<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑507/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0507</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:129">EU:C:2017:129</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>tmilcjeSENTENZA TAS-<DATE ISO="20170216">16.2.2017</DATE> – KAWŻA C‑507/15</P><P>AGRO FOREIGN TRADE &amp; AGENCY</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P>tas-<DATE ISO="20170216">16 ta’ Frar 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>* Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Aġenti kummerċjali indipendenti</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 86/653/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Liġi ta’ traspożizzjoni Belġjana</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipal stabbilit fil-Belġju u aġent stabbilit fit-Turkija</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola ta’ għażla tad-dritt Belġjan</KEYWORD><KEYWORD>Liġi inapplikabbli</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE‑Turkija</KEYWORD><KEYWORD>Kompatibbiltà</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑507/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-rechtbank van Koophandel te Gent (qorti kummerċjali ta’ Gent, il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20150924">24 ta’ Settembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Agro Foreign Trade &amp; Agency Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Petersime NV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, E. Regan, J.-C. Bonichot, C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20160713">13 ta’ Lulju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Agro Foreign Trade &amp; Agency Ltd, minn A. Hansebout u C. Vermeersch, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal Petersime NV, minn V. Pede, S. Demuenynck u J. Vanherpe, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs u L. Van den Broeck, bħala aġenti, assistiti minn E. De Gryse, avukat, kif ukoll minn E. de Duve, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Ronkes Agerbeek u M. Wilderspin kif ukoll minn H. Tserepa-Lacombe, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-<DATE ISO="19861218">18 ta’ Diċembru 1986</DATE>, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177), kif ukoll tal-Ftehim dwar il-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat f’Ankara fit-<DATE ISO="19630912">12 ta’ Settembru 1963</DATE> mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, u mill-Istati Membri tal-KEE u l-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-<DATE ISO="19631223">23 ta’ Diċembru 1963</DATE>, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 10) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ftehim ta’ Assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Agro Foreign Trade &amp; Agency Ldt (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Agro<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), stabbilita fit-Turkija u Petersime NV, stabbilita fil-Belġju, dwar il-ħlas ta’ diversi indennizzi allegatament dovuti wara x-xoljiment, min-naħa ta’ Petersime, tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali konkluż bejniethom.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 86/653</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>It-tieni u t-tielet premessi tad-Direttiva 86/653 jipprovdu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>[b]illi d-differenzi fil-liġijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rappreżentanza kummerċjali sostanzjalment jaffettwaw il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni u t-twettiq ta’ dik l-attività fil-Komunità u huma ta’ ħsara kemm għal protezzjoni disponibbli għal aġenti kummerċjali vis-à-vis il-prinċipali tagħhom u kemm għas-sigurtà ta’ operazzjonijiet kummerċjali; billi barraminnhekk dawk id-differenzi huma tali li jipprevienu sostanzjalment il-konklużjoni u l-operazzjoni ta’ kuntratti ta’ rappreżentanza kummerċjali meta l-prinċipal u l-aġenti kummerċjali jkunu stabbiliti fi Stati Membri differenti;</P></CONSID><CONSID><P>[b]illi l-kummerċ fil-merkanzija bejn Stati Membri għandu jitwettaq taħt il-kundizzjonijiet li huma simili għal dawk ta’ suq wieħed, u dan jeħtieġ l-approssimazzjoni tas-sistemi legali ta’ l-Istati Membri sal-limitu meħtieġ għal funzjonament kif suppost tas-suq komuni; billi f’dan ir-rigward ir-regoli li jikkonċernaw konflitti fil-liġijiet fil-fatt ma jneħħux, fil-materja ta’ rappreżentanza kummerċjali, l-inkonsistenzi msemmija fuq, lanqas ma kienu li kieku saru l-istess, u għalhekk l-armonizzazzjoni proposta hija neċessarja minkejja l-eżistenza ta’ dawk ir-regoli<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikoli 17 u 18 ta’ din id-direttiva jippreċiżaw il-kundizzjonijiet li taħthom l-aġent kummerċjali għandu dritt għal indennizz jew għall-kumpens tad-dannu kkawżat minn tmiem ir-relazzjonijiet tiegħu mal-prinċipal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 17(1) tal-imsemmija direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-aġent kummerċjali jkun, wara t-terminu tal-kuntratt ta’ l-aġenzija, indennizzat […] jew ikkumpensat għad-danni […]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 2(1) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jirriżulta li dan għandu l-għan li jippromwovi t-tisħiħ kontinwu u ekwilibrat tar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi bejn il-partijiet kontraenti, billi jieħu inkunsiderazzjoni, b’mod sħiħ, in-neċessità li jiġi żgurat l-iżvilupp mgħaġġel tal-ekonomija tat-Turkija u ż-żieda fil-livell tal-impjieg u tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-poplu Tork.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jinkludi fażi preparatorja, li tippermetti lir-Repubblika tat-Turkija ssaħħaħ l-ekonomija tagħha bl-għajnuna tal-Komunità, prevista fl-Artikolu 3 ta’ dan il-ftehim, fażi tranżitorja li matulha jiġu żgurati l-implementazzjoni progressiva ta’ unjoni doganali u l-approssimazzjoni tal-politika ekonomika, prevista fl-Artikolu 4 tal-imsemmi ftehim, u fażi definittiva li hija bbażata fuq l-unjoni doganali u tinvolvi t-tisħiħ tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-partijiet kontraenti, prevista fl-Artikolu 5 tal-istess ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, li jinsab fit-Titolu II tiegħu, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Implementazzjoni tal-fażi tranżitorja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jiġu ggwidati mill-Artikoli [51, 52, 54, 56 sa 61 TFUE] sabiex jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi bejniethom<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-Protokoll Addizzjonali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Protokoll Addizzjonali, anness mal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, iffirmat fit-<DATE ISO="19701123">23 ta’ Novembru 1970</DATE> fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad‑<DATE ISO="19721219">19 ta’ Diċembru 1972</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 41, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Protokoll Addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) li, skont l-Artikolu 62 tiegħu, jifforma parti integrali mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, jistabbilixxi, skont l-Artikolu 1 tiegħu, il-kundizzjonijiet, il-modalitajiet u r-ritmu għall-implementazzjoni tal-fażi tranżitorja msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dan il-ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Protokoll Addizzjonali jinkludi Titolu II, bit-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Moviment ta’ persuni u servizzi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> li l-Kapitolu II tiegħu jirrigwarda d-dritt tal-istabbiliment, tas-servizzi u tat-trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, li jinsab fil-Kapitolu II tal-imsemmi Titolu II, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-Partijiet Kontraenti għandhom jibqgħu lura milli jintroduċu bejniethom xi restrizzjonijiet ġodda rigward il-libertà ta’ l-istabbeliment u l-libertà tal-provvediment ta’ servizzi.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Belġjan</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-wet betreffende de handelsagentuurovereenkomst (liġi dwar il-ftehim ta’ aġenzija kummerċjali), tat-<DATE ISO="19950413">13 ta’ April 1995</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Moniteur belge</HT> tat-<DATE ISO="19950602">2 ta’ Ġunju 1995</DATE>, p. 15621, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>liġi tal-1995<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), hija intiża sabiex tittrasponi d-Direttiva 86/653 fid-dritt Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tal-liġi tal-1995 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Bla ħsara għall-applikazzjoni tat-trattati internazzjonali li kkonkluda l-Belġju, kwalunkwe attività ta’ aġent kummerċjali li għandu l-istabbiliment prinċipali tiegħu fil-Belġju hija suġġetta għad-dritt Belġjan u taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati Belġjani.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Agro hija kumpannija rregolata mid-dritt Tork, stabbilita f’Ankara (it-Turkija) li topera fis-settur tal-importazzjoni u tad-distribuzzjoni ta’ prodotti agrikoli. Petersime hija kumpannija rregolata bid-dritt Belġjan, stabbilita f’Olsene (il-Belġju), li teżerċita attivitajiet ta’ żvilupp, ta’ produzzjoni u ta’ provvista ta’ mfaqas u aċċessorji għas-suq tat-tjur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="19920701">1 ta’ Lulju 1992</DATE>, Petersime kkonkludiet kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali mal-predeċessur ta’ Agro, li sussegwentement ġie ssosstitwit, permezz ta’ kuntratt iffirmat fl-<DATE ISO="19960801">1 ta’ Awwissu 1996</DATE>, minn Agro nnifisha. Skont dan il-kuntratt, Petersime, bħala prinċipal, assenjat lil Argo, bħala aġent kummerċjali, id-drittijiet esklużivi tal-bejgħ tal-prodotti tagħha fit-Turkija. Il-kuntratt, li inizjalment kien konkluż għal perijodu ta’ sena, kien jipprevedi estensjoni awtomatika, kull sena, għal perijodu ta’ tnax‑il xahar oħra, sakemm ma jiġix xolt minn waħda mill-partijiet permezz ta’ preavviż ta’ tliet xhur qabel id-data ta’ skadeza tas-sena, innotifikat b’ittra rreġistrata. Barra minn hekk, l-imsemmi kuntratt kien jipprevedi li dan kien irregolat mid-dritt Belġjan u li l-qrati ta’ Gent (il-Belġju) biss kellhom ġurisdizzjoni f’każ ta’ tilwim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20130326">26 ta’ Marzu 2013</DATE>, Petersime nnotifikat lil Argo bix-xoljiment tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali b’effett mit‑<DATE ISO="20130630">30 ta’ Ġunju 2013</DATE>. Fil-<DATE ISO="20140305">5 ta’ Marzu 2014</DATE>, Argo bdiet azzjoni quddiem ir-rechtbank van Koophandel te Gent (qorti kummerċjali ta’ Gent, Belgique) sabiex Petersime tiġi kkundannata għall-ħlas ta’ indennizz kumpensatorju għax-xoljiment tal-kuntratt u indennizz għat-tkeċċija kif ukoll il-pussess mill-ġdid tal-prodotti li kien fadal u l-ħlas ta’ pretensjonijiet pendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, insostenn tat-talbiet tagħha, Agro invokat il-protezzjoni prevista għall-aġent kummerċjali permezz tal-liġi tal-1995. F’dan ir-rigward, Agro ssosstni li d-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar japplikaw f’dan il-każ, peress li l-partijiet għażlu, b’mod validu, id-dritt Belġjan bħala d-dritt applikabbli għall-kuntratt li huma kkonkludew. Min-naħa l-oħra, Petersime ssosstni li d-dritt ġenerali Belġjan japplika minħabba li l-liġi tal-1995 tapplika biss fil-każ li l-aġent kummerċjali jkun attiv fil-Belġju, u dan ma huwiex il-każ hawnhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li l-partijiet għażlu b’mod espliċitu l-liġi applikabbli, f’dan il-każ il-liġi Belġjana. Madankollu, din il-qorti tqis li dan ma jimplikax l-applikazzjoni tal-liġi tal-1995, peress li l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali ta’ din il-liġi huwa limitat għall-aġenti kummerċjali prinċipalment stabbiliti fil-Belġju. Fil-fatt, l-Artikolu 27 tal-liġi tal-1995, hekk kif interpretat fid-dritt Belġjan, iwassal għall-konklużjoni li din il-liġi hija ta’ natura awtorestrittiva, b’tali mod li titlef in-natura mandatorja tagħha jekk l-aġent kummerċjali ma għandux stabbiliment prinċipali fil-Belġju, indipendentement mill-fatt li l-partijiet eventwalment ħattru d-dritt Belġjan inġenerali bħala d-dritt applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rechtbank van Koophandel te Gent (qorti kummerċjali ta’ Gent) iddeċiediet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Sa fejn il-liġi [tal-1995], li tittrasponi fid-dritt nazzjonali Belġjan id-Direttiva [86/653], tipprevedi li hija tapplika unikament għall-aġenti kummerċjali li jkollhom is-sede tagħhom fil-Belġju, filwaqt li hija ma tapplikax jekk prinċipal stabbilit fil-Belġju u aġent stabbilit fit-Turkija jkunu għażlu espressament id-dritt Belġjan bħala d-dritt applikabbli, din il-liġi Belġjana dwar l-aġenzija kummerċjali hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li l-għan espress tiegħu huwa l-adeżjoni tat-Turkija mal-Unjoni Ewropea jew mal-obbligi bejn it‑Turkija u l-Unjoni Ewropea li bejniethom jitneħħew ir-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-osservazzjonijiet ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jiżvelaw diverġenza għal dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 27 tal-liġi tal-1995 u l-applikazzjoni ta’ din il-liġi, li tittrasponi d-Direttiva 86/653, għas-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-partijiet fil-kawża prinċipali, l-istess bħall-qorti tar-rinviju, iqisu li, skont l-Artikolu 27 tal-liġi tal-1995, kif interpretat fl-ordinament ġuridiku Belġjan, din il-liġi ma tapplikax għal kuntratt ta’ aġenzja kummerċjali, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tiegħu l-prinċipal huwa stabbilit fil-Belġju u l-aġent kummerċjali huwa stabbilit fit-Turkija fejn huwa jeżerċita l-attività li tirriżulta minn dan il-kuntratt, b’tali mod li, f’ċirkustanzi bħal dawn, l-aġent kummerċjali ma jistax jinvoka l-protezzjoni mogħtija mill-imsemmija liġi fil-każ ta’ xoljiment tal-imsemmi kuntratt, minkejja li l-partjiet fil-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali għażlu d-dritt Belġjan bħala d-dritt li jirregola dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Gvern Belġjan isostni li l-Artikolu 27 tal-liġi tal‑1995 ma għandux in-natura awtorestrittiva li l-qorti tar-rinviju ssostni li għandu, b’tali mod li din il-liġi tapplika għal sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li fiha prinċipal stabbilit fil-Belġju u aġent kummerċjali stabbilit fit-Turkija għażlu espressament id-dritt Belġjan bħala d-dritt applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, f’dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-ordinament ġuridiku nazzjonali, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala regola, marbuta li tibbaża ruħha fuq il-kriterji li jirriżultaw mid-deċiżjoni tar-rinviju. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tinterpreta d-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Naftiliaki Etaireia Thasou u Amaltheia I Naftiki Etaireia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑128/10 u C‑129/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:163">EU:C:2011:163</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Konsegwentement, wieħed għandu jitlaq mill-premessi li jirriżultaw mid-deċiżjoni tar-rinviju sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-Direttiva 86/653 u/jew il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt tal-Istat Membru kkonċernat, li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali li fil-kuntest tiegħu l-aġent kummerċjali huwa stabbilit fit-Turkija, fejn huwa jeżerċita l-attivitajiet li jirriżultaw minn dan il-kuntratt, u l-prinċipal huwa stabbilit fl-imsemmi Stat Membru, b’tali mod li, f’ċirkustanzi bħal dawn, l-aġent kummerċjali ma jistax jinvoka drittijiet li l‑imsemmija direttiva tiggarantixxi lill-aġenti kummerċjali wara tmiem tali kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-Direttiva 86/653</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, għal dak li jikkonċerna d-Direttiva 86/653, għandu jiġi vverifikat jekk aġent kummerċjali li jeżerċita l-attivitajiet li jirriżultaw minn kuntratt ta’ agenzija kummerċjali fit-Turkija, li l-prinċipal tiegħu huwa stabbilit fi Stat Membru, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi kkonstatat li tali każ la jissemma, b’mod espliċitu, fl-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva 86/653, u lanqas f’dispożizzjonijiet oħra tagħha. Madankollu, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141120">20 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Utopia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑40/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2389">EU:C:2014:2389</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa paċifiku li l-imsemmija direttiva għandha l-għan li tarmonizza d-dritt tal-Istati Membri għal dak li jikkonċerna r-rapporti ġuridiċi bejn il-partijiet f’kuntratt ta’ ġenzija kummerċjali (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060323">23 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Honyvem Informazioni Commerciali</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑465/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:199">EU:C:2006:199</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mit-tieni u mit-tielet premessi tad-Direttiva 86/653, il-miżuri ta’ armonizzazzjoni stipulati minnha huma intiżi sabiex jipproteġu lill-aġenti kummerċjali fir-relazzjoni tagħhom mal-prinċipal tagħhom, sabiex jiġu eliminati r-restrizzjonijiet fl-eżerċizzju tal-professjoni ta’ aġent kummerċjali, sabiex il-kundizzjonjiet ta’ kompetizzjoni jkunu uniformi fi ħdan l-Unjoni, sabiex tiġi promossa u tiżdied is-sigurtà tat-tranżazzjonijiet kummerċjali, kif ukoll sabiex jiġi ffaċilitat il-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri billi jkun hemm approssimazzjoni tas-sistemi legali ta’ dawn tal-aħħar fil-qasam tar-rappreżentazzjoni kummerċjali. Għal dan il-għan, din id-direttiva tistabbilixxi, fost oħrajn, regoli li jirregolaw, fl-Artikoli 13 sa 20 tagħha, il-konklużjoni u t-tmiem tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Unamar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑184/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:663">EU:C:2013:663</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151203">3 ta’ Diċembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Quenon K.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑338/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:795">EU:C:2015:795</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Artikoli 17 u 18 tad-Direttiva 86/653 għandhom importanza determinanti, peress li huma jiddefinixxu l-livell ta’ protezzjoni li l-leġiżlatur tal-Unjoni qies raġonevoli li jagħti lill-aġenti kummerċjali fil-kuntest tal-ħolqien tas-suq uniku, u peress li s-sistema stabbilita għal dan il-għan minn din id-direttiva għandha natura mandatorja (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Unamar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑184/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:663">EU:C:2013:663</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li s-sistema prevista fl‑Artikoli 17 sa 19 tal-imsemmija direttiva għandha l-għan li tipproteġi, permezz tal-kategorija tal-aġenti kummerċjali, il-libertà ta’ stabbiliment u l-irwol ta’ kompetizzjoni mhux distorta fis-suq intern, b’tali mod li l-osservazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni tidher, minħabba f’hekk, neċessarja sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet tat-Trattat FUE (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001109">9 ta’ Novembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Ingmar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑381/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:605">EU:C:2000:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li huwa essenzjali għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni li prinċipal stabbilit fi Stat terz, li l-aġent kummerċjali tiegħu jeżerċita l-attività tiegħu fi ħdan l-Unjoni, ma jkunx jista’ jevadi l-imsemmija dispożizzjonijiet permezz ta’ sempliċi klawżola ta’ għażla tal-liġi. Il-funzjoni li għandhom id-dispożizzjonijiet inkwistjoni jeżiġu, fil-fatt, li jiġu applikati meta s-sitwazzjoni jkollha rabta mill-qrib mal-Unjoni, b’mod partikolari meta l-aġent kummerċjali jeżerċita l-attività tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru, irrispettivament mill-liġi li l-partijiet kellhom l-intenzjoni jissuġġettaw il-kuntratt għaliha (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001109">9 ta’ Novembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Ingmar</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑381/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:605">EU:C:2000:605</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, meta, bħas-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali, l-aġent kummerċjali jeżerċita l-attivitajiet tiegħu barra mill-Unjoni, il-fatt li l-prinċipal ikun stabbilit fi Stat Membru ma jippreżentax rabta suffiċjentement mill-qrib mal-Unjoni, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 86/653, fid-dawl tal-għan imfittex minnha, kif ippreċiżat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt ma huwiex neċessarju, sabiex il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni fi ħdan l-Unjoni jkunu uniformi bejn l-aġenti kummerċjali, li tingħata lill-aġenti kummerċjali li huma stabbiliti u li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom barra mill-Unjoni protezzjoni paragunabbli għal dik mogħtija lill-aġenti li huma stabbiliti u/jew li jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom fi ħdan l-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, aġent kummerċjali li jeżerċita l-attivitajiet li jirriżultaw minn kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali fit-Turkija, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 86/653, irrispettivament mill-fatt li l-prinċipal huwa stabbilit fi Stat Membru, u għaldaqstant ma għandux jibbenefika obbligatorjament mill-protezzjoni mogħtija minn din id-direttiva lill-aġenti kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Istati Membri ma humiex obbligati jadottaw miżuri ta’ armonizzazzjoni, sempliċement taħt id-Direttiva 86/653, għal dak li jikkonċerna lill-aġenti kummerċjali li jinsabu f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li din id-direttiva ma tipprekludix, għaldaqstant, leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-Ftehim ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Assoċjazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Sa fejn il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-applikabbiltà tas-sistema ta’ protezzjoni prevista mid-Direttiva 86/653 fir-rigward ta’ aġent kummerċjali stabbilit fit‑Turkija, li l-prinċipal tiegħu huwa stabbilit fi Stat Membru, fid-dawl tal-obbligi tar-Repubblika tat-Turkija u tal-Unjoni sabiex jiġu eliminati bejniethom ir-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, għandu jiġi eżaminat jekk l-applikazzjoni tad-Direttiva 86/653 għall-aġenti kummerċjali stabbiliti fit-Turkija tistax tirriżulta minn dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni li jikkonċernaw tali obbligi, jiġifieri l-Artikolu 14 tal-imsemmi ftehim u l-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, huwa minnu li mill-kliem stess ta’ din id-dispożizzjoni kif ukoll mill-għan tal-imsemmi ftehim jirriżulta li l-prinċipji ammessi fil-kuntest tal-Artikoli 45 u 46 TFUE, kif ukoll fil-kuntest tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, għandhom jiġu trasposti, sa fejn huwa possibbli, għaċ-ċittadini Torok sabiex jiġu eliminati, bejn il-partijiet kontraenti, ir-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20031021">21 ta’ Ottubru 2003</DATE>, <NAME.CASE>Abatay <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑317/01 u C‑369/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:572">EU:C:2003:572</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, l-interpretazzjoni mogħtija lid-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, inklużi dawk tat-Trattat, dwar is-suq intern, ma tistax tiġi awtomatikament trasposta għall-interpretazzjoni ta’ ftehim konkluż mill-Unjoni ma’ Stat terz, ħlief dispożizzjonijiet espressi għal dan il-għan previsti mill-ftehim stess (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130924">24 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Demirkan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑221/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:583">EU:C:2013:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkonstatat li l-użu fl-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni tal-verb <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>jiġu ggwidati<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> ma jobbligax lill-partijiet kontraenti japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi bħala tali u lanqas dawk adottati għall-implementazzjoni tagħhom, iżda sempliċement sabiex iqisuhom bħala sors ta’ gwida għall-miżuri li jridu jiġu adottati sabiex jiġu implementati l-għanijiet stabbiliti minn dan il-ftehim (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130924">24 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Demirkan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑221/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:583">EU:C:2013:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għal dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, l-assoċjazzjoni bejn l-Unjoni u r-Repubblika tat-Turkija, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, sabiex jiġi deċiż jekk dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tippermettix applikazzjoni b’analoġija fil-kuntest ta’ din l-assoċjazzjoni, huwa importanti li jsir paragun bejn l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni kif ukoll il-kuntest li jinsab fih, minn naħa, u dawk tal-istrument inkwistjoni tad-dritt tal-Unjoni, min-naħa l-oħra (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130924">24 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Demirkan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑221/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:583">EU:C:2013:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, għandu jitfakkar li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Protokoll Addizzjonali huma intiżi essenzjalment sabiex jgħinu l-iżvilupp ekonomiku tat-Turkija u għandhom, għaldaqstant, għan esklużivament ekonomiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130924">24 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Demirkan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑221/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:583">EU:C:2013:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>L-iżvilupp tal-libertajiet ekonomiċi sabiex ikun hemm moviment liberu tal-persuni b’mod ġenerali, li jkun paragunabbli għal dak applikabbli, skont l-Artikolu 21 TFUE, għaċ-ċittadini tal-Unjoni, ma huwiex l-għan tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. Fil-fatt, prinċipju ġenerali ta’ moviment liberu tal-persuni bejn it-Turkija u l-Unjoni ma huwa previst imkien minn dan il-ftehim u l-Protokoll Addizzjonali. Barra minn hekk, il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jiggarantixxi t-tgawdija ta’ ċerti drittijiet fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti biss (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130924">24 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Demirkan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑221/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:583">EU:C:2013:583</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, fil-kuntest tad-dritt tal-Unjoni, il-protezzjoni tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, permezz tas-sistema prevista mid-Direttiva 86/653 fir-rigward tal-aġenti kummerċjali, hija bbażata fuq l-għan li jiġi stabbilit suq intern maħsub bħala żona mingħajr fruntieri interni, billi jiġu eliminati l-ostakoli li jipprekludu l-istabbiliment ta’ tali suq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-differenzi li jeżistu bejn it-Trattati u l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għal dak li jikkonċerna l-għan tagħhom jipprekludu li s-sistema ta’ protezzjoni prevista mid-Direttiva 86/653 fir-rigward tal-aġenti kummerċjali tista’ titqies li hija estiża għall-aġenti kummerċjali stabbiliti fit-Turkija, fil-kuntest tal-istemmi ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-fatt li r-Repubblika tat-Turkija ttrasponiet din id-direttiva fid-dritt nazzjonali tagħha, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, ma jbiddel xejn mill-konklużjoni preċedenti, peress li tali traspożizzjoni ma tirriżultax minn obbligu impost mill-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, iżda mir-rieda ta’ dan l-Istat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali, hija ġurisprudenza stabbilita li l-klawżoli ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>standstill<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> imsemmija fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-<DATE ISO="19800919">19 ta’ Settembru 1980</DATE>, dwar l-iżvilupp tal-assoċjazzjoni u mehmuża mal‑Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, u fl-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali jipprojbixxu b’mod ġenerali l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe miżura interna ġdida li jkollha l-għan jew l-effett li tissuġġetta l-eżerċizzju minn ċittadin Tork ta’ libertà ekonomika fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat għal kundizzjonijiet iktar restrittivi minn dawk li kienu applikabbli għalih fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-imsemmija deċiżjoni jew tal-imsemmi protokoll fir-rigward ta’ dan l-Istat Membru (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160412">12 ta’ April 2016</DATE>, <NAME.CASE>Genc</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑561/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:247">EU:C:2016:247</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali jikkonċerna biss liċ-ċittadini Torok li jeżerċitaw il-libertà tagħhom ta’ stabbiliment jew li jipprovdu servizzi fi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, aġent kummerċjali stabbilit fit-Turkija, li ma jipprovdix servizzi fl-Istat Membru kkonċernat, bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma huwiex neċessarju li jiġi eżaminat jekk il-liġi tal-1995 tikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>restrizzjoni ġdida<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> fis-sens tal-Artikolu 41(1) tal-Protokoll Addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi konkluż li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni lanqas ma jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li d-Direttiva 86/653 u l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt tal-Istat Membru kkonċernat, li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali li fil-kuntest tiegħu l-aġent kummerċjali huwa stabbilit fit-Turkija, fejn jeżerċita l-attivitajiet li jirriżultaw minn dan il-kuntratt, u l-prinċipal huwa stabbilit fl-imsemmi Stat Membru, b’tali mod li, f’ċirkustanzi bħal dawn, l-aġent kummerċjali ma jistax jinvoka drittijiet li l-imsemmija direttiva tiggarantixxi lill-aġenti kummerċjali wara tmiem tali kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE, tat-<DATE ISO="19861218">18 ta’ Diċembru 1986</DATE>, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom u l-Ftehim dwar il-ħolqien ta’ Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat f’Ankara fit-<DATE ISO="19630912">12 ta’ Settembru 1963</DATE> mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, u mill-Istati Membri tal-KEE u l-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat‑<DATE ISO="19631223">23 ta’ Diċembru 1963</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi din id-direttiva fid-dritt tal-Istat Membru kkonċernat, li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali li fil-kuntest tiegħu l-aġent kummerċjali huwa stabbilit fit-Turkija, fejn jeżerċita l-attivitajiet li jirriżultaw minn dan il-kuntratt, u l-prinċipal huwa stabbilit fl-imsemmi Stat Membru, b’tali mod li, f’ċirkustanzi bħal dawn, l-aġent kummerċjali ma</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">jistax jinvoka drittijiet li l-imsemmija direttiva tiggarantixxi lill-aġenti kummerċjali wara tmiem tali kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>