<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-563/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0563</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:646">EU:C:2020:646</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>20</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Pitruzzella – Kawża C‑563/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Recylex <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Pitruzzella</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20200903">3 ta’ Settembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑563/19 P</HT></P><P>Recylex SA,</P><P>Fonderie et Manufacture de Métaux,</P><P>Harz-Metall GmbH</P><P>vs</P><P>Il-Kummissjoni Ewropea</P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Prezz tax-xiri ta’ skart tal-batteriji taċ-ċomb-aċtu</KEYWORD><KEYWORD>Punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006</KEYWORD><KEYWORD>Immunità parzjali</KEYWORD><KEYWORD>Kriterju applikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni għall-finijiet tat-tnaqqis tal-multa</KEYWORD><KEYWORD>Ordni kronoloġiku</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell li huwa s-suġġett ta’ dawn il-konklużjonijiet, Recylex SA, Fonderie et Manufacture de Métaux SA u Harz-Metall GmbH (iktar ’il quddiem, flimkien: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Recylex<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> jew l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>appellanti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) jitolbu l-annullament tas-sentenza tat-<DATE ISO="20190523">23 ta’ Mejju 2019</DATE>, Recylex <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑222/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:356">EU:T:2019:356</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors minnhom ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-<DATE ISO="20170208">8 ta’ Frar 2017</DATE>, li jirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>C(2017) 900 final (Każ AT.40018 – Riċiklaġġ ta’ Batteriji tal-Vetturi)</P></NOTE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi, b’mod partikolari, fuq l-interpretazzjoni tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Immunità minn multi u tnaqqis ta’ multi f’każijiet ta’ kartell [akkordji]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 298, p. 17</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), li jipprovdi għall-għoti ta’ immunità parzjali mill-multa, b’referenza għal ċerti elementi tal-ksur, lill-impriżi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Il-Qorti tal-Ġustizzja trid tikkjarifika b’mod partikolari sa fejn il-kriterji għall-eliġibbiltà tal-impriżi għall-immunità parzjali prevista minn din id-dispożizzjoni ġew mibdula meta mqabbla mal-verżjoni preċedenti tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Avviż tal-Kummissjoni dwar l-immunità minn multi u tnaqqis f’multi f’każijiet ta’ kartell (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol 2, p. 155).</P></NOTE> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), minħabba l-formulazzjoni differenti adottata mill-Kummissjoni meta mqabbla ma’ dik li kienet tinsab fit-tielet paragrafu tal-punt 23 ta’ dan l-aħħar avviż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>It-tielet parti tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 tittratta dwar it-tnaqqis tal-multa. It-Taqsima A, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Rekwiżiti għal tnaqqis tal-multi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, tinkludi l-punti minn 23 sa 26. Skont il-punt 23, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>[l-i]mpriżi li jiżvelaw il-parteċipazzjoni tagħhom f’allegat kartell li jaffettwa lill-Komunità u li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet taħt is-sezzjoni II hawn fuq [dwar l-immunità mill-multa] jistgħu jkunu eliġibbli biex jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ kull multa li kieku kienet tkun imposta<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. Skont il-punt 24 sussegwenti, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[b]iex tikkwalifika, impriża għandha tipprovdi l-Kummissjoni bi provi tal-ksur allegat li jirrapreżentaw valur miżjud sinifikanti b’rispett għall-evidenza li diġa’ tkun tinstab fil-pussess tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>. Il-punt 25 jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>valur miżjud<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>. Fl-aħħar sentenza ta’ dan il-punt ġie ppreċiżat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>[…] il-livell ta’ korroborazzjoni ta’ sorsi oħra, neċessarju sabiex il-provi ppreżentati jistgħu jkunu affidabbli kontra impriżi oħra involuti fil-kawża, jkollu effett fuq il-valur ta’ dawk l-provi, b’tali mod li provi determinanti jingħataw valur ogħla minn provi bħal ma huma dikjarazzjonijiet li jkunu jridu jiġu kkorroborati jekk jiġu kkontestati<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 jaqra kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>F’kull deċiżjoni finali mogħtija fi tmiem il-proċedura amministrattiva, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-livell ta’ tnaqqis li minnu għandha tibbenefika l-impriża, relattiv mal-multa li altrimenti tiġi imposta. Għal:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel impriża li tipprovdi valur miżjud sinjifikanti: tnaqqis ta’ bejn 30 u 50 %,</P></ITEM><ITEM><P>it-tieni impriża li tipprovdi valur miżjud sinjifikanti: tnaqqis ta’ bejn 20 u 30 %,</P></ITEM><ITEM><P>impriża oħra li jipprovdu valur miżjud sinjifikanti: tnaqqis massimu ta’ 20 %<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont it-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>[j]ekk impriża li titlob tnaqqis fil-multa tkun l-ewwel li tippreżenta provi determinanti, fis-sens tal-punt (25), li l-Kummissjoni tuża biex tistabbilixxi fatti addizzjonali li jżidu l-gravità jew il-perjodu tal-ksur, il-Kummissjoni ma tiħux f’kunsiderazzjoni dawn il-fatti addizzjonali meta tiffissa l-ammont ta’ xi multa imposta fir-rigward tal-impriża li tkun ippreżentathom<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Ninnota li dispożizzjoni simili, anki jekk ifformulata f’termini differenti, tinsab fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva (UE) 2019/1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20181211">11 ta’ Diċembru 2018</DATE> sabiex l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jingħataw setgħat biex ikunu inforzaturi aktar effettivi, u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="011" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 11, p. 3</REF.DOC.OJ>). It-test ta’ din id-dispożizzjoni huwa is-segwenti: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[l]-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk l-applikant jissottometti evidenza konvinċenti li l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tuża biex tipprova fatti addizzjonali li jwasslu għal żieda fil-multi meta mqabbla mal-multi li kieku kienu jiġu imposti fuq il-parteċipanti fil-kartell sigriet, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni ma għandhiex tieħu kont ta’ tali fatti addizzjonali meta tistabbilixxi kwalunkwe multa li għandha tiġi imposta fuq l-applikant għat-tnaqqis tal-multi li jkun ipprovda din l-evidenza<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Skont it-tielet paragrafu tal-punt 23 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[…] jekk impriża tipprovdi provi rrelatati ma’ fatti li qabel ma kienux magħrufa lill-Kummissjoni li għandhom rilevanza diretta fuq il-gravità u t-tul tal-kartell issuspettat, il-Kummissjoni mhijiex ser tieħu kont ta’ dawn l-elementi meta tordna li tiġi imposta multa fuq l-impriża li tipprovdi dawn il-provi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża jinsabu deskritti, għal dak li huwa rilevanti għal din il-kawża, fil-punti 1 sa 11 u 67 sa 72 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti huma kumpanniji stabbiliti rispettivament fil-Belġju, fi Franza u fil-Ġermanja, u huma attivi fil-produzzjoni taċ-ċomb irriċiklat u ta’ prodotti oħra (polipropilen, żingu u metalli speċjali).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkonstatat li Recylex u tliet impriżi oħra - Campine NV u Campine Recycling NV (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Campine<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>); Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH u Société de traitement chimique des métaux SAS (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Eco-Bat<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>); u Johnson Controls, Inc., Johnson Controls Tolling GmbH &amp; Co. KG u Johnson Controls Recycling GmbH (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>JCI<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) – kienu pparteċipaw, bi ksur tal-Artikolu 101 TFUE, fi ksur uniku u kontinwu fis-settur tax-xiri tal-iskart ta’ batteriji tal-karozza taċ-ċomb u tal-aċtu użat għall-produzzjoni taċ-ċomb irriċiklat, imwettaq fil-perijodu mit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE> sas-<DATE ISO="20120926">26 ta’ Settembru 2012</DATE> u kien jikkonsisti f’akkordji u/jew prattiki miftiehma bl-iskop li jikkoordinaw il-prezzijiet (ara l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-investigazzjonijiet bdew wara talba għall-immunità mill-multa skont l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, ippreżentata minn JCI fit-<DATE ISO="20120622">22 ta’ Ġunju 2012</DATE>. Fit-<DATE ISO="20120913">13 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-Kummissjoni tat immunità kundizzjonali lil din l-impriża, skont il-punt 18 ta’ dan l-avviż (premessa 29 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Mis-26 sat-<DATE ISO="20120928">28 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet fil-bini ta’ JCI, ta’ Recylex, ta’ Eco-Bat u Campine li jinsab fil-Belġju, fi Franza u fil-Ġermanja (premessa 30 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-ewwel Eco-Bat, fis-<DATE ISO="20120927">27 ta’ Settembru 2012</DATE>, u mbagħad Recylex, fit-<DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, ressqu talba għal immunità jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa skont l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006. Fl‑<DATE ISO="20121204">4 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Campine ressqet, min-naħa tagħha, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa bis-saħħa tal-istess avviż (premessa 31 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20150624">24 ta’ Ġunju 2015</DATE>, il-Kummissjoni bdiet il-proċedura amministrattiva kontra JCI, Recylex, Eco-Bat u Campine u bagħtitilhom l-akkużi relattivi. Permezz ta’ ittra tal-istess ġurnata, il-Kummissjoni informat lil Eco-Bat u lil Recylex bil-konklużjoni provviżorja tagħha li tgħid li l-provi li dawn tal-aħħar kienu kkomunikawlha kienu jikkostitwixxu valur miżjud sinjifikattiv fis-sens tal-punti 24 u 25 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 u, għaldaqstant, bl-intenzjoni tagħha li tnaqqas l-ammont tal-multa li kellha tiġi imposta fuqhom. Il-Kummissjoni informat ukoll lil Campine bl-intenzjoni tagħha li ma tipproċedix bi tnaqqis fil-multa fil-konfront tagħha (premessa 33 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni imponiet fuq ir-rikorrenti, <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>, multa fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">26739000</FT> minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur ikkonstatat mit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE> sas-<DATE ISO="20120926">26 ta’ Settembru 2012</DATE> (ara l-Artikolu 1(1)(d) u l-Artikolu 2(1)(d)).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppronunzjat ruħha dwar l-applikazzjoni tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 għall-impriżi responsabbli mill-ksur fil-premessi 384 sa 411 tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, hija tat lil JCI l-benefiċċju tal-immunità mill-multi fis-sens tal-punt 8(a) ta’ dan l-avviż, wara li kkonstatat li l-kooperazzjoni ta’ din l-impriża kienet tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 12 ta’ dan l-avviż (premessi 384 sa 386 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Kummissjoni kkunsidrat li Eco-Bat kienet l-ewwel impriża li pproduċiet provi li għandhom valur miżjud sinjifikattiv u tatha tnaqqis massimu fl-ammont tal-multa, ekwivalenti għal 50 %, kif jissemma fl-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 (premessi 387 sa 393 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, il-Kummissjoni tat lil Recylex tnaqqis fil-multa ta’ 30 % fis-sens tat-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, fejn ikkunsidrat li Recylex kienet it-tieni impriża li pproduċiet provi li kellhom valur miżjud sinjifikattiv dwar, b’mod partikolari: (i) l-oriġni tal-akkordju; (ii) diversi kuntatti antikompetittivi mhux imsemmija minn impriżi oħra; (iii) il-laqgħa multilaterali ta’ Windhagen fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE> li mmarkat il-bidu tal-ksur u (iv)<?PAGE NO="4"?> diversi kuntatti telefoniċi u skambji ta’ messaġġi bejn l-istess Recylex u l-kompetituri tagħha (premessi 394 sa 399 tad-deċiżjoni kkontestata). Il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti ta’ Recylex intiżi li jiksbu tnaqqis ikbar tal-multa, minn 30 % għal 50 %. B’mod partikolari, filwaqt li ammettiet li Recylex kienet l-ewwel waħda li pprovdiet spjegazzjonijiet dwar il-laqgħa ta’ Windhagen, il-Kummissjoni ppreċiżat li tali elementi kienu jirrigwardaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kwistjonijiet organizzattivi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> u li hija kienet diġà kisbet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>provi determinanti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> matul l-ispezzjoni għand Campine dwar l-aġenda u l-kontenut ta’ tali laqgħa (premessa 401 tad-deċiżjoni kkontestata li tirreferi għall-premessi 68 u 69). Il-Kummissjoni ċaħdet ukoll l-argument ta’ Recylex fejn jingħad li tali impriża kienet l-ewwel waħda li pprovdiet provi dwar l-attività tal-akkordju fi Franza. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ppreċiżat li hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>diġà kellha l-informazzjoni dwar il-portata ġeografika tal-akkordju, inkluż rigward Franza<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali] (premessa 402 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ċaħdet it-talba għat-tnaqqis tal-multa mressqa minn Campine (premessi 404 sa 411 tad-deċiżjoni kkontestata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170418">18 ta’ April 2017</DATE> Recylex ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 263 TFUE, intiż għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta. Insostenn tal-appell tagħha, Recylex ressqet sitt motivi. Permezz tal-ewwel żewġ motivi, hija invokat żball fl-applikazzjoni tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006. Essenzjalment, hija sostniet li kellha tibbenefika mill-immunità parzjali tal-multa prevista f’din id-dispożizzjoni, peress li kienet l-ewwel waħda li pproduċiet provi determinanti li fuqhom il-Kummissjoni bbażat ruħha biex taċċerta, min-naħa, id-data tal-bidu tal-ksur (l-ewwel motiv) u, min-naħa l-oħra, il-portata tal-ksur fuq is-suq Franċiż (it-tieni motiv). Permezz tat-tielet motiv, Recylex ikkontestat iż-żieda ta’ 10 % applikata fil-konfront tagħha abbażi tal-punt 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti bl-applikazzjoni tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 210, p. 2</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Permezz tar-raba’ motiv, hija sostniet li l-Kummissjoni kienet żbaljat meta tatha tnaqqis tal-multa ta’ 30 % skont it-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 flok tnaqqis ta’ 50 % skont l-ewwel paragrafu, minkejja li kienet l-ewwel waħda li pproduċiet provi determinanti dwar it-tul tal-ksur u dwar il-portata ġeografika. Il-ħames motiv kien jinvoka ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ individwalizzazzjoni tal-pieni. Fl-aħħar nett, permezz tas-sitt motiv, Recylex talbet lill-Qorti Ġenerali sabiex tuża l-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha sabiex tiffissalhom termini għall-ħlas tal-partijiet mill-multi li għadhom dovuti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Bis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fl-intier tiegħu u kkundannat lil Recylex għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">IV. Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20190723">23 ta’ Lulju 2019</DATE>, Recylex ippreżentat l-appell li huwa s-suġġett ta’ dawn il-konklużjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Recylex titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata sa fejn tikkonferma l-multa li l-Kummissjoni imponiet fuqha permezz tad-deċiżjoni kkontestata u sa fejn tikkundannaha għall-ispejjeż;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Kummissjoni imponiet fuqha multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">26739000</FT>;</P></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><P>tnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuqha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Recylex titlob li l-multa titnaqqas għal: EUR <FT TYPE="NUMBER">5876512</FT> f’każ li jintlaqgħu t-tliet aggravji; għal EUR <FT TYPE="NUMBER">17677434</FT> f’każ li jintlaqa’ l-ewwel aggravju; għal EUR <FT TYPE="NUMBER">13302718</FT> f’każ li jintlaqa’ t-tieni aggravju; għal EUR <FT TYPE="NUMBER">19099000</FT> f’każ li jintlaqa’ biss it-tielet aggravju; għal EUR <FT TYPE="NUMBER">8227117</FT> f’każ li jintlaqgħu l-ewwel u t-tieni aggravju; għal EUR <FT TYPE="NUMBER">12626738</FT> f’każ li jintlaqgħu l-ewwel u t-tielet aggravju; għal EUR <FT TYPE="NUMBER">9501941</FT> f’każ li jintlaqgħu t-tieni u t-tielet aggravju.</P></NOTE>; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u tikkundanna lil Recylex għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-programm ta’ klemenza huwa intiż li jikseb li l-impriżi li jipparteċipaw f’akkordju sigriet, li min-natura tiegħu stess huwa diffiċli li jiġi identifikat u investigat, ikunu inkoraġġuti jirrapportawh u jikkooperaw mal-awtorità tal-kompetizzjoni, b’mod li jippermetti li l-ksur jintemm malajr. Fil-bażi ta’ tali programmi hemm l-idea li l-għan li jiġu mikxufa u ssanzjonati l-akkordji, fl-interess tas-swieq, tal-konsumaturi u tal-vittmi stess ta’ tali aġiri illegali, huwa ikbar mill-interess li tiġi imposta sanzjoni fuq l-impriżi li jiddeċiedu li jikkooperaw<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara f’dan is-sens, il-punt 3 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>L-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 fih il-linji gwida li, għall-finijiet ta’ trasparenza u f’konsapevolezza tal-aspettattivi li dan joħloq fl-impriżi li għandhom l-intenzjoni li jikkollaboraw<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-punt 38 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006.</P></NOTE>, il-Kummissjoni tipproponi li ssegwi meta tipproċessa t-talbiet għal klemenza. Għaldaqstant dawn huma regoli ta’ kondotta bil-għan li joħolqu effetti esterni u indikattivi tal-prassi li għandha tiġi adottata, li l-Kummissjoni ma tistax tinjora, f’każ partikolari, mingħajr ma tagħti raġunijiet li huma kompatibbli mal-prinċipju tat-trattament ugwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, b’analoġija, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060518">18 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Archer Daniels Midland u Archer Daniels Midland Ingredients vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑397/03 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:328">EU:C:2006:328</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Chalkor vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑386/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:815">EU:C:2011:815</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Jeħtieġ ukoll li jiġi rilevat li r-regoli fil-qasam tal-klemenza huma ta’ natura eċċezzjonali meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li jipprojbixxu l-akkordji antikompetittivi u li, konsegwentement, għandhom jiġu interpretati b’mod strett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>F’dan is-sens, ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>LG Display u LG Display Taiwan vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑128/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:88">EU:T:2014:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0167">167</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Recylex tinvoka tliet aggravji insostenn tal-appell tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tieni aggravju huma t-tnejn intiżi biex jikkontestaw l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali lit-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 kif ukoll l-applikazzjoni ta’ din ir-regola għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Għaldaqstant, ser nittratta dawn iż-żewġ aggravji flimkien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju, Recylex tikkritika lill-Qorti Ġenerali li kkonkludiet, b’mod żbaljat, li l-Kummissjoni ma kienet wettqet ebda żball meta ma applikatilhiex tnaqqis fil-medda ta’ bejn it-30 % u l-50 %, skont l-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni aggravju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-ewwel aggravju jirrigwarda l-punti 79 sa 99 tas-sentenza appellata u jinqasam fi tliet partijiet. Permezz tal-ewwel parti Recylex issostni li r-raġunament adottat mill-Qorti Ġenerali huwa nieqes mill-koerenza u miċ-ċarezza f’dak li jikkonċerna l-kriterji ġuridiċi li fuqhom ikun ibbażat l-għoti ta’ immunità parzjali skont it-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006. Permezz tat-tieni u tat-tielet parti tal-ewwel aggravju, Recylex tallega, rispettivament, żnaturament tal-provi u ksur tar-regoli li jirrigwardaw l-oneru tal-prova, inkwantu l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li n-noti miktubin bl-idejn ta’ Campine ppermettew li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-eżistenza tal-laqgħa multilaterali antikompetittiva li nżammet f’Windhagen fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju, li huwa intiż kontra l-punti 100 sa 108 tas-sentenza appellata, Recylex tilmenta minn żball fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-għoti tal-immunità parzjali skont it-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, inkwantu l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni, b’mod korrett, ċaħdet li tapplika tali regola għall-appellanti billi bbażat ruħha fuq il-konstatazzjoni unika li tali istituzzjoni kienet diġà taf bil-fatt li l-akkordju antikompetittiv kien jinfirex ukoll fuq Franza.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-ewwel aggravju u fuq it-tieni aggravju: inkoerenza tal-motivi u żball fl-interpretazzjoni tal-kriterju ġuridiku rilevanti għall-għoti tal-immunità parzjali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-punti 79 sa 99 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali eżaminat l-ewwel motiv tar-rikors li bih Recylex ikkontestat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ċaħħditha l-immunità parzjali b’riferiment għall-provi prodotti minn tali impriża li jirrigwardaw il-laqgħa ta’ Windhagen tat-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fil-punti 84 u 85 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali l-ewwel fakkret ir-<HT TYPE="ITALIC">ratio</HT> tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 u sussegwentement ippreċiżat, fuq il-bażi ta’ dak li diġà ġie affermat fis-sentenza tad-<DATE ISO="20160229">29 ta’ Frar 2016</DATE>, Deutsche Bahn <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑267/12</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:110">EU:T:2016:110</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0377">377</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>sentenza Deutsche Bahn<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), li l-użu tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>l-ewwel li tippreżenta provi determinanti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> kienu jippermettu li tingħata interpretazzjoni restrittiva ta’ tali dispożizzjoni, fejn din tiġi limitata għall-każijiet fejn impriża li tkun ipparteċipat f’akkordju tipprovdi lill-Kummissjoni b’<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>informazzjoni ġdida<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>. Fil-punt 86 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali affermat li l-loġika tal-immunità parzjali, kif interpretata mill-ġurisprudenza li tirrigwarda t-tielet paragrafu tal-punt 23 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002 u, b’mod partikolari, tas-sentenza tat-<DATE ISO="20150423">23 ta’ April 2015</DATE>, LG Display u LG Display Taiwan vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑227/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:258">EU:C:2015:258</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>(iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>sentenza LG Display<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), ma ġietx mibdula bil-formulazzjoni tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 u li l-kriterju ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għadu bbażat fuq il-produzzjoni ta’ provi li jirrigwardaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>fatt ġdid<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> tali li jżid il-gravità u t-tul tal-ksur, bl-esklużjoni tal-każijiet fejn l-impriża tkun illimitat ruħha biex tipprovdi elementi li jippermettu li jissaħħu l-provi dwar l-eżistenza tal-ksur. Filwaqt li fakkret il-punt 81 tas-sentenza LG Display, il-Qorti Ġenerali ppreċiżat ukoll li, meta l-informazzjoni pprovduta minn impriża tkun tirrigwarda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>fatti li ma kinux preċedentement mhux magħrufa mill-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, it-talba għall-immunità parzjali skont it-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 għandha tiġi miċħuda, mingħajr ħtieġa li l-valur probatorju ta’ tali informazzjoni jitqabbel ma’ dak tal-informazzjoni pprovduta preċedentement<?PAGE NO="7"?> minn impriża oħra (punt 88 tas-sentenza appellata). L-evalwazzjoni tal-valur probatorju tal-provi prodotti minn xi ħadd li jitlob l-immunità parzjali hija, skont il-Qorti Ġenerali, meħtieġa biss f’każ li tali informazzjoni tkun tirrigwarda fatt ġdid li jżid il-gravità u t-tul tal-ksur (punt 89 tas-sentenza appellata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Filwaqt li bbażat ruħha fuq il-prinċipji msemmija hawn fuq, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-argumenti kollha mressqa minn Recylex fil-kuntest tal-ewwel motiv tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fil-punti 100 sa 108, il-Qorti Ġenerali qieset it-tieni motiv tar-rikors li permezz tiegħu Recylex ikkontestat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikkonċedix l-immunità parzjali b’riferiment għall-provi prodotti minnha dwar il-ksur fi Franza. Fil-punt 104 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali fakkret il-prinċipji esposti fil-punti 82 sa 89 tal-istess sentenza u, fil-punti sussegwenti 105 sa 107, applikat tali prinċipji billi ddeċidiet li tiċħad it-tieni motiv tar-rikors.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju tagħha, Recylex tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli użat raġunament inkoerenti u mhux ċar għal dak li jirrigwarda l-kriterju ġuridiku applikabbli għall-finijiet tal-għoti tal-immunità parzjali msemmija fit-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006. F’ċerti punti tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali rreferiet għal kriterju bbażat fuq in-nuqqas ta’ għarfien tal-Kummissjoni tal-fatti li jirreferu għalihom il-provi prodotti mill-impriża (punti 88, 91 u 96) u, f’punti oħrajn, għal kriterju bbażat fuq il-kapaċità tal-Kummissjoni li taċċerta tali fatti billi tibbaża ruħha fuq il-provi prodotti mill-impriża (punti 93 u 95).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni aggravju tagħha Recylex tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli bbażat ir-raġunament tagħha fuq kriterju ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>għarfien<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> min-naħa tal-Kummissjoni tal-fatti kkonċernati mill-provi prodotti mill-impriża li titlob li tkun ammessa għall-benefiċċju tal-immunità parzjali. Issa, għalkemm tali kriterju kien dak li ġie effettivament adottat mit-tielet paragrafu tal-punt 23 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002, dan madankollu ma jsib ebda bażi fl-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Skont Recylex, il-kriterju applikabbli abbażi tat-tielet paragrafu tal-punt 26 ta’ dan l-avviż, jikkonsisti filli jiġi vverifikat jekk l-impriża kinitx l-ewwel waħda li pproduċiet provi determinanti tali li jippermettu li l-Kummissjoni turi b’mod adegwat fatti addizzjonali li huma kapaċi jżidu l-gravità jew it-tul tal-ksur. Abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, għalhekk, ma huwiex rilevanti l-fatt li fil-mument tal-preżentazzjoni tat-talba għall-immunità parzjali, il-Kummissjoni diġà kellha fil-pussess tagħha informazzjoni fuq il-fatti li għalihom jirreferu l-provi li fuqhom hija bbażata tali talba, iżda l-fatt ta’ jekk il-Kummissjoni kienet jew ma kinitx diġà f’pożizzjoni li turi b’mod adegwat, mingħajr ma tirrikorri għal tali provi, ir-realtà ta’ dawk il-fatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>B’kuntrast ma’ dak li sostniet il-Qorti Ġenerali, fil-fehma ta’ Recylex, l-applikazzjoni tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 teħtieġ paragun veru u proprju bejn il-valur probatorju tal-informazzjoni pprovduta mill-impriża li titlob l-immunità parzjali u dak tal-informazzjoni li tkun diġà fil-pussess tal-Kummissjoni. Insostenn tat-teżi tagħha, Recylex tirreferi għall-punti 405 u 406 tas-sentenza Deutsche Bahn, kif ukoll għas-sentenzi tad-<DATE ISO="20160229">29 ta’ Frar 2016</DATE>, Schenker vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑265/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:111">EU:T:2016:111</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0386">386</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> u tas-<DATE ISO="20130517">17 ta’ Mejju 2013</DATE>, MRI vs Il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑154/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:260">EU:T:2013:260</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0117">117</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0127">127</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Recylex issostni finalment li, fil-punti 88 u 89 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq il-ġurisprudenza dwar it-tielet paragrafu tal-punt 23 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002, inkwantu tali dispożizzjoni u t-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 huma bbażati fuq kriterji differenti għall-eliġibbiltà għall-benefiċċju tal-immunità parzjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrileva li l-għan tal-immunità parzjali, bħala eċċezzjoni għar-regola li impriża għandha tkun issanzjonata għall-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni li hija twettaq, huwa dak li tistimola l-ħeffa fil-kooperazzjoni tal-impriżi billi toħloq klima ta’ inċertezza permezz tal-għoti ta’ tnaqqis iżgħar fil-multa għal dawk li jdumu iktar biex jikkollaboraw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>B’mod konformi ma’ dan l-għan, il-kriterju applikabbli għall-għoti tal-immunità parzjali skont it-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 jipprevedi, skont il-Kummissjoni, li jkunu ssodisfatti żewġ kundizzjonijiet: i) l-impriża li titlob l-immunità trid tkun l-ewwel waħda li turi fatti li ma kinux magħrufa mill-Kummissjoni minn qabel, u (ii) l-imsemmija fatti jridu jkunu tali li jippermettu li l-Kummissjoni tasal għal konklużjonijiet ġodda dwar il-gravità u t-tul tal-ksur. Għaldaqstant, skont it-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, huma esklużivament il-provi prodotti mill-impriża li jridu jkunu determinanti u mhux dawk li jkunu diġà fil-pussess tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għalkemm il-formulazzjoni tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 ma hijiex identika għal dik tat-tielet paragrafu tal-punt 23 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002, l-avviż il-ġdid tal-2006, skont il-Kummissjoni, la kien intiż li jikkontesta l-kriterju li fuqu kienet ibbażata din id-dispożizzjoni, u lanqas l-interpretazzjoni jew l-iskop tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-kriterju li Recylex ikkunsidrat bħala rilevanti ma huwiex konformi mal-għanijiet imfittxija mill-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006. Min-naħa, huwa diffiċli li jiġi applikat fil-prattika, peress li jeħtieġ paragun bejn il-valur probatorju tal-informazzjoni pprovduta minn impriża u dak tal-informazzjoni li kienet diġà fil-pussess tal-Kummissjoni b’riferiment għall-istess fatt, sabiex jiġi vverifikat jekk din l-aħħar informazzjoni hijiex determinanti fis-sens tal-punt 25 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, jiġifieri tali li ma teħtieġx li tkun ikkorroborata bi provi oħra. Min-naħa l-oħra, jekk jiġi applikat b’analoġija għat-talbiet għall-immunità totali, tali kriterju jista’ jwassal għal sitwazzjoni fejn żewġ impriżi jistgħu jibbenefikaw kontemporanjament minn immunità totali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Dawn ikunu l-ewwel impriża li tkun ipprovdiet lill-Kummissjoni ċerta informazzjoni dwar ċertu ksur u t-tieni impriża, f’ordni kronoloġiku, li tkun ipprovdiet lill-Kummissjoni b’informazzjoni korroboranti dwar l-istess ksur tali li jippermettu li l-Kummissjoni tipprovah b’mod adegwat, minkejja li l-Kummissjoni tkun diġà taf bl-eżistenza tal-istess.</P></NOTE>, minkejja li l-għan tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni huwa dak li tkun impriża waħda biss li tkun tista’ tiġi ppremjata b’immunità totali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Jeħtieġ qabelxejn li tiġi miċħuda l-kritika li Recylex tagħmel fir-rigward tas-sentenza appellata mill-aspett tal-koerenza u taċ-ċarezza tar-raġunament użat mill-Qorti Ġenerali. Il-punti 84 sa 89 tas-sentenza appellata, li huma s-suġġett tal-imsemmija kritika, fil-fehma tiegħi ma fihom ebda ambigwità. Fil-fatt jirriżulta b’mod ċar mill-motivazzjoni esposta fihom li l-Qorti Ġenerali interpretat it-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 fis-sens li l-applikazzjoni tiegħu hija limitata għall-każ biss fejn l-impriża li tipparteċipa f’akkordju tipprovdi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>informazzjoni ġdida<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> lill-Kummissjoni (punt 85), jiġifieri tipproduċi provi li jirrigwardaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>fatti ġodda<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (punt 86), <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>li ma kinux magħrufa mill-Kummissjoni minn qabel<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> (punt 84). Jirriżulta b’mod daqstant ċar minn tali punti tal-motivazzjoni li, skont il-Qorti Ġenerali, f’każ li tali kundizzjoni ma tkunx issodisfatta, jiġifieri f’każ li l-provi prodotti mill-impriża ma jirrigwardawx fatti li ma kinux magħrufa mill-Kummissjoni minn qabel, it-talba għall-immunità parzjali għandha tiġi miċħuda, <HT TYPE="ITALIC">indipendentement minn kwalunkwe evalwazzjoni tal-valur probatorju ta’ tali provi</HT> (punt 88) u li tali evalwazzjoni tiġi kkunsidrata biss f’każ li l-impriża tkun ipprovdiet provi li jirrigwardaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>fatt ġdid<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> (punt 89).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-eżami mwettaq mill-Qorti Ġenerali fil-punti 90 sa 115 tas-sentenza appellata, dwar l-ewwel motiv tar-rikors, u fil-punti 105 sa 108, dwar it-tieni motiv tar-rikors, żamm strettament mal-prinċipji esposti fil-punti 84 sa 89 tas-sentenza appellata u mal-interpretazzjoni tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 mogħtija f’dawn il-punti. Skont tali interpretazzjoni, il-Qorti Ġenerali llimitat ruħha fil-fatt biex tevalwa jekk, fil-mument tal-preżentazzjoni tat-talba għall-immunità parzjali min-naħa ta’ Recylex, il-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>[kellhiex] diġà l-għarfien<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, min-naħa waħda, tal-laqgħa antikompetittiva ta’ Windhagen u tal-fatt li l-ksur kien diġà beda fil-ħarifa tal-2009 (l-ewwel motiv tar-rikors) u, min-naħa l-oħra, tal-fatt li l-akkordju kien jirrigwarda wkoll it-territorju Franċiż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Il-Qorti Ġenerali eżaminat jekk <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">kinitx taf</HT>, qabel it-talba għall-klemenza ta’ Recylex tat-<DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, bil-fatt li kienet inżammet laqgħa antikompetittiva fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE><QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> (fil-verżjoni tal-lingwa uffiċjali tal-proċedura: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>whether the Commission <HT TYPE="ITALIC">was already aware</HT>, before Recylex’s application for leniency of <DATE ISO="20121023">23 October 2012</DATE>, of the fact that an anticompetitive meeting had taken place on <DATE ISO="20090923">23 September 2009</DATE><QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>) (punt 91) u wara li ħadet inkunsiderazzjoni d-dokumenti varji fil-pussess tal-Kummissjoni qabel tali talba, waslet għall-konklużjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">kienet diġà taf</HT><QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> b’tali laqgħa (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>the Commission <HT TYPE="ITALIC">was already aware</HT> of the fact that an anticompetitive meeting had taken place on <DATE ISO="20090923">23 September 2009</DATE> before it received the information provided by Recylex<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>) (punt 96). Bl-istess mod, fil-punt 106 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali kkonkludiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>l-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">kienet diġà</HT> taf bil-fatt li l-akkordju kien ikopri lil Franza qabel it-talba għall-immunità parzjali ta’ Recylex<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>the Commission <HT TYPE="ITALIC">was already aware</HT> of the fact that the cartel covered France before Recylex’s application for partial immunity<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>). L-enfasi ġiet miżjuda minni.</P></NOTE> (it-tieni motiv tar-rikors).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Il-fatt li, f’żewġ siltiet differenti tas-sentenza appellata, li jirreferu għan-noti miktubin bl-idejn ta’ Campine, il-Qorti Ġenerali użat terminoloġija differenti, u kkonstatat, min-naħa waħda, li tali noti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>kien fihom ħafna informazzjoni li tipprova li dawn kienu l-minuti ta’ laqgħa antikompetittiva<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>they contain information that <HT TYPE="ITALIC">established</HT> that this was a record of anticompetitive discussions<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>) (punt 93) u, min-naħa l-oħra, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>mill-kontenut u mis-sens ta’ tali noti kien possibbli li jiġi <HT TYPE="ITALIC">pprovat</HT> li d-diversi impriżi ċċitati u r-rappreżentanti tagħhom kienu pparteċipaw, fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE>, f’laqgħa antikompetittiva<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>it was possible <HT TYPE="ITALIC">to establish</HT> from the content and meaning of the handwritten notes that the various undertakings referred to and their representatives had participated, on <DATE ISO="20090923">23 September 2009</DATE>, in an anticompetitive meeting<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>) (punt 95)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Il-korsiv miżjud minni.</P></NOTE>, ma jikkontestax dak li ġie affermat iktar kmieni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fil-fatt, indipendentement mill-fatt li l-użu tal-verb <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>to establish<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fil-punt 95 tas-sentenza appellata ma jittraduċix b’mod fidil l-espressjoni użata fil-Franċiż – li, għalkemm ma hijiex il-lingwa uffiċjali, hija l-lingwa li biha nkitbet tali sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Il-verżjoni Franċiża tal-punt 95 huwa s-segwenti: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>le contenu et le sens des notes manuscrites <HT TYPE="ITALIC">permettaient de savoir</HT> que les différentes entreprises citées et leurs représentants avaient participé, le <DATE ISO="20090923">23 septembre 2009</DATE>, à une réunion anticoncurrentielle<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>; l-korsiv miżjud minni.</P></NOTE> – il-Qorti Ġenerali affermat b’mod ċar, fil-punt 97 ta’ din tal-aħħar, li l-eżami tagħha ma ġiex estiż għall-evalwazzjoni tal-valur probatorju tal-provi li l-Kummissjoni diġà kellha qabel ma ġiet ippreżentata t-talba għall-klemenza min-naħa ta’ Recylex Fi kliem ieħor, il-Qorti Ġenerali ma qajmitx il-kwistjoni dwar jekk tali provi kinux, waħidhom, jippermettu li l-Kummissjoni tipprova b’mod adegwat il-fatti li fuqhom kienu bbażati l-provi prodotti minn Recylex, u lanqas ma ddeċidiet fuq din il-kwistjoni, kif jidher li qiegħda ssostni Recylex. Ser nirritorna fuq dan il-punt fil-kuntest tal-eżami tat-tieni u tat-tielet parti tal-ewwel aggravju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet suesposti nikkunsidra, għaldaqstant, li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju, sa fejn tikklassifika bħala inkoerenti u mhux ċar ir-raġunament użat mill-Qorti Ġenerali fil-punti 79 sa 99 tas-sentenza appellata, għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Xi wħud mill-argumenti mressqa fil-kuntest ta’ din il-parti u tat-tieni aggravju jinvokaw żball imwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-interpretazzjoni tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għall-finijiet li tiġi eżaminata din il-kritika, jidhirli li huwa xieraq, fl-ewwel lok, li titwarrab il-kwistjoni tas-sinjifikat li għandu jingħata lit-tibdil li sar lis-sistema tal-immunità parzjali fl-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 u dan minkejja li din il-kwistjoni hija ċentrali fl-argumenti mressqa mill-partijiet. Iktar milli niffokaw, tal-inqas inizjalment, fuq id-differenza fil-formulazzjonijiet adottati fiż-żewġ verżjonijiet sussegwenti tal-avviż dwar il-kooperazzjoni, jidhirli fil-fatt li jaqbel li wieħed jitlaq minn analiżi litterali, sistematika u teleoloġika tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Taħt l-ewwel aspett, kliem dan il-punt jippermetti li jiġu identifikati erba’ kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti mit-talba mressqa minn impriża biex tkun tista’ tibbenefika minn immunità parzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>L-ewwel waħda hija kundizzjoni ta’ natura <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>: l-impriża trid tkun l-ewwel waħda li tipproduċi quddiem il-Kummissjoni provi li jikkwalifikaw għall-iskop tal-għoti tal-immunità parzjali. L-istess kundizzjoni hija prevista fil-punt 8 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 għal dak li jirrigwarda l-immunità totali mill-multa. L-eżistenza ta’ kundizzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> hija ta’ importanza fundamentali għall-effikaċità ta’ programm ta’ klemenza, peress li tikkostitwixxi l-inċentiv għall-impriżi li jikkooperaw mal-awtorità tal-kompetizzjoni u biex jagħmlu dan l-iktar kmieni possibbli. Fl-assenza ta’ tali kundizzjoni, l-impriżi jkunu mħajra jadottaw strateġija ta’ stennija – meħud kont b’mod partikolari tal-konsegwenzi negattivi li jesponu ruħhom għalihom jekk jirrapportaw l-akkordju – bit-tama li anki l-parteċipanti l-oħra fl-akkordju jiddeċiedu li ma jikkooperawx. Tali strateġija, min-naħa l-oħra, issir żvantaġġuża meta kull impriża tkun taf li huwa biss jekk tirrapporta l-akkordju qabel il-parteċipanti l-oħra li hija tkun tista’ tibbenefika mill-immunità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza LG Display, punt 84, u d-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131121">21 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Kuwait Petroleum <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑581/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:772">EU:C:2013:772</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-previżjoni ta’ kundizzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tista’ tqanqal ukoll ċertu grad ta’ diffidenza reċiproka bejn il-parteċipanti fl-akkordju li jista’ jikkontribwixxi biex jantiċipa x-xoljiment tal-istess akkordju jew ir-rappurtar tiegħu lill-awtoritajiet. Dan jgħodd kemm għall-għoti tal-immunità totali mill-multa, kif ukoll fil-każ ta’ kooperazzjoni li tikkwalifika biss għall-finijiet ta’ immunità parzjali jew ta’ tnaqqis tal-multa, għalkemm bid-debiti differenzi. Il-kundizzjoni inkwistjoni timplika li hija biss impriża waħda – l-ewwel waħda, f’termini kronoloġiċi, li tkun ipproduċiet provi fis-sens tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni – li tkun tista’ tibbenefika mill-immunità parzjali, bl-istess mod li, kif enfasizzat b’mod korrett il-Kummissjoni, hija impriża waħda biss li tista’ tibbenefika minn immunità totali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>It-tieni kundizzjoni prevista fit-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 tirrigwarda l-valur tal-provi prodotti mill-impriża li tressaq it-talba għall-immunità parzjali: iridu jkunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>provi determinanti<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Mill-punt 25 ta’ dan l-avviż jirriżulta li jkunu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>determinanti<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> il-provi li ma jkunux jeħtieġu li jiġu kkorroborati fil-każ ta’ kontestazzjoni. Fi kliem ieħor, biex tibbenefika mill-immunità parzjali, l-impriża trid tipproduċi provi li, waħidhom, jippermettu li l-Kummissjoni turi b’mod adegwat il-fatti allegati mill-impriża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ninnota li l-istess kundizzjoni hija prevista fl-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2019/1, fejn tintalab il-preżentazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>evidenza konvinċenti<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Abbażi tat-tielet kundizzjoni, l-impriża li titlob biex tkun tista’ tibbenefika mill-immunità parzjali trid tipproduċi quddiem il-Kummissjoni provi li jirrigwardaw <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>fatti addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. Kif jirriżulta b’mod iktar evidenti f’verżjonijiet lingwistiċi oħra, pereżempju dik Franċiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>éléments de fait supplémentaires<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>), dik Ingliża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>additional facts<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>) jew dik Spanjola (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>hechos adicionales<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>), din<?PAGE NO="11"?> l-espressjoni tirreferi għal fatti oħra, supplimentari, li jservu biex <HT TYPE="ITALIC">jikkompletaw</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">jintegraw</HT> dawk li diġà tkun taf bihom il-Kummissjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Il-verżjoni Taljana tal-Artikolu 18(3) tad-Direttiva 2019/1, li jipprevedi l-istess kundizzjoni, hija iktar espliċita fl-indikazzjoni li l-provi prodotti mill-impriża għandhom jippermettu li jiġu pprovati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>ulteriori circostanze [ċirkustanzi ulterjuri]<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</P></NOTE>. Tajjeb li jiġi enfasizzat li, abbażi ta’ din il-kundizzjoni, dak li jrid jiġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>integrat<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> hija l-<HT TYPE="ITALIC">bażi fattwali</HT> li fuqha hija bbażata l-evalwazzjoni tal-ksur min-naħa tal-Kummissjoni u mhux dik probatorja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ninnota madankollu li, fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130517">17 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>MRI vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑154/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:260">EU:T:2013:260</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0117">117</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li fuqha tibbaża ruħha Recylex insostenna tat-teżi tagħha, il-Qorti Ġenerali interpretat tali kundizzjoni fis-sens li l-provi prodotti mill-impriża jridu jippermettu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>jiġu stabbiliti punti ta’ fatt <HT TYPE="ITALIC">supplementari għal dawk li l-Kummissjoni hija f’pożizzjoni li tistabbilixxi</HT><QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>; il-korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Ir-raba’ kundizzjoni hija li l-fatti li jirreferu għalihom il-provi prodotti mill-impriża għandhom ikunu idonei biex iżidu l-gravità jew it-tul tal-ksur. Din teħtieġ li l-kooperazzjoni mogħtija tissupplimenta l-bażi fattwali b’mod li jippermetti li l-Kummissjoni tasal għal <HT TYPE="ITALIC">konklużjonijiet ġodda</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, f’dan is-sens, b’riferiment għall-formulazzjoni, inqas espliċita, tat-tielet paragrafu tal-punt 23 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002, is-sentenza LG Dislay, punt 78. Il-formulazzjoni tad-Direttiva 2019/1 hija differenti minn dik tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni, sa fejn hija limitata li tipprevedi li l-elementi pprovduti mill-impriża iridu jippermettu li tiġi stabbilita ż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>żieda fil-multi meta mqabbla mal-multi li kieku kienu jiġu imposti fuq il-parteċipanti fil-kartell sigriet<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</P></NOTE> fir-rigward tal-ksur meta mqabbla ma’ dawk li hija kienet għadha waslet għalihom f’dak il-mument abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn impriżi oħra jew mill-investigazzjoni tagħha stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq huma kumulattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Jekk wara kliem it-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni wieħed jgħaddi biex jikkunsidra l-pożizzjoni sistematika tiegħu, l-element li jispikka mill-ewwel huwa l-inklużjoni tas-sistema tal-immunità parzjali fil-punt li jistabbilixxi l-konsegwenzi, f’termini ta’ tnaqqis tal-multa, tal-kooperazzjoni rregolata fil-punt 24 ta’ dan l-avviż. Madankollu, għar-raġunijiet li ser nindika, ma jidhirlix li dan il-punt sistematiku għandu jinfluwenza b’mod determinanti l-interpretazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-immunità parzjali, b’mod partikolari li jdaħħal il-kooperazzjoni li tagħti lok għal din it-tip ta’ immunità fil-kuntest ta’ dik prevista fil-punt 24 ta’ dan l-avviż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 jsegwi loġika differenti minn dik tal-punt 24 ta’ dan l-istess avviż, mhux biss fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà msemmija iktar ’il fuq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Dwar id-diversità tal-kriterji ta’ evalwazzjoni għall-għoti tal-immunità parzjali jew ta’ tnaqqis tal-multa fis-sens tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002, ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>LG Display u LG Display Taiwan vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑128/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:88">EU:T:2014:88</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0190">190</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, imma wkoll għall-modi li permezz tagħhom tiġi ppremjata l-kooperazzjoni tal-impriża. Jekk, skont l-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, l-applikazzjoni tal-punt 24 ta’ dan l-avviż jagħti lok għal tnaqqis tal-multa billi jiġu applikati skonti perċentwali deċiżi abbażi tal-kontribut effettiv – f’termini ta’ kwalità u ta’ żmien ta’ intervent – ta’ kull impriża, it-tielet paragrafu tal-punt 26 ta’ dan l-avviż jipprevedi li l-Kummissjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni, meta tistabbilixxi l-ammont tal-multa eventwali li għandha tiġi imposta fuq l-impriża, il-punti ta’ fatt li fuqhom tkun ibbażata t-talba għall-immunità parzjali u għaldaqstant, essenzjalment, ta’ parti mill-aġir illegali tal-impriża inkwistjoni. Minn dan l-aspett, il-benefiċċju tal-immunità parzjali jixbah lil dak tal-immunità totali, mogħti lill-impriża li tipprovdi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>[k]ontribuzzjoni deċiżiva għall-ftuħ ta’ investigazzjoni jew għall-kostatazzjoni ta’ xi ksur<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-punt 4 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Id-diversità tal-kriterji li għalihom hija suġġetta l-applikazzjoni tal-immunità parzjali fir-rigward tat-tnaqqis tal-multa previst fid-dispożizzjonijiet konġunti tal-punt 24 u tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, kif ukoll il-mod differenti ta’ ppremjar previst jirriflettu <HT TYPE="ITALIC">differenza kwalitattiva</HT> tal-kooperazzjoni pprovduta mill-impriża. Biex impriża tkun tista’ taċċedi għall-benefiċċju tal-immunità parzjali, ma huwiex suffiċjenti li hija tipproduċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>provi tal-ksur allegat li jirrapreżentaw valur miżjud sinifikanti b’rispett [meta pparagunati] għall-evidenza li diġa’<?PAGE NO="12"?> tkun tinstab fil-pussess tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>jsaħħu […] il-kapaċità tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-eżistenza tal-akkordju allegat<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara l-punti 24 u 25 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006.</P></NOTE>, anki jekk determinanti fis-sens tal-aħħar sentenza tal-punt 25 tal-imsemmi avviż, iżda huwa meħtieġ <HT TYPE="ITALIC">quid pluris</HT>. Huwa għaldaqstant meħtieġ li l-elementi pprovduti mill-impriża jiżvelaw lill-Kummissjoni dimensjoni oħra tal-ksur, f’termini ta’ tul jew ta’ gravità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Kieku ma kienx hekk, il-każijiet irregolati mit-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 kienu jkunu distingwibbli minn dawk previsti fil-punti 24 u 25 ta’ dan l-avviż – li diġà jikkontempla l-ipoteżi fejn l-impriża tipproduċi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>provi determinanti<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> – biss minħabba n-natura tal-fatti li fuqhom huma bbażati tali provi. Issa, barra minn dak li ngħad sa issa, kontra din l-assimilazzjoni hemm ukoll l-assenza ta’ kull riferiment espliċitu, fit-tielet paragrafu tal-punt 26, għall-bażi probatorja li l-Kummissjoni jkollha fil-pussess tagħha fil-mument tal-preżentazzjoni tat-talba għall-immunità parzjali, b’kuntrast ma’ dak li jiġri fil-każ tal-punt 24 li jafferma espressament li l-impriżi jridu jipproduċu provi li jikkostitwixxu valur miżjud sinjifikattiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>b’rispett [meta pparagunati] għall-evidenza li diġa’ tkun tinstab fil-pussess tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Għal dak li jikkonċerna, fl-aħħar nett, l-għanijiet tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, dawn jikkonsistu, min-naħa, f’li jippermettu li l-Kummissjoni tippremja impriża li tipproduċi provi ġodda, tali li jiżvelaw li akkordju li hija kienet diġà taf bih kien itwal jew iktar gravi u li fir-rigward tiegħu diġà tat immunità totali lil impriża parteċipanta oħra, u min-naħa l-oħra, li jiggarantixxu lill-impriża li ma tkunx għad tista’ tikkwalifika għall-finijiet tal-immunità li, f’każ fejn tikkoopera billi tipproduċi provi ġodda fl-investigazzjoni, il-kontribut tagħha ma jwassalx għal żieda fis-sanzjoni li kellha tiġi imposta fuqha fil-każ li hija ma tiżvelax tali provi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, f’dan is-sens, b’riferiment għall-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111005">5 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Transcatab vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑39/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:562">EU:T:2011:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0381">381</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-impriża li tkun illimitat ruħha biex ittejjeb l-għarfien li l-Kummissjoni diġà kellha ta’ ċertu perijodu jew ta’ aspett partikolari tal-ksur ma tikkwalifikax, fid-dawl ta’ tali għanijiet, għall-fini ta’ immunità parzjali u dan minkejja r-rilevanza u l-utilità tad-dokumenti pprovduti sabiex tikkorrobora l-qafas probatorju li l-Kummissjoni kellha fil-pussess tagħha fir-rigward ta’ elementi li jirrigwardaw in-natura, il-portata jew il-mekkaniżmi tal-akkordju diġà magħrufa minnha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, f’dan is-sens, b’riferiment għall-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111005">5 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Transcatab vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑39/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:562">EU:T:2011:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0382">382</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nikkunsidra li skont interpretazzjoni litterali, sistematika u teleoloġika tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż tal-2006, tali dispożizzjoni għandha tinqara fis-sens li ma huwiex suffiċjenti, biex impriża tkun eliġibbli biex tgawdi mill-benefiċċju tal-immunità parzjali, li hija tipproduċi provi determinanti li jippermettu li l-Kummissjoni taċċerta fatti li jistgħu iżidu l-gravità jew it-tul tal-ksur, iżda jeħtieġ ukoll li, fil-mument tat-tressiq tat-talba, tali fatti ma kinux diġà magħrufa mill-Kummissjoni, fis-sens li ser niċċara iktar ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex, fil-fehma tiegħi, kontraddetta mill-fatt li t-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 ma rriproduċiex il-kliem, ħafna minnhom espliċiti, użati fit-tielet paragrafu tal-punt 23 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Ma hemmx dubju li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>fatti […] li l-Kummissjoni ma kinitx taf bihom<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> ma hijiex ambigwa fir-rigward tar-rekwiżit li t-talba għall-immunità parzjali trid tipprovdi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>informazzjoni ġdida<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> lill-Kummissjoni”<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara s-sentenza LG Display, punt 79.</P></NOTE>. Madankollu, fil-fehma tiegħi, ma jkunx korrett li mis-sempliċi fatt li l-istess espressjoni ma ġietx riprodotta fl-Avviż tal-2006 wieħed jinferixxi l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tneħħi tali rekwiżit mill-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà għall-benefiċċju tal-immunità parzjali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Min-naħa, kif intwera iktar ’il fuq, kliem it-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, għalkemm inqas espliċitu fejn juża l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>fatti addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, joqgħod madankollu għal interpretazzjoni fis-sens li t-talba għall-immunità parzjali trid tgħarraf lill-Kummissjoni b’fatti oħra, li din ma kinitx taf bihom qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mid-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni li akkumpanjaw l-adozzjoni tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 jirriżulta li l-kriterju għall-għoti ta’ immunità parzjali ma tbiddilx iżda ġie biss ippreċiżat, b’mod partikolari għal dak li jirrigwarda l-valur probatorju li għandu jkollhom il-provi prodotti mill-impriżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara, f’dan is-sens, l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni, tas-<DATE ISO="20061207">7 ta’ Diċembru 2006</DATE>, IP/06/1705. Ir-riforma tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni ġiet adottata wkoll biex tallinja tali avviż mal-għanijiet stabbiliti mill-programm mudell ta’ trattament favorevoli tan-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni; ara l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni, tad-<DATE ISO="20060929">29 ta’ Settembru 2006</DATE> IP/06/1288, fejn jingħad li waħda mit-tibdiliet proposti waqt id-diskussjoni fil-kuntest tan-netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni kellha twassal biex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>jiġi deċiż espressament li huma biss provi determninati li jiġu ppremjati barra mill-meded ta’ tnaqqis tal-multa<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, disponibbli fl-indirizz https://ec.europa.eu/competition/cartels/legislation/leniency_legislation.html; ara wkoll id-dokument Competition: Revised Leniency – Frequently Asked Questions, disponibbli fl-indirizz https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/en/MEMO_06_469, għal dak li jikkonċerna l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>compelling evidence<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> għall-finijiet tal-għoti tal-immunità parzjali. Fuq ir-relazzjoni bejn il-programmi ta’ klemenza adottati fuq livell nazzjonali, tal-Unjoni u fil-kuntest tan-Netwerk Ewropew tal-kompetizzjoni, ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160120">20 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>DHL Express (Italy) u DHL Global Forwarding (Italy)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑428/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:27">EU:C:2016:27</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>B’kuntrast ma’ dak li jsostnu l-appellanti, ma huwiex għalhekk possibbli li jingħata valur deċiżiv lill-paragun bejn id-diversi formulazzjonijiet tat-tielet paragrafdu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 u t-tielet paragrafu tal-punt 23 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha nikkunsidra għaldaqstant li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod korrett it-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż tal-2006, fejn ikkunsidrat li waħda mill-kundizzjonijiet biex dan japplika hija li l-provi prodotti mill-impriża jkunu jirrigwardaw fatti li l-Kummissjoni ma kinitx taf bihom qabel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Madankollu, jeħtieġ li jiġi ċċarat li biex jiġi eskluż il-benefiċċju tal-immunità parzjali ma huwiex biżżejjed il-fatt li l-Kummissjoni tkun f’pożizzjoni li tippreżumi, abbażi ta’ sempliċi konġetturi, il-fatti li tirreferi għalihom l-informazzjoni pprovduta mill-impriża, iżda huwa meħtieġ li hija diġà jkollha provi, anki jekk indizjarji, li jippermettulha tikkonkludi li tali fatti seħħew, anki jekk għadha mhux fil-grad li tipprovahom b’mod adegwat. F’dawn il-każijiet, fil-fatt, l-elementi pprovduti mill-impriża ma jippermettux li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>jikkostitwixxu<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/> prova ġdida, iżda huma limitati biex isaħħu l-kapaċità tal-Kummissjoni sabiex tipprova l-fatti li jirreferu għalihom il-provi u jikkwalifikaw biss għaldaqstant għall-finijiet tat-tnaqqis tal-multa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>F’dan is-sens, ma huwiex eskluż li l-immunità parzjali tista’ tingħata anki fi-każ fejn il-Kummissjoni jkollha l-provi, iżda li ma tkunx f’pożizzjoni tinterpretahom fl-assenza tal-informazzjoni pporovduta mill-impriża li tkun ressqet it-talba għall-immunità parzjali, ara f’dan is-sens il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jääskinen fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Repsol Lubricantes y Especialidades <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑617/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:487">EU:C:2015:487</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, biex tikkwalifika għall-finijiet tal-immunità parzjali l-impriża trid tkun l-ewwel waħda li tgħarraf lill-Kummissjoni b’fatti li jistgħu jżidu t-tul jew il-gravità tal-ksur u li tipproduċi provi li jippermettu li din l-istituzzjoni taċċertahom. Jekk il-Kummissjoni kienet diġà taf b’tali fatti fis-sens iċċarat fil-punt preċedenti jew jekk l-elementi pprovduti ma jilħqux tali livell ta’ prova, l-impriża tkun tista’ eventwalment tgawdi minn tnaqqis tal-multa fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>It-teżi ta’ Recylex li skontha ma huwiex meħtieġ, għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż tal-2006, li l-fatti li fuqhom tkun ibbażata t-talba għall-immunità parzjali ma ma kinux magħrufa mill-Kummissjoni għandha, fil-fehma tiegħi, tiġi għalhekk miċħuda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Mis-sentenzi tal-Qorti Ġenerali ċċitati minn Recylex insostenn tat-teżi tagħha, hija biss is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130517">17 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>MRI vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑154/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:260">EU:T:2013:260</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0117">117</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0127">127</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>.) li tidher li tikkorrobora tali teżi. Fil-fatt, is-sentenza Deutsche Bahn, iċċitata mill-istess Qorti Ġenerali fil-punt 89 tas-sentenza appellata tadotta, essenzjalment, l-istess interpretazione proposta f’dawn il-konklużjonijiet (ara l-punti 377, 381, 385 u 386). Għal dak li jirrigwarda l-punt 386 tas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160229">29 ta’ Frar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schenker vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑265/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:111">EU:T:2016:111</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) din fiha biss parafrażi tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż tal-2006.</P></NOTE>. Isegwi li, b’kuntrast ma’ dak li sostniet Recylex fil-kuntest tat-tieni motiv tagħha, u kif ġie ppreċiżat imbagħad mill-Qorti Ġenerali fil-punt 88 tas-sentenza appellata, paragun bejn il-valur probatorju tal-provi prodotti minnha, insostenn tat-talba għall-immunità parzjali tagħha, u l-valur probatorju ta’ dawk li diġà kienu fil-pussess tal-Kummissjoni fid-data tal-preżentazzjoni ta’ tali talba ma jkunx rilevanti fil-każ fejn l-imsemmija provi jirrigwardaw fatti li l-Kummissjoni tkun diġà taf bihom fis-sens iċċarat iktar ’il fuq. Fil-fatt, f’dan il-każ, l-applikazzjoni tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż tal-2006 tiġi madankollu eskluża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Ninnota madankollu li, anki li kieku kellha tintlaqa’, l-interpretazzjoni ta’ tali dispożizzjoni mressqa minn Recylex tibqa’, fil-fehma tiegħi, żbaljata. Din tal-aħħar tafferma essenzjalment li l-benefiċċju tal-immunità parzjali huwa dovut lill-impriża kull darba li, fil-mument tal-preżentazzjoni tat-talba, il-Kummissjoni ma tkunx għadha f’pożizzjoni li tipprova b’mod adegwat il-fatti li jirreferu għalihom il-provi prodotti insostenn ta’ tali talba. Issa, tali interpretazzjoni, li essenzjalment tissuġġetta r-rifjut tal-għoti tal-immunità parzjali għall-kundizzjoni li l-Kummissjoni tkun diġà fil-pussess ta’ provi determinanti b’riferiment għal tali fatti, barra milli ma tissemma mkien fit-test tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż tal-2006, lanqas ma tinsab fost il-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta l-applikazzjoni tal-punt 24. Dan tal-aħħar jeżiġi fil-fatt li l-provi prodotti mill-impriża jkollhom valur miżjud sinjifikattiv għall-Kummissjoni, b’mod li jsaħħu l-kapaċità tagħha li tipprova l-eżistenza tal-akkordju inkwistjoni, iżda ma jeżiġix li t-talba għat-tnaqqis tal-multa tintlaqa’ awtomatikament fil-każijiet kollha fejn il-Kummissjoni ma tkunx għadha f’pożizzjoni li tipprova l-fatti li fuqhom ikunu bbażati l-provi msemmija. Għalkemm huwa evidenti li t-talba għat-tnaqqis tal-multa tkun tista’ tiġi miċħuda fil-każ fejn il-Kummissjoni jkollha diġà provi suffiċjenti, fil-każijiet kollha l-oħra l-kwistjoni ta’ jekk il-provi prodotti mill-impriża humiex idonei biex iwasslu għal tnaqqis tal-multa tiddependi fuq evalwazzjoni tal-valur tagħhom li għandha ssir każ b’każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjonijiet dwar l-ewwel parti tal-ewwel aggravju u dwar it-tieni aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-ewwel parti tal-ewwel aggravju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni aggravju tagħha, Recylex tikkritika lill-Qorti Ġenerali, min-naħa, talli interpretat b’mod żbaljat il-kriterju ġuridiku involut fl-applikazzjoni tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż tal-2006 u, min-naħa l-oħra, talli ma eżaminatx, skont il-kriterju differenti li Recylex qieset li huwa rilevanti, jekk l-elementi fil-pussess tal-Kummissjoni qabel it-talba għall-klemenza mressqa minn Recylex kinux jippermettu li tali istituzzjoni tipprova b’mod adegwat l-eżistenza ta’ ksur li jirrigwarda lil Franza. Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet magħmula iktar ’il fuq, dawn iż-żewġ ilmenti u, konsegwentement, it-tieni aggravju fl-intier tiegħu, għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet parti tal-ewwel aggravju: żnaturament tal-provi u ksur tar-regoli fil-qasam tal-oneru tal-prova</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fil-punti 91 sa 96 tas-sentenza appellata, li jirrigwardaw it-tieni u t-tielet parti tal-ewwel aggravju, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li min-noti miktuba bl-idejn minn impjegat ta’ Campine, li nkisbu waqt spezzjoni li saret fil-bini tal-istess kumpannija bejn is-26 u t-<DATE ISO="20120928">28 ta’ Settembru 2012</DATE>, u moqrija fid-dawl tal-informazzjoni ġenerali dwar l-akkordju pprovduta minn JCI permezz tat-talba għall-klemenza tagħha, wieħed seta’ jiddeduċi mill-ewwel l-eżistenza ta’ laqgħa multilaterali antikompetittiva li seħħet viċin it-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE>. Għalkemm tali noti ma semmewx espressament il-post fejn inżammet tali laqgħa u semmew id-data tal-<DATE ISO="20090924">24 ta’ Settembru 2009</DATE> u mhux dik tat-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE>, skont il-Qorti Ġenerali dawn kien fihom ħafna informazzjoni li kienet tippermetti li jiġi konkluż li dawn kienu l-minuti ta’ laqgħa li fiha ġie diskuss il-prezz tax-xiri tal-iskart ta’ batteriji u mhux, kif sostniet Campine, il-minuti tan-negozjati fuq it-tiġdid tal-ftehim ta’ tolling bejn JCI u Campine. Fil-punt 94 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali osservat li, għall-finijiet li tiġi stabbilita d-data tal-bidu ta’ akkordju ma huwiex meħtieġ li tkun magħrufa l-informazzjoni dwar il-post fejn tkun seħħet l-ewwel laqgħa antikompetittiva. Abbażi ta’ dawn l-elementi, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>kienet taf<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> bil-fatt li kienet seħħet laqgħa antikompetittiva fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE> qabel ma rċeviet l-informazzjoni pprovduta minn Recylex fil-kuntest tat-talba għall-klemenza tagħha, li pjuttost kienet limitata biex issaħħaħ il-kapaċità tal-Kummissjoni li tipprova tali fatt (ara l-punt 96 tas-sentenza appellata).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, Recylex tikkritika lill-Qorti Ġenerali li żnaturat manifestament in-noti miktubin bl-idejn ta’ Campine u l-informazzjoni pprovduta minn JCI, inkwantu kkunsidrat li tali provi kienu jippermettu li l-Kummissjoni turi l-eżistenza ta’ laqgħa multilaterali antikompetittiva li nżammet fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE> u li tiffissa l-bidu tal-ksur f’din id-data. Min-naħa, Recylex issostni li l-informazzjoni pprovduta minn JCI fit-<DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE> ma tagħmel ebda riferiment għall-ebda laqgħa jew kuntatti antikompetittivi li seħħew f’Settembru 2009 u ma jissuġġerixxu bl-ebda mod li l-akkordju beda f’dak iż-żmien. Min-naħa l-oħra, Recylex tosserva li n-noti miktubin bl-idejn ta’ Campine kienu jirreferu għal data differenti mit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE> (l-<DATE ISO="20090924">24 ta’ Settembru 2009</DATE>), li dawn la jipprovdu indikazzjonijiet fuq il-parteċipanti fil-laqgħa u lanqas fuq in-natura antikompetittiva ta’ din il-laqgħa u fl-aħħar nett, li Campine, matul il-proċedura amministrattiva kollha, ċaħdet li tali noti kienu jirrigwardaw kuntatti antikompetittivi u dan minkejja li hija kienet obbligata, fil-kwalità tagħha bħala impriża li talbet il-klemenza, li tikkoopera lealment mal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tielet parti tal-ewwel aggravju, Recylex issostni li huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li tipprova l-eżistenza tal-punti ta’ fatt li jikkostitwixxu ksur. In-noti miktubin bl-idejn ta’ Campine, anki meta moqrija fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta minn JCI fit-<DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ma jikkostitwixxux provi preċiżi u konkordanti tal-eżistenza ta’ ksur imwettaq permezz tal-organizzazzjoni tal-laqgħa antikompetittiva f’Windhagen fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE>. Bil-fatt li kkonkludiet li tali noti ppermettew li l-Kummissjoni tipprova l-eżistenza ta’ tali laqgħa, il-Qorti Ġenerali kisret ir-regoli fil-qasam tal-oneru probatorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni l-argumenti mressqa minn Recylex fil-kuntest tal-ilmenti suesposti huma inammissibbli, peress li essenzjalment jistiednu lill-Qorti tal-Ġustizzja tagħmel eżami ġdid tal-provi. Hija tikkontesta dawn l-argumenti fil-mertu wkoll.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Iż-żewġ ilmenti mressqa minn Recylex huma bbażati, fil-fehma tiegħi, fuq interpretazzjoni żbaljata tas-sentenza appellata. B’kuntrast ma’ dak li sostniet Recylex, fil-verità il-Qorti Ġenerali ma kkonstatatx, fil-punti 93 sa 97 tas-sentenza appellata, li l-elementi li l-Kummissjoni kellha fil-pussess tagħha qabel it-tressiq tat-talba ta’ Recylex għall-klemenza, jiġifieri n-noti miktubin bl-idejn ta’ Campine u l-informazzjoni pprovduta minn JCI fit-<DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, kienu jikkostitwixxu prova suffiċjenti tal-fatt li kienet inżammet laqgħa antikompetittiva bejn il-parteċipanti fl-akkordju fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE> f’Windhagen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ninnota li anki l-Kummissjoni tidher li taqbel mal-interpretazzjoni tas-sentenza appellata fis-sens li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet fis-sens li d-dokumenti li tali istituzzjoni diġà kellha fil-pussess tagħha fil-mument tal-preżentazzjoni tat-talba għall-klemenza ta’ Recylex kienu jippermettu li jiġi pprovat li nżammet il-laqgħa ta’ Windhagen fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Kif diġà kelli l-opportunità nosserva fil-punt 49 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-Qorti Ġenerali llimitat ruħha, min-naħa l-oħra, biex tikkonstata li l-imsemmija dokumenti, ikkunsidrati flimkien, kienu ppermettew lill-Kummissjoni biex <HT TYPE="ITALIC">issir taf</HT> bil-fatt li kienet inżammet laqgħa antikompetittiva fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE>. Dan joħroġ ċar kemm mill-kunsiderazzjonijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punti 85 sa 89 tas-sentenza appellata li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, li l-punti 91 sa 97 ta’ tali sentenza jimplimentaw<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-punt 91 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>, kif ukoll, b’mod partikolari, mill-punti 96 u 97 tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Fl-ewwel wieħed minn dawn il-punti, wara li analizzat in-noti miktubin bl-idejn ta’ Campine fid-dawl tad-dokumenti pprovduti minn JCI, il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>l-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">kienet diġà taf</HT> bil-fatt li kienet inżammet laqgħa antikompetittiva fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE>, saħansitra qabel ma rċeviet l-informazzjoni mingħand Recylex<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Il-korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. Huwa minnu li, fl-istess punt, il-Qorti Ġenerali tkompli billi tippreċiża li l-informazzjoni pprovduta minn Recylex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>kienet […] ippermettiet it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Kummissjoni li tipprova tali fatt<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>. Madankollu, ma jidhirlix li jista’ jiġi dedott minn din il-frażi, b’mod partikolari meta moqrija fid-dawl tal-motivi kollha li fosthom tinsab, li l-Qorti Ġenerali riedet tafferma li l-imsemmija noti u dokumenti kienu <HT TYPE="ITALIC">minnhom infushom</HT> suffiċjenti biex jipprovaw b’mod adegwat il-fatt li nżammet l-imsemmija laqgħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fil-punt 97 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddikjarat bħala irrilevanti l-argumenti mressqa minn Recylex abbażi tal-paragun bejn il-valur probatorju tad-dokumenti pprovduti minn din u dawk li kienu diġà fil-pussess tal-Kummissjoni. B’mod konformi mal-interpretazzjoni tat-tielet paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 adottata fil-punti 85 sa 89 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ma kkunsidratx li kien meħtieġ li jsir tali paragun. Għaldaqstant ma setax ikun li hija kkonkludiet, kif issostni Recylex b’mod żbaljat, li l-elementi li kienu fil-pussess tal-Kummissjoni kienu, minnhom infushom, suffiċjenti biex jipprovaw id-data tal-bidu tal-ksur, indipendentement mill-informazzjoni pprovduta minn Recylex fil-kuntest tat-talba tagħha għall-klemenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">d)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjonijiet dwar it-tieni u t-tielet parti tal-ewwel aggravju u dwar dan l-aggravju fl-intier tiegħu</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jidhirli li anki t-tieni u t-tielet parti tal-ewwel aggravju ta’ Recylex għandhom jiġu miċħuda, mingħajr ma huwa meħtieġ li jiġi eżaminat jekk, kif sostniet Recylex, il-Qorti Ġenerali wettqitx żnaturament tal-provi eżaminati. F’dan ir-rigward, nikkunsidra li Recylex ma kkontestatx, fil-kuntest tat-tieni parti tiegħu, li tali elementi kienu ppermettew li l-Kummissjoni ssir taf bil-fatt li nżammet laqgħa antikompetittiva bejn il-parteċipanti fl-akkordju fit-<DATE ISO="20090923">23 ta’ Settembru 2009</DATE>, kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali, imma biss li l-Kummissjoni kienet diġà f’pożizzjoni li tipprova b’mod adegwat tali fatt qabel ma kisbet l-informazzjoni pprovduta minn Recylex.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju: żball fl-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Is-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>It-tielet aggravju huwa intiż kontra l-punti 136 sa 154 tas-sentenza appellata, li permezz tagħhom il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-raba’ motiv ta’ Recylex. Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, Recylex sostniet li Eco-Bat, li ġiet meqjusa mill-Kummissjoni bħala li kienet l-ewwel impriża li pproduċiet provi li għandhom valur miżjud sinjifikattiv, ma kinitx wettqet id-dmir ta’ kooperazzjoni tagħha mal-Kummissjoni, peress li kienet ipprovdiet informazzjoni mhux kompluta u ingannuża għal dak li jirrigwarda t-territorji koperti mill-ksur, u għaldaqstant kellha tiġi eskluża mill-benefiċċju previst fl-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006. Recylex sostniet li, wara l-esklużjoni ta’ Eco-Bat, hija kellha tidħol flokha u tibbenefika mit-tnaqqis massimu tal-multa, ekwivalenti għal 50 %, skont l-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Mingħajr ma eżaminat l-argumenti ta’ Recylex dwar il-kooperazzjoni ta’ Eco-Bat, il-Qorti Ġenerali rrispondiet fin-negattiv għad-domanda dwar jekk, f’każ fejn żewġ impriżi jkunu t-tnejn li huma pproduċew provi li għandhom valur miżjud sinjifikattiv, dik li tkun ipprovdiethom l-aħħar tistax tieħu post l-ewwel waħda, meta l-kooperazzjoni ta’ dik l-ewwel waħda tirriżulta li ma hijiex konformi mar-rekwiżiti msemmija fil-punt 12 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara l-punt 141 u 150 tas-sentenza appellata.</P></NOTE>. Filwaqt li bbażat ruħha fuq interpretazzjoni restrittiva tar-regoli dwar il-kooperazzjoni, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, fil-punti 147 sa 150 tas-sentenza appellata li la mill-formulazzjoni tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal‑2006 u lanqas mil-loġika tiegħu ma jirriżulta li n-nuqqas ta’ osservanza tad-dmir ta’ kooperazzjoni jaffettwa l-ordni kronoloġiku ta’ eliġibbiltà mogħti lit-talbiet għal trattament favorevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-Kummissjoni ma kienet wettqet ebda żball meta ma kkonċedietx lil Recylex tnaqqis tal-multa fil-medda ta’ bejn it-30 % u l-50 %.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Recylex issostni li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 u wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li, anki li kieku l-kooperazzjoni ta’ Eco-Bat ma kinitx konformi mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 12 ta’ dan l-avviż, hija ma kinitx tkun tista’ tieħu postha fl-iskala tat-tnaqqis tal-multa msemmija fl-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-imsemmi avviż. Skont Recylex, jirriżulta mill-kontenut literali, mill-istruttura u mill-għanijiet tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 li impriża li l-kooperazzjoni tagħha ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 12 ta’ dan l-avviż għandha tkun eskluża għall-finijiet tal-klassifikazzjoni prevista fl-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-istess avviż u li l-kwistjoni biex tiġi ddefinita l-pożizzjoni tagħha fil-kuntest ta’ tali klassifika ma tqumx. B’kuntrast ma’ dak li affermat il-Qorti Ġenerali, tali approċċ bl-ebda mod ma jirriskja li jdgħajjef l-inċentiv sabiex l-impriżi jikkooperaw mal-Kummissjoni malajr kemm jista’ jkun, anzi jħajjarhom iktar għal kooperazzjoni effettiva, sħiħa u rapida.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-tielet aggravju huwa infondat. Anki kieku Eco-Bat kisret l-obbligu ta’ kooperazzjoni tagħha, dan kien ikun iwassal biss għall-esklużjoni tal-istess mill-benefiċċju tat-tnaqqis tal-multa tagħha, mingħajr ma jagħti ebda vantaġġ lil Recylex, li ma tkunx tista’ tieħu post Eco-Bat peress li xorta waħda ma tissodisfax il-kundizzjoni li tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>l-ewwel<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> impriża li tkun ipproduċiet provi li għandhom valur miżjud sinjifikattiv. Skont il-Kummissjoni, l-interpretazzjoni proposta minn Recylex ma hijiex konformi mal-għan tal-Avviż dwar il-klemenza tal-2006 peress li, mhux biss ma żżidx l-inċentiv għall-membri ta’ akkordju antikompetittiv biex jikkoperaw l-iktar malajr possibbli mal-Kummissjoni, imma tista’ saħansitra twassal għal sitwazzjoni ipotetika fejn żewġ impriżi jibbenefikaw minn tnaqqis tal-multa fi ħdan l-istess medda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Biex tkun tista’ tibbenefika minn tnaqqis tal-multa fis-sens tal-punt 24 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, impriża trid tipproduċi quddiem il-Kummissjoni provi tal-allegat ksur li jikkostitwixxu valur miżjud sinjifikattiv meta mqabbla mal-provi li jkunu diġà fil-pussess ta’ tali istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>L-aħħar sentenza ta’ dan il-punt tipprovdi li l-impriża, barra minn hekk, għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi indikati fil-punt 12(a), (b) u (ċ) tal-istess avviż. Hija għandha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>tikkoopera b’mod ġenwin, sħiħ, u fuq bażi kontinwa u mingħajr dewmien minn meta tissottometti l-applikazzjoni sat-tmiem tal-proċedura amministrattiva tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> (punt 12(a)), għandha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>tkun temmet l-involviment tagħha fl-akkordju allegat immedjatament wara t-talba tagħha<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> (punt 12(b)) u, meta tkun qiegħda tikkunsidra li tressaq it-talba tagħha għall-klemenza, hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>ma tridx tkun qerdet, iffalsifikat jew ħbiet xi provi tal-akkordju u lanqas żvelat li tixtieq tressaq tali talba jew żvelat xi partijiet mill-kontenut tat-talba<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> (punt 12(ċ)). Skont it-tieni paragrafu tal-punt 30 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, jekk il-Kummissjoni tikkonstata li l-impriża ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt 12 ta’ dan l-avviż, hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>ma tibbenefika mill-ebda trattament favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Il-punt 24 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 jistabbilixxi, għaldaqstant, ir-rekwiżit sostantiv biex ikun hemm aċċess għall-benefiċċju tat-tnaqqis tal-multa – jiġifieri t-trażmissjoni lill-Kummissjoni ta’ elementi li għandhom ċertu valur probatorju – u, min-naħa l-oħra, jeżiġi l-osservanza ta’ ċerti kundizzjonijiet li jistgħu jkunu ddefiniti ta’ meritevolezza u li jirrigwardaw l-aġir tal-impriża kemm preċedenti kif ukoll sussegwenti għat-tressiq tat-talba għat-tnaqqis tal-multa. F’każ li l-ewwel rekwiżit ikun nieqes, l-impriża ma tikkwalifikax għall-finijiet ta’ tnaqqis tal-multa, skont il-punt 29 tal-imsemmi avviż, filwaqt li fil-każ fejn ma jkunx issodisfatt it-tieni wieħed, l-impriża, għalkemm tikkwalifika għat-tnaqqis, ma għandha tibbenefika minn ebda trattament favorevoli, skont l-imsemmi tieni paragrafu tal-punt 30.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Il-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 jistabbilixxi l-kriterji għll-iffissar tal-livell ta’ tnaqqis tal-ammont tal-multa li minnu għandha tibbenefika l-impriża li tikkwalifika għall-finijiet ta’ tali tnaqqis u li jissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ meritevolezza stabbiliti fl-imsemmi punt 12.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward huwa importanti li jingħad li, fl-istruttura ta’ dan l-avviż, l-ewwel tiġi ddefinita, fuq bażi <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, il-medda ta’ tnaqqis tal-multa li minnha tista’ tibbenefika impriża waħda u, huwa biss wara, fil-kuntest ta’ tali medda, li jiġi stabbilit it-tnaqqis konkret tal-multa abbażi tal-valur miżjud tal-provi prodotti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara l-ewwel u t-tieni paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97.</NO.P><TXT>Tali approċċ iwassal għal tisħiħ tal-kundizzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> bħala fattur ta’ inċentiv għall-kooperazzjoni, li fuqu diġà kelli l-opportunità niffoka iktar kmieni fuq l-importanza ta’ din il-kundizzjoni għall-finijiet tal-effikaċità ta’ programm ta’ klemenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Ara l-punt 54 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. L-impriżi jafu li huwa biss jekk jikkooperaw qabel l-oħrajn li huma jkunu jistgħu jikkwalifikaw għall-massimu tat-tnaqqis u dan indipendentement mill-valur miżjud effettiv tal-elementi pprovduti, li jiġi evalwat biss sussegwentement biex jiġi stabbilit l-ammont tat-tnaqqis fil-limiti tal-medda allokata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-dimensjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tal-kooperazzjoni u għaldaqstant l-ordni kronoloġiku tat-tressiq tat-talbiet għat-tnaqqis tal-multa jieħu importanza preponderanti fis-sistema tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara f’dan is-sens, għal dak li jirrigwarda l-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111005">5 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Transcatab vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑39/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:562">EU:T:2011:562</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0378">378</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0380">380</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99.</NO.P><TXT>Jekk tiġi segwita t-teżi ta’ Recylex ikun ifisser, għaldaqstant, mhux biss li jiġi injorat it-test tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006, li jistabbilixxi l-meded ta’ tnaqqis tal-multa biss skont l-ordni kronoloġiku tat-tressiq tat-talbiet, imma wkoll li wieħed imur kontra l-istruttura stess ta’ tali avviż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100.</NO.P><TXT>Kif il-Kummissjoni ssostni b’mod korrett, anki kieku Eco-Bat ma kinitx issodisfat il-kundizzjonijiet ta’ meritevolezza indikati qabel u tilfet il-benefiċċju ta’ trattament favorevoli, Recylex xorta waħda ma tkunx tista’ tibbenefika mill-medda ta’ tnaqqis imsemmija fl-ewwel inċiż ta’ dan il-punt minħabba s-sempliċi raġuni li ma kinitx l-ewwel impriża li pproduċiet provi li għandhom valur miżjud sinjifikattiv u li għaldaqstant ma tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101.</NO.P><TXT>It-telf tal-benefiċċju tat-tnaqqis tal-multa minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 12 tal-avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2006 ma jammontax għal konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit sostantiv previst mill-punt 24 ta’ dan l-avviż u ma jistax, għaldaqstant, jaħdem favur il-parteċipanti l-oħra fil-programm ta’ klemenza tal-Kummissjoni, li t-talba tagħhom tiġi wara, u mill-ġdid jiftaħ għad-diskussjoni l-ordni kronoloġiku tat-tressiq tat-talbiet li fuqu hija bbażata d-determinazzjoni tal-meded ta’ tnaqqis fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-punt 26 tal-istess avviż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Kif tosserva l-Kummissjoni, għalkemm b’xi differenzi, interpretazzjoni analoga (u fil-fehma tiegħi kondiviżibbli) ġiet aċċettata mill-Qorti Ġenerali f’dak li jirrigwarda l-punt 8(a) tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002, fil-qasam ta’ immunità totali mill-multa fis-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130916">16 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Repsol Lubricantes u Especialidades <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑496/07</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:464">EU:T:2013:464</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0325">325</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0336">336</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-Qorti Ġenerali b’mod partikolari enfasizzat il-preżentazzjoni tal-fatti kif ikkonstatata fid-deċiżjoni kkontestata bir-rikors li ta lok għal tali sentenza u fuq il-fatt li r-rikorrenti ma kinitx kapaċi tikkontesta l-fondatezza ta’ tali preżentazzjoni (ara l-punti 329 sa 333). Abbażi ta’ tali kunsiderazzjonijiet, hija kkonkludiet li r-rikorrenti xorta waħda ma kinitx tkun intitolata li tikseb l-immunità mill-multa, anki fil-każ li l-impriża li kienet l-ewwel waħda li rrappurtat l-akkordju kellha titlef dan il-benefiċċju minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet previsti fil-punt 11(a) tal-Avviż dwar il-kooperazzjoni tal-2002 (ara l-punti 335u 336 tas-sentenza).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102.</NO.P><TXT>Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena tal-fehma għaldaqstant li anki t-tielet aggravju ta’ Recylex għandu jkun miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni intermedja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, jiena tal-fehma li l-aggravji kollha mressqa minn Recylex u l-appell fl-intier tiegħu għandhom jiġu miċħudin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="20"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell jiġi miċħud, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Konformement mal-Artikolu 137(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura ta’ appell skont l-Artikolu 184(1) tal-istess Regoli, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105.</NO.P><TXT>Peress li nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell u peress li l-Kummissjoni għamlet talba f’dan is-sens, l-appellanti għandhom, fil-fehma tiegħi, jiġu kkundannati għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VIII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106.</NO.P><TXT>Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>