European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4222

28.7.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12041 — ROBERT BOSCH / MITSUBISHI / BOSCH MC BATTERY SERVICE INNOVATIONS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4222)

1.   

Fit-18 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Robert Bosch GmbH (“Bosch”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Robert Bosch Industrietreuhand KG (il-Ġermanja),

—

Mitsubishi Corporation (“MC”, il-Ġappun),

—

Kumpanija li għadha kif inħolqot: Bosch MC Battery Service Innovations GmbH (“Bosch MC”, il-Ġermanja).

Bosch u MC se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Bosch MC.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Bosch u l-impriżi affiljati tagħha huma attivi madwar id-dinja kollha bħala fornituri għall-industrija tal-karozzi u tal-apparat domestiku, it-teknoloġija tat-tisħin, it-teknoloġija tas-sigurtà kif ukoll it-teknoloġija tal-enerġija u tal-bini, it-teknoloġija tal-kontroll u tas-sewqan u l-għodod elettriċi.

—

MC hija intrapriża kummerċjali integrata globali li hija attiva f’diversi industriji, inklużi l-mobbiltà, l-enerġija, il-metalli, il-makkinarju, is-sustanzi kimiċi, l-ikel, u l-merkanzija ġenerali.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ Bosch MC se jkunu dawn li ġejjin: l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ faċilitazzjoni tal-batteriji bħala servizz u servizzi ta’ konsulenza biex jappoġġaw jew itejbu n-negozju tal-batteriji bħala servizz tal-klijenti tagħha.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12041 — ROBERT BOSCH / MITSUBISHI / BOSCH MC BATTERY SERVICE INNOVATIONS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4222/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)