|
11.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 157/21 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10650 – EGERIA / ISOPLUS GROUP / BRUGG / ISOPLUS JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 157/08)
1.
Fl-1 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Egeria Group AG (“Egeria”, l-Iżvizzera); |
|
— |
Isoplus Fernwärmetechnik GmbH (il-Ġermanja), Isoplus Fernwärmetechnik Vertriebsgesellschaft mbH (il-Ġermanja), ISOPLUS Managementgesellschaft mbH (il-Ġermanja), Isoplus Fernwärmetechnik Gesellschaft m.b.H. (l-Awstrija), Isoplus Isoplus Távhővezetőgyártó Korlátolt Felelősségű Társaság (l-Ungerija), flimkien “Isoplus Group”; |
|
— |
Brugg Rohrsysteme GmbH (“BRUGG”, il-Ġermanja); |
|
— |
ISOBRUGG Stahlmantelrohr GmbH (“Isoplus JV”, il-Ġermanja), impriża bi sħab (joint venture, JV) ikkontrollata minn Holding für Fernwärmetechnik Beteiligungsgesellschaft mbH (“HFB”, il-Ġermanja); u BRUGG. |
Egeria se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Isoplus Group u l-kontroll bi sħab tal-impriża Isoplus JV kollha kemm hi, flimkien ma’ BRUGG.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Egeria: kumpanija ta’ investiment attiva f’ekwità privata, proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali, u parteċipazzjonijiet f’kumpaniji kkwotati fil-Borża, b’enfasi fuq in-Netherlands u r-reġjun tad-DACH; |
|
— |
Isoplus Group u Isoplus JV: il-manifattura u d-distribuzzjoni ta’ sistemi ta’ pajpijiet iżolati minn qabel, prinċipalment għat-tisħin distrettwali u t-tkessiħ distrettwali u sa ċertu punt ukoll għal applikazzjonijiet industrijali għal mezzi ġieri (bħall-ikel u l-kimika), pipeline taż-żejt, bijoenerġija, agrikoltura u monitoraġġ tan-netwerk, b’enfasi fuq l-Ewropa Ċentrali; |
|
— |
BRUGG: attiva fis-setturi lokali tat-tisħin, tat-tisħin distrettwali, tat-tkessiħ, tal-ilma kiesaħ, industrijali, tal-pompi tal-mili u tal-faċilitajiet tat-tankijiet, li jvarjaw minn pariri dwar it-tqegħid sat-tmexxija u l-installazzjoni tal-proġetti, b’enfasi fuq l-Ewropa Ċentrali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10650 – EGERIA / ISOPLUS GROUP / BRUGG / ISOPLUS JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).