27.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 277/314


Rettifika tad-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 115 tas-6 ta’ Mejju 2015 )

Fil-paġna 4, fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu,

minflok:

“Id-Direttiva 96/53/KE hi emendata kif ġej:

(1)

punt (a) tal-Artikolu 1(1) hija sostitwita b’dan li ġej:

‘(a)

id-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur fil-kategoriji M2 u M3 u lkarrijiet tagħhom fil-kategorija 0 u l-vetturi bil- mutur fil-kategoriji N2 u N3 u l-karrijiet tagħhom fil-kategoriji 03 u 04, kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).’”,

aqra:

“Id-Direttiva 96/53/KE hi emendata kif ġej:

(1)

punt (a) tal-Artikolu 1(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘(a)

id-dimensjonijiet tal-vetturi bil-mutur fil-kategoriji M2 u M3 u l-karrijiet tagħhom fil-kategorija O u l-vetturi bil-mutur fil-kategoriji N2 u N3 u l-karrijiet tagħhom fil-kategoriji O3 u O4, kif definiti fl-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).’”;

Fil-paġna 9, il-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1(9),

minflok:

“(c)

il-punt 2.2.2(c) għandu jiġi sostitwit b’dan it-test:

‘(c)

vettura bil-mutur b’żewġ fusijiet b’semitrejler li jkollu tliet fusijiet u li jkun qed jittrasporta, b’operazzjonijiet ta’ trasport intermodali, unità waħda jew aktar ta’ kontejners jew kaxxi skambjabbli, sa tul massimu totali ta’ mhux iktar minn 45 pied: 42 tunnellata’;

(d)

fil-punt 2.2.2, jinżdied il-punt li ġej:

‘(d)

vettura bil-mutur bi tliet fusijiet b’semitrejler li jkollu żewġ jew tliet fusijiet u li jkun qed jittrasporta, b’operazzjonijiet ta’ trasport intermodali, kontejner jew kaxxa skambjabbli waħda jew aktar, sa tul massimu totali ta’ 45 pied: 44 tunnellata’;”,

aqra:

“(c)

il-punt 2.2.2(c) għandu jiġi sostitwit b’dan it-test:

‘(c)

vettura bil-mutur bi tliet fusijiet b’semitrejler li jkollu żewġ jew tliet fusijiet u li jkun qed jittrasporta, b’operazzjonijiet ta’ trasport intermodali, kontejner jew kaxxa skambjabbli waħda jew aktar, sa tul massimu totali ta’ 45 pied: 44 tunnellata’;

(d)

fil-punt 2.2.2, jinżdied il-punt li ġej:

‘(d)

vettura bil-mutur b’żewġ fusijiet b’semitrejler li jkollu tliet fusijiet u li jkun qed jittrasporta, b’operazzjonijiet ta’ trasport intermodali, kontejner jew kaxxa skambjabbli waħda jew aktar, sa tul massimu totali ta’ mhux iktar minn 45 pied: 42 tunnellata’;”.