dixxiplinari li huwa possibbli li jiġu adottati fir-rigward tagħhom. Dan l-istat ta’ fatt jirriżulta, b’mod partikolari, mill-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni stess, b’mod partikolari tal-Artikolu 9 tal-Anness IX tar-Regolamenti u tal-Artikolu 49 tas-CEOS, li jelenkaw is-sanzjoni dixxiplinari differenti li huwa possibbli li jiġu adottati fir-rigward ta’ membru tal-persunal fis-servizz jew li kien fis-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Finalment, il-Kummissjoni ma tistax issostni li interpretazzjoni letterali tal-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti tneħħi l-effettività tad-dritt li jiġu imposti somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt jew ta’ aġent temporanju sospiż mill-funzjonijiet tiegħu. Fil-fatt, kif tfakkar fil-punt 28 iktar ’il fuq, id-dritt għar-rimbors tas-somom miżmuma huwa miftuħ biss, skont din id-dispożizzjoni, għall-aġenti li fir-rigward tagħhom, mar-riżultat tal-proċeduri dixxiplinari, ebda sanzjoni ma ġiet adottata jew ġew adottati s-sanzjonijiet ta’ twissija bil-miktub, ta’ twiddiba jew ta’ posponiment ta’ promozzjoni għal skala ogħla. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li l-interpretazzjoni miżmuma mill-ASTK fid-deċiżjoni kkontestata u difiża mill-Kummissjoni kellha bħala effett li tneħħi l-effettività ta’ din id-dispożizzjoni f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal qabel jirriżulta li l-ASTK kisret l-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti, billi rrifjutat lir-rikorrent ir-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu bis-saħħa tad-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kwistjoni jekk ir-rikorrent kien korrett li jitlob lill-ASTK li s-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu jkunu, matul ir-rimbors tagħhom, miżjuda bl-imgħax previst fl-Artikolu 12 tal-Anness XII tar-Regolamenti, jirriżulta mill-Artikolu 24(4) tal-Anness IX tar-Regolamenti li l-imsemmija somom huma miżjuda b’tali mgħax biss meta ebda sanzjoni ma ġiet adottata mar-riżultat tal-proċeduri dixxiplinari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li s-sanzjoni ta’ twiddiba ġiet adottata fir-rigward tar-rikorrent mid-deċiżjoni tas-sanzjoni tat-<DATE ISO="20150218">18 ta’ Frar 2015</DATE>, dan tal-aħħar ma jistax jallega li s-somom li tagħhom jitlob ġustament ir-rimbors ikunu flimkien mal-imgħax.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li din it-tilwima għandha natura finanzjarja, il-qorti tal-Unjoni għandha ġurisdizzjoni sħiħa, konformement mat-tieni sentenza tal-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti. Konsegwentement, għandhom jintlaqgħu t-talbiet tar-rikorrent intiżi li l-Qorti Ġenerali tikkundanna lill-Kummissjoni li tirrimborsah is-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu skont id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal qabel jirriżulta li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata u l-Kummissjoni kkundannata illi tirrimborsa lir-rikorrent is-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu skont id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE> mingħajr imgħax previst fl-Artikolu 12 tal-Anness XII tar-Regolamenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. F’din il-kawża, peress li l-Kummissjoni tilfet, għandha tiġi kkundannata għall‑ispejjeż, kif mitlub mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150313">13 ta’ Marzu 2015</DATE> li biha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet it-talba ta’ OU intiż għar-rimbors tas-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE> hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni hija kkundannata tirrimborsa lil OU s-somom miżmuma fuq ir-remunerazzjoni tiegħu wara d-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20061214">14 ta’ Diċembru 2006</DATE>.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Pelikánová</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Valančius</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Öberg</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>