|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/83 |
31.3.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/83
tas-17 ta’ Jannar 2025
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 fir-rigward ta’ ċerti rekwiżiti ta’ rapportar marbuta man-notifiki dwar il-qanneb
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 223(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għandhom rwol ewlieni biex jiġi żgurat il-monitoraġġ xieraq u l-infurzar korrett tal-leġiżlazzjoni. Madankollu, huwa importanti li dawk ir-rekwiżiti jiġu ssimplifikati, sabiex jiġi żgurat li dawn jissodisfaw l-iskop tagħhom u biex jiġi llimitat il-piż amministrattiv. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tas-sistema ta’ liċenzji għall-prodotti agrikoli inkluż il-lista tal-prodotti soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni. |
|
(3) |
L-Artikolu 8, il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 jipprevedi n-natura tal-informazzjoni u t-tip ta’ informazzjoni li għandha tiġi nnotifikata fir-rigward tal-qanneb. B’mod partikolari, dan jipprevedi, fost l-oħrajn, l-obbligu tal-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet adottati fir-rigward tal-liċenzji tal-importazzjoni tal-prodotti tal-qanneb u li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-penali imposti jew il-passi meħuda minħabba l-irregolaritajiet skoperti. Sabiex jittaffa l-piż amministrattiv tal-Istati Membri, u peress li ma jeħtieġx li jiġi impost obbligu ta’ notifika sistematika annwali ta’ din l-informazzjoni li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni fuq talba, jenħtieġ li dawk ir-rekwiżiti ta’ rapportar ma jibqgħux meħtieġa. Dan huwa konformi mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030” (3). |
|
(4) |
Għalhekk, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/1237 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/1237, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
“(c) |
fir-rigward tal-qanneb, l-awtoritajiet kompetenti għall-kontrolli msemmija fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1239;”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta’ garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008 (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/1237/oj).
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-kompetittività fit-tul tal-UE: inħarsu lil hinn mill-2030” (COM(2023) 168 final, 16.3.2023).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/83/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)