|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5764 |
25.9.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11741 – ABASTIBLE / GASIB SPAIN / GASIB PORTUGALL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5764)
1.
Fis-17 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Abastible S.A. (“Abastible”) (iċ-Ċilì), |
|
— |
Gasib Sociedad Ibérica de Gas Licuado, S.L.U. (“Gasib Spanja”), kkontrollata minn Compañía Española de Petróleos, S.A., (“CEPSA”) (it-tnejn li huma fi Spanja), |
|
— |
Sociedade Ibérica de Gàs Liquefeito, Lda (“Gasib Portugal”) (il-Portugall), ikkontrollata minn CEPSA. |
Abastible se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Gasib Spain u Gasib Portugal kollha kemm huma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Abastible hija attiva fid-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-gass likwifikat miż-żejt (“LPG”) fiċ-Ċilì, fil-Kolombja, fl-Ekwador u fil-Perù. Abastible toffri wkoll soluzzjonijiet ta’ enerġija b’valur miżjud fil-qafas ta’ proġetti ta’ effiċjenza enerġetika, timmaniġġja pompi tal-mili tal-gass għall-karozzi u toffri servizzi domestiċi relatati mal-installazzjoni u servizzi ta’ assistenza ta’ kontinġenza relatati mal-gass likwifikat fl-Amerka t’Isfel, |
|
— |
Gasib Spanja tforni u tiddistribwixxi l-LPG fi Spanja, |
|
— |
Gasib Portugal tforni u tiddistribwixxi l-LPG fil-Portugall. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jeħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11741 — ABASTIBLE/GASIB SPAIN/GASIB PORTUGAL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5764/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)