|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/922 |
29.4.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/922
tal-24 ta’ April 2026
li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja
(notifikata bid-dokument C(2026) 2813)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda hija marda infettiva li tittieħed b’vettur u li taffettwa lill-annimali bovini. L-okkorrenza tagħha tista’ tħalli impatt gravi fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u tfixkel il-movimenti ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. Fil-każ ta’ tifqigħa ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-annimali bovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali bovini, b’mod partikolari minħabba l-mod ewlieni tat-trażmissjoni tagħha b’vetturi. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda, u ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi mqar żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar jew maġenb iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1582 (4) tistipula ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mat-tifqigħat tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja. L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jipprevedi l-istabbiliment ta’ żoni ristretti fl-Italja li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, kif ukoll l-istabbiliment ta’ żoni tat-tilqim, f’konformità mal-Parti 1 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 (5). Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jipprevedi li dawn iż-żoni ta’ protezzjoni u ż-żoni ta’ sorveljanza, kif ukoll iż-żoni ta’ tilqim, iridu jinkludu mqar iż-żoni elenkati fl-Annessi I u II tagħha, u l-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni jridu jiġu applikati mqar sad-dati stabbiliti f’dawk l-Annessi. |
|
(4) |
Mill-aħħar emenda tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/190 (6), l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar tliet tifqigħat ġodda tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fi stabbilimenti li jżommu l-annimali bovini fil-muniċipalitajiet ta’ Muravera u Villaputzu, fir-reġjun ta’ Sarrabus, Sardinja, li ġew irrapportati fil-15 u s-17 ta’ April 2026. B’reazzjoni għal dawk it-tifqigħat, l-Italja stabbiliet żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza fil-muniċipalitajiet ta’ Muravera u Villaputzu, fir-reġjun ta’ Sarrabus, Sardinja, fejn jiġu applikati l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(5) |
Id-daqs taż-żoni indikati bħala żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582, kif emendata b’din id-Deċiżjoni, kif ukoll it-tul tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u taż-żoni ta’ sorveljanza, kif ukoll tat-tul tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fiż-żoni milquta minn dik il-marda, iżda anki fatturi epidemjoloġiċi oħra, fosthom il-parametri ġeografiċi u r-riskju li l-marda tkompli tinxtered fid-dawl tal-preżenza ta’ vetturi insetti. Fl-għażla tat-tul tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni tqiesu wkoll l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (7). |
|
(6) |
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jipprojbixxi l-movimenti tal-annimali bovini miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni għal destinazzjonijiet barra mill-perimetru estern ta’ dawk iż-żoni fl-Italja jew barra minn dak l-Istat Membru sad-dati elenkati f’dak l-Anness. Fid-dawl taż-żona ristretta eżistenti bħalissa fir-reġjun ta’ Sardinja, dik il-projbizzjoni jenħtieġ li tkompli tapplika fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582, kif emendata b’din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Iż-żoni ta’ tilqim stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jibqgħu meħtieġa, u t-tilqim jenħtieġ li jkompli f’konformità mal-pjan uffiċjali tat-tilqim tal-Italja datat l-1 ta’ Lulju 2025, li ġie sottomess skont l-Artikolu 6(4), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361. |
|
(8) |
Għalhekk, l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq. |
|
(9) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Italja, l-emendi li jridu jsiru fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 b’din id-Deċiżjoni jenħtieġ li japplikaw malajr kemm jista’ jkun biex ikun evitat aktar tixrid tal-marda fl-Italja, lejn Stati Membri oħra jew lejn pajjiżi terzi u biex ikun evitat kull tfixkil bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni jew kwalunkwe ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ ma’ pajjiżi terzi. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ April 2026.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1582 tad-29 ta’ Lulju 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1318 (ĠU L, 2025/1582, 1.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/1582/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/361 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-użu ta’ ċerti prodotti mediċinali veterinarji għall-finijiet tal-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 52, 20.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/361/oj).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/190 tal-21 ta’ Jannar 2026 li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/1582 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-marda tal-infafet fil-ġilda fl-Italja (ĠU L, 2026/190, 26.1.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/190/oj).
(7) https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.
ANNESSI
ANNESS I
Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat konfermati
|
Żona amministrattiva u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta, kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Sardinia region IT-LSD-2026-00001 IT-LSD-2026-00002 IT-LSD-2026-00003 |
Protection zone: Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.33943, Long. 9.566 (2026/1), Lat. 39.347847, Long. 9.577812 (2026/2); Lat. 39.428312, Long. 9.613409 (2026/3) |
29.5.2026 |
|
Surveillance zone: Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.33943, Long. 9.566 (2026/1), Lat. 39.347847, Long. 9.577812 (2026/2); Lat. 39.428312, Long. 9.613409 (2026/3) |
30.5.2026 - 15.6.2026 |
|
|
Surveillance zone: Those parts of the region of Sardinia, contained within a circle of a radius of 50 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 39.33943, Long. 9.566 (2026/1), Lat. 39.347847, Long. 9.577812 (2026/2), Lat. 39.428312, Long. 9.613409 (2026/3) excluding the areas included in the protection zone. |
15.6.2026 |
ANNESS II
Parti A: Żona ta’ tilqim II
It-territorju kollu ta’:
|
— |
ir-reġjun ta’ Sardinja sal-aħħar jum tal-perjodu ta’ rkupru msemmi fil-Parti 4 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361. |
Parti B: Żona ta’ tilqim I
It-territorju kollu ta’:
|
— |
ir-reġjun ta’ Valle D’Aosta sal-aħħar jum tal-perjodu ta’ rkupru msemmi fil-Parti 4 tal-Anness IX tar-Regolament Delegat (UE) 2023/361. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/922/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)